Imputati (proċeduri kriminali)

Awstrija

Il-kontenut ipprovdut minn
Awstrija

A. Għandi d-dritt li nappella d-deċiżjoni tal-qorti?

Imputat jista’ jappella quddiem qorti superjuri minn kwalunkwe deċiżjoni tal-qorti li tikkundannah. Fil-każ ta’ sentenzi mill-qrati distrettwali u minn imħallfin uniċi fil-qrati reġjonali, jista’ jiġi ppreżentat appell sħiħ. L-għan tiegħu huwa li jikkontesta kemm il-verdett tal-ħtija kif ukoll id-deċiżjoni dwar il-piena. F’dawn il-proċedimenti, tista’ titlob ukoll li jinġabru provi ġodda, jew tista’ tippreżenta provi ġodda.

Fil-każ ta’ sentenzi mill-qrati ta’ mħallfin onorarji jew qrati bil-ġurija, tkun tista’ tappella biss il-piena, iżda mhux il-verdett ta’ ħtija. Dawn is-sentenzi jistgħu jiġu kkontestati biss permezz ta’ appell għal invalidità, li fih tista’ tallega żbalji fil-proċedura fir-raġunijiet tas-sentenza u żbalji tad-dritt.

Ma tistax tikkontesta l-eżami tal-provi mill-imħallef. Ma tista’ tiġi ppreżentata l-ebda prova ġdida.

Trid tħabbar l-intenzjoni tiegħek li tappella sentenza jew minnufih, jew meta tingħata s-sentenza, jew fi żmien massimu ta’ tlett ijiem. Il-qorti mbagħad tagħti s-sentenza bil-miktub u tinnotifikak biha jew tinnotifika lill-avukat tad-difiża tiegħek. Imbagħad, l-avukat tiegħek irid jippreżenta l-appell bil-miktub fi żmien erba’ ġimgħat.

Il-prosekuzzjoni għandha l-istess dritt ta’ appell.

B. X’għażliet ta’ rikors oħra għandi?

Imputat jista’ jappella quddiem qorti superjuri minn kwalunkwe deċiżjoni tal-qorti li tikkundannah. Fil-każ ta’ sentenzi mill-qrati distrettwali u minn imħallfin uniċi fil-qrati reġjonali, jista’ jiġi ppreżentat appell sħiħ. L-għan tiegħu huwa li jikkontesta kemm il-verdett tal-ħtija kif ukoll id-deċiżjoni dwar il-piena. F’dawn il-proċedimenti, tista’ titlob ukoll li jinġabru provi ġodda, jew tista’ tippreżenta provi ġodda.

Fil-każ ta’ sentenzi mill-qrati ta’ mħallfin onorarji jew qrati bil-ġurija, tkun tista’ tappella biss il-piena, iżda mhux il-verdett ta’ ħtija. Dawn is-sentenzi jistgħu jiġu kkontestati biss permezz ta’ appell għal invalidità, li fih tista’ tallega żbalji fil-proċedura fir-raġunijiet tas-sentenza u żbalji tad-dritt.

C. X’inhuma l-konsegwenzi jekk niġi kkundannat?

i. Fedina penali

Id-Direttorat tal-Pulizija Federali fi Vjenna jżomm reġistru kriminali għall-Awstrija kollha. Dan għandu jkun fih, b’mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:

  • il-kundanni finali kollha mill-qrati kriminali Awstrijaċi;
  • il-kundanni finali kollha minn qrati barranin fir-rigward ta’ ċittadini barranin u ta’ persuni domiċiljati jew residenti l-Awstrija; u
  • id-deċiżjonijiet kollha mill-qrati kriminali nazzjonali u barranin relatati ma’ dawn il-kundanni.

Ma huwa possibbli l-ebda appell kontra entrati fir-reġistru kriminali. Skont il-gravità tad-delitt, l-entrati fir-reġistru kriminali jitħassru wara ċertu perjodu ta’ żmien.

v. Eżekuzzjoni ta’ sentenza, trasferiment ta’ priġunieri

Huwa possibbli li tiskonta s-sentenza tiegħek f’pajjiżek jekk tixtieq jew jekk taqbel. Għandek issib ir-regoli applikabbli fil-Konvenzjoni dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Kkundannati (b’mod partikolari l-Artikolu 3).

L-aħħar aġġornament: 01/06/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.