Għandek tkun taf li dawn l-iskedi informattivi japplikaw biss għall-Ingilterra u għal Wales. Jekk tixtieq tkun taf id-drittijiet tiegħek f’partijiet oħra tar-Renju Unit, ara l-iskedi informattivi separati għall-Iskozja u għall-Irlanda ta’ Fuq. Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri jekk inti tkun issuspettat jew akkużat b’delitt li huwa ttrattat permezz ta’ proċess quddiem il-qorti kriminali. Għal informazzjoni dwar reati minuri tat-traffiku fit-triq, li huma ġeneralment ittrattati b’multa, ara l-Iskeda Informattiva 5. Jekk inti vittma ta’ xi delitt, tista’ ssib l-informazzjoni kollha dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.
L-istadji normali fil-proċess kriminali huma dawn li ġejjin:
L-iskedi informattivi jagħtu dettalji dwar dawn l-istadji fil-proċess u dwar id-drittijiet tiegħek. Din l-informazzjoni mhijiex sostituzzjoni għal parir legali u hija maħsuba biss bħala gwida.
Għandek tkun taf li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tassistik. F’dawn l-iskedi informattivi għandek issib informazzjoni dwar kif għandek tressaq ilment u lil min għandek tindirizzah.
2 – Id-drittijiet tiegħi tul l-investigazzjoni ta’ delitt
3 – Id-drittijiet tiegħi matul il-proċess quddiem il-qorti kriminali
4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem il-qorti kriminali
5 – Reati tat-traffiku fit-triq
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.