Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna iċ-Ċek ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Imputati (proċeduri kriminali)

Repubblika Ċeka

Skont il-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ċeka, piena tista’ tiġi imposta kontrik biss skont il-liġi u bil-mod stipulat fil-liġijiet relevanti. Dawn il-liġijiet huma l-Kodiċi Kriminali, l-Att dwar il-Ġustizzja tal-Minorenni, u l-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, li jistabbilixxu r-regoli għall-proċeduri kriminali, inklużi kundizzjonijiet speċifiċi għall-eżerċizzju u l-infurzar tad-drittijiet tiegħek. Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna tkun issuspettata jew akkużata b’delitt. Għal informazzjoni dwar reati minuri bħal reati tat-traffiku fit-triq, li ġeneralment jiġu ppenalizzati b’penali fissa, ara l-Iskeda informattiva 5. Jekk inti l-vittma ta’ delitt, tista’ ssib informazzjoni sħiħa dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.

Il-kontenut ipprovdut minn
Repubblika Ċeka

Sommarju tal-proċess kriminali

Dan li ġej huwa sommarju tal-istadji normali fil-proċess kriminali.

1.             Proċess ta’ tħejjija

Il-proċess ta’ tħejjija huwa l-ewwel stadju tal-proċess kriminali. Dan għandu żewġ partijiet:

2.             Diskussjoni preliminari tal-akkuża

Matul id-diskussjoni preliminari, il-qorti teżamina jekk il-każ ġiex iċċarat sew fil-proċess ta' tħejjija u jekk l-akkuża tipprovdix bażi xierqa għal proċeduri ulterjuri. Din tiddeċiedi wkoll jekk il-qorti għandhiex ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi dwar il-każ.

3.             Il-proċess quddiem qorti kriminali

Din hija l-iktar parti importanti tal-proċess kriminali.Jiġu eżaminati l-provi u tittieħed deċiżjoni dwar il-każ. Matul dan l-istadju tal-proċess kriminali, il-konvenut(i) u kwalunkwe xhieda u l-vittma jew vittimi jiġu interrogati fil-qorti. Il-kawża hija pubblika, orali u ssir biċ-Ċek. Jekk ma titkellimx biċ-Ċek, għandek id-dritt għal interpretu.

4.             Proċeduri ta’ appell

Il-konvenut, il-familja tiegħu, l-avukat, il-prosekutur pubbliku jew il-vittma għandhom id-dritt li jappellaw fi żmien 8 ijiem. Jekk isir appell, il-qorti tal-appell tirrevedi d-deċiżjoni tal-qorti tal-ewwel istanza.

L-irwol tal-Kummissjoni Ewropea

Jekk jogħġbok osserva li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tgħinek jekk ikollok ilment. F’dawn l-iskedi informattivi tista’ ssib informazzjoni dwar kif tippreżenta lment u lil min.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ

1 – Kif wieħed jieħu parir legali

2 – Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni ta’ delitt u qabel ma l-kawża titressaq quddiem il-qorti

  • Eżami
  • Investigazzjoni
  • Kustodja
  • Deċiżjoni fil-proċess ta’ tħejjija, akkuża
  • Proċess ta’ tħejjija fil-qosor

3 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-kawża

  • Kawża fil-qorti
  • Sentenzi; id-drittijiet tal-vittma

4 – Id-drittijiet tiegħi wara li l-qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha

5 – Reati tat-traffiku u reati minuri oħrajn

Links relatati

Il-Ministeru tal-Ġustizzja Ċek

Il-Ministeru tal-Affarijiet Interni Ċek

L-Assoċjazzjoni tal-Avukati Ċeki

Informazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Informazzjoni legali għal kulħadd

L-aħħar aġġornament: 03/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.