Imputati (proċeduri kriminali)

Francuska

Huwa ferm importanti li wieħed jikseb pariri indipendenti mingħand avukat meta jkun involut b’xi mod fi proċedura kriminali. L-iskedi informattivi jgħidulek meta u f’liema ċirkustanzi jkollok id-dritt li tkun rappreżentat minn avukat. Jgħidulek ukoll kif l-avukat jista' jassistik. Din l-iskeda informattiva ġenerali tindikalek kif issib avukat u kif l-ispejjeż tal-avukat se jkunu koperti jekk inti ma tkunx tiflaħ tħallashom.

Sadržaj omogućio
Francuska

Kif issib avukat

Minbarra fi kwistjonijiet kriminali, l-assistenza ta’ avukat mhijiex obbligatorja iżda hija rakkomandata.

L-għażla ħielsa ta’ avukat hija prinċipju fundamentali.

Int tkun liberu li tagħżel avukat jekk tkun taf b'wieħed partikolari jew inkella titlob li jiġi nnominat wieħed għalik.

Tista’ tagħżel avukat permezz tas-sistema ”bil-fomm,” jiġifieri jekk tkun taf lil xi wieħed int jew jekk xi ħadd li jiġi minnek jirrakkomandalek wieħed.

Tista’ tikkonsulta l-lista tal-avukati qrib ir-residenza tiegħek jew fil-Qorti tal-Prim'Istanza tal-belt tiegħek, jew fid-diversi kunsilli lokali jew inkella fil-Kamra tal-Avukati li tinsab l-aktar qrib tar-residenza tiegħek.

Tista’ wkoll tikkonsulta direttorju telefoniku jew tagħmel tiftixa fuq l-internet.

Diversi siti joffru d-direttorji tal-avukati onlajn skont il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tagħhom:

Diversi Kmamar tal-Avukati jipprovdu wkoll xogħol tal-għassa fil-Palazz tal-Ġustizzja, fil-kunsilli lokali jew fil-Maisons de justice et du Droit (fiċ-ċentri ta' informazzjoni legali u ġuridika).

Jekk int miżmum taħt arrest, hemm diversi possibilitajiet biex tagħżel avukat.

Xi listi ta’ avukati jitwaħħlu ġewwa l-ħabsijiet.

Assoċjazzjonijiet li jintervjenu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni jistgħu jirrakkomandawlek u jgħinuk tagħżel avukat. (Osservatorju Internazzjonali tal-Ħabsijiet - Observatoire International des Prisons, Assoċjazzjoni tal-Viżitaturi tal-Ħabsijiet - Association des Visiteurs de Prisons…).

Is-servizzi ta’ konsulenza tal-pajjiż tal-oriġini tiegħek jistgħu jgħinuk tagħżel avukat.

Tista’ wkoll titlob lill-President tal-Kamra tal-Avukati tal-ġurisdizzjoni li tinsab fiha, sabiex jagħżillek avukat tal-għajnuna legali biex jassistik.

Kif tħallas għal avukat

Jekk tirrikorri għand avukat, trid tħallas għalih. Id-drittijiet tal-avukati mhumiex fissi u jiġu stabbiliti permezz ta’ ftehim bejnietkom.

Tista’ tiffirma ftehim dwar id-drittijiet tal-avukat li huwa intitolat jitolbok il-ħlas ta’ garanzija matul ir-rappreżentazzjoni fil-każ tiegħek.

Madanakollu, jekk ir-riżorsi tiegħek huma inqas minn ċertu livell, tista’, f’ċerti kundizzjonijiet, tibbenefika mill-għajnuna legali.

Għalhekk, skont id-dħul tiegħek, l-Istat jista’ jħallas parti jew is-somma sħiħa mill-ispejjeż tal-avukat maħtur mill-għajnuna legali. Jekk ma tistax tibbenefika mill-għajnuna legali, il-ħatra tal-avukat mill-għajnuna legali tinbidel f’ħatra personali u għaldaqstant tkun trid tiffissa t-total tad-drittijiet dovuti mal-avukat.

F’każ li tkun tibbenefika minn ħlas parzjali biss, int trid tħallas id-drittijiet totali dovuti li jkun jifdal lill-avukat.

L-aħħar aġġornament: 06/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.