Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw dak li jiġri meta wieħed ikun issuspettat b’reat ittrattat permezz ta’ proċess quddiem qorti. Għal tagħrif dwar kontravenzjonijiet minuri bħal kontravenzjonijiet tat-traffiku li normalment ikunu punibbli b’piena fissa bħal multa, ara l-iskeda informattiva 5. Jekk inti vittma ta’ xi reat, inti tista’ ssib tagħrif sħiħ dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.
Hawn taħt ser issib tagħrif fil-qosor dwar l-istadji normali ta’ proċedura kriminali
Il-qrati istruttorji
Il-Kamra tal-Kunsill u x-chambre des mises en accusation (fuq appell) huma qrati istruttorji. Dawn jivverifikaw il-legalità tal-mandat ta’ arrest, jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar l-arrest preventiv, jassiguraw il-kontroll tal-investigazzjoni u jiddeċiedu dwar ir-rinviju eventwali quddiem qorti kompetenti.
Proċedura quddiem il-Kamra tal-Kunsill:
Il-qrati kriminali
Jekk inti tiġi akkużat b’delitt (reat punibbli b’multa ta’ mill-inqas 26 Euro u/jew bi priġunerija ta’ tmint ijiem sa 5 sena), inti titressaq quddiem il-qorti kriminali li tistabbilixxi jekk intix ħati tal-fatti attribwiti lilek, tippronunzja l-liberazzjoni jew il-kundanna tiegħek, u eventwalment tistabbilixxi l-ammont ta’ flus li għandu jingħata bħala kumpens għad-danni lill-vittmi. Il-qorti kriminali tista' ttik piena massima ta' 20 sena priġunerija għal delitt imnaqqas bil-liġi għal-livell ta' reat serju.
Proċedura quddiem il-qrati kriminali:
Il-Qorti Kriminali (cour d'assises)
Jekk inti tiġi akkużat b’reat (vjolazzjoni punibbli bil-piena massima ta’ priġunerija għal għomrok), inti titressaq quddiem il-Qorti Kriminali. Ġurija kkostitwita minn 12-il ġurat magħżula minn fost il-pubbliku tiddeċiedi jekk intix ħati tal-akkużi. Flimkien mal-qorti, li tkun magħmula minn tliet imħallfin, dawn il-ġurati jiddeċiedu liema piena se tieħu, jekk inti tinstab ħati. Madankollu hija l-qorti li tiddeċiedi l-kumpens u l-interessi għad-danni li għandhom jingħataw lill-vittmi, jekk dawn jitolbuhom.
Proċedura quddiem il-Qorti Kriminali:
Inti tista’ ssib dettalji dwar dawn l-istadji kollha tal-proċedura u dwar id-drittijiet tiegħek fl-iskedi informattivi. Dan it-tagħrif m’għandux jieħu post il-konsultazzjoni ma’ avukat u għandu jservi biss bħala gwida.
Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea m’għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tgħinek jekk tixtieq tilmenta. Dawn l-iskedi informattivi jgħidulek kif għandek tressaq l-ilment tiegħek u quddiem min.
2 – Id-drittijiet tiegħi waqt l-inkjesta
3 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess
4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess
5 – Kontravenzjonijiet tat-traffiku u kontravenzjonijiet minuri oħrajn
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.