Imputati (proċeduri kriminali)

Ċipru

Reati minuri kif ukoll serji tat-traffiku huma ttrattati bħal kull reat ieħor. Il-multi huma l-piena normali. Reċidivi jistgħu jiġu skwalifikati mis-sewqan. Il-parti l-kbira tar-reati minuri tat-traffiku huma ttrattati amministrattivament.

Il-kontenut ipprovdut minn
Ċipru

Min jittratta r-reati tat-traffiku fit-triq?

Għadd ta’ reati minuri tat-traffiku u reati oħra relatati jistgħu jiġu ttrattati amministrattivament billi tiġi imposta multa preskritta mil-liġi.

F’każ ta’ veloċità eċċessiva jew l-użu taċ-ċellulari waqt  is-sewqan u ta' xi reati minuri oħrajn, jiżdiedu wkoll punti penali mal-liċenzja tas-sewqan tiegħek. Meta l-punti penali jaqbżu t-tnax-il punt, il-każ tiegħek ikollu jiġi rriferit lill-qorti. Jekk inti ma taqbilx mal-impożizzjoni ta’ multa u ta’ punti penali, tiġi ppreżentata kawża kriminali kontrik fil-qorti.

Pulizija jew gwardjan tat-traffiku ta’ awtorità muniċipali jew lokali jista’ javżak li ġiet imposta multa. Fil-każ ta’ reat marbut ma’ parkeġġ, l-avviż għandu jsemmi r-reat u jinfurmak li jekk ma tħallasx il-multa fi żmien 15-il ġurnata, din tiżdied bin-nofs.

Jekk il-multa ma titħallasx fi żmien 30 jum, tista’ titħejja prosekuzzjoni. Il-multi jistgħu jiġu imposti għal reati tat-traffiku minn persuni li jkunu mexjin fit-triq u minn ċiklisti, kif ukoll sewwieqa. Il-livell tal-multa huwa stabbilit bil-liġi.

Ma jistax isir appell kontra multa amministrattiva jekk inti tagħti l-kunsens tiegħek għaliha. Min-naħa l-oħra jekk inti tiċħad li tkun wettaqt ir-reat, l-awtoritajiet jistgħu jidħlu l-qorti biex jippruvaw ir-reat. Jista’ jsir appell kontra d-deċiżjoni tal-qorti, bħalma jiġri għal kull deċiżjoni oħra għal reat kriminali.

Multa li hija imposta amministrattivament tista’ tinġabar bħal kwalunkwe multa imposta minn qorti tal-liġi. Din ma tirriżultax f’rekord kriminali.

X’jiġri jekk il-każ imur il-qorti?

Il-qorti distrettwali taż-żona fejn ikun sar ir-reat tat-traffiku għandha l-ġurisdizzjoni biex tittratta dan ir-reat.

Il-proċedura użata fil-proċess quddiem il-qorti kriminali ta’ reati minuri tat-traffiku hija l-istess proċedura li tintuża għal kwalunkwe reat ieħor.

Il-penalitajiet li jistgħu jiġu imposti mill-qorti huma:

  • multa,
  • priġunerija,
  • skwalifika minn sewqan ta’ vettura.

Iċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħra jistgħu jiġu pproċessati quddiem il-qorti kriminali għal reati minuri tat-traffiku daqs li kieku jkunu ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Jista’ jsir appell għal kundanna kif ukoll għas-sentenza imposta għal reat minuri tat-traffiku bl-istess mod u għall-istess raġunijiet bħal fi kwalunkwe każ ieħor.

Links relatati

Is-sewqan f'Ċipru – Liġijiet tat-Traffiku Ċiprijotti – Reati, Multi u Punti

L-aħħar aġġornament: 16/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna