Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri jekk tkun issuspettat li inti wettaqt delitt.
Għal informazzjoni dwar reati tat-traffiku li min iwettaqhom jista’ jeħel biss multa, ara l-Iskeda Informattiva 6.
Jekk inti sfajt vittma ta’ delitt, tista’ ssib informazzjoni dettaljata dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.
Din it-taqsima tinkludi deskrizzjoni fil-qosor tal-fażijiet involuti fil-proċeduri kriminali.
Il-proċeduri kriminali huma diviżi fi tliet fażijiet: il-proċeduri tal-investigazzjoni, il-proċeduri intermedji (interlokutorji) u l-proċess quddiem il-qorti kriminali (inklużi l-appelli u l-infurzar).
Hemm varjazzjonijiet ta’ dan. Il-varjazzjonijiet prinċipali huma l-proċedura sommarja (Strafbefehlsverfahren), is-sospensjoni tal-proċedura (Einstellung des Verfahrens), u l-proċedura aċċellerata (beschleunigtes Verfahren).
Dawn l-iskedi informattivi jinkludu dettalji tal-fażijiet individwali fil-proċeduri kriminali u tad-drittijiet tiegħek. Din l-informazzjoni għandha sservi biss ta' gwida u ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala li qed tissostwixxi parir legali.
Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda influwenza fuq il-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tkunx tista’ tagħtik assistenza jekk ikollok xi lment.
3 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċeduri ta’ investigazzjoni
4 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċeduri fil-qorti
5 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali
6 – Reati tat-traffiku fit-triq
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.