Izvorna jezična inačica ove stranice engleski nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Swipe to change

Imputati (proċeduri kriminali)

Irska

Huwa importanti ħafna li tikseb parir legali indipendenti meta b’xi mod jew ieħor tkun involut fil-proċess kriminali. Dawn l-iskedi informattivi jinfurmawk dwar meta u f'liema ċirkostanzi inti intitolat li tkun rappreżentat minn avukat. Jinfurmawk ukoll dwar x’jista' jagħmel għalik l-avukat. Din l-iskeda informattiva ġenerali tinfurmak dwar kif għandek issib avukat u kif tista’ tħallas l-ispejjeż tal-avukat jekk ma tkunx tiflaħ tħallashom.

Sadržaj omogućio
Irska

Kif issib avukat

Jekk qiegħed miżmum taħt arrest u teħtieġ avukat, il-Gardaí jkollhom lista ta’ avukati li jkunu lesti li jiltaqgħu miegħek b’urġenza biex jagħtuk parir. Il-lista tagħhom tkun tikkonsisti f’persuni magħrufa li jistgħu jmorru fl-Istazzjonijiet tal-Garda 24 siegħa fuq 24 siegħa.

Jekk m’intix taħt arrest imma teħtieġ parir minn avukat li jipprattika fil-qasam kriminali, tista’ tikkuntattja lil-Law Society of Ireland. li tipprovdik b’ismijiet ta’ avukati li jieħdu kawżi kriminali. Ma jistgħux jirrakkomandaw xi uffiċċju legali partikolari.

Mod aħjar ta’ kif issib avukat huwa bil-fomm, fil-każ li taf persuni li fil-passat kienu f’sitwazzjoni simili għal tiegħek. Alternattivament tista’ tfittex fuq l-internet, peress li issa ħafna uffiċċji legali għandhom il-websajt tagħhom li telenka l-qasam ta' xogħol li jispeċjalizzaw fih.

Kif tħallas għal avukat

Fl-Irlanda hemm sistema ta' għajnuna legali li f'ċerti ċirkostanzi tista' tipprovdi s-servizzi ta' avukat bla ħlas lil persuna li tkun suspettata jew mixlija b'reat.

Jekk qiegħed tinżamm f'Garda Station biex tiġi interrogat dwar reat, u tkun ma taħdimx jew taqla' paga baxxa probabbilment tkun intitolat għas-servizzi ta' avukat bla ħlas, skont l-Iskema ta' Pariri Legali tal-Garda Station. Jeħtieġ li tiffirma formola għall-avukat tiegħek li tinkludi dikjarazzjoni li l-paga tiegħek hija inqas mil-limitu permess ta' EUR 20,316.00 jew li qed tirċievi ħlasijiet tal-għajnuna soċjali. M'hemmx iktar karti u formoli x'jimtlew.

Jekk ġejt mixli b'reat inti intitolat li tapplika għall-għajnuna legali quddiem l-imħallef fil-qorti li tinġieb quddiemha. Dan jissejjaħ Ċertifikat għal Għajnuna Legali bla Ħlas. L-avukat tiegħek jgħinek biex tippreżenta l-applikazzjoni fil-qorti. Jekk m'għandekx avukat, spiss l-imħallef joffrilek l-għajnuna legali u jagħżillek avukat. Jekk int mixli b'reat serju u tkun ma taħdimx, huwa probabbli li tingħata l-għajnuna legali. Jekk għandek impjieg, jista' jkun meħtieġ li timla formola fejn tiddikjara d-dħul u l-ħruġ tiegħek.

Links relatati

Għajnuna Legali fil-Qasam Kriminalihttps://www.legalaidboard.ie

Law Society tal-Irlanda https://www.lawsociety.ie

L-aħħar aġġornament: 18/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.