Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna tkun issuspettata jew akkużata b’delitt li jkun jeħtieġ proċess fil-qorti. Skont il-liġi Awstrijaka inti twettaq reat biss meta tikser dispożizzjoni legali speċifika li tkun fis-seħħ fiż-żmien li fih jitwettaq ir-reat. Id-dritt tal-prosekuzzjoni huwa dritt tal-istat. L-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni, li jmexxu d-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali kif ukoll il-qrati, għandhom jistabbilixxu l-fatti u jiċċaraw iċ-ċirkostanzi kollha li huma importanti waqt l-evalwazzjoni tal-fatti. F’dawn l-iskedi informattivi, inti għandek issib tagħrif dwar id-drittijiet tiegħek bħala konvenut jekk jitressqu proċeduri kriminali kontrik fl-Awstrija. Inti għandek drittijiet differenti waqt id-diversi stadji tal-proċeduri. L-iktar stadji importanti fil-proċeduri sejrin ikunu spjegati f’sommarju sabiex inti tkun tista’ issib l-informazzjoni li tkun tinħtieġ malajr.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Fil-prinċipju, il-proċess kriminali fl-Awstrija jinkludi tliet stadji proċedurali:
Id-dettalji dwar dawn l-istadji kollha fil-proċess kriminali u dwar id-drittijiet tiegħek jistgħu jinstabu fl-iskedi informattivi. Din l-informazzjoni m’għandhiex tieħu post il-parir legali u hija maħsuba biss bħala gwida.
Għal tagħrif dwar reati tat-traffiku fit-triq, li normalment ikunu ttrattati permezz ta’ penali fissa bħal multa, ara l-Iskeda Informattiva 5.
Jekk inti vittma ta’ xi delitt, tista’ ssib it-tagħrif kollu dwar id-drittijiet tiegħek hawnhekk.
Għandek tkun taf li l-Kummissjoni Ewropea m’għandha l-ebda rwol fil-proċeduri kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tgħinek jekk ikollok xi lment. F'dawn l-iskedi informattivi għandek issib informazzjoni dwar kif għandek tressaq ilment u lil min għandek tindirizzah.
3 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem qorti kriminali
4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem qorti kriminali
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.