Sib informazzjoni għal kull reġjun
Sommarju tal-proċess kriminali
Dan li ġej huwa sommarju tal-istadji normali tal-proċess kriminali.
- Delitt jiġi rrappurtat lill-pulizija;
- Il-pulizija jagħmlu l-investigazzjoni kriminali (investigazzjoni preliminari); fil-każ ta’ delitti aktar serji l-investigazzjoni titmexxa mill-prosekutur;
- Fil-parti l-kbira tal-każijiet hemm il-possibbiltà li tqabbad avukat difensur pubbliku;
- Fil-każ ta’ delitti aktar serji jew ripetuti l-prosekutur jista’ jitlob lill-qorti li tinżamm taħt arrest. Imbagħad isir smigħ speċjali dwar l-arrest;
- Il-prosekutur iressaq il-prosekuzzjoni fil-qorti distrettwali;
- Il-qorti distrettwali tibda l-proċess (is-smigħ ewlieni) sabiex teżamina jekk hemmx provi li juru li inti wettaqt id-delitt u, jekk iva, sabiex tiddeċiedi dwar pieni eċċ;
- Jekk xi waħda mill-partijiet tappella, il-Qorti tal-Appell teżamina jekk is-sentenza tal-qorti distrettwali għandhiex tkun ikkonfermata jew mibdula;
- F’xi każijiet is-sentenza tista’ tkun riveduta wkoll mill-Qorti Suprema;
- Is-sentenza ssir legalment eżegwibbli, jiġifieri finali, u s-sentenza tiġi eżegwita jekk kien hemm kundanna.
Id-dettalji dwar dawn l-istadji kollha fil-proċess u dwar id-drittijiet tiegħek jinsabu fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni ma tissostitwixxix parir legali u hija maħsuba biex isservi biss ta’ gwida. Jekk għandek bżonn xi għajnuna, dejjem ikkonsulta ma’ avukat jew ma’ xi espert ieħor sabiex tistabbilixxi x’japplika fis-sitwazzjoni speċifika tiegħek.
Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea
Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea m’għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tgħinek jekk ikollok xi lment. F’dawn l-iskedi informattivi għandek issib l-informazzjoni dwar kif għandek tressaq ilment u lil min.
Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib l-informazzjoni li teħtieġ
2 – Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni ta' delitt
- l-interrogazzjoni
- l-arrest
- l-arrest preventiv
- il-kontinwazzjoni tal-investigazzjoni tal-pulizija
- it-tħejjija tal-każ mid-difiża
- il-prosekuzzjoni
3 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali
4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali
5 – Reati tat-traffiku fit-triq
Links relatati
L-Awtorità Svediża tal-Prosekuzzjoni
L-Assoċjazzjoni Svediża tal-Avukati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.