Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna tkun issuspettata jew akkużata b’delitt li jkun ittrattat bi proċess quddiem il-qorti kriminali. Għal tagħrif dwar reati tat-traffiku fit-triq, li normalment ikunu ttrattati permezz ta’ penali fissa bħal multa, ara l-Iskeda Informattiva 5. Jekk inti vittma ta’ xi delitt, tista’ ssib it-tagħrif kollu dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.
Dan li ġej huwa sommarju tal-istadji normali tal-proċess kriminali.
Tista’ ssib dettalji dwar l-istadji kollha tal-proċess kriminali u dwar id-drittijiet tiegħek fl-iskedi informattivi. L-informazzjoni m’għandhiex tissostitwixxi parir legali u qiegħda hemmhekk biss bħala gwida.
Ir-regoli rigward il-proċess kriminali, inklużi l-investigazzjonijiet tal-pulizija, it-tħejjija tal-proċess mill-prosekuzzjoni u l-proċess quddiem il-qorti kriminali, huma stabbiliti fl-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja Daniża.
Jekk jogħġbok innota li japplikaw regoli speċjali fil-Groenlandja u fil-Gżejjer Faeroe.
Skont it-Trattat ta’ Lisbona, id-Danimarka għażlet li toħroġ mill-kooperazzjoni dwar il-ġustizzja u l-affarijiet interni tal-UE u għalhekk ma tipparteċipax f’din il-kooperazzjoni bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħrajn. Għaldaqstant f’kull każ individwali inti għandek tiskopri jekk liġijiet partikolari tal-UE jkunux japplikaw fid-Danimarka.
Għandek tkun taf li l-Kummissjoni Ewropea m’għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tgħinek jekk ikollok xi lment. Dawn l-iskedi informattivi jgħidulek fejn u kif għandek tressaq l-ilment tiegħek.
2 – Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni ta’ delitt
3 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem qorti kriminali
4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem qorti kriminali
5 – Ir-reati tat-traffiku fit-triq u reati minuri oħrajn
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.