Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Malte

Contenu fourni par
Malte

Kif nista’ nirrapporta reat?

Jekk sfajt vittma ta' reat tista' tirraportah għand il-pulizija. Ir-rapport jistgħu jagħmluh minflokok il-konjuġi, il-ġenituri, l-ulied, ħutek jew it-tutur. Tista' wkoll tgħarraf lill-pulizija jekk tkun sirt taf b'reat anki meta ma tkunx il-vittma.

Tista' tirraporta reat bil-fomm, billi tmur fl-eqreb għassa tal-pulizija jew billi ċċempel fuq in-numru ta' emerġenza 112 f'kazijiet li jeħtieġu assistenza immedjata, jew billi tħalli r-rapport fl-għassa tal-pulizija jew billi tibgħat ittra. Jekk tagħzel li tibgħat rapport bil-miktub, tista' tabbozzah int stess jew titlob l-għajnuna ta' avukat. M'hemm l-ebda formola li trid timxi magħha bilfors. Normalment ir-rapport isir dl-Ingliz jew bil-Malti izda jekk ma tifhimx jew titkellimx b'xi wahda minn dawn iz-zewġ lingwi, għandek id-dritt li tagħmel ir-rapport b'lingwa li tifhem jew billi tingħata l-għajnuna ta' interpretu. Trid tinkludi d-dettalji personali tiegħek. Fil-prinċipju jiġu aċċettati wkoll rapporti anonimi, izda l-pulizija tibda tistħarreġ rapport bħal dan biss kemm -il darba r-reat ikun wieħed serju ħafna.

M'hemm l-ebda zmien sa meta trid tirraporta reat. Madankollu , il-liġi tgħid li jekk kiun għadda ċertu perjodu ta' zmien minn mindu jkun seħħ ir-reat, ma jkunux jistgħu jinbdew proċeduri kriminali kontra min wettqu. Il-perjodu jiddependi minn x'tip ta' reat ikun, u jvarja minn tliet xhur għar-reati l-inqas serji (ezempju tgħajjir bil-fomm) għal għoxrin sena għal reati partikolarment serji (ezempju qtil). Wara dak il-perjodu, xorta waħda tista' tagħmel rapport imma l-pulizija ma jistħarrġux id-delitt. Anki jekk jistħarrġuh, il-qorti tillibera lil min ikun wettaq ir-reat mill-akkuzi.

Fil-kaz ta' ċerti reati zgħar, tkun trid tagħmel rapport speċjali għand il-pulizija. Dawn huma l-kazi fejn mingħajr tali lment il-pulizija ma jitħallewx jibdew jistħarrġu. l-ilmenti s-soltu għalkemm mhux bilfors, isiru bil-miktub. Tista' titlob lil avukat biex jiktiblek l-ilment. Fl-ilment trid tinkludi: id-dettalji personali tiegħek (l-isem, l-indirizz, in-numru tal-karta ta' l-identita'), tagħrif dwar min ikun wettaq ir-reat, deskrizzjoni ta' dak li ġara' u lista ta' xhieda, bl-indirizzi tagħhom, li tkun tixtieq li l-pulizija tkellimhom. Huwa rakkomandat ukoll li tinkludi referenza għad-disposizzjoni legali li taħseb li kiser min wettaq ir-reat, izda mhux obbligatorju.

Kif nista’ nsir naf x’qed jiġri dwar il-każ?

Meta tirrapporta reat, tingħata numru ta' referenza. Dan in-numru tista' tuzah biex tara fhiex wasal il-kaz. Fil-prattika tista' tiċċekkja wkoll billi tuza d-data meta tkun għamilt ir-rapport. Tista' tirċievi informazzjoni dwar l-istħarriġ billi tmur l-għassa tal-pulizija jew billi ċċempel bit-telefon.

Għandi dritt għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess)? B'liema kundizzjonijiet?

Il-vittmi ta' reat huma ntitolati għal għajnuna legali

Nista’ nitlob lura l-ispejjeż (biex nieħu sehem fl-investigazzjoni/fil-proċess)? B'liema kundizzjonijiet?

Iva, tista' titlob lura l-ispejjez.

Nista’ nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq qabel ma mmur il-qorti?

Jekk wara li l-pulizija jistħarrġu r-reat, jiddeċiedu li jagħlqu l-kaz mingħajr ma jressquh quddiem il-qorti, bħala vittma inti tista' tappella kontra din id-deċizjoni quddiem il-Qorti tal-Maġistrati. Il-Qorti tal-Maġistrati titolbok tikkonferma bil-ġurament l-informazzjoni li tkun tajt fir-rapport u tistqarr li lest tixhed fil-qorti. Ikollok ukoll tħallas somma flus li tiġi stabbilita mill-qorti bħala garanzija li l-intenzjoni tiegħek li tiftaħ il-proċeduri kontra min ikun wettaq ir-reat tkun serja. Il-Qorti tal-Maġistrati tezamina l-provi u jekk issibhom bizzejjed, tordna lill-pulizija biex jissoktaw il-proċeduri.

Nista’ nkun involut fil-proċess?

Tista' tieħu sehem fil-proċeduri anki bħala parti ċivili. Biex tidħol fil-proċeduri bħala parti ċivili tkun trid tipprezenta t-talba tiegħek permezz ta' applikazzjoni fil-qorti. Il-qorti tezamina l-applikazzjoni tiegħek u tiddeċiedi jekk tħallikx issir parti ċivili. Bħala parti ċivili tkun tista' tattendi għas-seduti kollha tal-qorti, anki dawk li ma jkunux miftuħin għall-pubbliku u anki jekk tkun ser tixhed fil-proċediment.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, jien nista’ nkun jew nista' nagħżel li nkun: vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

Inti tista' tkun xhud u anki parti ċivili, kif spjegat hawn fuq.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi u l-obbligi f’dan ir-rwol?

Id-drittijiet u l-obbligi tiegħek waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali jiddependi minn liema qorti tisma' l-kaz tiegħek:

  • jekk il-prosekuzzjoni fil-kaz tiegħek imexxiha uffiċjal tal-pulizija quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, ikollok kwazi l-istess drittijiet daqs l-imputat: inti jew l-avukat tiegħek tkunu tistgħu tressqu l-provi, tagħmlu kontroezami tax-xhieda (billi tistaqsu l-mistoqsijiet permezz tal-uffiċjal tal-pulizija li jkun qed imexxi l-prosekuzzjoni eċċ.
  • jekk il-prosekuzzjoni fil-kaz tiegħek imexxiha l-Avukat Ġenerali, id-Deputat Avukat Ġenerali jew prosekutur pubbliku quddiem il-Qorti Kriminali, tkun tista' tattendi biss għas-smigħ u tressaq argumentazzjoni b'rabta mas-sentenza jekk il-ġurija tkun sabet lill-imputat ħati.

Nista’ nagħmel dikjarazzjoni jew nixhed waqt il-proċess? b'liema kundizzjonijiet?

Waqt il-proċess kriminali inti aktarx tissejjaħ biex tagħti x-xhieda tiegħek għaliex il-qorti tkun trid tisma' x-xhieda tiegħek bħala vittma tar-reat.

X’informazzjoni se nirċievi waqt il-proċess?

Inti jkollok dritt li tinzamm infurmat dwar dak li qed jiġri fil-proċess kriminali kif ukoll li tkun infurmat bis-sentenza finali

Jista' jkolli aċċess għall-fajls tal-Qorti?

Bħala parti ċivili jkollok aċċess għall-atti u d-dokumenti tal-qorti.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.