Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna iċ-Ċek ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Defendants (criminal proceedings)

Repubblika Ċeka

Under the Constitution of the Czech Republic punishment may be imposed on you only in accordance with the law and in the manner laid down by the relevant laws. These laws are the Criminal Code , the Act on Juvenile Justice, and  the Criminal Procedure Code, which establish the rules for criminal proceedings, including specific conditions for exercising and enforcing your rights. These factsheets explain what happens when a person is suspected or accused of a crime. For information on minor offences like road traffic offences, which are usually dealt with by a fixed penalty go to Factsheet 5. If you are the victim of a crime, you can find full information about your rights here.

Il-kontenut ipprovdut minn
Repubblika Ċeka

Summary of the criminal process

The following is a summary of the normal stages in the criminal process.

1.             Preparatory process

The preparatory process is the first stage of the criminal process. It has two parts:

2.             Preliminary discussion of the charge

During the preliminary discussion the court will examine whether the case was properly clarified in the preparatory process and whether the charge provides a proper basis for further proceedings.  It also decides whether the court has jurisdiction to decide the case.

3.             The trial itself

This is the most important part of the criminal process. Evidence is examined and a decision in the case is made. During this stage of the criminal process the defendant(s) and any witnesses and the injured party or parties are questioned in court. The trial is public, oral and is conducted in Czech. If you do not speak Czech, you have the right to an interpreter.

4.             Appeal proceedings

The defendant, his family, lawyer, public prosecutor or the injured party have the right to appeal  within 8 days.  If an appeal is lodged, the court of appeal reviews the decision of the court of first instance

Role of the European Commission

Please note that the European Commission has no role in criminal proceedings in Member States and cannot assist you if you have a complaint. Information is provided in these factsheets about how to complain and to whom.

Click on the links below to find the information that you need

1 – Getting legal advice

2 – My rights during the investigation of a crime and before the case goes to court

  • Examination
  • Investigation
  • Custody
  • Decision in the preparatory process, a charge
  • Abbreviated preparatory process

3 – My rights during the trial

  • Court trial
  • Sentences; rights of the victim

4 – My rights after the court makes its decision

5 – Traffic and other minor offences

Related links

Czech Ministry of Justice

Czech Ministry of Interior

Czech Bar Association

Information on Human Rights

Legal information for all

Last update: 03/07/2019

The national language version of this page is maintained by the respective Member State. The translations have been done by the European Commission service. Possible changes introduced in the original by the competent national authority may not be yet reflected in the translations. The European Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice to see copyright rules for the Member State responsible for this page.

1 – Kif wieħed jieħu parir legali

Din l-iskeda informattiva tgħidlek f’liema ċirkustanzi inti għandek jedd li tkun rappreżentat minn avukat, kif issib avukat, u kif jitħallsu l-ispejjeż tal-avukat jekk ma jkollokx il-mezzi finanzjarji. Tgħidlek ukoll x’jista’ jagħmel l-avukat għalik.

Kif issib avukat

Avukat imniżżel fir-reġistru tal-avukati miżmum mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati Ċeki (CBA) biss jista’ jiddefendi persuna f’każ kriminali.

Jekk għandek bżonn avukat tad-difiża, ikkuntattja lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati Ċeki (jew ikkuntattja lil wieħed mill-avukati fir-reġistru direttamentIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cak.cz/).

X’jiġri jekk ma nagħżilx avukat?

Jekk ma tagħżilx avukat trid tiddefendi lilek innifsek.

F’ċerti każijiet, inti obbligat li jkollok avukat tad-difiża u l-qorti taħtar avukat tad-difiża għalik jekk inti ma tagħżilx wieħed f’limitu ta’ żmien speċifiku. Dawn li ġejjin huma sitwazzjonijiet fejn ikun meħtieġ avukat tad-difiża:

  • jekk inti tinżamm f’kustodja jew taħt osservazzjoni f’faċilità medika,
  • jekk il-kompetenza tiegħek biex twettaq atti legali hija limitata,
  • jekk tinsab maħrub,
  • jekk għandek inqas minn 18-il sena,
  • jekk għandek diżabilità fiżika jew mentali u hemm dubji dwar il-kompetenza tiegħek biex tiddefendi ruħek sew,
  • jekk tista’ tiġi kkundannat għal iktar minn 5 snin fil-ħabs,
  • jekk ikunu ser jinbdew proċeduri ssimplifikati kontrik bħala l-persuna detenuta,
  • fi proċedimenti fejn jista’ jkun meħtieġ li jsirlek trattament mediku preventiv (ħlief trattament għall-alkoħoliżmu),
  • f’ċerti proċeduri b’element barrani .

Min iħallas lill-avukat?

L-imputat għandu jħallas is-servizzi tal-avukat. Jekk il-qorti taħtar avukat għalik, l-Istat iħallas għad-difiża. L-Istat iħallas ukoll jekk inti tkun intitolat għal difiża mingħajr ħlas.

Kemm hu d-dritt tal-avukat?

Il-ħlas għas-servizzi tal-avukat tad-difiża huwa speċifikat permezz ta’ kuntratt bejnek u l-avukat tad-difiża jew mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar id-Drittijiet tal-Avukati (jekk ma jkollokx kuntratt).

Meta tkun intitolat għal difiża mingħajr ħlas?

Jekk ma jkollokx biżżejjed flus biex tħallas l-ispejjeż tad-difiża tiegħek, inti intitolat għal tnaqqis fid-dritt jew difiża mingħajr ħlas (it-tnejn imsemmija “difiża mingħajr ħlas”). L-imħallef, jew il-president tal-qorti jiddeċiedi dwar ir-rikors tiegħek, fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek. Dan ir-rikors għandu jiġi ppreżentat minnek matul il-proċess ta’ tħejjija permezz tal-prosekutur pubbliku jew waqt il-proċeduri tal-qorti.

Inti tista’ tingħata difiża mingħajr ħlas saħansitra mingħajr tali rikors jekk l-evidenza tissuġġerixxi li dan huwa xieraq.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar id-Drittijiet tal-Avukati

L-aħħar aġġornament: 03/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

2 – Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni ta’ delitt u qabel ma l-kawża titressaq quddiem il-qorti

Liema huma l-istadji ta’ investigazzjoni kriminali?

Il-proċess ta’ tħejjija huwa maħsub biex jiġi eżaminat jekk sarx delitt u min x’aktarx li kien l-awtur (l-istadju tal-analiżi) u wara dan sabiex jinġabru l-provi u jitħejja l-każ għall-qorti (l-istadju tal-investigazzjoni).

Il-proċess ta’ tħejjija jitwettaq mill-Pulizija li huma ssorveljati fil-ħidma tagħhom mill-prosekutur pubbliku li jiddeċiedi jekk il-proċess ikunx sar kif suppost.

Ċerti azzjonijiet jistgħu jitwettqu biss mill-prosekutur pubbliku jew huma soġġetti għad-deċiżjoni tiegħu (bħat-tmiem tal-proċess ta’ tħejjija), filwaqt li l-imħallef għandu l-awtorità li jiddeċiedi dwar ċerti azzjonijiet oħra (bħat-teħid f’kustodja, l-arrest, it-tfittxija fid-dar, u s-smigħ tat-telefonati tal-persuna ssuspettata).

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt biex tikseb aktar informazzjoni dettaljata dwar l-istadji tal-investigazzjoni qabel il-proċess quddiem qorti kriminali.

Proċedura qabel il-bidu ta’ prosekuzzjoni kriminali – eżami (1)

X’inhu l-iskop tal-eżami?

Sabiex tiġi stabbilita n-natura ta’ delitt u min ikun l-awtur tiegħu, il-pulizija tista’:

  • tieħu stqarrijiet
  • tikseb opinjonijiet esperti
  • tikkunsidra dokumenti
  • tfittex oġġetti u tagħmel tiftix fuq il-post tad-delitt
  • toħloq rekords, tieħu marki tas-swaba’, kejl tal-ġisem, tfittex fuq il-persuna ssuspettata
  • twettaq atti urġenti
  • iżżomm lill-persuni ssuspettati taħt arrest
  • tuża proċeduri investigattivi oħra kif xieraq.

L-eżami jintemm b’deċiżjoni biex tinbeda prosekuzzjoni kriminali ta’ persuna speċifika jew b’modi varji oħra (aġġornament, aġġornament temporanju, sottomissjoni tal-każ għal deċiżjoni barra l-qorti).

X’inhuma l-limiti ta’ żmien għal dan l-istadju?

Il-limitu ta’ żmien huwa xahrejn, tliet xhur, jew sitt xhur skont kemm ikun serju l-każ. Jekk ma jkunx possibbli li jitlesta l-eżami, il-prosekutur pubbliku jista’ jibdel jew jestendi l-limitu ta’ żmien ibbażat fuq ġustifikazzjoni bil-miktub.

X’jingħad lili dwar x’ikun qed jiġri?

Inti ma tiġix infurmat dwar dak li jkun qed jiġri f’dan l-istadju qabel ma jkollok bżonn li tkun involut direttament fil-proċedura.

Niġi pprovdut b’interpretu jekk ma nkunx nitkellem il-lingwa?

F’każ li tintalab tagħti spjegazzjoni ta’ ċerti avvenimenti, il-pulizija tipprovdilek interpretu li jinterpreta l-mistoqsijiet, it-tweġibiet tiegħek u mbagħad jinterpreta r-rapport bil-miktub qabel ma tiġi mitlub biex tiffirmah.

F’liema stadju nkun nista’ nkellem avukat?

Inti tista’ titlob avukat biex ikun preżenti għall-ispjegazzjoni. Il-parteċipazzjoni ta’ avukat f’dan l-istadju mhijiex obbligatorja u ma jinħatarx avukat għalik jekk inti stess ma tiddeċidix li tikkuntattja wieħed. Tista’ titlob il-parir ta’ avukat iżda mhux dwar kif titwieġeb mistoqsija li diġà tkun saritlek. Inti għandek iġġib l-interpretu tiegħek f’dan l-istadju sabiex jgħin lilek u lill-avukat tiegħek.

Nintalab informazzjoni? Għandi nipprovdi informazzjoni?

F’dan l-istadju il-pulizija tista’ titolbok spjegazzjoni tal-fatti li tkun qed tinvestiga. Huwa d-dmir tiegħek li tipprovdi spjegazzjoni vera. Inti tista’ tirrifjuta li tipprovdi spjegazzjoni jekk l-istqarrija tiegħek tista’ twassal biex jittieħdu passi kriminali kontrik (jew kontra persuna li tiġi minnek). Inti tista’ tirrifjuta wkoll jekk tkun qed tikser obbligu ta’ kunfidenzjalità.

X’jiġri jekk jien ngħid xi ħaġa li tista’ tippreġudika l-każ tiegħi?

L-istqarrija tiegħek tintuża biss sabiex jiġi deċiż jekk tinbediex prosekuzzjoni kriminali kontra persuna speċifika għal delitt speċifiku. Jekk jinbdew il-procedimenti kriminali, l-istqarrija tiegħek titqies bħala prova biss jekk tkun ingħatat kmieni u ma setgħetx tiġi ripetuta iktar tard. Barra minn hekk, għandha tkun ġiet mogħtija quddiem imħallef. Inkella, ix-xhieda tiegħek ikollha tingħata mill-ġdid, fi stadju iktar tard tal-proċeduri kriminali (bħala regola, quddiem qorti).

Nista’ nikkuntattja membru tal-familja jew ħabib?

Fuq talba tiegħek, i-pulizija għandha tinfurma lil wieħed mill-qraba tiegħek jew xi ħabib li inti tkun miżmum taħt arrest, sakemm dan ma jfixkilx l-investigazzjoni tal-pulizija, u ma jkunx wisq diffiċli.

Jista’ jinvistani tabib jekk ikolli bżonn wieħed?

Il-pulizija għandha torganizza eżami mediku u tikseb dikjarazzjoni ta’ tabib dwar il-kundizzjoni medika tiegħek meta tippreżenta ruħek għall-eżami jew tiġi arrestat. Inti għandek tinħeles minnufih jekk it-tabib jordna dan u l-pulizija, jekk ikun meħtieġ, għandha tieħdok f’faċilità medika.

Nista’ nikkuntattja lill-ambaxxata tiegħi jekk inkun ċittadin ta’ pajjiż ieħor?

Inti tista’ titlob li tuża d-dritt li tikkuntattja l-ambaxxata tiegħek u jkollok diskussjonijiet privati ma’ rappreżentant tal-Ambaxxata f’kull stadju tal-proċeduri kriminali.

Jiena ngħix f'pajjiż ieħor. Għandi għalfejn inkun preżenti matul l-investigazzjoni?

L-imħallef jista’ jordna li inti tiġi mismugħ qabel titlaq mill-pajjiż, jekk dan ikun essenzjali għall-każ u jista’ jimpedixxi li tintilef xi prova. Inti tista’ tiġi mismugħ ukoll wara li titlaq mill-pajjiż jekk issir talba lill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż fejn inti tgħix.

Nista’ nintbagħat lura lejn pajjiżi?

Mhux f’dan l-istadju.

Ninżamm f’kustodja jew niġi meħlus?

Jekk il-preżenza tiegħek tkun meħtieġa, inti titressaq quddiem il-qorti jew tinżamm taħt arrest. Jekk, wara dan, ma tinħariġx akkuża kontra tiegħek jew ma titressaqx quddiem imħallef fi żmien 48 siegħa minn meta tkun ġejt arrestat, int għandek tiġi meħlus.

Nista’ nitlaq mill-pajjiż matul l-investigazzjoni?

Iva.

Niġi mitlub nagħti marki tas-swaba’, kampjuni tad-DNA tiegħi (eż. xagħar, bżieq), jew fluwidi oħra tal-ġisem?

Jekk dan ikun meħtieġ biex tiġi stabbilita l-identità tiegħek jew biex jiġi vverifikat jekk hemmx traċċi fuq il-ġisem tiegħek mid-delitt, jew jekk dan ikun meħtieġ għall-evidenza, jistgħu jittieħdu l-marki tas-swaba’ tiegħek, kampjun tad-DNA, demm, materjal bijoloġiku, jew il-kejl fuq barra ta’ ġismek, jew tfittxija fuq il-ġisem, jew jistgħu jsiru affarijiet simili.

Kwalunkwe reżistenza fiżika min-naħa tiegħek tista’ tiġi megħluba bil-kunsens tal-prosekutur pubbliku. Jekk int tirrifjuta, tista’ teħel multa sa CZK 50,000.

Jekk l-informazzjoni li tinkiseb b’dan il-mod ma tibqax meħtieġa għal proċeduri ulterjuri, jew għall-fini ta’ prevenzjoni, it-tiftix għal u l-identifikazzjoni ta’ attivitajiet kriminali, din għandha tinqered.

Nista’ nwieġeb ħati għall-akkużi kollha jew għal uħud minnhom qabel il-proċess quddiem qorti kriminali?

Jekk l-ammissjoni tal-ħtija tiegħek tkun kredibbli, tista’ tikkostitwixxi raġuni għall-bidu ta’ prosekuzzjoni kriminali jew għal deċiżjoni dwar proċeduri sommarji.

Nirċievi informazzjoni dwar ix-xhieda li xehdu kontra tiegħi u dwar provi oħra?

F’dan l-istadju tal-proċeduri ma tirċevix din l-informazzjoni.

Tista’ tintalab informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?

Iva, il-pulizija tikseb kopja tal-kondotta tiegħek.

Bidu tal-prosekuzzjoni kriminali – investigazzjoni (2)

X’inhu l-iskop ta’ dan l-istadju?

Matul l-investigazzjoni l-pulizija tfittex u teżamina provi li jkunu importanti għall-każ. Il-pulizija tfittex evidenza li tkun favorevoli jew detrimentali għall-akkużat.

X’inhu l-limitu taż-żmien għal investigazzjoni?

Il-limitu ta’ żmien huwa ta’ xahrejn, tliet xhur jew sitt xhur skont kemm ikun serju l-każ. Il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż mill-prosekutur pubbliku fuq il-bażi tar-raġunijiet bil-miktub ipprovduti mill-pulizija. Madankollu, il-prosekutur għandu jivverifika r-raġunijiet f'kull każ mill-inqas darba fix-xahar.

Il-pulizija għandha tipproċedi malajr kemm jista’ jkun. Jekk id-dewmien jaffettwak b’mod negattiv, inti tista’ titlob lill-prosekutur pubbliku biex isolvi l-problema. Jekk id-dewmien ikun ikkawżat mill-prosekutur pubbliku, tista’ titlob lis-superjur tiegħu biex isolvi l-problema.

Il-persuna akkużata tista’ wkoll titlob kumpens għal dannu mhux finanzjarju kkawżat minn dewmien fil-proċeduri jew kumpens għad-danni wkoll. Meta timponi piena, il-qorti għandha tqis kwalunkwe dewmien f’din il-fażi.

Niġi infurmat dwar x’inhu jiġri?

Inti tirċievi deċiżjoni dwar il-bidu tal-prosekuzzjoni kriminali. Din ikun fiha deskrizzjoni tal-att li inti akkużat bih, il-bażi legali tiegħu u r-raġunijiet. Tista’ tagħmel oġġezzjoni għal din id-deċiżjoni f’limitu ta’ żmien ta’ tlett ijiem u l-prosekutur pubbliku mbagħad jieħu deċiżjoni dwar l-oġġezzjoni tiegħek.

Inti jew l-avukat tad-difiża tiegħek tiġu infurmati bil-proċeduri ta’ investigazzjoni u jkollok id-dritt li tipparteċipa fihom, permezz tal-avukat tad-difiża tiegħek, biex tistaqsi lix-xhieda mistoqsijiet u tressaq provi. Inti u l-avukat tad-difiża tiegħek tistgħu tiġu mċaħħda mill-aċċess għall-fajl tiegħek matul l-investigazzjoni, jekk ikun hemm raġunijiet leġittimi biex isir dan.

Jiġi pprovdut interpretu jekk ma nitkellimx il-lingwa?

Waqt li tkun qed tiġi investigat, jekk inti ma titkellimx biċ-Ċek tiġi pprovdut b’interpretu għal lingwa li taf titkellem jew għal-lingwa tiegħek.

Inti tiġi pprovdut b’interpretu wkoll waqt il-proċeduri ta’ investigazzjoni. F’dan l-istadju, il-pulizija tħallik tipparteċipa u tistaqsi mistoqsijiet jekk trid.

Fuq talba tiegħek, tiġi pprovdut bi traduzzjoni bil-miktub tad-deċiżjoni tal-bidu tal-prosekuzzjoni kriminali, id-deċiżjoni dwar detenzjoni jew id-deċiżjoni dwar is-sospensjoni kundizzjonali ta’ prosekuzzjoni kriminali.

F’liema stadju nkun nista’ nkellem avukat?

Dan jista’ jsir fi kwalunkwe ħin u l-kunfidenzjalità tal-konversazzjoni għandha tkun żgurata. Għandu jiġi pprovdut interpretu jekk l-avukat jitlob hekk. Tista’ tagħżel avukat int stess (ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda informattiva 1).

Nintalab informazzjoni? Għandi nipprovdi informazzjoni?

Int intitolat li tesprimi l-opinjoni tiegħek dwar il-każ u għandek id-dritt ukoll li ma tgħid xejn.

Nista’ nagħmel oġġezzjoni kontra l-uffiċjal tal-pulizija eżaminatur, il-prosekutur pubbliku, jew l-imħallef?

Inti tista’ tagħmel oġġezzjoni kontra l-uffiċjal tal-pulizija jew il-prosekutur pubbliku kif ukoll kontra l-iskrivan tal-minuti, l-uffiċjal tal-probation, l-iskrivan tal-qorti, l-espert tal-qorti, u l-interpretu, u kontra l-imħallef jekk inti temmen li hemm preġudizzju min-naħa tagħhom – jiġifieri, jekk inti temmen li għandhom kunflitt ta’ interess personali fil-każ tiegħek jew fir-rigward ta’ kwalunkwe mill-partijiet jew ir-rappreżentanti tagħhom, u għaldaqstant ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet imparzjali.

F’termini ġenerali, persuna titqies li hija ppreġudikata wkoll jekk tkun diġà kkontribwiet għall-proċeduri fi rwol proċedurali differenti.Pereżempju, imħallef ma jistax jgħaddi ġudizzju fuq il-ħtija u jiddeċiedi fuq il-piena jekk dak imħallef ikun ta deċiżjoni fil-proċess ta’ tħejjija dwar il-kustodja, dwar is-smigħ tat-telefonati tal-persuna ssuspettata, eċċ.

Il-persuna li tiddeċiedi l-ewwel dwar l-oġġezzjoni tiegħek hi l-persuna li fil-konfront tagħha inti tkun

oġġezzjonat li hija ppreġudikata. Jekk inti ma tkunx sodisfatt b’dik id-deċiżjoni, jista’ jiġi ppreżentat ilment kontra d-deċiżjoni ta’ dik il-persuna fi żmien tlett ijiem u awtorità superjuri mbagħad tieħu deċiżjoni. Id-deċiżjonijiet proċedurali mogħtija minn persuna ppreġudikata ma jistgħux jiġu applikati fil-proċeduri kriminali.

X’jiġri jekk ngħid xi ħaġa li tista’ tikkawża dannu għall-każ tiegħi?

Kull ma tgħid jista’ jintuża favurik jew kontrik. Ix-xhieda tiegħek f’dan l-istadju tal-proċeduri tista’ tintuża bħala evidenza.

Nista’ nikkuntattja membru tal-familja jew ħabib?

Il-pulizija għandhom jiddeċiedu jekk inti tistax tikkuntattja l-familja jew ħbieb tiegħek matul l-eżami, detenzjoni u arrest. Jekk inti tinżamm f’kustodja, inti għandek id-dritt li tikteb ittri (l-ittri jinqraw mis-Servizz tal-Ħabs tar-Repubblika Ċeka jekk inti tinżamm f’kustodja minħabba l-periklu li tista’ tinfluwenza lix-xhieda; u wkoll mill-prosekutur pubbliku li huwa awtorizzat li jiċċensura l-ittri tiegħek).

Int intitolat li tirċievi viżitaturi darba kull ġimagħtejn waqt li tkun il-ħabs iżda jekk tinżamm f’kustodja minħabba l-periklu li tista’ tinfluwenza lix-xhieda, xi ħadd ieħor għandu jkun preżenti matul iż-żjarat tiegħek.

Jista’ jarani tabib jekk ikolli bżonn wieħed?

Jekk inti tinżamm f’kustodja, inti tiġi invistat mit-tabib tal-ħabs li huwa obbligat li jipprovdilek il-kura medika xierqa. Jekk inti tiġi ppreżentat għal investigazzjoni jew tinżamm taħt arrest, ara hawnhekk

Nista’ nikkuntattja l-ambaxxata tiegħi jekk jien ċittadin ta’ pajjiż ieħor?

Iva, fi kwalunkwe stadju tal-proċeduri. Kull laqgħa ma’ uffiċjal konsulari hija kunfidenzjali. Il-qorti, bil-kunsens tiegħek, għandha tinforma lill-konsulat tiegħek li int qiegħed tinżamm f’kustodja.

Jiena noqgħod f’pajjiż ieħor. Għandi għalfejn inkun preżenti matul l-investigazzjoni?

Il-preżenza tiegħek mhix essenzjali jekk l-eżami tiegħek seħħ u ma tixtiqx li tkun preżenti waqt l-investigazzjoni. Jekk ikun hemm periklu li inti taħrab, inti se tinżamm taħt arrest jew titħalla liberu biss wara li tkun għamilt wegħda bil-miktub li se terġa’ lura meta tiġi mħarrek.

Nista’ nintbagħat lura lejn pajjiżi?

Iva, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-estradizzjoni tiegħek jew għall-kunsinna tal-prosekuzzjoni kriminali jew biex isservi s-sentenza tiegħek f’pajjiż differenti u tali proċedura ma tkunx eskluża mil-liġi.

Nista’ nitlaq mill-pajjiż matul l-investigazzjoni?

Iva, imma inti obbligat li jkollok indirizz postali validu jew inkella tkun f’kuntatt mal-awtoritajiet responsabbli għall-proċeduri kriminali. Inkella int tista’ tiġi arrestat u miżmum taħt arrest.

Nitalaq nagħti marki tas-swaba’, kampjuni tad-DNA tiegħi (pereżempju, xagħar jew saliva), jew fluwidi oħra tal-ġisem? Nista’ nkun suġġett għal tfittxija fuq il-ġisem?

Jekk dan ikun meħtieġ, iva. Inti obbligat li tobdi tali taħrika.

Tista’ ssir tfittxija fid-dar, post tan-negozju, karozza, jew affarijiet oħra tiegħi?

Iva, tfittxija fid-dar tista’ sseħħ permezz ta’ ordni maħruġa minn imħallef. Għal bini ieħor, dan jista’ jsir permezz ta’ ordni maħruġa mill-prosekutur pubbliku jew mill-pulizija.

Nista’ nwieġeb ħati għall-akkużi kollha jew ftit minnhom qabel il-proċess quddiem qorti kriminali?

Iva, matul l-eżami mill-pulizija.

L-akkuża tista’ tiġi mibdula qabel il-bidu tal-proċeduri legali?

Le, id-deskrizzjoni legali tal-akkuża biss tista’ tiġi mibdula. Jekk tiġi akkużat b’att differenti, dan għandu jibda b’riżoluzzjoni ġdida fil-bidu ta’ prosekuzzjoni kriminali.

Nista’ nkun akkużat b’reat li diġà nkun ġejt akkużat bih fi Stat Membru ieħor?

Iva. Madankollu dan ma japplikax jekk il-prosekuzzjoni kriminali fl-Istat Membru l-ieħor fil-każ tiegħek spiċċat b’verdett, ġiet sospiża, spiċċat b’approvazzjoni jew arranġament jew ġiet ippreżentata għal reviżjoni bħala kontravenzjoni aktar milli bħala delitt.

Nirċievi informazzjoni dwar ix-xhieda kontra tiegħi?

Tista’ ssir taf l-identità tagħhom u l-kontenut tax-xhieda tagħhom billi teżamina l-atti tal-proċess jew jekk inti jew l-avukat tad-difiża tiegħek tkunu preżenti matul l-eżami tagħhom. L-identità tax-xhieda sigrieti ma tiġix żvelata lilek.

Nirċievi informazzjoni dwar provi oħra kontra tiegħi?

Iva, malli int u l-avukat tad-difiża tiegħek tiġu awtorizzati teżaminaw l-atti tal-proċess.

Jintalab tagħrif dwar il-kondotta tiegħi?

Iva.

Kustodja (3)

Għandi ninżamm f’kustodja jew niġi rilaxxat?

Persuna li ġiet akkużata biss tista’ tinżamm f’kustodja.

Jekk inti titressaq quddiem il-qorti b’petizzjoni biex tinżamm f’kustodja fi żmien 48 siegħa wara d-detenzjoni tiegħek jew 24 siegħa wara l-arrest tiegħek, il-qorti għandha tiddeċiedi jekk inti għandekx tinżamm f’kustodja jew le.

Ir-raġunijiet għall-kustodja jistgħu jkunu:

  • possibbiltà li inti tista’ tevadi l-prosekuzzjoni kriminali jew sentenza (kustodja kontra ħarba),
  • possibbiltà li inti se tostakola l-investigazzjoni, pereżempju billi tinfluwenza lix-xhieda (kustodja kollużiva),
  • jew il-possibbiltà li inti se tlesti d-delitt li tkun bdejt jew twettaq wieħed ġdid (kustodja minn qabel).

Jekk ir-raġunijiet għall-kustodja ma jkunux preżenti jew m’għadhomx jeżistu, inti tiġi rilaxxat fuq il-bażi ta’ deċiżjoni mill-prosekutur pubbliku.

Inti għandek tiġi rilaxxat ukoll wara li jiskadi l-limitu ta’ żmien legali. Għall-kustodja kollużiva, il-limitu ta’ żmien huwa 3 xhur. Għall-kustodja kontra ħarba u ta’ antiċipazzjoni, il-limitu huwa ta’ sena f’każijiet ta’ sentenza eventwali sa 5 snin, sentejn fil-każijiet bil-possibilità ta’ sentenza ogħla, tliet snin għal delitti partikolarment serji, u erba’ snin jekk sentenza eċċezzjonali tista’ tkun imposta għall-kriminalità.

Madankollu, minn dawn il-limiti ta’ żmien japplika biss terz matul il-proċess ta’ tħejjija u żewġ terzi huwa rriżervat għall-proċeduri quddiem qorti.

Ir-raġunijiet għala tinżamm f’kustodja huma eżaminati kontinwament. Madankollu jeħtieġ li tkun saret deċiżjoni ġdida mill-prosekutur wara li tkun għaddejt tlett xhur f’kustodja kif ukoll 30 jum mill-preżentazzjoni ta’ akkuża u dejjem kull tliet xhur wara li d-deċiżjoni preċedenti tkun saret effettiva.

Kif nista’ ninħeles mill-kustodja?

Inti dejjem intitolat li titlob ħelsien mill-kustodja erbatax-il jum wara li l-aħħar deċiżjoni ta’ kustodja tkun daħlet fis-seħħ. Madankollu, jekk tista’ tiddikjara raġunijiet oħra fit-talba tiegħek tista’ titlob li tiġi rilaxxat fi kwalunkwe ħin.

Inti għandek id-dritt li tipproponi li l-kustodja kontra ħarba jew ta’ antiċipazzjoni tiġi ssostitwita billi:

  • tagħmel wegħda tiegħek bil-miktub li se tgħix ħajja skont il-liġi u li se tmur il-qorti kull meta tintalab tagħmel dan.
  • tipprovdi garanzija fi flus (garanzija) stabbilita mill-qorti,
  • tkun taħt is-sorveljanza ta’ uffiċjal tal-probation
  • issir garanzija minn assoċjazzjoni interessata taċ-ċittadini jew persuna affidabbli oħra.

Fil-każ ta’ kustodja minn qabel f’ċerti delitti speċifikati bil-liġi, garanzija fi flus ma tistax tiġi aċċettata. Il-garanzija fi flus tista’ tiġi pprovduta minn terza persuna.

Deċiżjoni fil-proċess ta’ tħejjija - akkuża (4)

X’inhu l-iskop ta’ dan l-istadju?

Dan l-istadju jtemm l-investigazzjoni tal-każ kriminali u l-prosekutur pubbliku jiddeċiedi dwar il-proċedura li jmiss:

  • jekk jibgħatx il-każ lil awtorità oħra;
  • iwaqqafx il-prosekuzzjoni kriminali;
  • iwaqqafx b’mod kundizzjonali l-prosekuzzjoni kriminali;
  • japprovax arranġament; jew
  • iressaqx akkuża kontrik fil-qorti.

Niġi infurmat dwar x’inhu jiġri?

Id-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku jew l-akkuża jiġu ppreżentati lilek. Inti intitolat li tagħmel oġġezzjoni kontra:

  • il-preżentazzjoni tal-każ kontrik
  • is-sospensjoni tal-prosekuzzjoni kriminali,
  • is-sospensjoni kundizzjonali tal-prosekuzzjoni kriminali u
  • arranġament.

Deċiżjoni dwar l-oġġezzjoni tiegħek tittieħed mill-prosekutur pubbliku superjuri.

Niġi pprovdut b’interpretu jekk ma nitkellimx biċ-Ċek?

Ara Bidu tal-prosekuzzjoni kriminali – investigazzjoni (2).

F’liema stadju nkun nista’ nitkellem ma’ avukat?

Ara #No2Bidu tal-prosekuzzjoni kriminali – investigazzjoni (2).

Għandi ninżamm f’kustodja jew niġi meħlus?

Jekk ir-raġunijiet għall-kustodja jkomplu jeżistu u jekk il-limiti taż-żmien legali għall-kustodja ma jkunux ġew eżawriti, il-preżentazzjoni tal-akkuża ma taffettwax it-tul tal-kustodja.

L-akkuża tista’ tinbidel qabel il-proċess quddiem qorti kriminali?

L-akkuża kif ukoll id-deċiżjoni tal-prosekutur pubbliku f’dan l-istadju għandha tkun ibbażata fuq il-fatti li taw lok għall-akkuża. Madankollu, id-deskrizzjoni legali tista’ tinbidel jekk il-prosekutur pubbliku jiddeċiedi li dan huwa xieraq.

Nista’ niġi kkundannat u l-piena tista’ tiġi deċiża mingħajr proċess quddiem qorti kriminali?

F’każijiet inqas serji l-imħallef jista’ joħroġ digriet kriminali kontrik li jistabbilixxi deċiżjoni dwar il-ħtija u l-piena tiegħek, mingħajr ma jisma’ l-każ.

Din l-ordni kriminali tista’ timponi:

  • sentenza ta’ priġunerija kundizzjonali jew arrest fid-dar ta’ sena,
  • servizz komunitarju,
  • projbizzjoni ta’ ċerti attivitajiet għal 5 snin,
  • penali finanzjarja,
  • projbizzjoni residenzjali sa 5 snin,
  • deportazzjoni sa 5 snin,
  • jew piena simili.

Jekk ma toġġezzjonax għad-digriet wara 8 ijiem li tirċevih, dan jidħol fis-seħħ u jkun infurzabbli. Jekk l-oġġezzjoni tiegħek issir fil-limitu ta’ żmien jew id-digriet kriminali ma jkun jista’ jiġi nnotifikat, isir proċess quddiem qorti kriminali. Ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Iskeda informattiva 3.

Nirċievi informazzjoni dwar l-evidenza kontrija?

L-akkuża tinkludi l-provi li l-prosekutur pubbliku se jippreżenta fil-proċess quddiem il-qorti kriminali. Aktar provi jistgħu jinsabu fl-atti tar-rikors jew jistgħu joħorġu matul is-smigħ tal-kawża.

Jintalab tagħrif dwar il-kondotta tiegħi?

Din diġà tkun tagħmel parti mill-fajl.

Proċess ta’ tħejjija fil-qosor (5)

L-għan ta’ dan l-istadju

Jekk persuna ssuspettata tinqabad fuq il-post tikkommetti delitt li għalih tista’ tingħata sentenza ta’ ħabs ta’ inqas minn 3 snin, jew meta jkun probabbli li tista’ jsir il-proċess fi żmien ġimagħtejn, isiru proċeduri sommarji.

F’dawn il-proċeduri, il-pulizija għandha tinforma lill-persuna ssuspettata bid-delitt li tkun issuspettata li wettqet, mingħajr ma tibda prosekuzzjoni kriminali. Jekk il-proċess ta’ tħejjija fil-qosor jintemm fi żmien ġimagħtejn, il-prosekutur pubbliku jista’ jippreżenta petizzjoni quddiem il-qorti sabiex jiġi ppenalizzat l-awtur.

Niġi infurmat dwar x’inhu jiġri?

Inti tiġi infurmat bid-dettalji tad-delitt issuspettat sa mhux aktar tard mill-bidu tal-investigazzjoni tiegħek. Għandek tingħata informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek.

Niġi pprovdut b’interpretu jekk ma nitkellimx il-lingwa?

Iva, għandu jkun preżenti interpretu li jitkellem lingwa mitkellma minnek jew il-lingwa nattiva tiegħek. Il-petizzjoni bil-miktub għall-piena għandha tiġi tradotta.

F’liema stadju nkun nista’ nkellem avukat?

Fi kwalunkwe ħin, jekk inti tagħżel avukat. Jekk ma tiġix rilaxxat mid-detenzjoni wara l-investigazzjoni tiegħek, jinħatar avukat mill-qorti jekk inti ma jkollokx wieħed

Jintalab tagħrif minn għandi? Għandi nipprovdi informazzjoni?

Ara Bidu tal-prosekuzzjoni kriminali – investigazzjoni (2).

X’jiġri jekk ngħid xi ħaġa li tista’ tikkawża dannu għall-każ tiegħi?

Tista’ tippreġudika l-pożizzjoni tiegħek, li jirriżulta f’verdett ta’ ħtija.

Nista’ nikkuntattja membru tal-familja jew ħabib? Jista’ jarani tabib jekk ikolli bżonn wieħed?

Ara Bidu tal-prosekuzzjoni kriminali – investigazzjoni (2).

Nista’ nikkuntattja lill-Ambaxxata tiegħi jekk jien ċittadin ta’ pajjiż ieħor?

Ara Bidu tal-prosekuzzjoni kriminali – investigazzjoni (2).

Jiena minn pajjiż ieħor. Għandi għalfejn inkun preżenti matul l-investigazzjoni?

Jekk inti tiġi meħlus, mhuwiex meħtieġ li tkun preżenti. Madankollu, huwa tajjeb li żżomm kuntatt mal-awtoritajiet responsabbli għall-proċeduri kriminali u tipprovdi indirizz postali validu sabiex l-assenza tiegħek ma tiġix meqjusa bħala ħarba li tista’ tiġi penalizzata.

Nista’ nintbagħat lura lejn pajjiżi?

Iva, jekk il-qorti tiddeċiedi li l-piena ta’ deportazzjoni.

Għandi ninżamm f’kustodja jew niġi rilaxxat?

Jekk ikun hemm raġunijiet biex tinżamm f’kustodja, inti għandek tinżamm f’kustodja. Ara Kustodja (3).

Nintalab nagħti marki tas-swaba’, kampjuni tad-DNA tiegħi (pereżempju xagħar jew saliva), jew fluwidi oħra tal-ġisem? Jista’ jkun hemm tfittxija fuq il-ġisem? Jista’ jkun hemm tfittxija fid-dar, post tan-negozju, karozza, u affarijiet oħra tiegħi?

Ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida#Podstránka_2Bidu tal-prosekuzzjoni kriminali – investigazzjoni (2).

Nista’ nwieġeb ħati għall-akkużi kollha jew xi wħud minnhom qabel il-proċess quddiem qorti kriminali?

Iva, matul l-ewwel eżami jew meta l-qorti tisma’ l-każ tiegħek fil-proċeduri sommarji.

L-akkuża tista’ tiġi mibdula qabel il-proċess quddiem qorti kriminali?

Fatti ġodda ma jistgħux jiġu miżjuda mal-akkuża. Madankollu, il-bażi legali tista’ tiġi mibdula.

Nista’ niġi akkużat b’reat li diġà ġejt akkużat bih fi Stat Membru ieħor?

Ara Bidu tal-prosekuzzjoni kriminali – investigazzjoni (2).Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida#Podstránka_2

Nirċievi informazzjoni dwar ix-xhieda ta’ kontrija? Nirċievi informazzjoni dwar provi oħra kontra tiegħi?

Iva, meta inti tingħata aċċess għall-atti tal-proċess tiegħek (normalment fil-bidu tal-proċeduri legali fil-qosor) jew matul il-proċeduri ta’ eżami jekk tkun preżenti

Jista’ jintalab tagħrif dwar il-kondotta tiegħi?

Iva.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni legali għal kulħadd

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt Nru. 273/2008 dwar il-Pulizija tar-Repubblika Ċeka

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Konsulari tal-24.4.1963

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt Nru. 101/2000 Koll. dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali

L-aħħar aġġornament: 03/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

3 - Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem qorti kriminali

Din l-Iskeda informattiva tiddeskrivi d-drittijiet tiegħek waqt il-proċess quddiem qorti kriminali.

Drittijiet Fundamentali

Waqt il-proċeduri kriminali inti intitolat li

  • tistenna li l-awtoritajiet responsabbli għall-proċeduri kriminali jaħdmu malajr kemm jista’ jkun u li jikkonformaw kompletament mad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tiegħek;
  • titlob lill-awtoritajiet responsabbli għall-proċeduri kriminali biex jipproċedu sabiex b’hekk ma jista’ jkun hemm ebda dubju raġonevoli dwar il-fatti essenzjali biex tittieħed deċiżjoni tajba. Dawn għandhom jagħtu attenzjoni ugwali fl-evalwazzjoni tal-provi favurik u kontrik;
  • tingħata struzzjonijiet mill-awtoritajiet responsabbli għall-proċeduri kriminali dwar id-drittijiet tiegħek u jkollok l-opportunità li tinforza dawk id-drittijiet bis-sħiħ;
  • tesprimi opinjoni dwar l-akkużi kollha kontrik u l-evidenza tagħhom;
  • tirrifjuta li tixhed;
  • teżamina fajls, tikseb estratti u tieħu noti, u tagħmel kopji bi spejjeż tiegħek;
  • tipparteċipa fid-diskussjoni tal-każ waqt il-proċess u s-sessjonijiet pubbliċi li saru matul l-appell;
  • tagħmel dikjarazzjoni ta’ għeluq matul il-proċess u f’sessjoni pubblika matul l-appell kif ukoll id-dritt li tippreżenta petizzjoni finali;
  • tippreżenta ċirkostanzi u evidenza għad-difiża tiegħek;
  • tagħmel petizzjonijiet (wara li teżamina l-evidenza u l-metodi tad-deċiżjoni) u tibgħat applikazzjonijiet;
  • tippreżenta rimedji (ordinarji, jiġifieri lment; appell, protesta, u petizzjoni straordinarja għat-tiġdid ta’ proċeduri; tibda lment kontra ksur tal-liġi; u appell
  • tagħżel avukat tad-difiża (jekk ma tagħżilx wieħed int, jista’ jintgħażel wieħed minn membru tal-familja jew persuna oħra li tipparteċipa) u titlob il-parir tiegħu jew tagħha anki matul azzjonijiet li twettaq biss l-awtorità responsabbli għall-proċeduri kriminali;
  • titkellem mal-avukat tad-difiża tiegħek fil-privat jekk tkun qed tinżamm f’kustodja jew qed tiskonta sentenza fil-ħabs;
  • titlob li tiġi interrogat fil-preżenza tal-avukat tad-difiża tiegħek u li dan jipparteċipa f’partijiet oħra tal-proċess ta’ tħejjija;
  • tuża l-lingwa tiegħek jew lingwa oħra li titkellem quddiem l-awtoritajiet responsabbli għall-proċeduri kriminali, jekk inti tiddikjara li ma titkellimx biċ-Ċek.

Proċess quddiem il-qorti

Diskussjoni preliminari tal-akkuża

Jekk akkuża tiġi ppreżentata, din għandha tiġi eżaminata mill-imħallef li jippresjedi li għandu jikkunsidra jekk tkunx meħtieġa diskussjoni preliminari, jew jekk jistax jiġi ordnat li jsir proċess quddiem qorti kriminali.

Ir-riżultat tad-diskuzzjoni preliminari tal-akkuża jista’ jkun deċiżjoni tal-qorti dwar:

  • is-sottomissjoni tal-każ għal deċiżjoni dwar il-ġurisdizzjoni;
  • is-sottomissjoni tal-każ lil awtorità oħra (jekk dan ma jkunx delitt iżda jista' jkun reat, eċċ.);
  • it-twaqqif tal-prosekuzzjoni kriminali;
  • is-sospensjoni tal-prosekuzzjoni kriminali;
  • ir-ritorn tal-każ lill-prosekutur pubbliku għal investigazzjoni ulterjuri;
  • is-sospensjoni kundizzjonali tal-prosekuzzjoni kriminali jew l-approvazzjoni ta’ arranġament

Fejn isir il-proċess?

Skont kemm ikun serju d-delitt, il-proċess tal-ewwel istanza ssir quddiem il-qorti distrettwali jew reġjonali li jkollha ġurisdizzjoni fil-post fejn twettaq id-delitt, jew fid-domiċilju tal-persuna akkużata, jew fil-post fejn ġie identifikat id-delitt.

Il-proċess jista’ jkun wieħed pubbliku?

Iva, il-proċess jista’ jsir fil-pubbliku. Madankollu l-pubbliku jista’ jiġi eskluż f’ċerti każijiet.

Min jiddeċiedi l-kawża?

Il-kawża tiġi deċiża minn grupp ta’ imħallfin jew imħallef wieħed.

Nista’ nqajjem oġġezzjonijiet kontra l-imħallef?

Iva, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Iskeda informattiva 2.

Jistgħu jinbidlu l-akkużi waqt il-proċess?

Il-proċess isir biss biex jiġi deċiż l-att deskritt fl-akkuża. Madankollu, jekk isir evidenti li inti wettaqt atti oħra, waqt id-diskussjoni preliminari tal-akkuża jew fi tmiem il-proċess, jista’ jiġi deċiż li l-każ jiġi rritornat lill-prosekutur pubbliku għal investigazzjoni ulterjuri.

L-akkuża riveduta jkun fiha l-allegazzjonijiet il-ġodda. Il-qorti tista’ tiddeċiedi li l-att li bih inti akkużat għandu jiġi impost b’mod iktar moderat jew sever milli l-prosekutur pubbliku.

X’jiġri jekk jien inwieġeb ħati għall-akkużi kollha jew uħud minnhom matul il-proċess quddiem qorti kriminali?

Jekk inti twieġeb ħati, il-qorti xorta teżamina u tevalwa x-xiehda ta’ dawk il-persuni li xehdu favurik.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi matul il-proċess?

Ara Drittijiet Fundamentali fil-bidu ta’ din l-iskeda. Jeżistu drittijiet speċifiċi ulterjuri li japplikaw għal sitwazzjonijiet speċifiċi proċedurali.

Għandi għalfejn inkun preżenti fil-proċess?  Tista’ tinstema’ mingħajr il-preżenza tiegħi?

Il-proċess jista’ jsir fin-nuqqas tiegħek, iżda mhux jekk:

  • tkun qed tinżamm f’kustodja;
  • tkun qed tiskonta sentenza fil-ħabs;
  • il-każ jinvolvi delitt li għalih inti tista’ tiġi kkundannat għal priġunerija ta’ iktar minn 5 snin. Madankollu inti m’għandekx għalfejn tkun preżenti waqt il-proċess anki għal dan it-tip ta’ każ jekk inti titlob lill-qorti biex tmexxi l-proċess fin-nuqqas tiegħek.

F’każijiet fejn tkun meħtieġa difiża, (ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda informattiva 1) il-proċess ma jistax jinstema’ mingħajr il-preżenza ta’ avukat tad-difiża.

Jekk jien ngħix fi Stat Membru ieħor, nista’ nipparteċipa permezz ta’ konferenza bil-vidjo?

Mhuwiex possibbli li tipparteċipa fi proċess b'dan il-mod.

Għandi nkun preżenti matul il-proċess kollu?

Għandek tkun preżenti matul il-proċess kollu. Inti m’għandekx għalfejn tkun preżenti għal proċeduri li jsiru barra mill-proċess, madankollu, inti jew l-avukat tad-difiża tiegħek għandkom id-dritt li tipparteċipaw fihom jekk tixtiequ.

Niġi pprovdut b’interpretu jekk ma nifhimx x’inhu jiġri?

Iva, ara Drittijiet Fundamentali fil-bidu ta’ din l-iskeda informattiva.

Bilfors irid ikolli avukat? Niġi pprovdut b’avukat? Nista’ nibdel l-avukat tiegħi?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali jispeċifika l-każijiet li jeħtieġu difiża. Ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda Informattiva 1.

Nista’ jew għandi nitkellem fil-proċess?

Matul il-proċess inti intitolat għal difiża, jiġifieri li tiddefendi ruħek jew li tagħmel dan permezz tal-avukat tad-difiża tiegħek. Matul il-proċess kollu l-qorti tippermetti lilek jew lill-avukat tad-difiża tiegħek biex tesprimu opinjoni dwar l-istadji proċedurali kollha li jseħħu. Inti m’għandekx għalfejn tuża d-dritt tiegħek li tiddefendi ruħek u tista’ tirrifjuta li tixhed.

X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma ngħidx il-verità waqt il-proċess quddiem qorti kriminali?

Bħala l-persuna akkużata, inti mintix obbligat li tgħid il-verità fil-qorti. Madankollu, jekk inti intenzjonalment tiddikjara fatti inkorretti sabiex titfa’ prosekuzzjoni kriminali fuq  xi ħadd ieħor, inti tista' aktar tard tiġi akkużat b’libell.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi rigward l-evidenza kontra tiegħi?

Inti intitolat li tesprimi opinjoni dwar il-provi u tipproponi provi addizzjonali jew li tipproponi provi ta’ sostenn għad-difiża tiegħek.

Tingħatalek opportunità matul dikjarazzjoni ta’ għeluq biex tesprimi l-opinjoni tiegħek fuq il-provi wara li jiġi eżaminat kull element individwali tal-provi.

X’tip ta’ provi nista’ nressaq f’ismi? Taħt liema kundizzjonijiet?

Minbarra x-xhieda tiegħek, inti tista’ tressaq provi li jirribattu jew inaqqsu l-ħtija tiegħek, inklużi pereżempju s-smigħ ta’ xhieda, kontestazzjoni tal-provi, identifikazzjoni ta’ xhieda, rikostruzzjoni tal-post tad-delitt, is-smigħ ta’ esperti, evidenza dokumentarja, tfittxija, u oħrajn.

Inti intitolat li tipproponi lill-qorti li din l-evidenza għandha tiġi eżaminata. Il-qorti tiddeċiedi jekk tagħmilx dan jew le. Hekk kif l-imħallef li jippresjedi jiddikjara li l-provi huma kompluti, ebda prova oħra ma tista’ tiġi ppreżentata fil-proċess.

Nista’ nuża investigatur privat biex nikseb provi?

Huwa possibbli li tuża s-servizzi ta’ investigatur privat.Madankollu, dan għandu jaġixxi skont il-liġi sabiex il-provi li jikseb ikunu jistgħu jintużaw fil-proċess. L-investigatur privat ma jistax jinfluwenza lix-xhieda.

Nista’ nitlob lix-xhieda biex jitkellmu għalija?

Inti tista’ tipproponi li ċertu persuna tiġi eżaminata jekk taħseb li l-evidenza tal-persuna se tkun ta’ benefiċċju għall-każ tiegħek. Iżda ma tistax tinfluwenza lix-xhieda.

L-informazzjoni dwar il-fedina penali tiġi kkunsidrata?

Il-fedina penali tiegħek tista’ tiġi kkunsidrata waqt l-għoti tas-sentenza, kemm-il darba l-kundanna ma tkunx skadiet.

X’jiġri fi tmiem il-proċess?

Il-proċess jista’ jintemm bil-modi li ġejjin:

  • il-każ jista’ jiġi rritornat lill-prosekutur pubbliku għal iktar investigazzjoni;
  • jekk l-att ma jkunx delitt iżda jista’ jkun reat, il-każ jista’ jiġi ttrasferit. Il-prosekuzzjoni kriminali tista’ tiġi mwaqqfa;
  • il-prosekuzzjoni kriminali tista’ tiġi mwaqqfa kundizzjonalment, jew jista’ jiġi approvat arranġament;
  • il-qorti tista’ tagħti verdett ta' ħtija jew tilliberak.

Sentenzi, drittijiet tal-vittma

X’sentenza għandi ningħata?

Skont il-Kodiċi Kriminali jekk twettaq delitt, tista’ tiġi kkundannat kif ġej:

  • priġunerija, li, sakemm il-liġi ma tiddikjarax speċifikament mod ieħor, tista’ tkun mhux kundizzjonali, kundizzjonali jew kundizzjonali b’sorveljanza. Sentenza eċċezzjonali hija possibbli wkoll. Din hija sentenza ta’ priġunerija ta’ iktar minn għoxrin sena sa tletin sena, jew sentenza ta’ priġunerija għall-għomor;
  • arrest fid-dar,
  • servizz komunitarju,
  • konfiska tal-proprjetà,
  • penali finanzjarja,
  • konfiska ta’ oġġett jew assi oħra,
  • projbizzjoni ta’ ċerti attivitajiet,
  • projbizzjoni residenzjali,
  • projbizzjoni fuq dħul għal avvenimenti sportivi, kulturali jew soċjali oħra,
  • telf ta’ titli onorarji jew premji,
  • telf ta' grad militari,
  • deportazzjoni.

X’inhu r-rwol tal-vittma matul il-proċess quddiem qorti kriminali?

Il-vittma, jiġifieri, il-persuna li saritilha l-ħsara, li sofriet danni fil-proprjetà, fuq persuntha jew dannu ieħor minħabba delitt, hija intitolata:

  • li tiġi rrappreżentata bi prokura; jekk il-vittma turi li m’għandhiex fondi, tista’ tingħatalha għajnuna legali minn avukat;
  • tagħmel petizzjonijiet għal evidenza ulterjuri;
  • teżamina l-fajls;
  • tipparteċipa fil-proċess u f’sessjoni pubblika waqt appell;
  • tesprimi opinjoni dwar il-każ qabel it-tmiem tal-proċess;
  • jekk il-vittma tkun intitolata skont il-liġi għal kumpens għad-danni, u l-verdett ikun ta’ ħtija, il-vittma tista’ titlob lill-qorti biex tordna lill-persuna akkużata biex tħallas kumpens. Il-petizzjoni għandha ssir sa mhux aktar tard minn qabel il-bidu tal-preżentazzjoni tal-provi fil-proċess;
  • jekk il-vittma tkun f’periklu potenzjali minħabba l-liberazzjoni tal-akkużat jew tal-persuna kkundannata, il-vittma hija intitolata li titlob informazzjoni minn qabel meta l-akkużat jiġi lliberat, ikun ħarab jew ċirkostanzi simili oħra.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Kriminali għall-Pubbliku Ġenerali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGħajnuna lill-vittmi ta’ delitt

L-aħħar aġġornament: 03/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

4 - Id-drittijiet tiegħi wara li l-qorti tagħmel id-deċiżjoni tagħha

Nista’ nappella?

Iva, tista’ tappella l-verdett fil-kawża tiegħek jekk kien hemm żbalji fil-konstatazzjonijiet li jirrigwardaw direttament lilek. Inti tista’ tappella verdett ta’ ħtija, is-sentenza u/jew il-kumpens mogħti, jew tista’ tappella l-konstatazzjonijiet kollha tal-qorti tal-prim' istanza. Int għandek tippreżenta appell:

  • bil-miktub;
  • fil-qorti li tat il-verdett;
  • fi żmien tmint ijiem min-notifika tal-kopja tal-verdett (jekk il-kopja tintbagħat kemm lilek kif ukoll lill-avukat tad-difiża tiegħek, il-limitu ta’ żmien huwa kkalkulat mill-aħħar data taż-żewġ notifiki).

L-appell tiegħek għandu juri biċ-ċar liema aspetti tal-verdett qiegħed tappella, kif ukoll id-difetti speċifiċi fil-verdett u/jew proċeduri ta’ qabel. Tista’ tappella wkoll mingħajr raġunijiet speċifiċi billi tissottometti applikazzjoni lill-imħallef li jippresjedi l-qorti tal-prim' istanza, fejn titolbu jestendi l-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tar-raġunijiet speċifiċi.

X’inhuma r-raġunijiet għal appell?

Inti tista’ tagħmel appell ibbażat fuq żbalji fi kwalunkwe konstatazzjoni fil-verdett li għandhom x’jaqsmu direttament miegħek jew minħabba li konstatazzjoni partikolari ma kinitx inkluża fil-verdett. Tista’ wkoll tibbaża l-appell tiegħek fuq fatti u provi ġodda.

X’jiġri jekk nappella?

Sakemm tittieħed deċiżjoni mill-qorti tal-appell, il-verdett ma jidħolx fis-seħħ u/jew ma jsirx eżegwibbli. Jekk inti tkun qed tinżamm f’kustodja, inti ma tiġix rilaxxat awtomatikament sempliċement għax ippreżentajt appell.

X’jiġri fis-seduta tal-appell?

Il-qorti tal-prim' istanza teżamina jekk l-appell tiegħek ikunx fih l-informazzjoni kollha meħtieġa. Jekk le, il-qorti tgħid lilek u lill-avukat tad-difiża tiegħek sabiex tirrimedjaw dawn in-nuqqasijiet fil-limitu ta’ żmien ta’ ħamest ijiem (tmint ijiem jekk inti m’għandekx avukat tad-difiża, u l-imħallef li jippresjedi jipprovdi istruzzjonijiet direttament lilek).

Kopja tal-appell u r-raġunijiet tiegħu tingħata lill-partijiet l-oħra involuti fil-kawża u l-proċess kollu jiġi ppreżentat lill-qorti tal-appell.

Il-qorti reġjonali superjuri tiddeċiedi appell kontra l-verdett ta’ qorti distrettwali u l-Qorti Suprema tiddeċiedi appell kontra l-verdett ta’ qorti reġjonali.

Wara l-bidu tal-proċeduri quddiem il-qorti tal-appell, tiġi ppreżentata s-sentenza kkontestata u jiġi sottomess rapport dwar il-kawża.

Imbagħad inti tippreżenta l-appell u tiġġustifika dan. Jekk la int u lanqas l-avukat tad-difiża tiegħek ma jkun preżenti, dan se jsir mill-imħallef li jippresjedi.

Sussegwentement, il-prosekutur pubbliku u kull min jista’ jkun affettwat direttament bid-deċiżjoni tal-qorti tal-appell għandhom jippreżentaw l-argumenti tagħhom.

Ladarba l-petizzjonijiet jiġu ppreżentati, il-qorti tal-appell teżamina l-provi meħtieġa biex issir deċiżjoni dwar l-appell, ħlief jekk reviżjoni tal-evidenza tkun tant estensiva, li dan ikun ifisser li l-ħidma preċedenti tal-qorti tal-ewwel istanza tiġi rduppjata.

Il-qorti tal-appell tista’:

  • tirrifjuta l-appell (jekk l-appell ma jkunx raġonevoli, jekk kien hemm dewmien, ġie ppreżentat minn persuna mhux awtorizzata, jew raġunijiet simili), iżda dan dejjem isir f’seduta pubblika;
  • tirrifjuta l-appell (jekk il-kontenut tagħha ma jissodisfax il-ħtiġiet għal appell);
  • tinterrompi l-prosekuzzjoni kriminali;
  • tannulla l-verdett kkontestat jew parti minnu u:
  • tiddeċiedi li tippreżenta l-kawża għal deċiżjoni dwar il-ġurisdizzjoni tal-qorti;
  • tittrasferixxi l-kawża lil awtorità differenti;
  • twaqqaf il-prosekuzzjoni kriminali (jekk il-qorti tal-prim’istanza jmissha diġà tkun għamlet hekk);
  • tinterrompi l-prosekuzzjoni kriminali (jekk il-qorti tal-prim’istanza jmissha diġà tkun għamlet hekk);

Din tista’ tannulla l-verdett kkontestat ukoll minħabba difetti fundamentali fil-proċedura;

  • difetti  fil-verdett (ambigwità, konstatazzjonijiet mhux kompluti fil-kawża);
  • dubji dwar l-eżattezza tal-konstatazzjonijiet fil-kawża jew il-provi għandhom ikunu replikati;
  • ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali;
  • inadegwatezza tas-sentenza;
  • deċiżjoni żbaljata dwar l-intitolament tal-vittma.

Wara li tiġi annullata, il-qorti tal-appell:

  • tirritorna l-kawża lill-qorti tal-prim’istanza;
  • tiddeċiedi dwar il-verdett fil-kawża dejjem f’seduta pubblika; jew
  • twaqqaf il-prosekuzzjoni kriminali

X’jiġri jekk l-appell ma jintlaqax?

Sakemm il-prosekutur appella kontra l-verdett, il-qorti tal-appell ma tistax tieħu deċiżjoni li tista’ tagħmel is-sitwazzjoni tiegħek agħar.

Meta tkun finali l-kundanna?

Jekk il-qorti tal-appelli ma tirritornax  il-kawża lill-qorti tal-prim’istanza, bid-deċiżjoni tagħha tintemm il-kawża u ssir finali malli d-deċiżjoni tiġi ddikjarata. Il-verdett tal-qorti tal-prim’istanza jsir finali wkoll sakemm ma jiġix ippreżentat appell kontra minnufih.

Ladarba l-verdett ikun fis-seħħ tista’ tiprpeżenta:

  • appell straordinarju;
  • mozzjoni mal-Ministeru tal-Ġustizzja biex tibgħat ilment għall-ksur tal-liċi lill-Qorti Suprema;
  • applikazzjoni għall-permess ta’ tiġdid tal-proċedimenti;

Jekk l-ewwel deċiżjoni tiġi mħassra, se nirċievi xi kumpens?

Tista’ tagħmel talba lill-Ministeru tal-Ġustizzja għal kumpens skont l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar id-dannu kkawżat minn awtorità pubblika.

Jekk l-appell tiegħi jirnexxi, se jinżamm rekord tal-kundanna?

Ir-rekords tal-kundanna jsiru biss wara li l-verdett ikun sar finali. Ladarba l-verdett ta’ ħati jsir finali, jitniżżel rekord fir-reġistru kriminali. Jekk rimedju straordinarju jirnexxi, dan ir-rekord mbagħad jitħassar.

Jiena minn Stat Membru ieħor. Nista’ nintbagħat lura lejn l-istat tiegħi wara l-proċess?

Iva, tista’ tiġi estradit biex tiskonta s-sentenza jekk il-ħin li jifdal ikun ta’ mill-inqas 4 xhur.

L-awtorità rilevanti tal-pajjiż ikkonċernat għandha titlob l-estradizzjoni u din għandha tkun konsistenti mar-regoli u l-obbligi kostituzzjonali, u mat-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet umani u l-libertajiet fundamentali.

Il-qorti tista’ tordna wkoll l-estradizzjoni tiegħek bħala parti minn verdett ta’ ħtija.

Nista’ nappella d-deċiżjoni biex nintbagħat lura lejn pajjiżi?

Inti tista’ tappella d-deċiżjoni meta tasal in-notifika biex tiskonta s-sentenza. Tista’ tappella kontra s-sentenza tal-estradizzjoni.

Jekk niġi kkundannat, nista’ nerġa’ niġi akkużat bl-istess delitt?

Le, lanqas fi Stati Membri oħra, sakemm ma jingħatax il-permess biex jerġgħu jinfetħu l-proċeduri.

L-informazzjoni dwar l-akkuża u/jew il-kundanna titniżżel fil-fedina penali tiegħi?

Iva, ir-Reġistru Kriminali jżomm rekords tal-kundanni legali. Il-qrati jipprovduh b’dik l-informazzjoni. L-informazzjoni tinżamm għal mitt sena mid-data tat-twelid tiegħek.

Jekk il-kundanna titneħħa, l-informazzjoni ma tidhirx fir-Reġistru Kriminali. Inti tista’ tikseb kopja tar-Reġistru billi tagħmel talba. Skont kemm tkun serja l-kundanna, tista’ titneħħa fil-limiti taż-żmien stabbiliti fil-liġi. Dawn ivarjaw minn sena wara li tingħata s-sentenza, sa ħmistax-il sena.

L-informazzjoni tinżamm bil-kunsens tiegħek jew mingħajru.

Nista’ noġġezzjona għaż-żamma tal-informazzjoni?

Tista’ tippreżenta kawża amministrattiva fil-Qorti Muniċipali ta’ Praga.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Kriminali għall-Pubbliku Ġenerali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja

L-aħħar aġġornament: 03/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

5 – Reati tat-traffiku u reati minuri oħra

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar ir-Reati, jiddefinixxi “reat” bħala mġieba li tikser jew thedded l-interessi tas-soċjetà u li hija deskritta b’mod espliċitu bħala reat fl-Att jew liġi oħra.

Id-definizzjonijiet mogħtija hawn fuq jinsabu lkoll fl-Att dwar ir-Reati u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Amministrattiva u jintużaw fi proċedimenti għal reati.

Kif huma ttrattati l-vjolazzjonijiet tar-regoli tal-veloċità u tal-ipparkjar u reati oħra bħal dawn?

Ir-reati tat-traffiku huma ttrattati mill-awtorità muniċipali (tal-belt).

Ċerti reati u s-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti mill-awtorità muniċipali huma:

  • reati tar-regoli tal-veloċità huma normalment trattati permezz tal-impożizzjoni ta’ multa li tvarja bejn CZK 1000 sa CZK 10 000, skont kemm ikun gravi r-reat. Tista’ tiġi imposta wkoll projbizzjoni tas-sewqan li tvarja bejn xahar u sena.
  • reati oħra tat-traffiku huma ppenalizzati b’multi fuq skala li tiddependi mis-serjetà tagħhom minn CZK 1,500 sa 10,000 u projbizzjoni possibbli fuq is-sewqan sa massimu ta’ sena;
  • ksur tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar it-Traffiku fit-Toroq billi jiġi kkawżat inċident li jirriżulta fil-mewt jew korriment ta’ persuna, jista’ jwassal għal multa minn CZK 25,000 sa CZK 50,000 u projbizzjoni tas-sewqan għal perjodu ta’ bejn sena u sentejn.

X’inhi l-proċedura ta’ trattament ta’ reat?

Proċedimenti b’ċitazzjonijiet (kupuni)
Dan huwa reat inqas gravi li jkun ġie muri b’mod affidabbli u li għalih ma tkunx biżżejjed twissija. Jekk inti lest li tħallas multa inqas, dan jista’ jiġi ttrattat minn awtorità li tispezzjona t-traffiku (jew anki l-pulizija) billi timponi multa ta’ ċitazzjoni (kupun) fuq il-post.

Proċedimenti ta’ reati standard
Ir-reati huma aġġudikati fuq il-bażi ta' proċedimenti uffiċjali. Il-bidu ta' proċedimenti bħal dawn huwa rapport ta' reat minn awtorità statali, il-pulizija, awtorità muniċipali, jew minn entità legali jew ċittadin.

L-awtorità muniċipali tista' tissottometti l-każ lil awtorità oħra qabel il-bidu tal-proċeduri. Jekk il-fatti jindikaw li dan jikkonċerna delitt, il-każ jiġi sottomess lill-prosekutur pubbliku.

Inti tkun parti fil-proċedimenti fil-kapaċità tiegħek bħala l-persuna akkużata. Il-vittma tkun parti wkoll, jekk ikun hemm bżonn li jiġi diskuss il-kumpens għad-danni kkawżati mir-reat. Fl-aħħar nett, is-sid ta’ oġġett jew oġġett li kien jew jista’ jiġi kkonfiskat (pereżempju, is-sid ta’ vettura) ukoll ikun parti.

Inti tiġi akkużat bir-reat hekk kif l-ewwel att proċedurali jinħareġ kontrik.

Inti intitolat li:

  • tesprimi l-opinjoni tiegħek dwar l-atti kollha li int akkużat bihom u l-provi li jsostnu dawn l-akkużi;
  • tirrifjuta li tixhed;
  • tikkontesta l-fatti u tipproponi evidenza għad-difiża tiegħek;
  • tissottometti petizzjonijiet;
  • tissottometti rimedji.

Isiru seduti orali u l-awtorità muniċipali tħejji rapport. Tiġi mistoqsi domandi waqt is-seduta u inti tista’ tinforza d-drittijiet tiegħek (kif stabbilit hawn fuq). Ir-rapport isir parti mill-atti tal-proċess. L-awtorità muniċipali tgħidlek biex teżamina d-dokumenti li jinsabu fil-fajl qabel ma toħroġ id-deċiżjoni tagħha. Int intitolat li tesprimi l-opinjoni tiegħek dwar dawn id-dokumenti.

Tmiem tal-proċeduri għal reat:

  • meta l-proċedimenti jitwaqqfu għar-raġunijiet stipulati fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar ir-Reati (pereżempju, l-att ma jkunx reat, int ma tkunx wettaqt ir-reat, sanzjoni tkun insinifikanti ħdejn il-piena li ser tiġi imposta fuqek għal att differenti fi proċeduri kriminali, u raġunijiet simili); jew
  • meta tingħata deċiżjoni fejn inti tinstab ħati ta’ reat u timponi sanzjoni kontrik.

Jistgħu ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra jiġu mħarrka għal dawn ir-reati?

Iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra jistgħu jiġu pproċessati bl-istess mod bħaċ-ċittadini Ċeki.

Nista’ nappella?

Inti għandek id-dritt għal appell sħiħ. Madankollu, ma jistax isir appell kontra multa imposta fi proċedimenti b’ċitazzjonijiet (kupuni).

Deċiżjoni kkontestata permezz ta’ appell ma tistax tiġi eżiġwita qabel ma awtorità superjuri tkun iddeċidiet l-appell.

L-appell tiegħek għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità amministrattiva (ġeneralment l-awtorità muniċipali) fi żmien ħmistax-il jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni.

Dawn ir-reati jistgħu jitniżżlu fil-kondotta tiegħi?

Le.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReati tat-Traffiku

L-aħħar aġġornament: 03/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.