Din l-Iskeda informattiva tiddeskrivi d-drittijiet tiegħek waqt il-proċess quddiem qorti kriminali.
Waqt il-proċeduri kriminali inti intitolat li
Diskussjoni preliminari tal-akkuża
Jekk akkuża tiġi ppreżentata, din għandha tiġi eżaminata mill-imħallef li jippresjedi li għandu jikkunsidra jekk tkunx meħtieġa diskussjoni preliminari, jew jekk jistax jiġi ordnat li jsir proċess quddiem qorti kriminali.
Ir-riżultat tad-diskuzzjoni preliminari tal-akkuża jista’ jkun deċiżjoni tal-qorti dwar:
Fejn isir il-proċess?
Skont kemm ikun serju d-delitt, il-proċess tal-ewwel istanza ssir quddiem il-qorti distrettwali jew reġjonali li jkollha ġurisdizzjoni fil-post fejn twettaq id-delitt, jew fid-domiċilju tal-persuna akkużata, jew fil-post fejn ġie identifikat id-delitt.
Il-proċess jista’ jkun wieħed pubbliku?
Iva, il-proċess jista’ jsir fil-pubbliku. Madankollu l-pubbliku jista’ jiġi eskluż f’ċerti każijiet.
Min jiddeċiedi l-kawża?
Il-kawża tiġi deċiża minn grupp ta’ imħallfin jew imħallef wieħed.
Nista’ nqajjem oġġezzjonijiet kontra l-imħallef?
Iva, ara l-Iskeda informattiva 2.
Jistgħu jinbidlu l-akkużi waqt il-proċess?
Il-proċess isir biss biex jiġi deċiż l-att deskritt fl-akkuża. Madankollu, jekk isir evidenti li inti wettaqt atti oħra, waqt id-diskussjoni preliminari tal-akkuża jew fi tmiem il-proċess, jista’ jiġi deċiż li l-każ jiġi rritornat lill-prosekutur pubbliku għal investigazzjoni ulterjuri.
L-akkuża riveduta jkun fiha l-allegazzjonijiet il-ġodda. Il-qorti tista’ tiddeċiedi li l-att li bih inti akkużat għandu jiġi impost b’mod iktar moderat jew sever milli l-prosekutur pubbliku.
X’jiġri jekk jien inwieġeb ħati għall-akkużi kollha jew uħud minnhom matul il-proċess quddiem qorti kriminali?
Jekk inti twieġeb ħati, il-qorti xorta teżamina u tevalwa x-xiehda ta’ dawk il-persuni li xehdu favurik.
X’inhuma d-drittijiet tiegħi matul il-proċess?
Ara Drittijiet Fundamentali fil-bidu ta’ din l-iskeda. Jeżistu drittijiet speċifiċi ulterjuri li japplikaw għal sitwazzjonijiet speċifiċi proċedurali.
Għandi għalfejn inkun preżenti fil-proċess? Tista’ tinstema’ mingħajr il-preżenza tiegħi?
Il-proċess jista’ jsir fin-nuqqas tiegħek, iżda mhux jekk:
F’każijiet fejn tkun meħtieġa difiża, (ara l-Iskeda informattiva 1) il-proċess ma jistax jinstema’ mingħajr il-preżenza ta’ avukat tad-difiża.
Jekk jien ngħix fi Stat Membru ieħor, nista’ nipparteċipa permezz ta’ konferenza bil-vidjo?
Mhuwiex possibbli li tipparteċipa fi proċess b'dan il-mod.
Għandi nkun preżenti matul il-proċess kollu?
Għandek tkun preżenti matul il-proċess kollu. Inti m’għandekx għalfejn tkun preżenti għal proċeduri li jsiru barra mill-proċess, madankollu, inti jew l-avukat tad-difiża tiegħek għandkom id-dritt li tipparteċipaw fihom jekk tixtiequ.
Niġi pprovdut b’interpretu jekk ma nifhimx x’inhu jiġri?
Iva, ara Drittijiet Fundamentali fil-bidu ta’ din l-iskeda informattiva.
Bilfors irid ikolli avukat? Niġi pprovdut b’avukat? Nista’ nibdel l-avukat tiegħi?
Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali jispeċifika l-każijiet li jeħtieġu difiża. Ara l-Iskeda Informattiva 1.
Nista’ jew għandi nitkellem fil-proċess?
Matul il-proċess inti intitolat għal difiża, jiġifieri li tiddefendi ruħek jew li tagħmel dan permezz tal-avukat tad-difiża tiegħek. Matul il-proċess kollu l-qorti tippermetti lilek jew lill-avukat tad-difiża tiegħek biex tesprimu opinjoni dwar l-istadji proċedurali kollha li jseħħu. Inti m’għandekx għalfejn tuża d-dritt tiegħek li tiddefendi ruħek u tista’ tirrifjuta li tixhed.
X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma ngħidx il-verità waqt il-proċess quddiem qorti kriminali?
Bħala l-persuna akkużata, inti mintix obbligat li tgħid il-verità fil-qorti. Madankollu, jekk inti intenzjonalment tiddikjara fatti inkorretti sabiex titfa’ prosekuzzjoni kriminali fuq xi ħadd ieħor, inti tista' aktar tard tiġi akkużat b’libell.
X’inhuma d-drittijiet tiegħi rigward l-evidenza kontra tiegħi?
Inti intitolat li tesprimi opinjoni dwar il-provi u tipproponi provi addizzjonali jew li tipproponi provi ta’ sostenn għad-difiża tiegħek.
Tingħatalek opportunità matul dikjarazzjoni ta’ għeluq biex tesprimi l-opinjoni tiegħek fuq il-provi wara li jiġi eżaminat kull element individwali tal-provi.
X’tip ta’ provi nista’ nressaq f’ismi? Taħt liema kundizzjonijiet?
Minbarra x-xhieda tiegħek, inti tista’ tressaq provi li jirribattu jew inaqqsu l-ħtija tiegħek, inklużi pereżempju s-smigħ ta’ xhieda, kontestazzjoni tal-provi, identifikazzjoni ta’ xhieda, rikostruzzjoni tal-post tad-delitt, is-smigħ ta’ esperti, evidenza dokumentarja, tfittxija, u oħrajn.
Inti intitolat li tipproponi lill-qorti li din l-evidenza għandha tiġi eżaminata. Il-qorti tiddeċiedi jekk tagħmilx dan jew le. Hekk kif l-imħallef li jippresjedi jiddikjara li l-provi huma kompluti, ebda prova oħra ma tista’ tiġi ppreżentata fil-proċess.
Nista’ nuża investigatur privat biex nikseb provi?
Huwa possibbli li tuża s-servizzi ta’ investigatur privat.Madankollu, dan għandu jaġixxi skont il-liġi sabiex il-provi li jikseb ikunu jistgħu jintużaw fil-proċess. L-investigatur privat ma jistax jinfluwenza lix-xhieda.
Nista’ nitlob lix-xhieda biex jitkellmu għalija?
Inti tista’ tipproponi li ċertu persuna tiġi eżaminata jekk taħseb li l-evidenza tal-persuna se tkun ta’ benefiċċju għall-każ tiegħek. Iżda ma tistax tinfluwenza lix-xhieda.
L-informazzjoni dwar il-fedina penali tiġi kkunsidrata?
Il-fedina penali tiegħek tista’ tiġi kkunsidrata waqt l-għoti tas-sentenza, kemm-il darba l-kundanna ma tkunx skadiet.
X’jiġri fi tmiem il-proċess?
Il-proċess jista’ jintemm bil-modi li ġejjin:
X’sentenza għandi ningħata?
Skont il-Kodiċi Kriminali jekk twettaq delitt, tista’ tiġi kkundannat kif ġej:
X’inhu r-rwol tal-vittma matul il-proċess quddiem qorti kriminali?
Il-vittma, jiġifieri, il-persuna li saritilha l-ħsara, li sofriet danni fil-proprjetà, fuq persuntha jew dannu ieħor minħabba delitt, hija intitolata:
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.