Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri jekk inti tkun issuspettat jew tiġi akkużat li wettaqt delitt li jinstema’ quddiem qorti. Għal informazzjoni dwar reati minuri tat-traffiku, li ġeneralment min iwettaqhom jeħel multa, ara l-Iskeda Informattiva 5. Jekk inti sfajt vittma ta’ delitt, tista’ ssib informazzjoni sħiħa dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Dan li ġej huwa s-sommarju tal-istadji standard fil-proċedura kriminali
L-iskedi informattivi jagħtu dettalji dwar dawn l-istadji fil-proċedura u dwar drittijiet tiegħek. Din l-informazzjoni ma għandhiex tissostitwixxi parir legali u hija maħsuba biss biex tkun ta’ gwida.
Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda rwol fil-proċedimenti kriminali li jitwettqu fl-Istati Membri u ma tistax tagħtik assistenza jekk ikollok ilment. F’dawn l-iskedi informattivi tista’ ssib informazzjoni dwar kif tressaq ilment u lil min.
2 – Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni tad-delitt
3 – Id-drittijiet tiegħi fil-qorti
4 – Id-drittijiet tiegħi wara li l-qorti tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha
Ħarsa ġenerali lejn il-proċedura kriminali Estonjana bl-Ingliż
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.