Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw dak li jseħħ meta xi ħadd ikun issuspettat jew akkużat bi ksur u li jiġi pproċessat f'kawża quddiem qorti. Għal informazzjoni dwar kontravenzjonijiet minuri bħall-ksur tal-kodiċi tat-traffiku, li normalment jiġu ppenalizzati b'piena fissa bħal multa, ara l-iskeda informattiva 5. Jekk inti vittma ta' reat, issib l-informazzjoni kollha dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.
Hawn taħt issib il-punti prinċipali tal-istadji normali ta' proċedura kriminali
Fin-noti informattivi ssib dettalji dwar l-istadji kollha tal-proċedura u dwar id-drittijiet tiegħek. Din l-informazzjoni ma tiħux post il-parir ta' avukat u għandha sservi biss biex tiffamiljarizza ruħek mas-sistema.
Importanti tkun taf illi l-Kummissjoni Ewropea m'għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tkun ta' assistenza jekk tkun trid tressaq ilment. Dawn l-iskedi informattivi juru kif inti tista’ tressaq ilment u fejn tressqu.
1 - Parir ta' avukat
2 - Id-drittijiet tiegħi waqt l-inkjesta
3. Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.