Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Defendants (criminal proceedings)

These factsheets explain what happens when a person is suspected or accused of a crime which is dealt with by a trial in court. Under Austrian law you commit an offence only when you violate a specific legal provision in force at the time the act was committed. The right of prosecution is a right of the state. The prosecuting authorities, directing the criminal investigation department, as well as the courts must determine the facts and clear up all circumstances that are of importance when assessing the facts. In the following factsheets, you will learn about your rights as a defendant if criminal proceedings are brought against you in Austria. You have different rights during the different stages of the proceedings. The most important stages in the proceedings will be explained in summary form so that you can quickly access the information that you need.

Summary of the criminal process

In principle, the criminal process in Austria comprises three procedural stages:

  • preliminary proceedings
  • trial
  • appeal

Details on all of these stages in the criminal process and about your rights can be found in the factsheets.  This information is not a substitute for legal advice and is intended to be for guidance only.

For information on road traffic offences, which are usually dealt with by a fixed penalty like a fine, go to Factsheet 5.

If you are the victim of a crime, you can find full information about your rights here.

Role of the European Commission

Please note that the European Commission has no role in criminal proceedings in Member States and cannot assist you if you have a complaint. Information is provided in these factsheets about how to complain and to whom.

Click on the links below to find the information that you need

1 - Getting legal advice

2 - My rights during the investigation of a crime

  • Investigation and taking of evidence
  • Arrest and pre-trial detention (including the European Arrest Warrant)
  • Criminal charges
  • Preparation for trial by the defence

3 – My rights during the trial

4 – My rights after the trial

5 – Minor offences

Last update: 22/06/2018

The national language version of this page is maintained by the respective Member State. The translations have been done by the European Commission service. Possible changes introduced in the original by the competent national authority may not be yet reflected in the translations. The European Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice to see copyright rules for the Member State responsible for this page.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

1 - Kif tikseb parir legali

Huwa importanti ħafna li tikseb parir legali indipendenti meta b’xi mod jew ieħor tkun involut fi proċeduri kriminali. L-iskedi informattivi jindikawlek meta u f’liema ċirkostanzi inti intitolat li tkun irrappreżentat minn avukat. Din l-iskeda informattiva ġenerali tgħidlek kif issib avukat u kif jitħallsu l-ispejjeż tal-avukat jekk inti ma tkunx tiflaħ tħallashom.

Kif issib avukat

Fl-Awstrija, l-avukati biss jistgħu jiddefenduk fil-qorti (bi ftit eċċezzjonijiet). L-Assoċjazzjoni tal-Avukati Federali Awstrijaka żżomm reġistru elettroniku tal-avukati, li inti tista’ tikkonsulta minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Jekk issir taf li qegħdin isiru xi investigazzjonijiet li jwasslu għal proċeduri kriminali kontrik fl-Awstrija, għandek tagħżel avukat u torganizza laqgħa miegħu/magħha sabiex tiddiskuti l-kwistjoni. Jekk ikun possibbli dan għandu jsir qabel ma tiġi interrogat għall-ewwel darba.

Meta jiġu arrestati, l-individwi għandhom id-dritt li jikkuntattjaw avukat qabel ma jiġu interrogati. Jekk m’għandekx avukat, tista’ tikkuntattja lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaavukati li jkunu fuq xogħol standby. Il-pulizija jew l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni għandhom iħalluk tikkuntattja lil dan is-servizz.

Il-ħlas tal-avukat

Jekk tqabbad avukat għad-difiża tiegħek ġeneralment ikollok tħallas is-servizzi tiegħu/tagħha inti stess. Jekk ma jkun hemm l-ebda ftehim dwar il-ħlas, l-avukat jista’ jitlob li jitħallas remunerazzjoni raġonevoli. Ir-rati elenkati fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKriterji Ġenerali tal-Ispejjeż Legali (AHK) jistgħu jittieħdu bħala bażi għall-kalkolu tal-ispejjeż.

Jekk il-ħlas tad-difiża tiegħek iqiegħed il-manutenzjoni tiegħek u ta’ familtek f’riskju, wara li jiġu kkunsidrati d-dħul u l-assi tiegħek, u jekk l-avukat difensur ikun meħtieġ, inti għandek tingħata avukat difensur mingħajr ħlas. F’każijiet bħal dawn, inti tirċievi wkoll kopji bla ħlas tal-fajl kriminali. Tista’ tapplika għall-għoti ta’ avukat difensur għall-għajnuna legali billi tuża din il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola.

L-aħħar aġġornament: 22/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

2 - Id-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni ta’ delitt u qabel ma l-każ jitressaq quddiem il-qorti

L-iskop ta’ investigazzjoni kriminali huwa li jiġu stabbiliti l-fatti sabiex il-prosekuzzjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk għandhomx jitressqu akkużi jew jekk il-każ għandux jingħalaq. Jekk jitressqu xi akkużi l-proċeduri preliminari huma maħsuba wkoll sabiex jiffaċilitaw il-konklużjoni mgħaġġla tal-proċess quddiem qorti kriminali.

X’inhuma l-istadji tal-investigazzjoni kriminali?

  • L-iskop ta’ investigazzjoni kriminali huwa li jiġi stabbilit jekk sarx reat kriminali u jekk iva minn min ikun twettaq.
  • Ladarba jsiru investigazzjonijiet kontra persuna ssuspettata b’reat partikolari, dik il-persuna titqies li hija akkużata.
  • Il-qorti għandha tieħu ċerti passi fl-investigazzjoni. Din għandha tirrikostitwixxi r-reat u twettaq dawk li huma magħrufa bħala proċeduri kontradittorji. Il-prosekutur pubbliku u l-akkużat, flimkien mal-avukat difensur tiegħu/tagħha, ikunu preżenti waqt dawn il-proċeduri u għandhom id-dritt li jagħmlu mistoqsijiet lill-persuna interrogata. L-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni jistgħu wkoll jitolbu lill-qorti sabiex taċċetta aktar provi, jekk jikkunsidraw li dan huwa meħtieġ fl-interess pubbliku.
  • L-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni u/jew id-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali jistgħu jagħmlu l-parti l-kbira tal-investigazzjoni fuq inizjattiva tagħhom stess mingħajr il-kunsens tal-qorti. Din l-investigazzjoni tinkludi, b’mod partikolari, inkjesti u interrogazzjonijiet, kif ukoll l-istabbiliment tal-identità ta’ persuni, tfittxijiet, eċċ.
  • Sabiex tiġi imposta u estiża ż-żamma taħt arrest qabel il-proċess quddiem qorti kriminali jeħtieġ li joħroġ ordni tal-qorti. L-istess japplika għall-użu ta’ miżuri ta’ impożizzjoni b’rabta mad-drittijiet fundamentali (eż. it-tiftix f’postijiet protetti mid-drittijiet tar-residenti, l-aċċess għall-kontijiet bankarji, l-interċezzjoni tat-telefonati, jew l-analiżi ta’ dejta miġbura minn telefonati).
  • L-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni għandhom iwaqqfu l-investigazzjoni jekk ma jkun sar l-ebda reat kriminali, jew jekk il-fatti stabbiliti ma jkunux suffiċjenti sabiex l-akkużat jiġi kkundannat. Fil-każijiet l-oħrajn kollha fejn il-fatti ġew stabbiliti b’mod suffiċjenti, l-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni għandhom iressqu l-akkuża quddiem qorti kompetenti.
  • L-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni jistgħu jirtiraw minn prosekuzzjoni ulterjuri (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadevjazzjoni) f’każijiet li ma jistgħux jitwaqqfu, iżda fejn l-għoti ta’ sentenza ma jidhirx neċessarju minħabba li l-akkużat (fil-parti l-kbira tal-każijiet) iħallas multa. Id-devjazzjoni mhijiex possibbli jekk ir-reat ikun ikkawża l-mewt ta’ persuna jew jekk jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ qorti tal-imħallfin onorarji jew tal-qorti tal-ġurati, fi kliem ieħor f’każijiet li jġorru sentenza ta’ priġunerija ta’ aktar minn ħames snin (bħala regola).

Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni

Inti għandek drittijiet differenti skont il-passi u l-istadji differenti tal-investigazzjoni:

Fi kwalunkwe każ inti għandek dawn id-drittijiet irrispettivament mill-istadju partikolari tal-proċeduri:

  • Inti għandek tkun informat malajr kemm jista’ jkun dwar il-fatt li qegħdin isiru investigazzjonijiet kontrik, dwar ir-reat li inti ssuspettat li wettaqt u dwar id-drittijiet ewlenin tiegħek waqt il-proċeduri.
  • Waqt kull stadju tal-proċeduri inti għandek id-dritt għal avukat difensur tal-għażla tiegħek jew li tapplika għal avukat difensur għall-għajnuna legali (ara l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIskeda informattiva 1). Jekk il-fatti jew il-kwistjonijiet legali jkunu kumplessi, inti tista’ titlob li tiġi assenjat avukat difensur għall-għajnuna legali tiegħek tul il-proċeduri kollha. Dan aktarx li jkun il-każ ta’ proċeduri kriminali kontra barranin, li ma jkunux familjari mas-sistema legali Awstrijaka. Fil-każijiet kollha li jeħtieġu dik li hija magħrufa bħala Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadifiża obbligatorja, inti tiġi assenjat avukat difensur fi kwalunkwe każ jekk ma tqabbadx wieħed inti stess. Jekk m’intix irrappreżentat minn avukat difensur għall-għajnuna legali, inti jkollok tħallas l-ispejjeż tal-avukat difensur assenjat.

L-aktar stadji importanti fejn inti għandu jkollok avukat difensur huma: il-perjodu kollu taż-żamma taħt arrest qabel il-proċess quddiem qorti kriminali, matul il-proċeduri għall-istituzjonalizzazzjoni ta’ trasgressuri mentalment abnormali, matul il-proċeduri f’qorti tal-imħallfin onorarji jew qorti tal-ġurati, jew matul proċess quddiem imħallef wieħed jekk ir-reat jista’ jwassal għal sentenza ta’ priġunerja ta’ mhux inqas minn tliet snin.

  • Meta tikkonsulta l-fajl tiegħek;
  • Meta tikkumenta dwar l-allegazzjonijiet imqajma kontrik, jew meta tibqa’ sieket;
  • Meta titlob il-kumpilazzjoni tal-evidenza;
  • Meta tappella kontra miżuri meħuda mill-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni jew mid-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali, kif ukoll kontra d-deċiżjonijiet tal-qorti;
  • Meta tiġi assenjat traduttur/interpretu.

L-investigazzjoni u l-kumpilazzjoni tal-evidenza (1)

Min jagħmel l-investigazzjonijiet?

L-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni li jmexxu d-dipartimenti tal-investigazzjoni kriminali huma responsabbli mit-twettiq tal-investigazzjonijiet. Id-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali jibda l-investigazzjoni fuq inizjattiva personali, jekk persuna terza tagħmel rapport lill-pulizija, jew b’ordni tal-prosekutur pubbliku.

X’tip ta’ informazzjoni għandi nirċievi?

L-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni jew id-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali għandhom jinfurmawk fi kwalunkwe każ li inti qed tiġi investigat u jagħtuk ir-raġunijiet għalfejn. Barra minn hekk, inti għandek tkun infurmat li bħala persuna akkużata m’intix obbligat li tagħmel stqarrija u li jekk tagħmel stqarrija din tista’ tintuża bħala prova kontrik.

Jekk wettaqt ir-reat li qed tiġi akkużat bih u jekk tammetti (jekk int twieġeb ħati), dan ikun fattur mitiganti importanti ħafna meta l-qorti tiddeċiedi s-sentenza tiegħek. Madankollu, l-ammissjoni ta’ ħtija ma taffettwax l-andament tal-proċess quddiem il-qorti kriminali.

X’jiġri jekk ma nitkellimx bil-Ġermaniż?

Jekk ma tistax tikkomunika b’mod adegwat bil-Ġermaniż, inti għandek id-dritt li tistaqsi għal interpretu li jinħatar bla ħlas waqt l-interrogazzjoni tiegħek. M’hemmx bżonn li twieġeb u m’għandekx twieġeb mistoqsijiet jekk l-interpretu ma jkunx preżenti. L-interpretu jinterpreta l-mistoqsijiet magħmula lilek f’lingwa li inti tifhem. L-interpretu jinterpreta t-tweġibiet tiegħek lura bil-Ġermaniż.

L-interpretu għandu fi kwalunkwe każ jinterpreta l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet dwar punti legali li bil-liġi għandhom jingħatawlek. Jekk inti tkun tixtieq, l-interpretu jista’ jgħinek ukoll tikkuntattja lill-avukat difensur assenjat lilek (mhux avukat tal-għażla tiegħek).

Jekk inti infurmat dwar xi ordni tal-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni jew dwar deċiżjoni tal-qorti, inti tista’ titlob ukoll għajnuna biex ikollok dawn id-dokumenti tradotti. Jekk inti tixtieq tikkonsulta l-fajl tiegħek, traduttur ikun jista’ jgħinek biss jekk ma jkollokx avukat difensur u jekk ma jkunx raġonevoli li wieħed jistenna li inti stess tagħmel l-arranġamenti għat-traduzzjoni tal-partijiet rilevanti tal-fajl.

Nista’ nikkuntattja avukat?

M’għandekx bżonn avukat ħlief f’każijiet li jeħtieġu r-rappreżentanza mill-avukat difensur. Madankollu, irrispettivament minn jekk intix arrestat jew le, inti għandek id-dritt li tikkonsulta ma’ avukat fi kwalunkwe ħin, jekk tixtieq. Għandu jkun hemm interpretu għad-dispożizzjoni tiegħek għall-kuntatti tiegħek mal-avukat difensur assenjat.

Jekk inti tiġi arrestat u taf l-isem ta’ avukat li tixtieq li jiddefendik, tista’ tikkuntattjah direttament jew permezz tal-pulizija. Jekk ma taf bl-ebda avukat difensur, tista’ tuża s-servizz ta’ avukati fuq xogħol standby tal-assoċjazzjoni tal-avukati (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSkeda Informattiva 1).

Jistgħu jittieħdu l-marki tas-swaba’ tiegħi jew kampjuni tad-DNA?

Il-pulizija għandhom id-dritt li jfittxulek fuq ħwejġek u fuq l-oġġetti fil-pussess tiegħek. Il-kunsens tal-qorti u ordni sussegwenti mill-prosekutur pubbliku huwa meħtieġ għal kwalunkwe eżami fiżiku ulterjuri.

Il-pulizija jistgħu jieħdu l-marki tas-swaba’ tiegħek jekk dan ikun meħtieġ sabiex jistabbilixxu l-identità tiegħek. Id-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali jista’ jieħu kampjun tal-bżieq għall-analiżi tad-DNA. Il-kunsens tal-qorti huwa meħtieġ biex issir l-analiżi tad-DNA innifisha.

Tista’ ssir tfittxija f’dari, fl-uffiċċju tiegħi, fil-karozza tiegħi, eċċ.?

Jistgħu jsiru tfittxijet fil-postijiet u fuq l-oġġetti jekk ikun maħsub li persuni ssuspettati huma preżenti jew li tista’ tinstab xi evidenza fihom. Il-kunsens tal-qorti huwa meħtieġ biex isir tiftix f’postijiet protetti mid-drittijiet tar-resident. Il-pulizija jistgħu jagħmlu tiftix f’postijiet u fuq oġġetti oħrajn fuq ordni tal-prosekutur pubbliku.

Nista’ nirċievi tagħrif dwar il-provi kontrija?

Bħala persuna akkużata inti għandek id-dritt li tikkonsulta l-fajl tiegħek. B’dan il-mod inti ssir taf dwar il-provi kontrik. F’każijiet eċċezzjonali, partijiet individwali tal-fajl jistgħu ma jkunux aċċessibbli biex tarahom. Inti għandek id-dritt li tippreżenta l-provi tiegħek fi kwalunkwe ħin.

X’rimedji legali għandi waqt il-proċeduri tal-investigazzjoni?

Tista’ tiddefendi lilek innifsek kontra kwalunkwe miżura li jieħu d-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali jew l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni waqt il-proċedura ta’ investigazzjoni billi tressaq oġġezzjoni (mhijiex soġġetta għal xi skadenza), jekk taħseb li nkiser xi dritt personali.

Il-qorti tiddeċiedi dwar l-oġġezzjoni tiegħek sakemm l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jikkonfermaw l-opinjoni tiegħek. Tista’ tagħmel appell kontra deċiżjoni tal-qorti quddiem il-Qorti Reġjonali Superjuri. L-oġġezzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni.

Għandek id-dritt li tappella kontra d-deċiżjonijiet tal-qorti quddiem il-Qorti Reġjonali Superjuri, b’mod speċjali dawk li jaffettwaw id-drittijiet bażiċi.

L-appelli jistgħu jiġu ppreżentati kemm lill-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni kif ukoll lill-qorti tal-prim’istanza fi żmien 14-il jum.

Għandi nkun preżenti matul l-investigazzjonijiet?

M’hemmx obbligu li tibqa’ fl-Awstrija matul il-proċedura kollha tal-investigazzjoni. L-avukat tiegħek jista’ wkoll jiżgura li d-drittijiet tiegħek huma rrispettati matul l-investigazzjoni (jekk tixtieq li hu/hi jagħmel/tagħmel dan).

Inti jkollok tmur l-Awstrija għall-interrogazzjoni. M’hemmx dispożizzjoni għat-trażmissjoni bil-vidjow tal-proċedura tal-investigazzjoni; lanqas ma huwa teknikament vijabbli.

L-arrest u l-arrest preventiv (inkluż il-Mandat ta’ Arrest Ewropew) (2)

Għalfejn nista’ ninżamm taħt kustodja?

Inti tista’ tinżamm taħt arrest preventiv biss jekk hemm suspetti kbar li inti wettaqt xi reat, u jekk hemm ukoll raġuni għad-detenzjoni (ir-riskju li taħrab, ir-riskju li teqred xi provi, jew ir-riskju li twettaq xi reat). Il-kunsens tal-qorti huwa meħtieġ għall-arrest tiegħek (minn uffiċjali tad-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali) (sakemm ma tinqabadx fil-fatt, jew sakemm ma jkunx hemm periklu imminenti).

L-arrest preventiv għandu jkun impost mill-qorti u għandu jkun eżegwit f’ħabs. Id-dipartiment tal-investigazzjoni kriminali jista’ jżommok għal massimu ta’ 48 siegħa qabel jittrasferik għall-qorti mingħajr telf ta’ żmien bla bżonn.

Il-liġi ma tispeċifikax jekk u kif tista’ tinforma lill-familtek jew lill-sħabek dwar id-dentenzjoni tiegħek. Is-servizzi soċjali huma disponibbli f’kull ħabs sabiex jgħinuk fi kwistjonijiet bħal dawn.

X’informazzjoni għandi ningħata jekk ninżamm taħt arrest preventiv?

Id-deċiżjoni rigward l-arrest preventiv tiegħek għandha tinqralek bl-għajnuna ta’ interpretu, jekk ikun meħtieġ. Inti għandek tingħata kopja bil-miktub ta’ din id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tiddikjara n-natura tar-reat li inti ssuspettat li wettaqt. Għandha tinkludi wkoll il-fatti kollha li fl-opinjoni tal-qorti jiġġustifikaw id-detenzjoni tiegħek.

Inti għandek tkun irrappreżentat minn avukat difensur matul il-perjodu kollu tal-arrest preventiv tiegħek. Jekk ma tqabbadx wieħed inti, jitqabbad avukat għalik.

Id-deċiżjoni tal-qorti li timponi l-arrest preventiv tittieħed waqt seduta verbali.

Fi żmien tlett ijiem, inti tista’ tappella quddiem il-Qorti Reġjonali Superjuri kontra d-deċiżjoni li jiġi impost l-arrest preventiv jew li sussegwentement jiġi estiż.

Għal kemm żmien nista’ ninżamm taħt arrest preventiv?

Kwalunkwe deċiżjoni li tirrigwarda l-arrest preventiv hija għal perjodu limitat ta’ żmien. Id-deċiżjoni għall-impożizzjoni tal-arrest preventiv hija effettiva għal erbatax-il ġurnata. Id-deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-arrest preventiv tiegħek għall-ewwel darba hija effettiva għal xahar. Kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti li testendi d-detenzjoni tiegħek hija effettiva għal xahrejn.

L-arrest preventiv m’għandux ikun itwal minn sitt xhur b’kollox, iżda dan jista’ jkun estiż minħabba s-serjetà tar-reat. Għandek issib aktar tagħrif Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Jista’ jkolli żjarat matul l-arrest preventiv, nista’ ningħata kura medika?

Kull persuna miżmuma taħt arrest preventiv għandha d-dritt li tirċievi viżitaturi darbtejn fil-ġimgħa. L-avukat tiegħek jista’ jżurek fi kwalunkwe ħin matul id-detenzjoni tiegħek, irrispettivament mid-deċiżjoni dwar il-viżitaturi.

Is-servizzi mediċi huma disponibbli f’kull ħabs. Il-liġi tiddikjara li inti tista’ tingħata kura minn tobba speċjalisti skont kif ikun meħtieġ.

Nista’ nikkuntattja lill-ambaxxata tiegħi bħala ċittadin ta’ pajjiż ieħor?

Għandek id-dritt li tikkuntattja lill-ambaxxata tiegħek u għandek issib l-indirizz tagħha Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk. Il-pulizija u l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni huma obbligati li jikkuntattjaw lir-rappreżentant diplomatiku tiegħek jekk inti tkun tixtieq li dan isir.

X’jiġri jekk nittieħed f’kustodja minħabba Mandat ta’ Arrest Ewropew?

Jekk Stat Membru joħroġ Mandat ta’ Arrest Ewropew, inti tista’ tiġi arrestat fi Stat Membru ieħor u estradit lejn il-pajjiż li jkun ħareġ il-mandat tal-arrest. Il-liġi Awstrijaka titlob li inti tinżamm f’kustodja sakemm tkun estradit. Il-qorti toħroġ ordni f’dan ir-rigward. Inti intitolat għal avukat difensur u, jekk ikun meħtieġ, għal interpretu waqt dak is-smigħ.

L-akkużi kriminali (3)

Wara li jsiru l-investigazzjonijiet, l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jistgħu jikkonkludu li aktarx tinstab ħati. Jekk dan ikun il-każ, jinġiebu akkużi kontrik quddiem il-qorti kompetenti.

L-akkużi għandhom jinġiebu fil-forma ta’ att tal-akkuża motivata quddiem qorti ta’ imħallfin lajċi jew qorti ta’ ġurati lajċi jekk ir-reat li inti tkun akkużat bih iġorr sentenza ta’ aktar minn ħames snin ħabs. Fil-każ ta’ reati li għalihom jingħataw sentenzi iqsar, l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni għandhom iressqu l-akkużi bil-miktub biss mingħajr ma jagħtu r-raġunijiet quddiem imħallef wieħed f’qorti reġjonali jew quddiem qorti distrettwali.

Kif nista’ niddefendi lili nnifsi kontra l-akkużi?

Tista’ tressaq oġġezzjoni kontra att tal-akkuża fi żmien erbatax-il jum wara li tiġi nnotifikata. Il-Qorti Reġjonali Superjuri tiddeċiedi dwar l-oġġezzjoni tiegħek (għandek issib aktar dettalji dwar ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk). Tista’ tressaq l-oġġezzjoni tiegħek bil-miktub jew bil-fomm.

Jekk il-Qorti Reġjonali Superjuri tikkunsidra l-oġġezzjoni tiegħek bħala waħda ġġustifikata, hija tista’ tissospendi l-proċeduri kriminali jew tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni sabiex ikomplu bl-investigazzjonijiet.

Jekk l-oġġezzjoni tiegħek tiġi rrevokata, jew jekk ma tagħmilx oġġezzjoni, l-akkużi kontrik isiru effettivi u l-qorti li tkun qiegħda tisma’ l-kwistjoni jkollha tħejji għall-proċess.

Jekk l-azzjoni miġjuba kontrik issir f’forma ta’ akkużi kriminali, ma tkunx tista’ tippreżenta oġġezzjoni. Madankollu, il-liġi titlob li l-qorti li tkun qiegħda tisma’ l-kwistjoni tevalwa l-validità tal-akkużi. Jekk il-qorti tikkonkludi li l-akkużi mhumiex iġġustifikati skont waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-liġi hija tista’ tiddeċiedi li twaqqaf il-proċeduri kriminali.

It-tħejjija għall-proċess mid-difiża (4)

X’jiġri qabel il-proċess quddiem il-qorti kriminali?

Meta jinġiebu l-akkużi kontrik, ma jkunx aktar possibbli li jiġi ristrett l-aċċess għall-fajls. Sa mhux aktar tard minn din il-fażi inti għandu jkollok aċċess għall-fajl kollu li jkun disponibbli wkoll għall-qorti. Il-qorti tħejji sabiex tmexxi l-proċess.

Jekk tkun tixtieq, inti tista’ titlob għal xi evidenza li tista’ tgħinek tħejji għall-proċess. B’mod partikolari, inti tista’ titlob is-smigħ tax-xhieda. Fit-talba tiegħek għall-evidenza inti għandek tindika l-fatti li tixtieq tipprova bl-evidenza inkwistjoni. Tista’ tiġi mitlub ukoll tiddikjara r-raġuni għalfejn taħseb li l-evidenza li qed titlob hija xierqa.

Kif għandi nikkoopera mal-avukat difensur tiegħi?

Jekk jinħareġ att tal-akkuża, int għandek tkun irrappreżentat minn avukat difensur matul il-proċess quddiem qorti kriminali. F’dan il-każ inti tiġi assenjat avukat jekk ma tqabbadx wieħed inti.

Fil-proċessi quddiem imħallef wieħed jew fi qrati distrettwali li jinvolvu akkużi kriminali mhuwiex obbligatorju li tqabbad avukat. Madankollu, inti tista’ tiġi rrappreżentat minn avukat tal-għażla tiegħek fi kwalunkwe ħin, jew titlob li tiġi assenjat avukat difensur jekk il-każ ikun wieħed diffiċli. Bħala regola, dan jiġri f’każijiet ta’ konvenuti barranin, li ma jkunux familjari mas-sistema legali Awstrijaka.

Għandek tinforma lill-avukat difensur tiegħek dwar kwalunkwe evidenza li taħseb li għandek u li tista’ teħilsek mill-akkużi. L-avukat tiegħek imbagħad iressaq it-talbiet meħtieġa għall-evidenza kif xieraq.

X’jiġri jekk qabel kont ġejt ikkundannat għal reat jew illiberat minn reat li issa qed niġi mixli bih fi Stat Membru ieħor?

Jekk qorti fi Stat Membru diġà ħadet deċiżjoni finali fuq l-istess akkużi, dawk l-akkużi ma jistgħux jinġiebu kontrik għal darb’oħra fi Stat Membru ieħor.

Għandek tippreżenta t-talbiet meħtieġa dwar dan il-fatt malajr kemm jista’ jkun (matul l-investigazzjoni). Għall-kuntrarju ta’ dan, jekk inti ġejt ikkundannat għal xi reat jew illiberat minnu fl-Awstrija ma tistax tittella’ l-qorti mill-ġdid għall-istess reat fi kwalunkwe Stat Membru ieħor.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-arrest preventiv

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Att dwar il-kumpens tal-liġi kriminali

L-aħħar aġġornament: 22/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

3 – Id-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem qorti kriminali

Fejn isir il-proċess?

Il-proċess isir fil-qorti fejn l-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni jkunu ressqu l-akkużi finali. Bħala regola din tkun il-qorti b’ġurisdizzjoni lokali fejn ikun twettaq ir-reat. Il-proċessi huma pubbliċi ħlief għal ftit eċċezzjonijiet.

Skont in-natura tal-penali d-deċiżjoni tittieħed minn imħallef wieħed, minn qorti ta’ imħallfin lajċi jew minn qorti tal-ġurati. Il-qrati ta’ imħallfin lajċi jew il-qrati tal-ġurati jinkludu wkoll persuni lajċi.

L-akkużi jistgħu jinbidlu waqt il-proċess quddiem qorti kriminali?

Jekk inti tiġi akkużat b’reat ieħor waqt il-proċess quddiem qorti kriminali l-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni jistgħu jżidu l-akkużi kontrik u l-proċess jista’ jkun estiż sabiex jinkludi l-akkużi l-ġodda sakemm ma jkunux iġorru pieni aktar ħorox mill-akkużi oriġinali.

Fid-deċiżjoni tagħha l-qorti hija marbuta biss bil-fatti deskritti fl-att tal-akkuża u mhux b’xi evalwazzjoni legali mogħtija mill-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni. Il-qorti tista’ tikkwalifika r-reat li inti ġejt akkużat bih b’mod differenti mill-klassifikazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet ta’ prosekuzzjoni fl-att tal-akkuża.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi waqt il-proċess quddiem qorti kriminali?

Bħal matul il-proċeduri kriminali kollha inti għandek id-dritt ukoll li tibqa’ sieket waqt il-proċess quddiem qorti kriminali. M’għandekx għalfejn tikkumenta fuq l-akkużi miġjuba kontrik.

Jekk tammetti l-akkużi waqt il-proċess quddiem qorti kriminali, dan ikollu wkoll effett mitiganti meta tingħata s-sentenza. Madankollu, l-ammissjoni ta’ ħtija ma tibdilx l-andament tal-proċess. Ma tiġix ikkastigat jekk ma tgħidx il-verità.

Il-qrati ta‘ imħallfin lajċi ma jistgħux imexxu l-proċeduri jekk inti ma tkunx preżenti. Barra minn hekk, inti għandek dejjem tkun irrappreżentat minn avukat difensur fi proċeduri bħal dawn. M’hemmx dispożizzjonijiet għal proċess quddiem qorti kriminali permezz tal-konferenzi bil-vidjow.

Jekk ma tifhimx sew il-Ġermaniż, għandu jitqabbad interpretu għall-proċess quddiem qorti kriminali. L-interpretu jinterpreta l-avvenimenti ewlenin waqt il-proċess f’lingwa li inti tista’ tifhem.

Waqt il-proċess quddiem qorti kriminali inti għandek id-dritt ukoll li tissottometti talbiet, b’mod speċjali talbiet għall-evidenza.

Fi proċess quddiem qorti ta’ imħallfin lajċi jew quddiem qorti tal-ġurati inti għandek tkun irrappreżentat minn avukat difensur, filwaqt li għal tipi ta’ proċeduri oħrajn in-nomina ta’ avukat difensur hija fakultattiva.

Inti tista’ tibdel lill-avukat difensur tiegħek fi kwalunkwe ħin. Madankollu, dan m’għandux itawwal il-proċeduri bla bżonn.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi fir-rigward tal-evidenza kontrija?

Il-provi miġjuba waqt il-proċess quddiem qorti kriminali biss jistgħu jipprovdu l-bażi għad-deċiżjoni tal-qorti. Inti għandek id-dritt li tikkumenta fuq kwalunkwe oġġett individwali tal-provi miġjuba.

Ix-xhieda għandhom jinstemgħu direttament. L-evidenza tagħhom ma tistax tinqara sakemm il-prosekuzzjoni u d-difiża ma jaqblux dwar dan. Inti għandek id-dritt li tistaqsi mistoqsijiet lill-kokonvenut u lix-xhieda jew tqabbad lill-avukat difensur tiegħek sabiex jagħmlilhom xi mistoqsijiet.

L-evidenza esploratorja mhijiex permessa. Jiġifieri dik l-evidenza li r-riżultati tagħha ma tkunx tafhom minn qabel. Jekk titlob li ġġib xi provi inti għandek tkun f’pożizzjoni li tispjega r-riżultati tal-provi jew liema fatt konklussiv dawn sejrin jippruvaw.

Inti tista’ tippreżenta provi b’mod dirett waqt il-proċess quddiem qorti kriminali, pereżempju provi miksuba permezz ta’ investigaturi privati. Huwa f’idejn il-qorti li tivverifika l-provi.

Tista’ tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-kondotta tiegħi waqt il-proċess quddiem qorti kriminali?

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Kriminali jiddikjara li tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-kondotta anke minn barra l-pajjiż. L-informazzjoni dwar il-kondotta tiegħek għandha tinqara matul il-proċess.

Jekk inti tiġi kkundannat, u għandek kundanni preċedenti tal-istess tip dan jista’ jfisser li inti tista’ tingħata sentenza aktar ħarxa.

X’jiġri fl-aħħar tal-proċess quddiem qorti kriminali?

Wara l-kumpilazzjoni tax-xhieda kollha, u wara li l-prosekuzzjoni u d-difiża jagħmlu l-indirizz tal-għeluq tagħhom, il-qorti tieħu d-deċiżjoni tagħha. Dan jikkonkludi l-proċeduri quddiem il-qorti tal-prim’istanza.

Jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti meħtieġa, il-qorti tista’ tiddeċiedi li tordna tip ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadevjazzjoni. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-qorti tiddeċiedi jekk tqisekx ħati tal-akkużi kontrik, jew jekk għandekx tiġi lliberat.

Fil-każ li tiġi kkundannat, il-qorti għandha tiddeċiedi wkoll is-sentenza. Is-sentenza tista’ tkun multa jew perjodu ta’ priġunerija. L-infurzar tas-sentenza jista’ jiġi sospiż għal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaperjodu ta’ probation kundizzjonali.

X’inhu r-rwol tal-vittma matul il-proċess quddiem qorti kriminali?

Il-vittma ta’ reat hija intitolata li tkun preżenti matul il-proċess quddiem qorti kriminali u tista’ tkun irrappreżentata wkoll minn avukat. Il-vittma għandha d-dritt li tagħmel mistoqsijiet lill-konvenut, lix-xhieda u lix-xhieda esperti matul il-proċess, kif ukoll id-dritt li tinstema’ fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tagħha.

L-istess bħall-konvenut, il-vittma tista’ tkun mgħejuna wkoll minn interpretu waqt il-proċess quddiem qorti kriminali, jekk din ma tkunx familjari biżżejjed mal-lingwa Ġermaniża.

Jekk il-vittma kienet soġġetta għall xi stress partikolari minħabba r-reat din tista’ tirċievi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagħajnuna soċjopsikoloġika u legali mill-qorti jekk tkun meħtieġa sabiex jiġu mħarsa d-drittijiet proċedurali tagħha.

Il-vittmi li jitolbu kumpens għad-danni mġarrba mir-reat jew kumpens għall-ksur tad-drittijiet tagħhom huma magħrufa bħala Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaparti privata għall-każ. Jekk il-vittmi jipparteċipaw fil-proċeduri bħala partijiet privati huma għandhom ukoll id-dritt li jitolbu l-evidenza.

L-aħħar aġġornament: 22/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

4 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess quddiem qorti kriminali

Nista’ nappella?

Konvenut jista’ jappella quddiem qorti ta’ grad ogħla kontra kwalunkwe deċiżjoni ta’ kundanna tal-qorti. Fil-każ ta’ sentenzi mogħtija minn qrati distrettwali u minn imħallef wieħed fi qrati reġjonali, jista’ jiġi ppreżentat appell sħiħ. L-għan tiegħu huwa li jiġu kkontestati kemm il-verdett ta’ ħtija kif ukoll id-deċiżjoni dwar is-sentenza. F’dawn il-kawżi, inti tista’ titlob ukoll biex issir kumpilazzjoni ta’ xhieda ġodda, jew tista’ tippreżenta evidenza ġdida inti stess.

F’każ ta’ sentenza mogħtija minn qrati ta’ imħallfin lajċi jew qrati tal-ġurati, int tista’ tappella biss kontra s-sentenza, iżda mhux kontra l-verdett ta’ ħtija. Dawn is-sentenzi jistgħu jiġu kkontestati biss b’appell għan-nullità, li fih tista’ tallega żbalji fil-proċedura, żbalji fir-raġunijiet għad-deċiżjoni u żbalji fil-liġi.

Ma tistax tikkontesta l-verifika tal-evidenza li tkun saret mill-imħallef. Ma tistax tiddaħħal evidenza ġdida.

Għandek tħabbar l-intenzjoni tiegħek li tappella kontra sentenza jew minnufih, meta tinqara s-sentenza, jew fi żmien massimu ta’ tlett ijiem. Il-qorti mbagħad toħroġ sentenza bil-miktub u tinnotifikaha lilek jew lill-avukat difensur tiegħek. L-avukat tiegħek imbagħad għandu jippreżenta l-appell bil-miktub fi żmien erba’ ġimgħat.

Il-prosekuzzjoni għandha l-istess dritt għall-appell.

X’inhuma l-passi fil-kawża tal-appell?

Il-parti li tkun qed topponi l-proċedimenti (il-konvenut jew il-prosekuzzjoni) għandha d-dritt li tirrispondi għall-appell. Il-qorti mbagħad tgħaddi l-kawża lill-qorti tal-appell. Il-Qorti Suprema dejjem hija dik li tiddeċiedi dwar talbiet għan-nullità.

Wara smigħ orali dwar l-appell, tittieħed deċiżjoni. Il-Qorti Suprema tista’ tiddeċiedi wkoll dwar appelli għan-nullità mingħajr smigħ orali.

Jekk il-Qorti Suprema tilqa’ l-appell għan-nullità, normalment din tannulla s-sentenza li tkun qiegħda tiġi kkontestata u l-kwistjoni tintbagħat lura lill-qorti tal-prim’istanza. F’appelli kontra verdetti ta’ ħtija, il-qorti tal-appell tista’ l-ewwel tagħmel kumpilazzjoni ta’ kwalunkwe evidenza li tikkunsidra meħtieġa u mbagħad tiddeċiedi dwar il-merti.

Bit-tħabbira u l-preżentazzjoni ta’ appell jew appell għan-nullità, is-sentenza li qiegħda tiġi kkontestata tiġi sospiża u għalissa ma tkunx tista’ tiġi eżegwita. Madankollu, jekk tkun qed tinżamm taħt arrest preventiv l-appell tiegħek ma jkunx jista’ jħassar id-detenzjoni.

Mhuwiex possibbli li tippreżenta appell ieħor kontra deċiżjoni tal-qorti tal-appell.

X’jiġri wara l-kawża tal-appell?

Jekk l-appell tiegħek jiġi milqugħ (kollu kemm hu jew parti minnu) jista’ jkun hemm proċess ieħor quddiem il-qorti tal-prim’istanza. Huwa possibbli wkoll li l-qorti tal-appell tieħu d-deċiżjoni hija stess fuq il-bażi tal-argument tiegħek.

Jekk appell jiġi miċħud, jew jekk id-deċiżjoni tal-qorti tal-appell tikkonferma l-kundanna, is-sentenza għandha tiġi eżegwita ladarba ssir finali u eżegwibbli.

Sakemm ma tingħatax sentenza kondizzjonali, inti tirċievi istruzzjonijiet biex jew tħallas il-multa jew tibda tiskonta s-sentenza ta’ priġunerija.

Jekk inti effettivament tiġi meħlus mill-akkużi miġjuba kontrik, u jekk ġejt arrestat waqt il-kawża, inti intitolat għal kumpens għaż-żmien li fih int ġejt miżmum taħt kustodja, f’konformità mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-kumpens tal-liġi kriminali.

Nista’ niskonta s-sentenza fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħi?

Dan huwa possibbli jekk tkun tixtieq hekk jew jekk inti tkun taqbel ma’ dan. Inti għandek issib ir-regoli applikabbli fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKonvenzjoni dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Kkundannati (b’mod partikolari l-Artikolu 3).

Il-kundanna tiegħi tiddaħħal f’reġistru?

Id-Direttorat Federali tal-Pulizija fi Vjenna jżomm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru kriminali għall-Awstrija kollha. Dan fih, b’mod partikolari, din l-informazzjoni:

  • il-kundanni finali kollha mill-qrati kriminali Awstrijaċi;
  • il-kundanni finali kollha mill-qrati barranin ta’ ċittadini Awstrijaċi u ta’ persuni li joqogħdu jew li huma residenti fl-Awstrija; kif ukoll
  • id-deċiżjonijiet kollha ta’ qrati kriminali nazzjonali u barranin relatati ma’ dawn il-kundanni.

Ma jistgħux isiru appelli kontra l-inserimenti fir-reġistru kriminali. Id-daħliet fir-reġistru kriminali jitħassru wara li jgħaddi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaċertu perjodu ta’ żmien skont il-gravità tad-delitt.

L-aħħar aġġornament: 22/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

5 – Reati minuri

Kif jiġu ttrattati r-reati minuri tat-traffiku fit-triq?

Fl-Awstrija, il-qrati ma jittrattawx reati minuri tat-traffiku tat-triq. Dan huwa kompitu tal-awtoritajiet amministrattivi. Il-qrati jittrattaw biss reati tat-traffiku fit-triq li jirriżultaw f’inċidenti b’korrimenti fiżiċi (ħsara fuq il-persuna minħabba negliġenza).

Id-delitti tat-traffiku jiġu ppenalizzati permezz ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaordnijiet penali fissi, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaordnijiet penali sommarji jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaordnijiet penali.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdni penali fissa timponi multa ta’ mhux aktar minn 36 Euro għal delitt (eż. reati ta’ parkeġġ). Jekk il-multa ma titħallasx, inti tiġi rrappurtat lill-awtorità amministrattiva. B’hekk tista’ tiġi imposta multa akbar waqt il-kawża sussegwenti.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdni penali sommarja ma tinħariġx kontra persuna speċifika, iżda tingħata lill-persuna (eż. sid il-karozza) li l-awtorità tassumi li taf jew li tista’ faċilment tidentifika lill-awtur tal-ksur.

Tista’ tiġi imposta multa ta’ mhux aktar minn EUR 220 permezz ta’ ordni penali sommarja (eż. reati minuri ta’ sewqan eċċessiv, li jeċċedu l-limitu ta’ veloċità b’10 sa 20 km/siegħa). Jekk il-multa ma titħallasx fi żmien erba’ ġimgħat, l-ordni penali sommarja ma tibqax valida, u tinbeda proċedura penali amministrattiva xierqa kontra s-sewwieq tal-vettura.

Jekk uffiċjal awtorizzat jirrapporta li jkun sar delitt (eż. aktar minn reat minuri ta’ veloċità eċċessiva), u/jew ir-reat ikun identifikat permezz tas-sorveljanza awtomatika (eż. it-taqsima tal-kontroll), l-awtorità tista’ tevalwa multa ta’ mhux aktar minn EUR 365 permezz ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaordni penali. Tista’ tippreżenta oġġezzjoni verbali jew bil-miktub kontra l-ordni penali fi żmien ġimagħtejn.

Għandek tressaq l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaoġġezzjoni tiegħek quddiem l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaawtorità li toħroġ l-ordni penali.

Fl-1 ta’ Lulju 2005 daħlet fis-seħħ sistema ta’ reġistrazzjoni għar-reati tat-traffiku (miżuri kontra sewwieqa ta’ riskju għoli). Din telenka 13-il tip ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareat ta’ reġistrazzjoni ta’ riskju għoli.

Malli jiddaħħal it-tielet Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareat ta’ reġistrazzjoni, is-sewwieqa barranin jiġu pprojbiti milli jsuqu fl-Awstrija.

Mill-1 ta’ Marzu 2008, daħlet fis-seħħ il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar l-eżekuzzjoni ta’ penalitajiet amministrattivi fl-UE kollha, li permezz tagħha l-penalitajiet għar-reati tat-traffiku fit-triq jistgħu jiġu eżegwiti fl-UE kollha.

Kif jiġu ttrattati reati minuri oħrajn?

Ir-reati huma ġeneralment ippenalizzati skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar ir-reati penali amministrattivi. Dawn li ġejjin huma t-tipi ta’ penali possibbli: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamulta (l-aktar tip frekwenti) u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapriġunerija (f’ċerti ċirkostanzi). L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaawtorità kompetenti hija dik li jkollha responsabbiltà lokali u materjali (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaistanzi skont il-liġi amministrattiva).

Għal tagħrif ġenerali dwar il-possibbiltà ta’ protezzjoni legali kontra deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva kklikkja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Dawn ir-reati jitniżżlu fir-reġistru kriminali tiegħi?

Fl-Awstrija l-penalitajiet imposti skont il-liġi amministrattiva ma jiġux irreġistrati fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru kriminali.

L-aħħar aġġornament: 22/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.