Defendants (criminal proceedings)

Malta

These factsheets explain what happens when a person is suspected or accused of a crime which is dealt with by a trial in court.  For information on minor road traffic offences, which are usually dealt with by a fixed penalty like a fine, go to Factsheet 5. If you are the victim of a crime, you can find full information about your rights here.

Il-kontenut ipprovdut minn
Malta

Summary of the criminal process

You will always be arraigned before the Court of Magistrates. If you are arraigned under arrest, the Court must first decide whether your continued detention is founded on a provision of law and then inform you that you may request bail. If you are not arraigned under arrest, you will be notified of the charges and of the date when you must appear in court for the first hearing.

There are three different types of trials depending on the seriousness of the charges brought against you:

Summary proceedings before the Court of Magistrates

  • Arraignment
  • Prosecution's case conducted by the Executive Police
  • Defence's case
  • Final Submissions
  • Judgement

Proceedings before the Court of Magistrates following the compilation of evidence

  • Arraignment
  • Prosecution's case conducted by the Executive Police and the Attorney General
  • Defence's case
  • Final Submissions
  • Judgement

Trial by jury

  • Preliminary pleas and pleas relating to the admissibility of evidence
  • Reading out of the bill of indictment
  • Address by the Prosecution
  • Prosecution's case conducted by the Attorney General
  • Defence's case
  • Reply by the Prosecution
  • Rejoinder by the Defence
  • Summing-up
  • Verdict
  • Sentence

Details about all of these stages in the process and about your rights can be found in the factsheets.  This information is not a substitute for legal advice and is intended to be for guidance only.

Role of the European Commission

Please note that the European Commission has no role in criminal proceedings in Member States and cannot assist you if you have a complaint.  Information is provided in these factsheets about how to complain and to whom.

Click on the links below to find the information that you need

1 – Getting legal advice

2 – My rights during the investigation of a crime

  • Investigation
  • Arrest
  • The first court hearing
  • Preparation of the case pre-trial
  • Preparation of the case by the defence

3 – My rights during the trial

4 – My rights after the trial

5 – Road traffic offences

Related links

Criminal Code

Last update: 20/12/2016

The national language version of this page is maintained by the respective Member State. The translations have been done by the European Commission service. Possible changes introduced in the original by the competent national authority may not be yet reflected in the translations. The European Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice to see copyright rules for the Member State responsible for this page.
Member States in charge of the management of national content pages are in the process of updating some of the content on this website in the light of the withdrawal of the United Kingdom from the European Union. If the site contains content that does not yet reflect the withdrawal of the United Kingdom, it is unintentional and will be addressed.

1 - Kif tieħu parir legali

Huwa ferm importanti li tieħu parir legali indipendenti meta tkun involut b’xi mod fil-proċess kriminali. L-iskedi informattivi jgħidulek meta u f’liema ċirkustanzi int intitolat li tkun rappreżentat minn avukat. Jgħidulek ukoll x’jagħmel għalik l-avukat. Din l-iskeda informattiva ġenerali tgħidlek kif issib avukat u kif jitħallsu l-ispejjeż tal-avukat jekk ma tiflaħx tħallas għalih.

Kif issib avukat

Sakemm ma għandekx l-avukat tiegħek stess, l-aħjar mod biex issib wieħed huwa li żżur il-websajt uffiċjali tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati. Jekk tinsab f’kustodja trid titlob għall-assistenza sabiex ikollok aċċess għal din il-websajt peress li l-internet ma jkunx disponibbli minnufih.

Kif tħallas għal avukat

L-avukat tal-għassa huwa avukat indipendenti mħallas mill-Istat. Huwa disponibbli sabiex jipprovdi parir 24 siegħa kuljum. Dan jagħtik parir dwar id-drittijiet tiegħek u jiżgura li inti ma tagħmilx jew ma tgħidx xi ħaġa li tista’ xxekkel il-każ tiegħek.

Madankollu, inti tkun intitolat għal avukat mingħajr ħlas biss jekk ma tiflaħx tħallas għal wieħed. Ma jsir l-ebda test tal-mezzi partikolari u l-kriterju ewlieni dwar jekk intix intitolat għal assistenza legali huwa jekk inti taħdimx. Jekk ma taħdimx, l-Istat jipprovdilek l-avukat tal-għassa kemm qabel l-interrogazzjoni mill-pulizija kif ukoll matul id-dehriet tiegħek fil-qorti.

Jekk tidher fil-Qorti mingħajr avukat, il-Qorti tissuġġerilek li taħtar wieħed sakemm inti ma tinsistix li ma tridx wieħed.

Jekk tiflaħ tħallas l-avukat tiegħek, ikollok taħtar wieħed għaliex ma tkunx intitolat għal assistenza legali. Ikun għaqli li tistabbilixxi t-tariffi mal-avukat tal-għażla tiegħek qabel ma taħtru.

L-aħħar aġġornament: 20/01/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

2 - Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni ta’ delitt

Investigazzjoni kriminali tista’ sseħħ wara rapport minn uffiċjal pubbliku, tagħrif ipprovdut mill-pubbliku ġenerali jew kwerela minn parti li ġarbet danni. Investigazzjoni tista’ sseħħ ukoll jekk persuna tinqabad fl-att waqt li qiegħda twettaq delitt.

X’inhuma l-istadji differenti qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Investigazzjoni

Il-pulizija tista’ tistaqsi lill-persuna sabiex tmur l-għassa tal-pulizija sabiex twieġeb xi mistoqsijiet. L-iskop ta’ dan l-istadju huwa sabiex jinstab jekk hemmx biżżejjed provi li jissuġġerixxu li persuna, mhux bilfors dik li tkun qiegħda tiġi interrogata, kienet involuta f’delitt.

Arrest

Jekk il-pulizija temmen li hemm biżżejjed provi li jissuġġerixxu li persuna kienet involuta f’delitt, din il-persuna tkun tista’ tiġi arrestata sabiex il-pulizija żżommha għal perjodu ta’ żmien u tinterrogaha b’mod uffiċjali. L-iskop ta’ dan l-istadju huwa sabiex tittieħed deċiżjoni dwar jekk il-persuna tistax tiġi akkużata b’delitt.

L-ewwel seduta tal-qorti

Jekk persuna tiġi akkużata b’delitt, titressaq il-Qorti u jinqrawlha l-akkużi tagħha. Jekk titressaq taħt arrest, il-Qorti l-ewwel tiddeċiedi dwar jekk hemmx bażi legali biex tkompli tinżamm taħt arrest u mbagħad tgħarraf lill-persuna li din tista’ titlob garanzija.

Qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali

Qabel ma l-każ jispiċċa fi proċess quddiem il-qorti kriminali, il-prosekuzzjoni trid tiġbor u tipprovdi kull prova favur u kontra l-akkużat. F’każijiet iktar serji, il-prosekuzzjoni trid iġġib biżżejjed provi sabiex turi lill-Qorti li hemm każ sod kontra l-persuna akkużata.

Il-prosekuzzjoni, li f’dan l-istadju titmexxa mill-pulizija, ma għandha l-ebda obbligu li xxandar xi tagħrif dwar x’inhuma l-provi għall-każ tagħha. Ma għandha l-ebda obbligu li tgħarraf lill-persuna akkużata jew lill-avukat tagħha dwar il-każ tagħha u xi provi għandha. L-avukat tal-persuna akkużata jista’ jaħdem mal-persuna akkużata sabiex jiġbor provi għall-każ tagħhom stess.

Ġeneralment, ikun hemm għadd ta’ seduti preliminari qabel ma jsir il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt għal iktar tagħrif dettaljat dwar l-istadji tal-investigazzjoni qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Investigazzjoni (1)

X’jistgħu jkunu r-raġunijiet għalfejn il-pulizija trid tinterrogani?

Jekk il-pulizija taħseb li inti kont involut b’xi mod f’delitt, jew li inti tista’ tgħinha fl-investigazzjonijiet tagħha, tista’ tistiednek tassistiha fl-inkjesti tagħha u sabiex twieġeb għadd ta’ mistoqsijiet.

X’jgħiduli dwar id-drittijiet tiegħi?

Il-pulizija ma għandhiex tinterrogak bil-għan li tikseb provi, sakemm ma tkunx avżatek, jiġifieri qaltlek dwar id-drittijiet tiegħek.

Fejn, matul investigazzjoni, inti tmur minn jeddek f’għassa jew uffiċċju tal-pulizija, inti tkun ħieles li titlaq fi kwalunkwe mument, sakemm ma tiġix infurmat li inti taħt arrest.

X’jiġri jekk ma nitkellimx il-lingwa?

Jekk ma tifhimx il-lingwa, il-pulizija ġġib interpretu għalik. L-interpretu jkun bla ħlas. L-interpretu għandu jittraduċi l-avviż, il-mistoqsijiet tal-pulizija u t-tweġibiet tiegħek.

Jista’ jkolli avukat?

Ma għandekx id-dritt li jkollok avukat matul l-interrogazzjoni. Madankollu, għandek id-dritt li titkellem ma’ avukat għal siegħa qabel l-interrogazzjoni. Jekk teħtieġ interpretu, dan għandu jittraduċi wkoll il-konverżazzjoni mal-avukat tiegħek għalik.

Jekk taf isem l-avukat, tista’ titlob lill-pulizija sabiex tikkuntattjah għalik. Jekk ma taf l-ebda avukat, il-pulizija tipprovdilek lista ta’ avukati pprovduta mill-Kamra tal-Avukati u tista’ tagħżel avukat minn dik il-lista. Jekk ma tiflaħx tħallas għal avukat, il-pulizija tikkuntattja avukat tal-għassa għalik. L-avukat tal-għassa huwa disponibbli 24 siegħa kuljum. Għal iktar tagħrif, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKif tikseb parir legali.

Bilfors irrid inwieġeb għall-mistoqsijiet tal-pulizija?

Għandek id-dritt li tibqa’ sieket. Kull ħaġa li tgħid tista’ tiġi rreġistrata u tintuża matul il-proċess quddiem il-qorti kriminali. Madankollu, jekk tixtieq twieġeb il-mistoqsijiet, jista’ jkun fl-interess tiegħek li tagħmel dan. Jekk tagħżel li tikkonsulta avukat u mbagħad tħaddem id-dritt tiegħek li tibqa’ sieket, silenzju bħal dan jista’ jitqies bħala korroborazzjoni ta’ kwalunkwe prova ta’ ħtija.

Tista’ ssir perkwiżizzjoni fuqi jew nintalab nipprovdi kampjuni jew marki tas-swaba’?

Jekk ma ġejtx arrestat, il-kampjuni jistgħu jittieħdu mingħandek biss bil-kunsens bil-miktub minn qabel tiegħek. Jekk ġejt arrestat, kampjuni intimi jew mhux intimi jistgħu jittieħdu biss jekk jingħata kunsens xieraq. Jekk tirrifjuta li tagħti kampjuni mhux intimi (eż. marki tas-swaba’), tista’ tkun obbligat tagħmel dan fuq ordni minn Maġistrat.

Arrest (2)

Għalfejn jista’ jsir arrest?

Kwalunkwe uffiċjal tal-pulizija jista’ jarresta mingħajr mandat lil kwalunkwe persuna li tkun qiegħda twettaq jew li tkun għadha kif wettqet delitt punibbli bi priġunerija, jew jekk jissuspetta b’mod raġonevoli li persuna sejra twettaq jew li għadha kif wettqet delitt bħal dan.

Il-pulizija tista’ tarresta persuna jekk:

  • l-identità tal-persuna ma tkunx magħrufa;
  • ikun hemm dubju dwar jekk id-dettalji pprovduti minnha humiex veri;
  • il-persuna ma tipprovdix indirizz sodisfaċenti għan-notifika;
  • hemm bżonn li din tinżamm milli tikkawża dannu fiżiku lilha nnifisha jew lil xi persuna oħra jew milli tikkawża telf ta’ jew ħsara fuq propjetà;
  • hemm bżonn li tinżamm milli twettaq reat kontra d-diċenza pubblika;
  • jekk ikun hemm raġunijiet validi għalfejn il-pulizija temmen li l-arrest huwa meħtieġ sabiex jiġu protetti tfal jew kwalunkwe persuna oħra vulnerabbli.

X’jgħiduli dwar l-arrest tiegħi?

Jekk tiġi arrestat, trid tiġi mgħarraf li inti tinsab taħt arrest, anki jekk l-arrest ikun ovvju. Ir-raġunijiet għall-arrest tiegħek ukoll iridu jiġu spjegati. Il-persuna li twettaq l-arrest ma tistax tuża guffaġni, irbit jew mezzi oħra ta’ restrizzjoni sakemm dan ma jkunx indispensabbli għall-arrest tiegħek, jew sakemm dan ma jkunx meħtieġ għax inti tirreżisti l-arrest.

Ma nitkellimx il-lingwa lokali. Jista’ jkolli interpretu?

Jekk ma tifhimx il-lingwa lokali, il-pulizija trid tipprovdilek interpretu u ma tistax tinterrogak sakemm ikun hemm l-interpretu preżenti.

Nista’ nkellem avukat?

Kull persuna arrestata għandha d-dritt għal parir legali mill-avukat tal-għassa. Madankollu, il-parir legali huwa limitat għal siegħa qabel l-interrogazzjoni. Il-pulizija tikkuntattja avukat f’ismek. Għal iktar tagħrif, ara l-Investigazzjoni (3). Tista’ anki tikseb parir fuq it-telefon.

Għandek id-dritt li tikkonsulta avukat fil-privat. Jekk teħtieġ interpretu, dan irid ikun preżenti meta tkellem lill-avukat tiegħek kif ukoll meta tkellem lill-pulizija.

Bilfors irrid inwieġeb il-mistoqsijiet tal-pulizija?

Għandek id-dritt li tibqa’ sieket. Kull ħaġa li tgħid tista’ tiġi rreġistrata u tintuża matul il-proċess quddiem il-qorti kriminali. Jekk tagħżel li tikkonsulta avukat u mbagħad tħaddem id-dritt tiegħek li tibqa’ sieket, silenzju bħal dan jista’ jitqies bħala korroborazzjoni ta’ kwalunkwe prova ta’ ħtija.

X’jiġri jekk ngħid xi ħaġa ħażina għall-każ tiegħi?

Għandek dritt bażiku li ma tinkriminax lilek innifsek u tiġi avżat li għandek id-dritt li tibqa’ sieket. Tiġi mwissi wkoll dwar il-konsegwenzi jekk ma teżerċitax id-dritt tiegħek li tibqa’ sieket. Dan ifisser li inti m’intix meħtieġ tagħti tagħrif lill-pulizija li jista’ juri li inti ħati.

Xejn ma jista’ jiġi dedott min-nuqqas tiegħek li tispjega ċerti dettalji bħal għalfejn kont f’post partikolari f’ħin partikolari, jew għalfejn kellek ċerti oġġetti fil-pussess tiegħek. Madankollu, jekk tonqos milli tispjega spjegazzjonijiet bħal dawn hemm ir-riskju li jitħalla effett negattiv fuq il-każ tiegħek.

Nista’ nikkuntattja ħabib jew membru familjari?

Il-Pulizija għandha d-dmir li tgħarrfek mingħajr dewmien żejjed bid-dritt tiegħek li titlob li persuna qariba jew ħabib tiegħek jiġu mgħarrfa bl-arrest tiegħek u fejn tinsab, ħlief fil-każ fejn din il-persuna qariba jew il-ħabib ikunu raġonevolment suspettati li huma involuti fir-reat li qiegħed jiġi investigat.

Jien minn Stat Membru ieħor. Nista’ nikkuntattja l-Ambaxxata tiegħi?

Is-soltu l-Pulizija tissuġġerixxilek jew tirrakkomandalek li tikkuntattja l-Ambaxxata tiegħek sabiex tkun innotifikata dwar l-arrest tiegħek u r-raġunijiet għal dan u tirrakkomanda avukat jekk tkun teħtieġ wieħed.

Jittieħdu l-marki tas-swaba’ tiegħi? Jista’ jiġi rreġistrat id-DNA tiegħi?

Il-marki tas-swaba’ tiegħek jistgħu jittieħdu u d-DNA tiegħek jista’ jiġi rreġistrat jekk inti tagħti l-kunsens xieraq. Madankollu, jekk tirrifjuta li tagħti l-marki tas-swaba’ tiegħek, tista’ tkun obbligat li tagħmel dan fuq ordni minn Maġistrat. Madankollu, ma jistax ikun hemm obbligu sabiex jiġi rreġistrat id-DNA tiegħek.

Jista’ jkun hemm perkwiżizzjoni fuq il-ġisem?

Tista’ ssir perkwiżizzjoni fuqek minn uffiċjal tal-pulizija jekk dan ikollu raġunijiet validi għalfejn jissuspetta li inti tista’ tkun ta’ periklu għalik innifsek jew għal ħaddieħor, li għandek xi ħaġa li tista’ tuża sabiex taħrab mill-kustodja u jista’ jfittex ukoll għal kwalunkwe ħaġa li tista’ sservi ta’ prova relatata ma’ reat.

Meta l-uffiċjal li jarrestak ikollu suspett raġonevoli li inti ħbejt oġġett relatat ma’ reat, jista’ jitlob lil Maġistrat sabiex jordna perkwiżizzjoni intima fuqek. Il-Maġistrat jaħtar espert tal-istess sess tiegħek sabiex iwettaq il-perkwiżizzjoni jew inkella jaħtar, bil-kunsens minn qabel tiegħek, lil kwalunkwe professjonist fil-mediċina sabiex iwettaq il-perkwiżizzjoni.

Għall kemm żmien ninżamm taħt arrest mill-pulizija?

Wara li tkun ġejt arrestat, tista’ tinżamm sa tmienja u erbgħin (48) siegħa. Jekk ma tkunx ġejt illiberat sa sitt sigħat mill-arrest tiegħek, l-uffiċjal li arrestak irid jgħarraf lill-Maġistrat, billi jagħti d-dettalji kollha dwar il-ħin u l-post tal-arrest tiegħek. Wara tmienja u erbgħin siegħa, il-pulizija trid takkużak b’delitt, tilliberak b’garanzija jew tilliberak mingħajr kundizzjonijiet.

X’jiġri jekk niġi arrestat fuq Mandat ta’ Arrest Ewropew?

Jekk jinħareġ Mandat ta' Arrest Ewropew minn Stat Membru wieħed, tista’ tiġi arrestat fi Stat Membru ieħor u tintbagħat lura lejn il-pajjiż ikkonċernat wara seduta quddiem Maġistrat. Inti intitolat li jkollok avukat u interpretu jekk teħtieġ wieħed.

L-ewwel seduta tal-qorti (3)

Għalfejn issir l-ewwel seduta?

Hemm żewġ sitwazzjonijiet differenti:

  • Jekk tkun ġejt arrestat u tinsab f’kustodja tal-pulizija, l-iskop tal-ewwel seduta tal-qorti huwa sabiex jinqraw l-akkużi. Imbagħad, l-ewwel nett il-Qorti tiddeċiedi jekk hemmx bażi legali biex tkompli tinżamm taħt arrest preventiv u mbagħad tgħarrfek li tista’ titlob libertà proviżorja;
  • Jekk tkun ġejt akkużat iżda ma tkunx f’kustodja tal-pulizija, l-iskop tal-ewwel seduta huwa li jinqraw l-akkużi tiegħek u li jinstemgħu l-provi li jsostnu l-akkużi miġjuba mill-prosekuzzjoni.

Jekk inti tkun miżmum taħt kustodja tal-pulizija, trid tidher quddiem qorti malajr kemm jista’ jkun wara li tkun ġejt akkużat sabiex tisma’ l-provi li jsostnu l-akkużi miġjuba kontrik mill-prosekuzzjoni u sabiex tiddeċiedi jekk għandekx tingħata libertà proviżorja.

Jekk m’intix taħt kustodja, tiġi notifikat dwar l-akkużi u d-data ta’ meta trid tidher fil-qorti għall-ewwel seduta.

Għandi dritt għal avukat?

Meta tidher fil-qorti, għandek dritt għal avukat tal-għażla tiegħek. Jekk ma tiflaħx tħallas għal avukat, l-Istat jipprovdilek assistenza legali. Għal iktar tagħrif, araIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdida Kif tikseb parir legali.

Jiġi pprovdut interpretu jekk ma nitkellimx il-lingwa?

Jekk ma tifhimx il-lingwa Maltija iżda titkellem bl-Ingliż, il-proċess quddiem il-qorti kriminali jsir bl-Ingliż. Jekk ma tifhimx l-Ingliż, il-proċess quddiem il-qorti kriminali jsir bil-Malti u jinħatar interpretu sabiex jassistik. Is-servizzi ta’ interpretu huma mingħajr ħlas.

Bilfors irrid nitkellem fil-qorti?

Għandek id-dritt li tibqa’ sieket. Madankollu, tiġi mistoqsi jekk intix ħati jew mhux ħati tal-akkużi. L-avukat tiegħek jagħtik parir dwar x’għandek tgħid.

Irrid nagħti xi tagħrif ieħor?

Qabel ma titkellem dwar il-kwistjoni ġenerali jekk intix ħati jew mhux ħati, tiġi mistoqsi mingħajr ġurament xi mistoqsijiet bażiċi li jirrigwardaw l-iktar l-identità u l-post ta’ residenza tiegħek.

Wara s-seduta niġi lliberat jew ninżamm taħt arrest preventiv?

Matul is-seduta, il-qorti tiddeċiedi jekk għandekx tingħata l-libertà proviżorja jew le.

Is-soltu, jekk ma jkollokx kondotta ħażina, u ma tkunx ta’ riskju għas-soċjetà, inti tingħata l-libertà proviżorja, taħt ċerti kundizzjonijiet. Jekk il-qorti tiddeċiedi li ma tagħtix il-libertà proviżorja, tittieħed il-ħabs sas-seduta li jmiss fejn tista’ terġa’ titlob il-libertà proviżorja. Il-qorti ma tistax tiddeċiedi li ma tagħtikx il-libertà proviżorja sakemm jibda l-proċess quddiem il-qorti kriminali. Tista’ titlob il-libertà proviżorja fi kwalunkwe stadju tal-proċeduri.

Jekk inti persuna barranija, is-soltu l-qorti ma tagħtikx libertà proviżorja sakemm ma jkollokx indirizz fiss.

Nista’ nitlaq mill-pajjiż qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Jekk tagħti garanzija suffiċjenti li ser tiġi lura għall-proċess quddiem il-qorti kriminali, inti titħalla titlaq mill-pajjiż iżda tkun trid tiġi lura għal kull seduta tal-qorti. Jekk tonqos milli tattendi xi waħda mis-seduti, jinħareġ mandat ta’ arrest mill-ġdid kontrik. Tista’ tiġi akkużat ukoll bir-reat ta’ ksur tal-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja. F’ħafna każijiet, waħda mill-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja tkun li inti ma tistax titlaq mill-pajjiż, iżda din il-kundizzjoni tista’ tinbidel f’xi stadju sussegwenti tal-proċeduri.

Tħejjija tal-każ qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali (4)

X’jiġri qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Fil-perjodu ta’ qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali, l-Avukat Ġenerali jiġbor il-provi kollha fil-każ sabiex jiżgura li l-każ ikun b’saħħtu biżżejjed sabiex jiġġustifika l-proċess quddiem il-qorti kriminali. Il-provi jinġabru matul il-kumpilazzjoni tal-provi. Inti tkun preżenti f’dan l-istadju tal-proċeduri u tista’ tiġi assistit mill-avukat tiegħek. Tista’ teżamina l-provi billi tagħmel kontro-eżami tax-xhieda tal-prosekuzzjoni u tista’ anki tippreżenta l-provi tiegħek.

Il-każ dejjem jgħaddi għal proċess quddiem il-qorti kriminali?

Il-Qorti tal-Maġistrati li tagħmel il-kumpilazzjoni tal-provi tista’ tiddeċiedi li ma jkun hemm l-ebda każ u mbagħad tilliberak. Jekk tiġi lliberat u l-Avukat Ġenerali ma jaqbilx mas-sejbiet tal-Qorti, fi żmien xahar dan jista’ jitlob lill-Qorti Kriminali sabiex inti terġa’ tiġi arrestat. Jekk il-Qorti tal-Maġistrati taqtagħha li trid tiġi pproċessat, l-Avukat Ġeneral jista' xorta waħda jordna li tiġi lliberat. Il-liġi ma tipprovdix alternattiva għal proċess quddiem il-qorti kriminali.

Nista’ nammetti l-ħtija qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Tista’ tammetti l-ħtija wara li titressaq u jekk il-piena għall-akkuża miġjuba kontrik ma tkunx taqbeż l-għaxar snin priġunerija, il-Qorti tal-Maġistrati tkompli sabiex taqta’ s-sentenza. Din is-sentenza, ħlief f’ċerti eċċezzjonijiet, tidher fuq il-kondotta tiegħek.

Jekk tammetti l-ħtija għall-akkuża quddiem il-Qorti Kriminali, ma tiġix iffurmata ġurija u l-Qorti taqta’ s-sentenza.

L-akkużi miġjuba kontrija jistgħu jinbidlu qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Huwa possibbli li l-akkużi jinbidlu qabel ma jseħħ il-proċess quddiem il-qorti kriminali, skont il-provi miġbura fil-kumpliazzjoni tal-provi. L-Avukat Ġenerali jista’ jinkludi fl-akkuża kwalunkwe bidla li tirriżulta mill-kumplikazzjoni tal-provi. Huwa possibbli wkoll li l-provi, jew uħud mill-provi, jaqgħu qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

X’tip ta’ provi tiġbor il-prosekuzzjoni?

Il-prosekuzzjoni tinterroga xhieda fil-każ u tiġbor ukoll provi fiżiċi u forensiċi. Pereżempju, il-prosekuzzjoni tista’ tiġbor dokumenti mid-dar jew mill-post tax-xogħol tiegħek. Il-Qorti tal-Maġistrati tista’ tordna kwalunkwe inkjesta, tiftix, esperiment jew kwaunkwe ħaġa oħra meħtieġa għall-investigazzjoni sħiħa tal-każ. Il-Qorti tista’ tordna wkoll li ssir perkwiżizzjoni minn esperti fuq xi parti minn ġismek jew ġisem il-persuna li fuqha jew li magħha twettaq id-delitt, jekk tkun tal-fehma li eżami bħal dan ikun rilevanti għall-każ.

Nista’ nwaqqaf lill-prosekuzzjoni milli tiġbor ċerti provi?

Il-kumpilazzjoni tal-provi mhijiex l-istadju xieraq tal-proċeduri sabiex tiġi diskussa l-ammissibbiltà tal-provi. Għandek limitu ta’ żmien li jibda mid-data li fiha tirċievi l-akkuża sabiex tikkontesta l-ammissibbiltà tal-provi li l-prosekuzzjoni jkun beħsieba tipproduċi. Madankollu, jekk il-provi jkunu ferm inammissibbli, il-Qorti tal-Maġistrati tista’ tikkunsidra li ma tippermettihomx.

Meta nsir naf x’inhuma l-provi kontrija?

Tkun preżenti mal-avukat tiegħek matul il-kumpilazzjoni tal-provi u jkollok l-opportunità li tagħmel kontro-eżami tax-xhieda tal-prosekuzzjoni u tara l-provi fiżiċi.

X’jiġri jekk ngħix fi Stat Membru ieħor?

Jekk titħalla tmur lura lejn pajjiżek, trid tiġi lura għas-seduta tal-qorti qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali.

Jekk niġi kkundannat, nista’ nerġa’ niġi pproċessat għall-istess delitt?

Kemm jekk tiġi kkundannat jew tiġi lliberat, ma tistax terġa’ tiġi pproċessat għall-istess delitt. Madankollu, din hija deċiżjoni tal-Qorti li quddiemha jsir il-proċess peress li l-Qorti tal-Maġistrati li tmexxi l-kumpilazzjoni tal-provi hija espressivament ipprojbita milli tieħu deċiżjoni dwar jekk intix qiegħed tiġi pproċessat mill-ġdid għal delitt li diġà ġejt ipproċessat għalih.

Tħejjija tal-każ mid-difiża (5)

X’jiġri qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Jekk il-proċess quddiem il-qorti kriminali jsir quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, il-prosekuzzjoni tiġbor u tikkonkludi l-provi tagħha qabel ma tħejji l-każ tiegħek. Tista’ tagħmel kontro-eżami tax-xhieda tal-prosekuzzjoni meta dawn jinġiebu jew tista’ tirriżerva d-dritt tiegħek li tagħmlilhom kontro-eżami iktar tard.

Jekk il-proċess isir quddiem il-Qorti Kriminali, fejn il-proċeduri jkunu solenni, trid tħejji l-lista tiegħek ta’ xhieda u kwalunkwe eċċezzjoniijet preliminari oħrajn fi ħdan limitu ta’ żmien stipulat li jibda mid-data li fiha tirċievi l-att ta’ akkuża.

Meta rrid nipprepara d-difiża tiegħi?

Ma għandek l-ebda limiti ta’ żmien speċifiċi sabiex tħejji d-difiża tiegħek fi proċess quddiem il-Qorti tal-Maġistrati. Meta l-prosekuzzjoni ttemm il-każ tagħha, inti tingħata data sabiex tibda d-difiża tiegħek. M’intix meħtieġ tikkonkludi d-difiża tiegħek f’seduta waħda.

Meta tirċievi att ta’ akkuża għal proċess quddiem il-Qorti Kriminali, tista’, fi żmien 15-il jum ta’ xogħol, tagħti avviż dwar kwalunkwe eċċezzjoni preliminari u tindika x-xhieda u tipproduċi dokumenti u provi oħrajn li tkun beħsiebek tuża fil-proċess quddiem il-Qorti Kriminali. Dan huwa limitu ta’ żmien perentorju u huwa rrakkomandat li tkellem avukat hekk kif tirċievi l-att ta’ akkuża.

Ningħata tagħrif dwar ix-xhieda u provi oħra kontrija?

Fil-każ ta’ proċess quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, ix-xhieda għall-prosekuzzjoni jinstemgħu u l-provi jiġu pprovduti fil-preżenza tiegħek. Qabel ma tħejji d-difiża tiegħek, tista’ titlob anki kopja tal-atti proċedurali li jinkludu t-traskrizzjonijiet tal-provi u l-kopji ta’ provi oħrajn ipprovduti.

Fil-każ ta’ proċess quddiem il-Qorti Kriminali, l-Avukat Ġenerali jrid jippreżenta l-atti proċedurali flimkien ma’ lista ta’ xhieda u dokumenti li jkun beħsiebu jipproduċi fil-proċess tiegħek quddiem il-qorti kriminali. Tiġi nnotifikat bil-lista ta’ xhieda u d-dokumenti flimkien mal-att ta’ akkuża. Tista’ anki titlob kopja tal-atti proċedurali mir-Reġistru tal-Qorti Kriminali.

Nista’ nwaqqaf lill-prosekuzzjoni milli tiġbor ċerti provi?

F’każijiet quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, tista’ twaqqaf lill-prosekuzzjoni milli tipproduċi provi li huma inammissibbli, jiġifieri mhux legalment permissibbli. Dan jista’ jsir minnufih jew fi kwalunkwe stadju iktar tard tal-proċeduri.

Fejn tiġi ppreżentata akkuża kontrik, jekk jitqajmu eċċezzjonijiet rigward il-provi maħsuba li jiġu pprovduti mill-prosekuzzjoni fi ħdan il-limitu ta’ żmien, il-Qorti Kriminali tagħżel ġurnata għas-smigħ ta’ dawn l-eċċezzjonijiet. Il-Qorti tissospendi l-każ għas-sentenza wara li tisma’ s-sottomissjonijiet tal-partijiet. Meta tingħata d-deċiżjoni, jekk tixtieq tappella quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali trid tippreżenta nota tal-appell immedjatament wara li tingħata d-deċiżjoni tal-Qorti. Imbagħad ikollok tliet ijiem ta’ xogħol sabiex tippreżenta appell.

Jekk niġi kkundannat, nista’ nerġa’ niġi pproċessat għall-istess delitt?

Kemm jekk tiġi kkundannat jew illiberat, ma tistax terġa’ tiġi pproċessat għall-istess delitt. L-eċċezzjoni ta’ ne bis in idem tista’ titqajjem fi kwalunkwe stadju quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, ħlief matul il-kumpilazzjoni tal-provi.

L-eċċezzjoni ta’ ne bis in idem tista’ titqajjem quddiem il-Qorti Kriminali bħala eċċezzjoni preliminari. Madankollu, din l-eċċezzjoni tista’ titqajjem fi kwalunkwe stadju mill-Qorti stess anki jekk ma ssir l-ebda referenza speċifika għaliha.

Diġà ġejt ipproċessat fi Stat Membru ieħor għal dan id-delitt. X’jiġri?

Il-Qorti tal-Maġistrati jew il-Qorti Kriminali teżamina l-kontenut tad-deċiżjoni tal-Istat Membru l-ieħor u tilliberak jekk tikkonkludi li d-delitt huwa wieħed li diġà ġejt ikkundannat jew illiberat għalih.

Kemm idum il-proċess?

Proċess quddiem il-Qorti tal-Maġistrati jsir f’numru ta’ seduti li jistgħu jsiru ġimgħat jew xhur ‘il bogħod minn xulxin.

Ħafna mill-proċessi quddiem il-Qorti Kriminali ma jdumux iktar minn ġimgħa. Madankollu, il-proċessi quddiem il-Qorti Kriminali li jkunu serji jistgħu jdumu iktar minn hekk.

L-aħħar aġġornament: 20/01/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

3 - Id-drittijiet tiegħi fil-qorti

Fejn isir il-proċess?

Il-qorti li tisma’ l-każ tiegħek tkun jew il-Qorti tal-Maġistrati jew inkella l-Qorti Kriminali u dan jiddependi l-iktar mill-gravità tal-akkużi kontrik.

Il-proċess ikun pubbliku ħlief f’xi eċċezzjonijiet fejn, pereżempju, l-identità tal-vittma trid tinżamm mistura.

Jekk il-każ jinstema’ mill-Qorti tal-Maġistrati, il-maġistrat li jippresjedi jiddeċiedi dwar il-każ. Jekk min-naħa l-oħra l-każ jinstema’ mill-Qorti Kriminali, il-każ jiġi deċiż b’ġuri u, f’każ ta’ verdett ta’ ħtija, is-sentenza tingħata mill-imħallef li jippresjedi.

L-akkużi jistgħu jinbidlu matul il-proċess?

L-akkużi jistgħu jinbidlu meta l-każ jinstema’ mill-Qorti tal-Maġistrati. Il-prosekuzzjoni tista’ titlob għall-korrezzjoni tal-bidliet jekk il-provi jissuġġerixxu li akkuża oħra tkun iktar xierqa jew jekk ikun hemm żball fl-akkuża oriġinali. L-akkużi jistgħu anki jiġu rtirati jew sostitwiti.

F’każijiet quddiem il-Qorti Kriminali, ladarba tkun ammettejt il-ħtija jew tiċħad il-ħtija, l-akkużi jistgħu jinbidlu f’ċirkustanzi limitati bil-kundizzjoni li l-bidliet ma jsirux iktar serji minn dawk oriġinali.

Jekk tammetti l-ħtija għall-akkużi kollha, il-Qorti tipproċedi sabiex tagħti sentenza. Jekk tammetti l-ħtija għal uħud mill-akkużi, sakemm l-akkużi l-oħrajn ma jiġux irtirati mill-Prosekuzzjoni jew ikunu akkużi alternattivi, il-Qorti tipproċedi bil-proċess.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi matul il-proċess?

Trid tkun preżenti matul l-istadji kollha tal-proċess.

Jekk tgħix fi Stat Membru ieħor ma jkunx possibbli li inti tieħu sehem b’kollegament bil-vidjow.

Jekk ma tifhimx bil-Malti iżda titkellem bl-Ingliż, il-proċess isir bl-Ingliż. Jekk ma tifhimx bl-Ingliż, il-proċess isir bil-Malti u jinħatar interpretu sabiex jassistik.

Inti liberu li tmexxi d-difiża tiegħek iżda ġeneralment il-Qrati jinsistu li inti taħtar avukat sabiex jassistik. Jiġi allokat avukat għalik. Jekk l-avukat tiegħek ikun l-avukat tal-għassa mill-assistenza legali, ma tistax tibdel l-avukat. Madankollu, jekk taħtar l-avukat privat tiegħek, tista’ tibdlu.

M’intix obbligat titkellem matul il-proċess u xejn ma jista’ jiġi dedott mis-silenzju tiegħek. Madankollu, jekk tiddeċiedi li tixhed, ma tistax tirrifjuta li twieġeb mistoqsijiet inkriminanti relatati mal-akkużi miġjuba kontrik.

Il-gideb jista’ jaffettwa serjament il-kredibbiltà tiegħek u, barra minn hekk, jista’ jwassal għal reat ta’ ġurament falz.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi fir-rigward tal-provi kontrija?

B’mod ġenerali, tista’ tikkontesta l-provi miġjuba kontrik. Jekk il-provi jikkonsistu f’xhieda, tista’ tagħmel kontro-eżami lilhom jew iġġib ix-xhieda tiegħek sabiex jikkontestaw ix-xhieda tagħhom. F’każ ta’ provi dokumentarji, tista’ tagħmel kontro-eżami lix-xhud jew lill-perit tal-qorti li jipprovdihom jew iġġib ix-xhieda tiegħek sabiex jikkontestaw dawk il-provi. Madankollu, ma tistax iġġib perizja tiegħek stess. Il-perizja tista’ tiġi kkontestata biss permezz ta’ kontro-eżami tal-perit tal-qorti fir-rigward tas-sejbiet jew il-kompetenza tiegħu.

Tista’ ttella’ xhieda u tipproduċi provi dokumentarji sabiex isostnu d-difiża tiegħek.

Jekk il-proċess tiegħek quddiem il-qorti kriminali jsir quddiem il-Qorti Kriminali, il-liġi tistabbilixxi limitu ta’ żmien li jibda minn meta tirċievi l-att ta’ akkuża li fih trid tindika x-xhieda u l-provi l-oħrajn kollha li beħsiebek tipproduċi għad-difiża tiegħek fil-proċess. L-ebda restrizzjoni bħal din ma teżisti jekk il-proċess tiegħek quddiem il-qorti kriminali jsir quddiem il-Qorti tal-Maġistrati.

Jekk tkun tixtieq dan, tista’ tuża investigatur privat sabiex tikseb il-provi. Il-provi miksuba minnu huma ammissibbli sakemm ma jkunux esklużi mil-liġi.

L-avukat tiegħek jista’ jagħmel kontro-eżami tax-xhieda tal-prosekuzzjoni u jista’ jikkontesta x’jgħidu matul il-kontro-eżami.

Jiġi kkunsidrat it-tagħrif dwar il-kondotta tiegħi?

Tagħrif dwar il-kondotta tiegħek jittieħed f’kunsiderazzjoni jekk akkuża tiddependi fuq kundanna preċedenti bħal riċediva jew it-twettiq ta’ reat matul perjodu operazzjonali ta’ sentenza sospiża. Il-kondotta tiegħek tista’ tittieħed f’kunsiderazzjoni mill-maġistrat u l-imħallef meta jiddeċiedu l-piena li sejjer tirċievi jekk tiġi kkundannat.

Matul proċess quddiem il-Qorti Kriminali, il-kondotta tiegħek tista’ tittieħed f’kunsiderazzjoni jekk tipprova tistabbilixxi l-karattru tajjeb tiegħek jew tixħet dubju dwar il-karattru ta’ wieħed mix-xhieda tal-prosekuzzjoni. Meta tiddetermina l-piena tiegħek, il-qorti tista’ tieħu f’kunsiderazzjoni s-sentenza finali mogħtija minn qorti barranija.

X’jiġri fi tmiem il-proċess?

Fi tmiem il-proċess, tiġi lliberat jew ikkundannat bl-akkużi miġjuba kontrik. Tista’ anki tiġi lliberat/kkundannat parzjalment.

Jekk tiġi kkundannat tista’ tingħata sentenza ta’ priġunerija. Jekk is-sentenza ta’ priġunerija ma taqbiżx is-sentejn, il-Qorti tista’ tissospendi l-iskontar tagħha għal perjodu massimu ta’ erba’ snin. Jekk ir-reat iġorr piena li ma taqbiżx seba’ snin priġunerija, il-Qorti tista’ tilliberak mingħajr kundizzjonijiet jew b’mod kundizzjonali għal perjodu massimu ta’ tliet snin. Jekk tikser kundizzjoni imposta mill-Qorti, titressaq quddiemha u tiġi kkundannat mill-ġdid.

Il-Qorti tista’ anki tagħmel ordni ta’ probation fejn uffiċjal tal-probation jiġi assenjat sabiex jissorveljak. F’ċerti każi, il-Qorti tista’ timponi anki penali finanzjarja.

X’inhu r-rwol tal-vittma matul il-proċess?

Meta l-proċess isir quddiem il-Qorti Kriminali, il-vittma tista’ tkun preżenti matul il-proċeduri u tagħmel sottomissjonijiet dwar il-piena.

Quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, il-vittma jista’ jkollha rwol iktar attiv billi tassisti lill-uffiċjal tal-prosekuzzjoni b’mod personali jew permezz ta’ avukat.

L-aħħar aġġornament: 20/01/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

4 - Id-drittijiet tiegħi wara li l-qorti tieħu d-deċiżjoni tagħha

Nista’ nappella?

Tista’ tappella kontra d-deċiżjoni fil-proċess u tista’ tappella wkoll kontra s-sentenza. Tista’ tagħmel dan billi tippreżenta rikors ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali. Trid tagħmel dan fi żmien tmint ijiem ta’ xogħol fil-każ ta’ sentenza mill-Qorti tal-Maġistrati. Fil-każ ta’ verdett mill-ġurati u sentenza konsegwenti mill-Qorti Kriminali trid tippreżenta l-appell tiegħek fi żmien ħmistax-il jum ta’ xogħol mid-data tas-sentenza.

Fiż-żewġ każijiet, tista’ tappella kontra d-deċiżjoni dwar il-merti jew/u kontra s-sentenza.

X’jiġri jekk nappella?

Jekk tingħata sentenza ta’ priġunerija mill-Qorti tal-Maġistrati, ir-rikors tiegħek ta’ appell jissospendi l-eżekuzzjoni tas-sentenza sa meta jinqata’ l-appell.

Min-naħa l-oħra, jekk tingħata sentenza ta’ priġunerija mill-Qorti Kriminali wara verdett ta’ ħtija, tintbagħat il-priġunerija minnufih u l-preżentata ta’ appell ma tissospendix l-eżekuzzjoni tas-sentenza. F’dan l-aħħar każ tista’ titlob libertà proviżorja sa meta jinqata’ l-appell iżda bħala regola din ma tingħatax.

Ma hemm l-ebda regola fissa rigward meta jinstema’ l-appell tiegħek iżda ġeneralment jgħaddu ftit xhur qabel ma jinstema’ l-appell.

Bħala regola, ma tistax tipproduċi provi ġodda matul l-appell iżda hemm xi ftit eċċezzjonijiet bħal jekk ma kontx konxju mill-provi jew jekk dawn kienu inammissibbli fi żmien il-proċess.

X’jiġri fis-smigħ tal-appell?

Fil-każ ta’ appell kontra deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati, jekk it-testimonjanza tax-xhieda ma tkunx ġiet traskritta, dawn ix-xhieda jinstemgħu u mbagħad l-avukat tiegħek u l-prosekutur jagħmlu s-sottomissjonijiet orali tagħhom favur u kontra l-appell.

F’każijiet fejn it-testimonjanza tax-xhud tkun ġiet traskritta, isiru sottomissjonijiet orali. Fil-każ ta’ appell minn sentenza tal-Qorti Kriminali, l-avukati tiegħek jagħmlu sottomissjonijiet orali bħala sostenn tal-appell tiegħek u l-prosekutur jirreplika għal dawk is-sottomissjonijiet.

Fi tmiem il-proċess, tiġi lliberat jew ikkundannat għall-akkużi miġjuba kontrik. Tista’ anki tiġi lliberat / kkundannat parzjalment.

X’jiġri jekk l-appell jintlaqa’/ma jintlaqax?

Jekk l-appell tiegħek jintlaqa’, is-sentenza tinbidel jew tiġi rrevokata, skont x’titlob fir-rikors tal-appell.

Jekk l-appell tiegħek ma jintlaqax, id-deċiżjoni tal-Qorti tiġi kkonfermata. F’dan l-aħħar każ, jekk is-sentenza ta’ priġunerija tkun ingħatatlek mill-Qorti tal-Maġistrati, inti tittieħed f’kustodja minnufih.

Ma għandhek l-ebda dritt ta’ appell quddiem Qorti oħra minn sentenza tal-Qorti tal-Appell Kriminali. Jekk l-ewwel deċiżjoni kienet żbaljata, ma għandek l-ebda dritt awtomatiku għal kumpens.

Jekk l-appell tiegħek jintlaqa’ u s-sentenza tiġi rrevokata, ma jinżamm l-ebda rekord tal-kundanna tiegħek.

Kundanna tkun finali jew wara sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati jew il-Qorti Kriminali fejn ma jsir l-ebda appell fiż-żmien preskritt jew wara deċiżjoni mill-Qorti tal-Appell Kriminali.

Jien minn Stat Membru ieħor. Nista’ nintbagħat lura hemm wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Jekk inti minn Stat Membru ieħor, il-Qorti ma tordnax li inti tintbagħat lura lejn pajjiżek. Madankollu, tista’ tagħmel talba lill-Gvern sabiex tqatta’ ħin f’kustodja fl-Istat Membru tiegħek.

It-talba tista’ ssir ukoll mill-Gvern tiegħek jew minn jeddu jew b’appoġġ għal talba preċedenti min-naħa tiegħek. Irid jintlaħaq qbil dwar id-deċiżjoni bejn iż-żewġ Gvernijiet.

It-trasferiment mhuwiex awtomatiku u jrid jinbeda fuq talba tiegħek jew/u fuq talba tal-Gvern tiegħek.

Id-deċiżjoni li tintbagħat lura lejn pajjiżek mhijiex deċiżjoni tal-Qorti iżda hija waħda li jrid isir qbil dwarha mill-Gvern tiegħek u mill-Gvern tal-Istat Membru li sabek ħati/ħatja ta’ reat. Għalhekk, ma hemm l-ebda appell minn deċiżjoni bħal din.

Tagħrif dwar l-akkużi/kundanni

Akkużi li inti ġejt ikkundannat bihom jidhru fuq iċ-ċertifikat tal-kondotta tiegħek. Madankollu, f’ċerti każijiet, bħal f’każ fejn kont taħt l-età fi żmien ir-reat, il-kundanna ma tiddaħħalx fiċ-ċertifikat tal-kondotta.

Dan it-tagħrif jinżamm mill-Kummissarju tal-Pulizija fid-Depot tal-Pulizija.

Il-kondotta tiegħek tinżamm mill-Kummissarju tal-Pulizija mingħajr limitu ta’ żmien. Madankollu, ma jiddaħħlux kundanni fiċ-ċertifikat tal-kundanna tiegħek wara li jkunu għaddew ċerti perjodi ta’ żmien li jvarjaw bejn sitt xhur sa għaxar snin, skont it-tul ta’ żmien tal-piena tiegħek. Hemm ċerti kundanni, bħal dawk relatati mad-droga li dejjem jiddaħħlu fiċ-ċertifikat tal-kondotta tiegħek, irrispettivament minn kemm ikun għadda żmien.

Il-kunsens tiegħek mhuwiex meħtieġ sabiex il-kondotta tiegħek tinżamm mill-Kummissarju tal-Pulizija. Ma tistax toġġezzjona għaż-żamma ta’ dan it-tagħrif peress li huwa permess mil-liġi.

L-aħħar aġġornament: 20/01/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

5 - Reati tat-traffiku fit-triq

Reati minuri tat-traffiku, imsemmija kif xieraq bħala ksur jew reati skedati, huma indirizzati b’mod amministrattiv quddiem Kummissarju għall-Ġustizzja.

Kif inhuma indirizzati reati minuri tat-traffiku fit-triq?

Kontravenzjonijiet bħal veloċità eċċessiva u reati relatati mal-parkeġġ huma indirizzati bl-istess mod bħal kif inhuma indirizzati r-reati minuri quddiem il-Qorti tal-Maġistrati.

Dawn ir-reati jiġu indirizzati minn Kummissarju għall-Ġustizzja.

Tirċievi ċitazzjoni sabiex tidher quddiem Kummissarju. Iċ-ċitazzjoni jkun fiha dikjarazzjoni qasira dwar il-fatti tal-akkuża kif ukoll twissija li jekk tonqos milli tidher, titqies li ammettejt l-akkuża. Iċ-ċitazzjoni tindika wkoll il-multa li jista’ jkollok tħallas jekk tinstab ħati ta’ ksur.

Sa tliet ijiem qabel is-seduta tista’ ttemm l-akkuża billi tħallas il-multa. F’dan il-każ, ma jkollokx għalfejn tidher quddiem il-Kummissarju. Jekk tagħżel li tikkontesta l-akkuża, f’dak il-każ il-proċeduri huma kontenzjużi. Il-prosekuzzjoni tippreżenta l-każ tagħha u mbagħad inti tippreżenta tiegħek. Imbagħad, il-Kummissarju jiddeċiedi dwar jekk wettaqtx ir-reat skedat speċifikat fiċ-ċitazzjoni.

Jekk il-Kummissarju jiddeċiedi li wettaqt ir-reat skedat, jiddikjarak ħati ta’ ksur u jordnalek tħallas multa li ma taqbiżx l-elf, mija u erbgħa u sittin euro u disgħa u sittin ċenteżmu (€ 1,164.69). Il-multa minima tkun ta’ tlieta u għoxrin euro u disgħa u għoxrin ċenteżmu (€ 23.29). Jekk il-liġi tistipula hekk, il-Kummissarju jista’ wkoll jordna s-sekwestru ta’ kwalunkwe oġġett użat fit-twettiq tar-reat jew/u r-revoka jew is-sospensjoni tal-liċenzja tiegħek minbarra l-multa.

Jistgħu jittieħdu passi għal reati skedati kontra ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn jekk tiġi mħarrek. Jekk tiġi mħarrek u ma tidhirx, inti titqies li ammettejt l-akkuża. Inkella, tista’ tawtorizza bil-miktub lil persuna li tiġi minnek mill-qrib jew avukat sabiex jidhru f’ismek.

Jekk ma taqbilx mad-deċiżjoni tal-Kummissarju tista’, fi żmien tletin jum mid-deċiżjoni, tressaq rikors quddiem il-Qorti tal-Maġstrati sabiex din id-deċiżjoni tiġi rrevokata jew tinbidel.

Dawn ir-reati jidhru fuq il-kondotta tiegħi?

Dawn il-kontravenzjonijiet ma jidhrux fuq iċ-ċertifikat tal-kondotta tiegħek jew fuq karta tal-kundanni.

L-aħħar aġġornament: 20/01/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.