Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna tkun issuspettata jew akkużata li wettqet xi delitt li jiġi ttrattat permezz ta’ proċess quddiem il-qorti kriminali. Għal tagħrif dwar reati inqas serji, bħal reati tat-traffiku fit-triq, li normalment ikunu ttrattati permezz ta’ penali fissa bħal multa, ara l-Iskeda Informattiva 5. Jekk inti vittma ta’ xi delitt, tista’ ssib tagħrif sħiħ dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.
Dan li ġej huwa sommarju tal-istadji normali tal-proċess kriminali.
Id-dettalji dwar dawn l-istadji kollha fil-proċess u dwar id-drittijiet tiegħek jinsabu fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni ma tissostitwixxix parir legali u hija maħsuba biex isservi biss ta’ gwida. Jekk għandek bżonn xi għajnuna, dejjem ikkonsulta ma’ avukat jew ma’ xi espert ieħor sabiex tistabbilixxi x’japplika fis-sitwazzjoni speċifika tiegħek.
Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea m’għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tgħinek jekk ikollok xi lment. F’dawn l-iskedi informattivi għandek issib l-informazzjoni dwar kif għandek tressaq ilment u lil min.
2 – Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni ta' delitt
3 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali
4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali
5 – Reati tat-traffiku fit-triq
L-Awtorità Svediża tal-Prosekuzzjoni
L-Assoċjazzjoni Svediża tal-Avukati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.