Fil-prinċipju, il-proċess ikun pubbliku u jsir f’awla aċċessibbli għal kulħadd (spettaturi, ġurnalisti) ħlief jekk is-sigurtà ma tippermettix dan.
Meta inti tkun involut f’każ sesswali (stupru, …), tista’ titlob lill-qorti li tlaqqa’ s-seduta in camera, jiġifieri li tillimita l-aċċess fl-awla għall-persuni involuti fil-proċess.
Jekk il-każ jirrigwarda l-arrest ta’ kriminal li m’huwiex responsabbli tal-azzjonijiet tiegħu minħabba stat gravi ta’ mard mentali, dan jista’ jitlob li l-proċess isir fil-magħluq, u l-prosekutur pubbliku jista’ jopponi.
Imħallfin professjonali quddiem it-tribunal tal-pulizija jew il-qorti kriminali. Iżda, fil-Qorti bil-Ġurija, 12-il ġurat jiddeċiedu huma waħedhom dwar il-ħtija tal-akkużat. Huma jiddeċiedu wkoll il-piena flimkien ma’ tliet maġistrati.
L-akkużi jistgħu jiġu kkunsidrati b’mod differenti mill-prosekuzzjoni u mill-imħallef. Pereżempju, jekk inti kissirt il-ħġieġa ta’ karozza, il-prosekutur jista’ jfittxek għal attentat ta’ serq meta fil-fatt, inti kellek biss l-intenzjoni li tkisser. Il-qorti tista’ tiddeċiedi mod ieħor, u tistma li dan kien dannu. Madankollu għandek tiġi avżat mill-qorti dwar dan biex ikollok il-possibbiltà li tiddefendi ruħek fuq din il-bażi ġdida.
Il-piena ma tiġix imnaqqsa awtomatikament.
Għandi nkun preżenti waqt il-proċess? Għandi nkun preżenti waqt il-proċess kollu?
Dejjem tista’ tkun irrappreżentat minn avukat. B’eċċezzjoni, inti jkollok tidher personalment meta l-qorti tiddeċiedi dan b’ordni li għandha tagħtik qabel is-seduta.
Jista’ jsir mingħajri?
Jekk ma tkunx preżenti jew irrappreżentat minn avukat sabiex twieġeb għall-akkużi, il-proċess isir mingħajrek u inti tiġi ġġudikat in absentia.
Jekk ngħix fi Stat Membru ieħor, nista’ nipparteċipa permezz tal-vidjow?
Le.
Inkun megħjun minn interpretu jekk ma nifhimx il-lingwa tal-imħallef?
Iva.
Għandi bżonn avukat?
Le, għajr quddiem il-qorti bil-ġurija.
Nista’ niġi pprovdut b’avukat?
Iva taħt ċerti kundizzjonijiet (ara skeda 1).
Nista’ nibdel l-avukat?
Iva, anki mingħajr raġuni.
Nista’ nesprimi ruħi waqt il-proċess?
Iva.
Fil-proċess ikolli nitkellem?
M’intix obbligat.
Xijkunu l-konsegwenzi jekk ma ngħidx il-verità waqt il-proċess?
Għandek id-dritt li ma tinkriminax lilek innifsek, u li tiżviluppa l-istrateġija ta’ difiża tiegħek kif tixtieq. Dan jinkludi wkoll id-dritt li tibqa' sieket.
Nista’ niċħad il-provi miġjuba kontrija?
Iva.
Kif?
Billi titlob lill-imħallef biex iwettaq investigazzjonijiet ulterjuri.
Għalfejn?
Sabiex turi l-improbabbiltà tal-akkuża.
Xi provi nista’ nġib favur il-kawża tiegħi?
Preżentazzjoni ta’ kwalunkwe dokument, talba għal opinjoni oħra, smigħ ta’ xhud ġdid, …
Nista’ nuża investigatur privat biex nikseb provi favur tiegħi?
Iva.
Provi bħal dawn ikunu ammissibbli?
Iva.
Nista’ nsejjaħ xhieda biex jitkellmu favur tiegħi?
Iva.
Jien jew l-avukat tiegħi nistgħu nistaqsu mistoqsijiet lix-xhieda l-oħrajn fil-każ?
Iva, permezz tal-pulizija jew l-imħallef.
Jien jew l-avukat tiegħi nistgħu nikkontestaw dak li jgħidu?
Iva.
Tiġi kkunsidrata informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi?
Iva.
Il-kundanni preċedenti.
Dawn jistgħu jirduppjaw l-ammont tal-piena massima u jistgħu jostakolaw il-miżuri favur.
Iva, dawn jistgħu jiġu mgħoddija lill-imħallef.
X’inhuma l-eżiti possibbli tal-proċess?
F’każ ta’ kundanna, l-imħallef għandu 5 għażliet, skont it-tip ta’ reat u l-passat legali tiegħek:
Din tista’ tagħti l-verżjoni tagħha dwar il-fatti li jirrigwardawha u titlob kumpens finanzjarju.
Kif?
Verbalment jew billi tippreżenta nota bil-miktub.
F’liema stadju?
Waqt is-smigħ, eżatt wara li tkun ġejt interrogat mill-imħallef.
Għal tagħrif aktar komplut, ara l-iskedi dwar id-drittijiet tal-vittmi.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.