Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Malta

Sisällön tuottaja:
Malta

Titqies bħala vittma tal-kriminalità jekk tkun ġarrabt dannu, e.g. tkun sfajt imweġġa' jew inkella l-proprjetà tiegħek tkun ġratilha l-ħsara jew insterqet, eċċ., b'riżultat ta' inċident li jkun jikkostitwixxi delitt skont il-liġi nazzjonali. Bħala vittma tal-kriminalità, il-liġi tagħtik ċerti drittijiet individwali qabel, waqt u wara l-proċeduri quddiem il-qorti (proċess quddiem il-qorti kriminali).

Il-proċeduri kriminali f'Malta jibdew bl-istħarriġ tad-delitt. Skont x'delitt ikun, l-istħarriġ isir mill-pulizija jew minn maġistrat istruttorju.

Delitti inqas serji (delitti punibbli b'multa jew bi priġunerija ta' inqas minn sitt xhur) jiġu mistħarrġin minn uffiċjal tal-pulizija. Jekk ikun hemm biżżejjed provi kontra min ikun wettaq ir-reat, l-uffiċjal tal-pulizija jressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Maġistrati għal proċess quddiem il-qorti kriminali u jaġixxi bħala prosekutur quddiem il-qorti. Matul il-proċess quddiem il-qorti, imħallef jeżamina l-provi u jikkundanna jew jillibera mill-akkużi lil min ikun wettaq ir-reat. Jekk min ikun wettaq ir-reat jiġi kkundannat, l-istess imħallef jispeċifika l-piena li għandha tiġi imposta.

Id-delitti l-oħrajn kollha jiġu investigati minn maġistrati istruttorji. Jekk ikun hemm biżżejjed provi kontra min ikun wettaq id-delitt, il-maġistrat istruttorju jressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Maġistrati. Il-Qorti tal-Maġistrati teżamina l-provi u jekk ikun hemm biżżejjed provi tibgħat il-każ lill-Avukat Ġenerali. L-Avukat Ġenerali mbagħad iressaq il-każ quddiem il-Qorti Kriminali biex din tibda l-proċeduri. Matul il-proċess quddiem il-qorti, il-prosekutur itella' lil min ikun wettaq ir-reat quddiem imħallef u ġurija. Il-ġurija tiddeċiedi jekk l-imputat ikunx ħati jew le. Jekk l-imputat jiġi kkundannat, l-imħallef jispeċifika l-piena li għandha tiġi imposta.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

4 - Kumpens

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza

L-aħħar aġġornament: 21/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Palaute

Anna tällä lomakkeella palautetta uudesta sivustostamme