Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna tkun issuspettata jew akkużata b’delitt li jiġi ttrattat fil-qorti. Għal reati minuri tat-traffiku fit-triq, li s-soltu jiġu indirizzati permezz ta’ penali fissa bħal multa, ara l-Link għall-Iskeda Informattiva 5. Jekk inti vittma ta’ delitt, tista’ ssib it-tagħrif kollu dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Dejjem titressaq quddiem il-Qorti tal-Maġistrati. Jekk titressaq taħt arrest, l-ewwel il-Qorti trid tiddeċiedi dwar jekk hemmx bażi legali biex tkompli tinżamm taħt arrest u mbagħad tgħarrfek li inti tista’ titlob garanzija. Jekk ma titressaqx taħt arrest, inti tiġi notifikat bl-akkużi u bid-data meta trid tidher fil-qorti għall-ewwel smigħ.
Hemm tliet tipi differenti ta’ proċessi quddiem il-qorti kriminali skont il-gravità tal-akkużi miġjuba kontrik:
Dettalji dwar dawn l-istadji kollha fil-proċess u dwar id-drittijiet tiegħek jistgħu jinsabu fl-iskedi informattivi. Dan it-tagħrif ma jiħux post parir legali u huwa maħsub biss bħala gwida.
Jekk jogħġbok, kun af li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda rwol fi proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tassistik jekk ikollok xi kwerela. F’dawn l-iskedi informattivi huwa pprovdut tagħrif dwar kif tagħmel kwerela u lil min.
2 – Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni ta' delitt
3 – Id-drittijiet tiegħi matul il-proċess quddiem il-qorti kriminali
4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.