Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Malta

Inhalt bereitgestellt von
Malta

Nista’ nappella kontra s-sentenza?

Il-proċess quddiem il-qorti kriminali jintemm b'deċizjoni tal-qorti li tikkundanna jew tillibera mill-akkuzi lill-imputat.  Jekk l-imputat jinstab ħati, l-Imħallef jissentenzjah.  Skont il-liġi Maltija, huma biss l-imputat u l-Avukat Ġenerali li għandhom id-dritt li jappellaw mill-kundanna/liberazzjoni mill-akkuzi u/jew mis-sentenza quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali.

Madankollu, jekk ikun sar appell u inti kont parti ċivili fl-ewwel proċess quddiem il-qorti kriminali, l-avukat tiegħek jitħalla jezamina d-dokumenti rilevanti kollha li jkollhom x'jaqsmu mal-proċedura tal-appell.

X’inhuma drittijieti wara s-sentenza?

Wara li tidħol fis-seħħ is-sentenza, għandek dritt tirċievi kopja tad-deċizjoni tal-Qorti.  jekk il-qorti tissentenzja lit-trasgressur għal sentenza ta' priġunerija, inti għandek dritt li tkun infurmat/a meta t-trasgressur jiġi rilaxxat jew inkella jekk jaħrab.

Jien intitolat għal appoġġ jew għal protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

Inti għandek dritt għal appoġġ jew għal protezzjoni wara li jintemmu l-proċeduri kriminali, matul u għal zmien xieraq.

X’informazzjoni nista’ ningħata jekk it-trasgressur jiġi kkundannat?

Inti tingħata koja tas-sentenza finali.

Se nkun infurmat jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż ħelsien kmieni jew kundizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

Iva, inti tkun infurmat/a meta t-trasgressur jiġi rilaxxat jew jaħrab.

Se nkun involut dwar deċiżjonijiet biex jinħeles jew biex jingħata libertà kondizzjonali? Pereżempju, nista’ nagħmel dikjarazzjoni jew inressaq appell?

Ma tkunx involut f'tali deċizjonijiet għalkemm tkun infurmat/a dwarhom.

L-aħħar aġġornament: 21/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Rückmeldungen

Teilen Sie uns Ihre Anmerkungen zu unserem neuen Portal über das nachstehende Formular mit.