Imputati (proċeduri kriminali)

Latvja

Il-kontenut ipprovdut minn
Latvja

Kif jiġu trattati r-reati tat-traffiku fit-triq?

Jekk tkun qbiżt il-limitu tal-veloċità (50 km/h fil-bliet u 90 km/h barra mill-bliet) b'iktar minn 20 km/h l-uffiċjal tal-pulizija jista' jtik twissija/multa ta' 5 LVL.

Jekk taqbeż il-limitu tal-veloċità b'bejn 21 u 30 km/h l-uffiċjal tal-pulizija jista' jtik twissija/multa ta' 20 LVL.

L-ammont tal-multa jiżdied iktar ma taqbeż il-limitu tal-veloċità u jista' jiżdied sa 300 LVL u jkun jinkludi t-teħid tal-liċenzja tas-sewqan għal minn 3 sa 6 xhur.

Jekk tkun ipparkjajt fejn mhux suppost, l-uffiċjal tal-pulizija jista' jtik multa ta' 20 LVL.

Jekk ma jkollokx fuqek liċenzja tas-sewqan, dokumenti tar-reġistrazzjoni tal-karozza jew ċertifikat tal-VRT etc. meta tkun qed issuq, l-uffiċjal tal-pulizija jista' jtik twissija/multa ta' 2 LVL.

Jekk issuq bil-fanali mitfijin matul il-ġurnata, l-uffiċjal tal-pulizija jista' jtik twissija/multa ta' 5 LVL. Fil-każ tal-istess ksur imma fid-dlam/f'kundizzjonijiet ta' viżibilità ħażina, l-uffiċjal tal-pulizija jista' jtik multa ta' 30 LVL.

Jekk waqt is-sewqan int jew passiġġier tiegħek ma tkunux lebsin iċ-ċinturin tas-sikurezza, l-uffiċjal tal-pulizija jista' jtik twissija/multa ta' 20 LVL.

L-uffiċjal tal-pulizija jħejji rapport dwar il-ksur u jista' jiddeċiedi dwar il-penali dak il-ħin stess. Tista' tappella mill-penali quddiem awtorità ogħla fi żmien xahar min-notifika tad-deċiżjoni. Id-deċiżjoni li tittieħed tista' terġa' tiġi appellata quddiem il-qorti distrettwali amministrattiva. It-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien xahar.

Il-pulizija muniċipali tittratta l-ksur tal-obbligi tal-persuni li jkunu mixjin fit-triq. Tista' tingħata multa ta' 5 sa 20 LVL. Tista' tikkontesta d-deċiżjoni fil-qorti distrettwali amministrattiva fi żmien xahar.

Jekk tkun soqt taħt l-influwenza tal-alkoħol b'livell ta' konċentrazzjoni ta' alkoħol ta' bejn 0.2 u 0.5% u kellek il-liċenzja tas-sewqan għal inqas minn sentejn l-uffiċjal tal-pulizija/l-imħallef distrettwali jew tal-belt jimponulek multa ta' minn 100 sa 200 LVL, li tinkludi wkoll it-teħid tal-liċenzja tas-sewqan tiegħek għal 3 xhur. Tista' tikkontesta din id-deċiżjoni fi żmien xahar quddiem awtorità ogħla u wara –  quddiem il-qorti distrettwali amministrattiva (fil-każ ta' multa mogħtija minn uffiċjal tal-pulizija) / qorti reġjonali (fil-każ ta' multa mogħtija minn imħallef).

Dawn ir-reati jidhru fuq il-kondotta tiegħi?

Il-pieni amministrattivi jidhru fuq il-kondotta tiegħek. L-informazzjoni dwar dawk il-pieni tiddaħħal mingħajr il-kunsens tiegħek f'bażi tad-dejta attiva tar-Reġistru taċ-Ċentru ta' Informazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-Latvja għal sena mid-data meta jkunu ġew skontati, imma wara din l-informazzjoni titpoġġa fil-bażi tad-dejta tal-arkivju tar-Reġistru.

Links relatati

Il-Kodiċi tat-Traffiku fit-Triq

Il-Kodiċi tar-Reati Amministrattivi

Il-liġi dwar il-proċeduri amministrattivi

Il-liġi tal-Pulizija

Il-liġi dwar ir-reġistru tal-kondotti

Il-Pulizija tal-Istat

Id-Direttorat għas-Sikurezza tat-Traffiku fit-Toroq

L-aħħar aġġornament: 11/08/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.