Imputati (proċeduri kriminali)

Malta

Huwa ferm importanti li tieħu parir legali indipendenti meta tkun involut b’xi mod fil-proċess kriminali. L-iskedi informattivi jgħidulek meta u f’liema ċirkustanzi int intitolat li tkun rappreżentat minn avukat. Jgħidulek ukoll x’jagħmel għalik l-avukat. Din l-iskeda informattiva ġenerali tgħidlek kif issib avukat u kif jitħallsu l-ispejjeż tal-avukat jekk ma tiflaħx tħallas għalih.

Il-kontenut ipprovdut minn
Malta

Kif issib avukat

Sakemm ma għandekx l-avukat tiegħek stess, l-aħjar mod biex issib wieħed huwa li żżur il-websajt uffiċjali tal-Kamra tal-Avukati. Jekk tinsab f’kustodja trid titlob għall-assistenza sabiex ikollok aċċess għal din il-websajt peress li l-internet ma jkunx disponibbli minnufih.

Kif tħallas għal avukat

L-avukat tal-għassa huwa avukat indipendenti mħallas mill-Istat. Huwa disponibbli sabiex jipprovdi parir 24 siegħa kuljum. Dan jagħtik parir dwar id-drittijiet tiegħek u jiżgura li inti ma tagħmilx jew ma tgħidx xi ħaġa li tista’ xxekkel il-każ tiegħek.

Madankollu, inti tkun intitolat għal avukat mingħajr ħlas biss jekk ma tiflaħx tħallas għal wieħed. Ma jsir l-ebda test tal-mezzi partikolari u l-kriterju ewlieni dwar jekk intix intitolat għal assistenza legali huwa jekk inti taħdimx. Jekk ma taħdimx, l-Istat jipprovdilek l-avukat tal-għassa kemm qabel l-interrogazzjoni mill-pulizija kif ukoll matul id-dehriet tiegħek fil-qorti.

Jekk tidher fil-Qorti mingħajr avukat, il-Qorti tissuġġerilek li taħtar wieħed sakemm inti ma tinsistix li ma tridx wieħed.

Jekk tiflaħ tħallas l-avukat tiegħek, ikollok taħtar wieħed għaliex ma tkunx intitolat għal assistenza legali. Ikun għaqli li tistabbilixxi t-tariffi mal-avukat tal-għażla tiegħek qabel ma taħtru.

L-aħħar aġġornament: 20/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.