Imputati (proċeduri kriminali)

Danska

Sadržaj omogućio
Danska

Kif inhuma ttrattati r-reati minuri tat-traffiku fit-triq?

Jekk inti tiġi mwaqqaf mill-pulizija tat-traffiku, li jinfurzaw il-liġijiet tat-traffiku fit-triq, tista’ tammetti jew tiċħad il-ħtija tiegħek. Il-pulizija għandha takkużak b’reat li temmen li int wettaqt. Inti għandek id-drittijiet ta’ imputat u m’għandekx għalfejn tagħmel dikjarazzjoni lill-pulizija.

Il-penali għal reat tat-traffiku fit-triq hija normalment multa. Ir-reati tat-traffiku fit-triq huma ttrattati bl-istess mod bħal reati oħra li l-penali mitluba għalihom hija multa. Il-pulizija tibgħatlek kont għall-multa. Jekk inti tħallas il-kont, dan ifisser li inti tammetti l-akkużi. Jekk inti ma tħallasx il-kont, il-każ jitressaq quddiem il-qorti. Inti tiġi mħarrek sabiex tidher f’seduta fejn jistgħu jiġu ppreżentati provi tar-reat.

Id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi ħareġ katalogu tal-penalitajiet għar-reati tat-traffiku fejn inti tista’ tivverifika li l-multa tiegħek taqbel mal-multi li normalment jingħataw għat-tip ta’ reat tat-traffiku li tkun wettaqt.

L-Att dwar it-Traffiku fit-Triq jippermetti lill-pulizija biex tieħu pussess tal-vettura tiegħek jekk inti tkun residenti barra mid-Danimarka u l-karozza tiegħek tkun irreġistrata f'pajjiż differenti mid-Danimarka. Il-vettura tista’ tiġi ssekwestrata sakemm titħallas il-multa jew sakemm tiġi pprovduta garanzija għall-ħlas tal-multa. Jekk inti ma taqbilx li inti wettaqt reat tat-traffiku fit-triq, f’ċerti każijiet ikollok tipprovdi garanzija għall-ħlas tal-multa u titlob li l-każ jinstema’ fil-qorti. Il-pulizija ta’ spiss jużaw id-dritt li jissekwestraw il-vetturi.

Hemm regoli speċjali applikabbli għal vetturi u sewwieqa ġejjin minn pajjiżi Skandinavi oħra.

Kif inhuma ttrattati r-reati marbuta mal-parkeġġ?

Ir-restrizzjonijiet fuq il-parkeġġ ġeneralment jiġu infurzati mill-gwardjani tat-traffiku li jaħdmu għal awtorità lokali jew intrapriża privata, u mhux mill-pulizija. Jekk inti tipparkja illegalment, tirċievi multa tal-parkeġġ. Il-multa tal-parkeġġ titqiegħed fuq il-karozza tiegħek.

Jekk tara lill-gwardjan tat-traffiku qabel ma dan jirreġistra r-reat tal-parkeġġ, inti tista’ toġġezzjona direttament mal-gwardjan tat-traffiku. Il-gwardjan tat-traffiku jista’ jiddeċiedi li ma jirreġistrax ir-reat jew li jieħu nota rigward l-oġġezzjoni tiegħek. Jekk inti tirċievi multa tal-parkeġġ, il-multa għandha tkun akkumpanjata minn linji gwida dwar kif inti tista’ tressaq ilment dwar il-multa. M’hemm l-ebda korp ċentrali għall-ilmenti.

Il-multi tal-parkeġġ jinġabru bl-istess mod bħal talbiet ċivili oħra. Dan ifisser li t-talba tintbagħat lill-aġenzija tal-ġbir fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek jekk inti ma tħallasx il-multa.

Reat ta’ dan it-tip jista’ jiġi jidher fuq il-kondotta tiegħi?

Il-kondotta tiegħek normalment ma tkunx tinkludi l-multi. Madankollu, il-multi mogħtija għal reati kriminali jiġu inklużi fil-kondotta tiegħek.

Il-multi tal-parkeġġ mhumiex meqjusa bħala sanzjonijiet kriminali u għalhekk ma jkunux inklużi fil-kondotta tiegħek.

L-aħħar aġġornament: 13/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Povratne informacije

Koristite se obrascem u nastavku kako biste podijelili svoje komentare i povratne informacije o našoj novoj internetskoj stranici