Izvorna jezična inačica ove stranice njemački nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Swipe to change

Imputati (proċeduri kriminali)

Austrija

Huwa importanti ħafna li tikseb parir legali indipendenti meta b’xi mod jew ieħor tkun involut fi proċeduri kriminali. L-iskedi informattivi jindikawlek meta u f’liema ċirkostanzi inti intitolat li tkun irrappreżentat minn avukat. Din l-iskeda informattiva ġenerali tgħidlek kif issib avukat u kif jitħallsu l-ispejjeż tal-avukat jekk inti ma tkunx tiflaħ tħallashom.

Sadržaj omogućio
Austrija

Kif issib avukat

Fl-Awstrija, l-avukati biss jistgħu jiddefenduk fil-qorti (bi ftit eċċezzjonijiet). L-Assoċjazzjoni tal-Avukati Federali Awstrijaka żżomm reġistru elettroniku tal-avukati, li inti tista’ tikkonsulta minn hawnhekk.

Jekk issir taf li qegħdin isiru xi investigazzjonijiet li jwasslu għal proċeduri kriminali kontrik fl-Awstrija, għandek tagħżel avukat u torganizza laqgħa miegħu/magħha sabiex tiddiskuti l-kwistjoni. Jekk ikun possibbli dan għandu jsir qabel ma tiġi interrogat għall-ewwel darba.

Meta jiġu arrestati, l-individwi għandhom id-dritt li jikkuntattjaw avukat qabel ma jiġu interrogati. Jekk m’għandekx avukat, tista’ tikkuntattja lill-avukati li jkunu fuq xogħol standby. Il-pulizija jew l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni għandhom iħalluk tikkuntattja lil dan is-servizz.

Il-ħlas tal-avukat

Jekk tqabbad avukat għad-difiża tiegħek ġeneralment ikollok tħallas is-servizzi tiegħu/tagħha inti stess. Jekk ma jkun hemm l-ebda ftehim dwar il-ħlas, l-avukat jista’ jitlob li jitħallas remunerazzjoni raġonevoli. Ir-rati elenkati fil-Kriterji Ġenerali tal-Ispejjeż Legali (AHK) jistgħu jittieħdu bħala bażi għall-kalkolu tal-ispejjeż.

Jekk il-ħlas tad-difiża tiegħek iqiegħed il-manutenzjoni tiegħek u ta’ familtek f’riskju, wara li jiġu kkunsidrati d-dħul u l-assi tiegħek, u jekk l-avukat difensur ikun meħtieġ, inti għandek tingħata avukat difensur mingħajr ħlas. F’każijiet bħal dawn, inti tirċievi wkoll kopji bla ħlas tal-fajl kriminali. Tista’ tapplika għall-għoti ta’ avukat difensur għall-għajnuna legali billi tuża din il-formola.

L-aħħar aġġornament: 22/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Povratne informacije

Koristite se obrascem u nastavku kako biste podijelili svoje komentare i povratne informacije o našoj novoj internetskoj stranici