Succession

National rules on inheritance vary considerably between Member States (as to, for example, who inherits, what the portions and reserved shares are, how the estate is to be administered, how wide the heirs' liability of debts is, etc .).

General information

A major step to facilitate cross-border successions was the adoption, on 4 July 2012, of new Union rules designed to make it easier for citizens to handle the legal aspects of an international succession. These new rules apply to the succession of those who die on or after 17 August 2015.

The Regulation ensures that a cross-border succession is treated coherently, under a single law and by one single authority. In principle, the courts of the Member State in which citizens had their last habitual residence will have jurisdiction to deal with the succession and the law of this Member State will apply. However, citizens can choose that the law that should apply to their succession should be the law of their country of nationality. The application of a single law by a single authority to a cross-border succession avoids parallel proceedings with possibly conflicting judicial decisions. It also ensures that decisions given in a Member State are recognised throughout the Union without the need for any special procedure.

The Regulation also introduces a European Certificate of Succession (ECS). This document issued by the authority dealing with the succession can be used by heirs, legatees, executors of wills and administrators of the estate to prove their status and exercise their rights or powers in other Member States. Once issued, the ECS will be recognised in all Member States without any special procedure being required.

On 9 December 2014, the Commission adopted an Implementing Regulation establishing the forms to be used under the Succession Regulation:

Word Word (274 Kb) en

PDF PDF (800 Kb) en

The e-Justice Portal allows the possibility to complete and create a PDF of form V (European Certificate of Succession) on-line here.

Denmark, Ireland and the United Kingdom do not participate in the Regulation. As a result, cross-border succession procedures handled by the authorities of these three Member States will continue to be governed by their national rules.

Matters of inheritance tax law are excluded from the scope of the Regulation.

You will find information about the new EU succession rules in this leaflet.

Please click on the relevant country flag on this page to consult the information sheets on national succession law and procedures in each Member State. These information sheets were prepared by the European Judicial Network in civil and commercial matters (EJN-civil) in cooperation with the Council of the Notariats of the EU (CNUE).

Successions in Europe, a site proposed by CNUE, can help you find answers to questions on succession in 22 Member States.

If you would like to find a notary in a Member State, you can use the Find a notary search tool provided by the European Commission in cooperation with participating notaries associations.

National rules on registration of wills vary considerably. In some Member States, the person that makes a will (the "testator") must register it. In other Member States, registration is recommended or concerns only certain types of wills. In a few Member States, registers of wills do not exist.

If you need to know how to register a will in a Member State or whether a deceased person had made a will, you can consult the information sheets prepared by the European Network of the Registers of Wills Association (ENRWA) available in 3-4 languages. These information sheets explain how to register a will in each Member State and give advice on how to find a will in each Member State.

Related links

Succession - notifications of the Member States and a search tool helping to identify competent court(s)/authority(ies)

A citizen’s guide : how EU rules simplify international inheritances

Outcomes of the project “Further developments in the area of interconnection of registers of wills“, focusing on the possibilities for making cross-border succession proceedings more efficient by electronic means, led by the Estonian Ministry of Justice and carried out in cooperation with the European Network of Registers of Wills Association, the Council of the Notariats of the European Union, the Estonian Chamber of Notaries, Estonian Centre of Registers and Information Systems, and the Member States of the European Union:

- The feasibility study  PDF (755 Kb) en

- Final report PDF (507 Kb) en

- Recommendations PDF (153 Kb) en

Last update: 10/12/2018

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Informazzjoni ġenerali - Belġju

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Id-dritt Belġjan jagħraf essenzjalment it-tliet forom ta' testmenti segwenti: It-testment awtentikujew it-testment notarili, it-testment olografiku(li għandu jiġi miktub, iddatat u ffirmat mit-testatur waħdu) u t-testment internazzjonali.

It-testatur għandu jkun kapaċi jesprimi validament u liberament il-volontajiet tiegħu (art. 901 sa 904 tal-Kodiċi Ċivili).

Bħala prinċipju u bla ħsara għall-eċċezzjonijiet, il-ftehimiet ta' suċċessjoni futura huma pprojbiti.

F'sitwazzjoni transfruntiera, testment huwa bħala prinċipju validu fil-Belġju jekk ikun konformi mal-leġiżlazzjoni tal-post fejn sar (locus regit actum) jew ma' waħda mil-legiżlazzjonijiet l-oħra msemmija mill-Konvenzjoni tal-Aja tal-5 ta' Ottubru 1961.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

In-nutar li jirċievi testment awtentiku, internazzjonali jew testment olografiku, għandu l-obbligu li jirreġistra dan tal-aħħar fir-reġistru ċentrali tat-testmenti, immexxi mill-Fédération Royale du Notariat belge (Federazzjoni Rjali tan-Notarjat Belġjan). Għat-testmenti olografiċi mressqa quddiem in-nutar, it-testatur jista' jirrifjuta l-iskrizzjoni tat-testment tiegħu f'dan ir-reġistru.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Id-dritt Belġjan jagħraf il-prinċipju tar-riżerva, li skontu sehem minimu (sehem riżervat) tas-suċċessjoni jiġi ttrasferit b'mod obbligatorju, jekk ikun il-każ, lill-konjuġi superstiti, lit-tfal u lil missier u omm il-mejjet.

F'dak li jirrigwarda t-tfal (jew id-dixxendenti), dan is-sehem riżervat jammonta għal nofs is-suċċessjoni f'każ ta' tifel wieħed, għal 2/3 f'każ ta' żewġt itfal u għal 3/4 f'każ ta' tlett itfal jew iktar.

F'dak li jirrigwarda l-missier u l-omm, huma għandhom dritt għal kwart is-suċċessjoni fin-nuqqas ta' dixxendenti. Madankollu, f'dan il-każ, is-suċċessjoni kollha tista' titħalla lill-konjuġi superstiti.

Min-naħa tiegħu, il-konjuġi superstiti jirċievi dejjem mill-inqas l-użufrutt tan-nofs tal-beni li jifformaw il-patrimonju jew l-użufrutt tal-proprjetà immobbli li sservi bħala r-residenza prinċipali, anki jekk dan jaqbeż nofs is-suċċessjoni.

Jekk it-testatur ikun għażel li ma jiħux kont tas-sehem riżervat fit-testment tiegħu u li l-werrieta jaqblu sabiex jirrispettaw ix-xewqat tiegħu, allura t-testment ikun jista' jiġi applikat. Iżda dawk li għalihom is-sehem riżervat ma jkunx ġie rrispettat u li beħsiebhom jitolbuh, igawdu minn action en réduction (azzjoni għal tnaqqis).

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Jekk il-mejjet ma kienx miżżewweġ u ma kellux tfal, l-axxendenti u l-qraba kollaterali (l-aħwa) jirtu l-ewwel. Il-missier u l-omm jirċievu kull wieħed kwart u l-aħwa, jew, jekk ikun il-każ, id-dixxendenti tagħhom, il-kumplament. Jekk wieħed jew iż-żewġ ġenituri jkunu mejtin, is-sehem tagħhom jgħaddi għand l-aħwa. Fl-assenza ta' axxendenti u ta' aħwa jew id-dixxendenti tagħhom, is-suċċessjoni ta' nofs tgħaddi għand il-ġenituri min-naħa tal-omm u n-nofs l-ieħor tgħaddi għand il-ġenituri min-naħa tal-missier (ziju, zija, kuġin, kuġina ...).

Jekk il-mejjet, mhux miżżewweġ, iħalli t-tfal, dawn tal-aħħar jeskludu l-membri l-oħra kollha tal-familja. Huma jaqsmu s-sjieda sħiħa tas-suċċessjoni f'sehem indaqs bejniethom. Madankollu, jekk il-wild ikun miet qabel (jew jirrinunzja għas-suċċessjoni jew ikun skwalifikat mis-suċċessjoni) u jħalli dixxendenti, dawn tal-aħħar jirtu minflok il-wild li jkun miet qabel, il-wild li jirrinunzja għas-suċċessjoni jew li jkun skwalifikat mis-suċċessjoni.

Jekk il-mejjet iħalli konjuġi u tfal, il-konjuġi superstiti jiret l-użufrutt (dritt għall-użu ta' beni u għar-riċeviment tal-frott) fuq it-totalità tal-beni li jifformaw il-wirt. It-tfal jirtu s-sjieda legali f'partijiet indaqs.

Jekk il-konjuġi jħalli konjuġi u ma għandux tfal, il-konjuġi superstiti jsir l-uniku werriet, fin-nuqqas ta' axxendenti u ta' ġenituri kollaterali sar-raba' grad tal-mejjet. Fil-preżenza ta' dawn tal-aħħar, il-konjuġi superstiti jirċievi, bħala prinċipju, l-użufrutt u il-werrieta l-oħra s-sjieda legali. Madankollu, is-sehem li jirċievi l-konjuġi superstiti f'din l-ipoteżi jiddependi wkoll mir-reġim tal-proprjetà matrimonjali li taħtu kienu żżewġu l-konjuġi: fl-ipoteżi fejn il-miżżewġin huma miżżewġin taħt reġim tal-komunjoni tal-akkwisti, il-konjuġi superstiti jiret is-sehem tal-mejjet f'din il-komunità tal-akkwisti bi sjieda sħiħa.

Jekk il-mejjet iħalli persuna li magħha jkun ikkonkluda sħubija rreġistrata, il-forma ta' sħubija rreġistrata li hija rrikonoxxuta mill-Belġju hija l-cohabitation légale (koabitazzjoni legali). Il-koabitant legali superstiti għandu bħala dritt fuq is-suċċessjoni l-użufrutt tal-proprjetà immobbli użata matul il-ħajja komuni bħala r-residenza komuni tal-familja, kif ukoll l-għamara. Madankollu, il-koabitant superstiti legali jista' jiġi mċaħħad minn dan l-użufrutt permezz ta' testment jew donazzjonijiet inter vivos lill-persuni oħra.

Jekk il-mejjet huwa sopravissut minn sieħeb li miegħu ma kienx ikkonkluda sħubija rreġistrata - koabitazzjoni libera (unjoni ta' fatt, mhux irreġistrata) -is-sieħeb ma jistax isir werriet ħlief jekk il-mejjet ma jkunx għamel provvediment għal dan fit-testment. Id-dritt Belġjan ma jagħtih ebda dritt awtomatiku ta' suċċessjoni.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Ebda awtorità speċifika mhija responsabbli mill-proċedura ta' suċċessjoni.

Madankollu, il-liġi tipprevedi l-intervent ta' nutar f'każ ta' testment olografiku jew internazzjonali. Barra minn hekk, f'ċerti ipoteżijiet, l'intervent tal-qorti tal-prim'istanza (tribunal de première instance) jew tal-kummissarju tal-ġustizzja (juge de paix) jista' jiġi permess, b'mod partikolari: f'każ ta' suċċessjoni li tgħaddi għand persuni li huma skwalifikati (minuri, eċċ), f'każ ta' suċċessjoni aċċettata bil-benefiċċju tal-inventarju, f'każ ta' suċċessjoni vakanti, meta jkun meħtieġ envoi en possession (ordni ta' pussess) jew ħlas ta' legat, f'każ ta' likwidazzjoni/diviżjoni kkontestata li tagħti lok għall-intervent ta' nutar maħtur mill-qorti.

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

Permezz tal-fatt waħdu tal-mewt ta' persuna, is-sjieda tal-beni li jifformaw is-suċċessjoni tagħha tiġi trażmessa lill-werrieta prospettivi.

Madankollu, dawn tal-aħħar għandhom għażla: suċċessjoni tista' effettivament tiġi aċċettata inkondizzjonalment jew bil-benefiċċju tal-inventarju, jew tiġi rrifjutata.

L-aċċettazzjoni tista' tkun espressa jew taċita: hija espressa meta wieħed jassumi t-titolu jew il-kwalità ta' werriet fi strument awtentiku jew privat; hija taċita meta l-werriet jieħu azzjoni li neċessarjament timplika l-intenzjoni tiegħu sabiex jaċċetta, u li huwa intitolat jieħu biss fil-kwalità tiegħu ta' werriet.

Huwa possibbli li suċċessjoni tiġi aċċettata sous bénéfice d'inventaire (bil-benefiċċju tal-inventarju) fir-rispett tal-proċedura prevista fl-Artikoli 793 et seq. tal-Kodiċi Ċivili.

Il-werriet li jixtieq jaċċetta suċċessjoni bil-benefiċċju tal-inventarju jrid jagħmel dikjarazzjoni speċifika fir-reġistru tal-qorti tal-prim'istanza tad-distrett li fih infetħet is-suċċessjoni, jew quddiem nutar.

Huwa wkoll possibbli li wieħed jirrifjuta wirt billi jieħu kopja tal-att tal-mewt lir-reġistru tal-qorti tal-prim'istanza fil-post tar-residenza tal-mejjet u billi jiffirma att ta' rinunzja (art. 784 et seq tal-Kodiċi Ċivili) jew quddiem nutar.

Id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati f'reġistru miżmum fir-reġistru tal-post tal-ftuħ tas-suċċessjoni.

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

Ara l-punt 7 iktar 'l isfel.

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Ma hemmx proċedura partikolari (ara l-punt 3 iktar 'il fuq).

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Skont il-Kodiċi Ċivili Belġjan, ir-regola hija li s-suċċessjoni tgħaddi b'mod awtomatiku, mingħajr proċedura.

Bil-fatt waħdu tal-mewt ta' persuna, il-werrieta tagħha jgawdu mis-sjieda sħiħa tal-beni, id-drittijiet u l-ishma tagħha, suġġett għall-obbligu li jħallsu l-ispejjeż tas-suċċessjoni (art. 718 u 724 tal-Kodiċi Ċivili). [Madankollu, hemm xi eċċezzjonijiet: ara l-punt 7 iktar 'l isfel].

F'każ ta' likwidazzjoni/diviżjoni mill-qorti, il-proċedura ta' suċċessjoni ssir minn nutar maħtur mill-qorti u tingħalaq permezz ta' skema ta' stralċ. F'każ ta' likwidazzjoni/diviżjoni bonarja, biss id-diviżjoni tal-proprjetà immobbli teħtieġ li titwettaq permezz ta' att notarili.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Id-dritt Belġjan huwa rregolat permezz tal-prinċipju li skontu, bil-fatt waħdu tal-mewt, il-werrieta jirtu l-assi kollha (attivi u passivi) tas-suċċessjoni. Madanakollu:

  • il-benefiċjarji ta' legati universali stabbiliti permezz ta' testment olografiku jew internazzjonali għandhom jiksbu envoi en possession (ordni ta' pussess) mingħand il-president tal-qorti tal-familja (art. 1008 tal-Kodiċi Ċivili).
  • il-benefiċjarji ta' legati partikolari (art. 1014 tal-Kodiċi Ċivili), il-benefiċjarji ta' legati abbażi ta' titolu ġenerali (art. 1011 tal-Kodiċi Ċivili) u, fil-preżenza ta' werrieta intitolati għal sehem riżervat, il-benefiċjarji ta' legati universali stabbiliti permezz ta' testment awtentiku (art. 1004 tal-Kodiċi Ċivili) għandhom jitolbu l-ħlas tal-legat (délivrance du legs).
  • ċerti kategoriji ta' legatarji għandhom ukoll jiġu awtorizzati minn awtorità pubblika sabiex jaċċettaw il-legati mogħtija lilhom (pereżempju, legati għal muniċipalità, entità ta' utilità pubblika u, f'ċerti każijiet, għal fondazzjoni jew organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Iva, jekk jaċċettaw is-suċċessjoni inkondizzjonalment. F'dan il-każ, huma għandhom ibatu l-ispejjeż u d-dejn kollu tas-suċċessjoni (art. 724 tal-Kodiċi Ċivili).

Jekk il-werrieta jaċċettaw is-suċċessjoni bil-benefiċċju tal-inventarju, huma responsabbli għad-dejn tas-suċċessjoni sal-ammont biss tal-valur tal-assi li jkunu rċevew (art. 802 tal-Kodiċi Ċivili). Il-werriet li jixtieq jaċċetta suċċessjoni bil-benefiċċju tal-inventarju jrid jagħmel dikjarazzjoni speċifika fir-reġistru tal-qorti tal-prim'istanza tad-distrett li fih infetħet is-suċċessjoni, jew quddiem nutar.

Le, jekk jirrinunzjaw għas-suċċessjoni b'dikjarazzjoni magħmula fir-reġistru tal-istess qorti tal-prim'istanza jew quddiem nutar (art. 785 tal-Kodiċi Ċivili).

Barra minn hekk, il-legatarju partikolari mhuwiex, bħala regola, responsabbli mid-djun tas-suċċessjoni (art. 1024 tal-Kodiċi Ċivili), għad-differenza tal-legatarju universali u tal-legatarju abbażi ta' titolu ġenerali.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

L-Att dwar l-Ipoteki tas-16 ta' Diċembru 1851 jirregola l-publikazzjoni tat-tranżazzjonijiet dwar proprjetà immobbli billi jistipula, fl-ewwel Artikolu tiegħu, li "l-atti inter vivos kollha sew jekk bi ħlas u sew jekk bla ħlas, id-drittijiet ta' trasferiment jew ta' dikjarazzjoni in rem fuq proprjetà immobbli, bl-eċċezzjoni tal-privileġġi u tal-ipoteki, ikunu rreġistrati f'reġistru għal dan il-għan, fl-uffiċċju tad-depożitu tal-ipoteki fid-distrett fejn jinsabu l-beni".

L-Artikolu 2 tal-istess Att jispeċifika, f'dan ir-rigward, li "s-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-atti privati, rikonoxxuti legalment jew quddiem nutar, huma ammessi għar-reġistrazzjoni. Il-prokuri fir-rigward ta' dawn l-atti għandhom jingħataw fl-istess forma".

Madankollu, l-Att tas-16 ta' Diċembru 1851 ma jirregolax il-publikazzjoni fil-każijiet ta' trasferiment tas-sjieda causa mortis.

Il-liġi tirrikjedi madankollu r-reġistrazzjoni tal-actes de partage (atti ta' diviżjoni). F'dan il-każ, il-werrieta kollha, sew jekk jirtu proprjetà immobbli sew jekk le, jissemmew għalhekk fl-istrument li jiġi rreġistrat fir-reġistri tad-depożitu tal-ipoteki. L-istess japplika f'każ ta' bejgħ pubbliku jew privat ta' proprjetà immobbli indiviża bejn il-werrieta.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Bħala regola, il-Belġju ma għandux sistema ta' amministrazzjoni tas-suċċessjoni.

Madankollu, l-Artikolu 803bis tal-Kodiċi Ċivili jistipula li l-werriet, li aċċetta bil-benefiċċju tal-inventarju, jista' ma jerfax ir-responsabbiltà għall-amministrazzjoni u l-likwidazzjoni tas-suċċessjoni. Jenħtieġ li qabel huwa jitlob b'rikors għall-ħatra, permezz ta' digriet tal-qorti tal-familja, ta' amministratur li jingħatawlu l-beni tas-suċċessjoni, sabiex dan tal-aħħar ikun responsabbli mil-likwidazzjoni tagħha skont ċerti regoli.

Barra minn hekk, l-Artikolu 804 jistipula li, f'każ li l-interessi tal-kredituri tas-suċċessjoni jew tal-legatarji jkunu jistgħu jiġu ppreġudikati permezz ta' negliġenza jew permezz tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-werriet benefiċjarju, kull parti kkonċernata tista' tissostitwih b'amministratur inkarigat sabiex jillikwida s-suċċessjoni. Dan l-amministratur jinħatar b'digriet mogħti fi proċedimenti sommarji, wara li l-werriet ikun instema' jew ikun ġie preliminarjament imsejjaħ.

Barra minn hekk, it-testatur jista' jaħtar eżekutur testamentari, inkarigat sabiex jiżgura l-eżekuzzjoni korretta tat-testment.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Ara l-mistoqsija preċedenti.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

L-amministratur maħtur skont l-Artikoli 803bis u 804 għandu setgħat identiċi għal dawk li għandu l-werriet benefiċjarju stess. Huwa għandu l-istess obbligi bħall-werriet; Mhuwiex rikjest li jagħti garanzija.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Il-prova tal-kwalità ta' werriet hija pprovduta permezz ta' att notarili jew ċertifikat / strument ereditarju (= il-każ l-iktar komuni). Dan tal-aħħar jingħata min-nutar jew, f'ċerti kundizzjonijiet, mir-riċevitur tal-uffiċċju tat-taxxi tas-suċċessjoni kompetenti għad-depożitu tad-dikjarazzjoni tas-suċċessjoni tal-mejjet (art. 1240bis tal-Kodiċi Ċivili).

Att notarili huwa strument li jirrifletti l-verità. Dan għandu valur probatorju: dak li huwa ddikjarat mill-persuna li tistabbilih għandu jitqies bħala l-verità. In-nutar jattesta ċerti fatti, billi jiddikjara l-identità tal-persuni li huma preżenti quddiemu, u billi jikkonstata dak li huma jitolbuh jirreġistra fl-atti tiegħu. L-att notarili huwa awtentiku fir-rigward tal-kontenut tiegħu. Barra minn hekk, l-istrument awtentiku jkollu data inkontestabbli. Strument awtentiku jista' biss jiġi ppruvat bħala falz permezz ta' proċedimenti biex tiġi kkontestata l-awtentikazzjoni tiegħu.

L-aħħar aġġornament: 06/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Informazzjoni ġenerali - Bulgarija

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Kull persuna li jkollha 18-il sena jew aktar, u li tkun bil-fakultajiet mentali sani tista' tiddisponi mill-proprjeta' tagħha meta tmut, permezz ta' testment. It-testatur jista' jiddisponi mill-proprjetà kollha tiegħu fit-testment. Testment jista' jkun miktub bl-idejn (miktub kollu kemm hu b'id it-testatur u ffirmat minnu) jew isir quddiem nutar, jiġifieri mfassal minn nutar fil-preżenza ta' żewġ xhieda.

Testment miktub bl-idejn irid ikun miktub kollu kemm hu b'id it-testatur stess. Irid ikun iddatat u ffirmat mit-testatur. Il-firma trid titniżżel taħt l-istruzzjonijiet tad-dispożizzjoni. It-testment jista' jitwassal għand nutar f'invilopp issiġillat biex jinżamm għandu. F'dak il-każ, in-nutar ifassal dikjarazzjoni ta' kustodja fuq l-invilopp. Id-dikjarazzjoni tkun iffirmata mit-testatur u min-nutar u tiġi annotata f'reġistru speċjali.

Testment notarili jitfassal min-nutar fil-preżenza ta' żewġ xhieda.

It-testatur jagħmel dikjarazzjoni bil-fomm tat-testment tiegħu lin-nutar, li jniżżlu bil-miktub kif jiġi ddikjarat u mbagħad jaqrah quddiem it-testatur fil-preżenza tax-xhieda. In-nutar jagħmel nota ta' kif ikunu twettqu dawn il-formalitajiet fit-testment, u jispeċifika l-post u d-data tat-testment. Wara dan, it-testment jiġi ffirmat mit-testatur, mix-xhieda u min-nutar. Meta jkun qed ifassal it-testment notarizzat, in-nutar jaġixxi skont l-Artikolu 578(1) u (2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

Jekk it-testatur ma jkunx jista' jiffirma t-testment, huwa għandu jiddikjara r-raġuni għal dan, u n-nutar jagħmel nota dwar din id-dikjarazzjoni qabel ma jaqra t-testment.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Minn mindu saru l-emendi fir-Regoli dwar ir-Reġistrazzjoni fl-1 ta' Jannar 2001, it-traskrizzjonijiet tat-testmenti ppubblikati li jkunu jirrigwardjaw proprjetà immobbli jew drittijiet ta' proprjetà immobbli iridu jiġu rreġistrati.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Il-konjuġi u l-ulied tal-mejjet jew, fin-nuqqas ta' dixxendenti, il-ġenituri tal-mejjet, huma intitolati għal sehem riżervat. Jekk it-testatur ikollu dixxendenti, ġenituri li għadhom ħajjin, jew konjuġi, it-testatur ma jistax jagħmel xi dispożizzjoni, jew jagħti xi rigal ta' proprjetà li jkollu effett negattiv fuq is-sehem riżervat. It-total tas-sehem riżervat tal-benefiċjarji kollha jista' jammonta għal massimu ta' ħames partijiet minn sitta tal-proprjetà jekk il-mejjet iħalli warajh konjuġi u żewġt ulied jew aktar. Il-proprjetà li tifdal wara li jitneħħa minnha s-sehem riżervat tirrappreżenta s-sehem disponibbli tat-testatur.

Jekk ma jkunx hemm konjuġi li jibqa' ħaj jew ħajja, id-dixxendenti (inklużi dawk adottati) jkollhom l-ishma riżervati li ġejjin: fil-każ ta' wild wieħed jew id-dixxendenti ta' dak il-wild: nofs wieħed; fil-każ ta' żewġt ulied jew aktar, jew id-dixxendenti tagħhom: żewġ terzi tal-proprjetà tat-testatur.

Jekk ikun hemm dixxendenti, kif ukoll konjuġi li jibqa' ħaj, is-sehem riżervat tal-konjuġi ikun daqs is-sehem riżervat ta' kull wild. F'dan il-każ, is-sehem disponibbli jkun ta' terz tal-proprjetà fil-każ ta' wild wieħed, kwart fil-każ ta' żewġ ulied u wieħed minn sitta tal-proprjetà fil-każ ta' tliet ulied jew aktar.

Jekk it-testatur ma jħallux dixxendenti warajh, is-sehem riżervat tal-konjuġi ikun in-nofs jekk il-konjuġi ikun l-uniku werriet, jew terz jekk ikun hemm ġenituri ħajjin tal-mejjet.

Is-sehem riżervat tal-ġenituri jew ġenituri li jkunu għadhom ħajjin huwa ta' terz.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Il-prinċipji li ġejjin japplikaw għall-eliġibbiltà ta' wirt, skont il-każ speċifiku:

  • F'każ li l-mejjet ma jkunx miżżewweġ u ma jkollux tfal, il-ġenitur jew ġenituri li jkunu għadhom ħajjin jirċievi jew jirċievu ishma indaqs tal-proprjetà (l-Artikolu 6 tal-Att ta' Suċċessjoni, ZN).  Jekk il-mejjet ikun ħalla warajh biss axxendenti mifruda minnu b'żewġ ġenerazzjonijiet jew aktar, dawk li jkunu l-eqreb għall-mejjet jirtu ishma indaqs (l-Artikolu 7 ZN). Jekk ikun hemm biss aħwa li jkunu għadhom ħajjin, huma jirtu ishma indaqs (l-Artikolu 8(1) ZN). Jekk ikun hemm aħwa superstiti, kif ukoll axxendenti mifruda b'żewġ ġenerazzjonijiet jew aktar, tal-ewwel jirċievu żewġ terzi tal-proprjetà u tal-aħħar terz (l-Artikolu 8(2) ZN).
  • F'każ li l-mejjet ma jkunx miżżewweġ iżda jkun ħalla ulied warajh, dawn jirtu ishma indaqs (l-Artikolu 5(1) ZN). Is-sehem ta' wild li jkun miet qabel jgħaddi għad-dixxendenti skont l-ordni ta' suċċessjoni (rappreżentazzjoni).
  • F'każ li l-mejjet iħalli warajh konjuġi iżda ma jkollux ulied, axxendenti, aħwa jew id-dixxendenti tagħhom, il-konjuġi jiret jew tiret il-proprjetà kollha (l-Artikolu 9 ZN).

Meta l-konjuġi jiret jew tiret il-proprjetà tal-mejjet, flimkien mal-axxendenti jew l-aħwa jew id-dixxendenti tagħhom, il-konjuġi jiret jew tiret nofs il-proprjetà, sakemm is-suċċessjoni sseħħ anqas minn għaxar snin wara ż-żwieġ. Fil-każ kuntrarju, il-konjuġi jiret jew tiret żewġ terzi tal-proprjetà. Meta l-konjuġi jiret jew tiret il-proprjetà tal-mejjet, flimkien mal-axxendenti u l-aħwa jew id-dixxendenti tagħhom, il-konjuġi jiret jew tiret terz tal-proprjetà fl-ewwel każ, u żewġ terzi fit-tieni każ.

  • F'każ li l-mejjet ikun ħalla warajh konjuġi u ulied, il-konjuġi u l-ulied jirtu ishma indaqs (l-Artikolu 9(1) ZN).

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Ma hemm l-ebda proċedura speċifika dwar kif il-werriet jaċċetta s-suċċessjoni.

Il-persuna li jkollha fil-pussess tagħha testment miktub bl-idejn għandha tfittex il-pubblikazzjoni tiegħu minn nutar malli ssir taf bil-mewt tat-testatur.

Kull parti interessata tista' tapplika quddiem il-ġudikant tad-distrett fejn tinfetaħ is-suċċessjoni biex jiffissa skadenza biex it-testment jiġi ppreżentat għall-pubblikazzjoni min-nutar.

In-nutar jippubblika t-testment billi jfassal dikjarazzjoni li jkun fiha deskrizzjoni tal-kundizzjoni tat-testment u jagħmel nota tal-fatt li jkun infetaħ. Id-dikjarazjoni tiġi ffirmata mill-persuna li tkun ippreżentat it-testment u min-nutar. Il-karta li fuqha jkun miktub it-testment tinhemeż mad-dikjarazzjoni u kull paġna tiġi ffirmata mill-persuni msemmija hawn fuq.

Jekk it-testment ikun ingħata lin-nutar biex jinżamm għandu (l-Artikolu 25(2) ZN), il-passi msemmija hawn fuq isiru min-nutar ikkonċernat.

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

Is-suċċessjoni sseħħ hekk kif tiġi aċċettata. L-aċċettazzjoni sseħħ mal-ftuħ tas-suċċessjoni.

L-aċċettazzjoni tista' sseħħ bil-mili ta' applikazzjoni bil-miktub lill-ġudikant tad-distrett fid-distrett fejn tkun infetħet is-suċċessjoni. F'dan il-każ, l-aċċettazzjoni tiddaħħal f'reġistru speċjali.

Jitqies li l-aċċettazzjoni tkun saret meta werriet jieħu azzjoni li tindika b'mod ċar l-intenzjoni tiegħu li jaċċetta s-suċċessjoni jew meta werriet jaħbi proprjetà li wiret. Fil-każ tal-aħħar, il-werriet jitlef id-dritt tas-sehem tiegħu tal-proprjetà moħbija.

Fuq talba ta' xi parti interessata, il-ġudikant tad-distrett, wara li jkun sejjaħ għall-persuna intitolata li tiret, jistabbilixxi perjodu ta' żmien massimu biex dik il-persuna tiddikjara li tkun aċċettat is-suċċessjoni jew li tkun ċedietha. Jekk ikun inġab xi każ quddiem il-qorti kontra l-werriet, l-iskadenza tiġi ffissata mill-qorti li tkun qed tisma' l-każ.

Jekk il-werriet ma jweġibx fil-perjodu massimu stabbilit, huwa jitlef id-dritt li jaċċetta s-suċessjoni.

Id-dikjarazzjoni tal-aċċettazzjoni tiddaħħal f'reġistru speċjali tal-qorti.

Meta suċċessjoni tiġi rrinunzjata, tiġi segwita l-istess proċedura u tiġi reġistrata bl-istess mod.

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

Tapplika l-proċedura tal-aċċettazzjoni jew ta' rinunzja ta' wirt.

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Ma hemm l-ebda proċedura speċjali għar-rinunzja jew għall-aċċettazzjoni ta' sehem riżervat . Werriet li jkun intitolat għal sehem riżervat iżda li ma jkunx f'pożizzjoni li jirċievih kollu kemm huwa minħabba għotjiet jew rigali, jista' japplika quddiem il-qorti biex dawn l-għotjiet jew rigali jitnaqqsu sal-livell neċessarju biex is-sehem riżervat ikun sħiħ wara li jiġu rkuprati l-legati u r-rigali li jkunu saru lill-werriet ikkonċernat, ħlief għal rigali ordinarji.

F'każ li werriet, li s-sehem riżervat tiegħu jkun affettwat ħażin, jeżerċita d-drittijiet ta' suċċesjsoni kontra persuni li ma jkunux werrieta legali, il-werriet ikun irid aċċetta s-suċċessjoni abbażi ta' deskrizzjoni dettaljata tal-proprjetà.

Sabiex ikun jista' jiġi ffissat is-sehem disponibbli u l-ammont tas-sehem riżervat tal-werriet, l-assi kollha proprjetà tat-testatur fil-mument ta' mewtu jinġabru fil-patrimonju wara li jkunu tnaqqsu d-djun u kull żieda fil-wirt skont l-Artikolu 12(2) tal-Att tas-Suċċessjoni. Jiżdiedu mbagħad ir-rigali, ħlief għal rigali ordinarji, skont l-istatus tagħhom fil-mument li jkunu ngħataw u l-valur tagħhom fil-mument li tinfetaħ is-suċċessjoni fil-każ ta' proprjetà immobbli, jew fil-mument li jkunu ngħataw fil-każ ta' proprjetà mobbli.

Id-dispożizzjonijiet testamentarji jitnaqqsu fuq bażi pro rata mingħajr ma ssir differenzjazzjoni bejn werrieta u legatarji, sakemm it-testatur ma jkunx iddikjara mod ieħor.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Il-modi prinċipali ta' kif il-patrimonju jiġi likwidat huma diviżjoni ġudizzjarja jew volontarja. Kull koproprjetarju għandu d-dritt ta' diviżjoni, ikun xi jkun id-daqs ta' sehmu.

Id-diviżjoni volontarja ssir bil-kunsens tal-koproprjetarji kollha u tieħu l-forma ta' kuntratt. Skont l-Artikolu 35(1) tal-Att tas-Sjieda, id-diviżjoni volontarja tal-proprjetà mobbli li tkun tiswa aktar minn BGN 50 jew ta' proprjetà immobbli, għandha ssir bil-miktub u l-firem għandhom jiġu notarizzati. Fil-każ ta' diviżjoni volontarja, kull sehem nozzjonali tal-kopropretarji fil-patrimonju komuni jsir dritt ta' sjieda separat u indipendenti fuq sehem reali tal-assi li jkunu proprjetà komuni.

Id-diviżjoni ġudizzjarja ssir taħt proċediment speċjali stabbiliti bl-Artikolu 341 et seq tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. Ma hemmx perjodu preskrittiv sabiex issir talba għad-diviżjoni tal-assi. Dawn il-proċedimenti kontenzjużi jinvolvu żewġ stadji.

L-ewwel stadju jikkonċerna l-ammissibbiltà ta' diviżjoni.

Il-kowerriet li jitlob għad-diviżjoni jressaq rikors bil-miktub quddiem il-qorti distrettwali, li jehmeż miegħu:

1. iċ-ċertifikat tal-mewt tat-testatur u ċ-ċertifikat ta' suċċessjoni;

2. ċertifikat jew evidenza oħra bil-miktub rigward il-patrimonju;

3. kopji tar-rikors u ta' dak mehmuż miegħu, għall-kowerrieta l-oħra.

Matul l-ewwel sessjoni tal-qorti, kull kowerriet ieħor jista' jagħmel rikors biex assi oħra jiġu inklużi fil-patrimonju. Huwa wkoll matul l-ewwel sessjoni tal-qorti li kull kowerriet jista' jikkontesta d-dritt ta' xi kowerriet ieħor li jkollu sehem mid-diviżjoni, id-daqs tas-sehem tiegħu jew l-inklużjoni ta' xi assi fil-patrimonju.

Fi proċedimenti dwar id-diviżjoni, il-qorti tisma' tilwim rigward l-oriġini, l-adozzjonijiet, it-testmenti, l-awtentiċità ta' evidenza bil-miktub jew ir-rikorsi biex jitnaqqas l-ammont ta' dispożizzjonijiet testimentarji jew ta' rigali.

L-ewwel stadju jintemm b'deċiżjoni dwar l-ammissibilità tad-diviżjoni. Il-qorti tiddetermina liema assi jiġu diviżi fost liema persuni u s-sehem ta' kull kowerriet. Meta jiġi deċiż li diviżjoni ta' proprjetà immobbli tkun ammissibbli, il-qorti tiddeċiedi wkoll dwar liema kodiviżur għandu jeħodha.

Fl-istess deċiżjoni, jew f'xi deċiżjoni warajha, jekk werriet wieħed jew aktar ma jużawx il-patrimonju skont id-drittijiet ta' suċċessjoni tagħhom, il-qorti tista', wara talba minn werriet, tiddeċiedi liema werrieta għandhom jużaw liema assi, sakemm titlesta d-diviżjoni, jew liema ammonti għandhom iħallsu l-werrieta l-oħra għall-użu.

It-tieni stadju hija d-diviżjoni nfisha. L-ishma jiġu ddefiniti u jiġu allokati assi speċifiċi għas-sjieda esklussiva tal-kodiviżuri individwali. Dan isir billi titfassal dikjarazzjoni ta' diviżjoni u billi tittella' x-xorti. Il-qorti tfassal id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni abbażi ta' opinjoni esperta skont l-Att ta' Suċċessjoni. Wara li tkun fasslet l-abbozz ta' dikjarazzjoni ta' diviżjoni, il-qorti tibgħat għall-paritjiet biex tippreżentalhom id-dikjarazzjoni u biex tisma' l-oġġezzjonijiet tagħhom.  Wara dan, il-qorti tfassal u tippromulga d-dikjarazzjoni finali ta' diviżjoni f'sentenza tal-qorti. Wara li s-sentenza dwar id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni tidħol fis-seħħ, il-qorti tibgħat għall-partijiet biex itellgħu x-xorti. Il-qorti tista' tiddividi l-assi li jintirtu fost il-kodiviżuri mingħajr ma tittella' x-xorti jekk ikun jidher li l-individwazzjoni tal-ishma, jew li tittella' x-xorti, ma jkunx possibbli jew ikun inkonvenjenti.

Jekk xi ass ikun indiviżibbli u ma jkunx jista' jiġi allokat lil xi sehem, il-qorti tordna li dan jinbiegħ f'irkant pubbliku. Il-partijiet fid-diviżjoni jistgħu jieħdu sehem f'dan l-irkant.

Meta l-ass indiviżibbli jkun akkomodazzjoni li kienet il-proprjeta ta' komunità matrimonjali li tkun inħallet mal-mewt ta' konjuġi jew ma' divorzju u l-konjuġi li jifdal, jew l-ekskonjuġi, li jkollu d-drittijiet tal-ġenitur fuq ulied imwielda fiż-żwieġ ma jkollux akkomodazzjoni tiegħu, il-qorti tista', fuq talba ta' dak il-konjuġi, tuża l-akkomodazzjoni bħala sehem, u tissodisfa l-ishma tal-kodiviżuri l-oħra bi proprjetajiet oħra jew inkella bi flus kontanti.

Meta l-ass indiviżibbli jkun akkomodazzjoni, kull kodiviżur li jkun qed jgħix fiha meta tkun infetħet is-suċċessjoni u li ma jkollu l-ebda akkomodazzjoni oħra jista' japplika biex din tiġi allokata mas-sehem tiegħu, u l-ishma tal-kodiviżuri l-oħra jiġu ssodisfati bi proprjetajiet oħra jew inkella bi flus kontanti. Jekk diversi kodiviżuri jkunu jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet u jkollhom pretensjoni għall-proprjetà, tingħata preferenza lill-persuna li toffri l-ogħla prezz.

It-talba għall-assenjament tista' tiġi ppreżentata mhux aktar tard mill-ewwel sessjoni tal-qorti wara li tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-qorti dwar l-ammissibilità tad-distribuzzjoni. L-ass jiġi vvalutat bil-valur attwali tiegħu.

Fil-każ ta' sodisfazzjon bi flus kontanti, il-pagament, flimkien mal-imgħax statutorju, ikollu jsir fi żmien sitt xhur wara d-data li fiha d-deċiżjoni ta' assenjament tkun daħlet fis-seħħ.

Il-kodiviżur li jkun irċieva l-ass fis-sehem tiegħu isir il-proprjetarju hekk kif isir il-pagament fi flus kontanti, flimkien mal-imgħax statutorju, fi żmien il-perjodu ta' żmien stabbilit. Jekk ma jsirx il-pagament fi ħdan iż-żmien stabbilit dan iwassal biex id-deċiżjoni dwar l-assenjament issir nulla u bla effett skont il-liġi u l-ass jinħareġ għall-bejgħ f'irkant pubbliku. L-ass jista' jiġi allokat lil kodiviżur ieħor li jkun jissodisfa r-rekwiżiti u li jkun applika għal allokazzjoni fi ħdan iż-żmien stabbilit, mingħajr ma jiġi offrut għall-bejgħ f'irkant pubbiku, sakemm il-kodiviżur l-ieħor iħallas immedjatament il-prezz ta' valutazzjoni, mnaqqas minnu l-valur tas-sehem tiegħu fih. Il-proċedimenti jiġu diviżi fost il-kodiviżuri l-oħra fuq bażi pro rata.

Il-proċedimenti ta' diviżjoni ġudizzjarja jistgħu jiġu terminati u l-patrimonja jinħall permezz ta' arranġament li jilħqu bejniethom il-partijiet, u approvat mill-qorti.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Persuna ssir werrieta jew legatarja mal-aċċettazzjoni tas-suċċessjoni. Qabel ma s-suċċessjoni tiġi aċċettata, il-persuna intitolata li tiret l-assi tista' tamministra l-patrimonju u tressaq azzjonijiet possessorji għall-preżervazzjoni tiegħu.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Bl-akkwist tas-sehem relevanti (sehem indiviż) tal-patrimonja tal-mejjet, kull werriet jew legatur jakkwista sehem nozzjonali tal-assi u d-djun tat-testatur, inkużi fil-patrimonju.

Il-werrieta li jaċċettaw is-suċċessjoni huma responsabbli għad-djun fuq il-patrimonju, skont id-daqs tal-ishma tagħhom.

Werriet li jkun aċċetta s-suċċessjoni abbażi ta' deskrizzjoni dettaljata jkun responsabbli biss għall-ammont mill-patrimonju li huwa jkun irċieva.

L-aċċettazzjoni tas-suċċessjoni abbażi ta' deskrizzjoni dettaljata trid tiġi ddikjarata bil-miktub quddiem il-ġudikant tad-distrett fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-werriet ikun sar jaf bil-ftuħ tas-suċċessjoni. Il-ġudikant tad-distrett jista' jtawwal l-iskadenza sa massimu ta' tliet xhur. L-aċċettazzjoni tiddaħħal f'reġistru speċjali tal-qorti.

Persuni li jkunu legalment mhux kapaċi, il-gvern u organizzazzjonijiet mhux governattivi jaċċettaw is-suċċessjoni biss abbażi ta' deskrizzjoni dettaljata.

F'każ li werriet wieħed jaċċetta s-suċċessjoni abbażi ta' deskrizzjoni dettaljata, il-werrieta l-oħra jistgħu jibbenefikaw minnha, mingħajr ħsara għad-dritt tagħhom li jaċċettaw jew li jċedu s-suċċessjoni.

Id-deskrizzjoni dettaljata titfassal skont il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

It-traskrizzjonijiet ta' testmenti ppubbikati li jkunu jirrigwardjaw proprjetà immobbli u drittijiiet ta' proprjetà immobbli jridu jkunu reġistrati. Fil-każ ta' testmenti universali, l-eżistenza ta' proprjetà immobbli fid-distrett relevanti tal-qorti tiġi ċċertifikata permezz ta' dikjarazzjoni li jkollha l-firma notarizzata tal-benefiċjarju u li tkun tidentifika l-proprjetajiet immobbli li tagħhom ikun konxju l-benefiċjarju fid-distrett relevanti tal-qorti. Id-dikjarazzjoni tiġi ppreżentata mat-testment lill-ġudikant ta' reġistrazzjoni fid-distrett fejn tkun tinsab il-proprjetà.

Il-ġudikant ta' reġistrazzjoni jagħti struzzjonijiet lill-uffiċċju ta' reġistrazzjoni fil-lokalità fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli biex jirreġistraha, billi l-atti soġġetti għar-reġistrazzjoni jitqiegħdu f'reġistri li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku.

Żewġ kopji insinwati tat-testmenti li jirrigwardjaw proprjetà immobbli u drittijiet tal-proprjetà immobbli jiġu mehmuża mal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Il-ħatra ta' amministratur mhix obbligatorja. It-testatur jista' jassenja persuna waħda jew aktar li tkun legalment kapaċi biex taġixxi bħala amministratur.

Fuq talba ta' xi parti interessata, il-ġudikant tad-distrett tal-post fejn tinfetaħ is-suċċessjoni jista' jistabbilixxi skadenza għaċ-  ċessjonarju sabiex jaċċetta l-ħatra. Jekk il-perjodu ta' żmien jiskadi u ċ-ċessjonarju ma jkunx aċċetta l-ħatra, ċ-ċessjonarju jitqies bħala li ma jkunx aċċetta.

Il-ġudikant tad-distrett jista' jkeċċi l-amministratur jekk dan tal-aħħar ikun negliġenti jew ikun sar inkapaċi, jew jaġixxi b'tali manjiera li tkun inkumpatibbli mal-fiduċja li tkun ingħatatlu mill-amministratur.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija ta' qabel.

F'każ li l-mejjet ikun miet bla testment jew ma jkunx ħatar amministratur għat-testment tiegħu, kull persuna intitolata li tiret tista' tamministra l-proprjetajiet u tressaq pretensjonijiet possessorji għall-preservazzjoni tagħhom, sakemm ikun hemm l-aċċettazzjoni tas-suċċessjoni.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

L-amministratur għandu jfassal deskrizzjoni dettaljata tal-assi, u jistieden lill-werrieta u lil-legatarji li jattendu.

L-amministratur jieħu f'idejh il-pussess tal-patrimonju u jamministrah sakemm dan ikun neċessarju biex iseħħu d-dispożizzjonijiet testimentarji.

L-amministratur ma għandux il-poter li jaljena xi assi sakemm dan ma jkunx meħtieġ u permess mill-ġudikant tad-distrett, li jieħu deċiżjoni wara li jkun sema' lill-werrieta.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Jekk it-testatur ikun ħalla warajh testment miktub bl-idejn, in-nutar jippubblika t-testment, u jiddeskrivi l-kundizzjoni tat-testment u jagħmel nota dwar il-ftuħ tiegħu.

Il-werrieta bil-liġi huma lleġġitimizzati b'ċertifikat ta' suċċessjoni maħruġ mis-sindku tal-muniċipalità tal-aħħar indirizz permanenti tal-mejjet. Iċ-ċertifikati tas-suċċessjoni jinħarġu biss f'relazzjoni għall-persuni li kienu suġġetti għar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-popolazzjoni fid-data tal-mewt tagħhom u li għalihom ikun tfassal ċertifikat tal-mewt.

Iċ-ċertifikat jinħareġ skont l-Artikolu 24(2) tal-Att ta' Reġistrazzjoni Ċivili u tal-Artikolu 9 tar-Regolament dwar il-ħruġ ta' ċertifikati abbażi tar-reġistru tal-popolazzjoni. Iċ-ċertifikat jinħareġ għall-werriet bil-liġi, ir-rappreżentanti legali tiegħu jew partijiet terzi, sakemm dawn tal-aħħar ikollhom bżonu biex jeżerċitaw poteri leġittimi jew ikunu awtorizzati espressement minn prokura notarizzata.

Id-dokumenti li ġejjin huma meħtieġa biex ikun jista' jinħareġ iċ-ċertifikat:

–          applikazzjoni bl-użu tal-formola taċ-ċentru ta' informazzjoni tar-reġistru ċivili (GRAO), li tispeċifika d-dettalji tal-werrieta tal-mejjet, li trid tiġi ppreżentata minn werriet jew persuna awtorizzata minn werriet;

–          kopja taċ-ċertifikat tal-mewt (jekk ikun inħareġ min muniċipalità oħra);

–          id-dokument ta' identità tal-applikant;

–          prokura notarizzata jekk l-applikazzjoni tkun ippreżentata minn rappreżentant awtorizzat.

L-aħħar aġġornament: 11/12/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna iċ-Ċek ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Informazzjoni ġenerali - Repubblika Ċeka

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Modi ġenerali ta' kif tfassal testment

It-testmenti jitfasslu bil-miktub ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali. It-testmenti ma hemmx għalfejn ikunu datati, ħlief f'żewġ każijiet: 1) jekk it-testatur ikun għamel bosta testmenti li jkunu kuntradittorji u li ma joqogħdux flimkien; 2) jekk l-effetti ġuridiċi ta' testment ikunu jiddependu mill-mument effettiv li tfasslu fih. Skont il-liġi Ċeka, testmenti unica charta ta' iktar minn persuna waħda mhumiex ammissibbli.

Skont il-liġi Ċeka, testment jista' jsir b'wieħed mill-modi li ġejjin:

a) testment miktub u ffirmat mit-testatur b'idu;

b) it-testatur jista' wkoll ifassal testment mhux b'idu jekk ikun iffirmat minnu stess u żewġ xhieda preżenti simultanjament jiddikjaraw lid-dokument ikun fih l-aħħar xewqat tiegħu. Ix-xhieda jiffirmaw id-dokument u jehmżu stqarrija li huma xhieda, flimkien ma' informazzjoni li tagħmilha possibbli li jiġu identifikati;

c) testatur għami jagħmel it-testment tiegħu quddiem tliet xhieda preżenti simultanjament f'dokument li jrid jinqara b'mod li jinstema' minn xhud li ma jkunx kiteb it-testment. Jekk it-testatur ikollu diżabbiltà sensorja oħra u ma jkunx jaf jikteb jew jaqra, il-kontenut tat-testment irid jiġi kkomunikat lilu b'mezz ta' komunikazzjoni li jifhmu kemm hu u kemm ix-xhieda;

d) it-testatur jista' wkoll ifassal testment fil-forma ta' att notarili.

Tfassil ta' testment f'każijiet speċjali

Ċerti regoli speċjali japplikaw meta testment isir f'kundizzjonijiet estremi, speċjalment f'ċirkostanzi ta' periklu għall-ħajja.

a) Jekk, minħabba ċirkostanzi mhux mistennija, ħajjet it-testatur tkun f'periklu ċar u imminenti jew jekk it-testatur ikun xi mkien fejn, minħabba emerġenza (gwerra, diżastru naturali, eċċ.) il-kuntatt soċjali jkun paralizzat sal-punt li ma jistax jagħmel testment ħlief b'dan il-mod, huwa jkun jista' jagħmel it-testment oralment quddiem tliet xhieda preżenti simultanjament. Testment orali jsir null u bla effett ladarba jgħaddu ġimagħtejn minn dakinhar li jkun sar, jekk it-testatur jibqa' ħaj.

b) Jekk ikun hemm tħassib iġġustifikat li t-testatur jista' jmut qabel ma jagħmel testment quddiem nutar, testment jista' jsir quddiem żewġ xhieda mis-sindku tal-muniċipalità fejn ikun it-testatur. Dan it-testment jibqa' validu għal tliet xhur mill-mument li t-testatur ikun jista' jagħmel testment quddiem nutar. Dan it-testment huwa magħruf bħala t-"testment dorf".

c) Testment jista' jsir abbord inġenju tal-ajru jew bastiment navali Ċek, meta jkun hemm bażijiet serji għal dan, fil-preżenza ta' żewġ xhieda mill-persuna inkarigata mill-inġenju tal-ajru jew bastiment jew ir-rappreżentant tagħha. Il-validità ta' dan it-testment huwa wkoll limitat għal tliet xhur.

d) It-testment ta' suldat li jkun involut f'kunflitt armat jista' jiġi rreġistrat mill-kmandant tal-unità jew uffiċjal ieħor fil-preżenza ta' żewġ xhieda. Bħal fil-każijiet preċedenti, dan it-testment jibqa' validu għal mhux aktar minn tliet xhur.

Kuntratt tas-suċċessjoni

Kuntratt tas-suċċessjoni, testatur li jkun tal-età u jkollu kapaċità ġuridika sħiħa jista' jinnomina werriet jew legatarju, li jista' jkun il-parti kontraenti l-oħra jew parti terza. It-testatur ma jistax iħassar kuntratt tas-suċċessjoni unilateralment.

Testatur ma jistax jiddisponi iktar minn tliet kwarti tal-patrimonju tiegħu b'kuntratt tas-suċċessjoni; kwart tal-patrimonju jrid jibqa' liberu, għalkemm it-testatur jista' jagħmel testment rigward dak il-kumplament tal-patrimonju.

Koppji miżżewġin jistgħu jinnominaw lil xulxin bħala werrieta f'kuntratt tas-suċċessjoni. Jista' jkun hemm qbil li d-drittijiet u d-dmirijiet f'kuntratt tas-suċċessjoni jiġu annullati f'każ ta' divorzju.

Kuntratt tas-suċċessjoni jista' jitfassal biss fil-forma ta' strument awtentiku, jiġifieri att notarili.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Ir-Reġistru Ċentrali tat-Testmenti kien stabbilit fl-2001. Mill-1 ta' Jannar 2014, wara r-rikodifikazzjoni tad-dritt privat fir-Repubblika Ċeka, ir-reġistru tat-testmenti ġie sostitwit b'Reġistru tal-Atti Ġuridiċi wara l-Mewt. Dan ir-reġistru huwa lista kompjuterizzata miżmuma, immexxija u amministrata mill-Kamra Notarili tar-Repubblika Ċeka. L-istrumenti fl-atti ġuridiċi ta' testatur li ġejjin, li jsiru f'każ ta' mewt, ikunu rreġistrati fir-Reġistru tal-Atti Ġuridiċi wara l-Mewt:

a) testment, addendum, jew kuntratt tas-suċċessjoni;

b) dikjarazzjoni ta' diżeredazzjoni u dikjarazzjoni li tiddikjara li l-werriet skont is-suċċessjoni ereditarja statutorja ma jkunx se jieħu l-pussess tal-patrimonju;

c) ordni għal arranġament ta' ta' saldu uniku nett fir-rigward ta' sehem mis-suċċessjoni, sakemm dan l-ordni ma jkunx fit-testment;

d) in-nomina ta' amministratur, sakemm ma jkunx nominat fit-testment;

e) ftehim dwar ir-rinunza ta' dritt ta' suċċessjoni;

f) il-kanċellazzjoni ta' atti ġuridiċi msemmija fis-subparagrafi a) sa e).

Jekk nutar ifassal wieħed mill-istrumenti ta' fuq fil-forma ta' att notarili jew jekk nutar ikun irċieva strument tali imma mhux fil-forma ta' att notarili biex jinżamm f'kustodja notarili, huwa jdaħħal informazzjoni dwar dak l-istrument u dwar dik il-persuna li tkun fasslitu fir-reġistru msemmi fuq permezz ta' trażmissjoni elettronika tad-dejta.

Strumenti dwar atti ġuridiċi tat-testatur f'każ ta' mewt li ma jkunux atti ġuridiċi jiġu rreġistrati biss jekk ikunu f'kustodja notarili.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Sehem riżervat – informazzjoni ġenerali

Il-werrieta obbligatorji ta' testatur huma l-qraba tiegħu f'ordni dekrexxenti. Werriet obbligatorju li (i) ma jkunx irrinunzja għal dritt ta' suċċessjoni jew dritt ta' sehem riżervat; (ii) ikun werriet eliġibbli; u (iii) ma kienx effettivament diżeredat huwa intitolat għal sehem riżervat jew għas-supplimentazzjoni tiegħu jekk ikun kompletament jew parzjalment tħalla barra mit-testatur fit-trasferiment causa mortis, jiġifieri ma jirċevix, fil-forma ta' sehem mis-suċċessjoni jew legat, wirt li, bħala valur, huwa daqs is-sehem riżervat tiegħu. Il-konjuġi superstiti u kull qarib fl-ordni axxendenti mhumiex werrieta obbligatorji. Qraba minuri fl-ordni dekrexxenti jridu jirċievu tal-inqas l-ekwivalenti ta' tliet kwarti tas-sehem statutorju tas-suċċessjoni; qraba adulti fl-ordni dekrexxenti jridu jirċievu tal-inqas kwart is-sehem statutorju tas-suċċessjoni. Jekk it-testment jikkontradixxi dan u jekk it-testatur ma jkunx iddiżereda werriet obbligatorju għar-raġunijiet definiti fil-liġi, werriet obbligatorju jkun intitolat għall-ħlas ta' somma flus li tkun daqs il-valur tas-sehem riżervat tiegħu. Jekk it-testatur ikun armel b'żewġt itfal, is-sehem tas-suċċessjoni ta' kull wieħed mit-tfal ikun ta' nofs. Jekk wieħed minnhom ikun taħt l-età, is-sehem riżervat tiegħu ikun ta' tliet ottavi; għal qarib adult fl-ordni dekrexxenti, is-sehem riżervat huwa ta' ottav.

Każijiet speċjali

Jekk werriet obbligatorju ikun (konxjament) tħalla barra minn testment mingħajr ma jkun ġie diżeredat, imma jkun għamel atti li jissodisfaw r-raġunijiet statutorji għad-diżeredazzjoni, dik l-omissjoni tiġi ttrattata bħala diżeredazzjoni effettwata taċitament u bi dritt, u f'din is-sitwazzjoni l-qarib fl-ordni dekrexxenti ma jkollux dritt għal sehem riżervat.

Jekk werriet obbligatorju jitħalla barra minn testment biss minħabba li t-testatur, fit-trasferiment causa mortis, ma kienx jaf bih (eż. it-testatur kien mingħalih li dan il-qarib fl-ordni dekrexxenti kien miet, jew ma kienx jaf li persuna partikolari kienet qariba tat-testatur f'ordni dekrexxenti), dak il-werriet obbligatorju jkun intitolat għas-sehem riżervat li jkollu dritt għalih skont il-liġi.

Possibilità ta' rinunzja għal dritt għal sehem riżervat

Werriet obbligatorju jista' jirrinunzja għad-dritt għal sehem riżervat bi ftehim formali mat-testatur imfassal fil-forma ta' att notarili. Dritt ta' suċċessjoni jista' jiġi rrinunzjat ukoll għall-benefiċċju ta' persuna oħra bl-istess mod. Ir-rinunzja għall-benefiċċju ta' dik il-persuna l-oħra tkun valida jekk isir werriet.

Ir-rinunzja u ċ-ċessjoni tas-suċċessjoni (suċċessjoni tista' tiġi ċeduta minn werriet li ma jkunx irrinunzja għaliha) għandhom jiġu dintinti mir-rinunzja ta' dritt għas-suċċessjoni jew ta' dritt għal sehem riżervat abbażi ta' ftehim magħmul mat-testatur (meta kien għadu ħaj) fil-forma ta' att notarili. Suċċessjoni ma tistax tiġi rinunzjata qabel il-mewt tat-testatur.

Restrizzjonijiet oħra

Testatur jista', f'testment, jispeċifika kundizzjonijiet, istruzzjonijiet taż-żmien, jew ordnijiet, jew jitlob li, wara mewt ta' werriet, is-suċċessjoni tgħaddi għand werriet ieħor (fedekommess). Madankollu, tali klawżoli ma jridx ikollhom l-għan manifest li jiffastidjaw lill-werriet jew legatarju b'mod viżibilment arbitrarju min-naħa tat-testatur u ma jridux ikunu palpabilment kontra l-ordni pubbliku.

Filwaqt li testatur ma jistax jordna li werriet jew legatarju jiżżewweġ, ma jiżżewwiġx jew jibqa' fi żwieġ, huwa jista' jistabbilixxi dritt għal xi ħadd li jdum għand dik il-persuna sakemm tiżżewweġ.

Jekk il-werrieta kollha (jew suċċessuri fil-linja tal-fedekommessi) ikunu l-kontemporanji tat-testatur, is-sekwenza li biha, skont it-trasferiment causa mortis tat-testatur, dawn il-werrieta jissuċċedu lil xulxin (b'ċerti kundizzjonijiet) mhijiex ristretta. Jekk, fil-mument tal-mewt tat-testatur, werriet ikun għadu mhux ħaj, is-sekwenza tal-werrieta definita mit-testatur tintemm ladarba l-ewwel wieħed minn dawn il-werrieta jassumi s-suċċessjoni.

Il-fedekommess jintemm mhux iktar tard mill-iskadenza ta' mitt sena mill-mewt tat-testatur. Madankollu, jekk werriet fil-linja tal-fedekommessi jkun assuma s-suċċessjoni wara mewt il-werriet li jkun il-kontemporanju tat-testatur, il-fedekommess jintemm biss wara li l-ewwel minn dawn il-werrieta fil-linja jassumi s-suċċessjoni.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Jekk il-persuna deċeduta ma tkunx għamlet testment, jirtu l-werrieta tagħha skont il-liġi f'sitt klassijiet tas-suċċessjoni. Il-persuni f'dawn il-klassijiet jiġu kkunsidrati bħala werrieta fi stadji, ibbażati fuq il-klassi tagħhom. Il-werrieta mill-klassijiet iktar baxxi jeskludu lill-werrieta mill-klassijiet ogħla, eż. jekk il-werrieta fl-ewwel klassi tas-suċċessjoni jirtu, il-werrieta fit-tieni klassi ma jirtu xejn. Huwa biss f'każ li l-werrieta tal-ewwel klassi tas-suċċessjoni ma jirtux li l-wirt jgħaddi għand il-werrieta tat-tieni klassi. L-ishma mis-suċċessjoni msemmija fil-liġi tapplika biss f'każ li l-werrieta ma jilħqux ftehim differenti quddiem qorti. Jekk il-persuna deċeduta ma tkunx fasslet dispożizzjoni ta' trasferiment causa mortis (testment, kuntratt tas-suċċessjoni jew addendum), jew jekk il-persuna deċeduta tippermetti dan (ma tkunx ipprojbietu) fid-dispożizzjoni tat-trasferiment causa mortis, il-werrieta jistgħu jaqsmu l-patrimonju kif jixtiequ bi qbil reċiproku quddiem il-qorti.

Klassijiet tas-suċċessjoni

Fl-ewwel klassi tas-suċċessjoni, it-tfal tal-persuna deċeduta u l-konjuġi jirtu daqs xulxin. Jekk il-persuna deċeduta u l-konjuġi tagħha kellhom assi matrimonjali komuni, il-qorti l-ewwel taqsam l-assi matrimonjali komuni biex porzjon minn dawn l-assi tmur għand il-konjuġi superstiti u parti (tipikament nofs) tkun inkluża fil-wirt. Assi li jmorru fil-wirt jintirtu mill-konjuġi u t-tfal tal-persuna deċeduta f'sehem indaqs. Sehem il-konjuġi ma jkunx jinkludi oġġetti mixtrija mill-konjuġi waqt id-diviżjoni tal-assi komuni. Fir-Repubblika Ċeka, il-Kodiċi Ċivili ma jagħmel l-ebda distinzjoni bejn tfal li jitwieldu fiż-żwieġ u tfal li jitwieldu barra ż-żwieġ, jew bejn tfal bijoloġiċi u tfal adottati.

Jekk xi ħadd mit-tfal tal-persuna deċeduta ma jiritx (eż. jekk jirrinunzja sehmu mill-wirt waqt li t-testatur ikun għadu ħaj, jekk jirrinunzja għas-suċċessjoni wara mewt it-testatur jew jekk imut qabel it-testatur), is-sehem mis-suċċessjoni li kienet tmur għand dak il-wild jintiret mit-tfal tiegħu f'sehem indaqs. L-istess regola tapplika għal qraba iktar imbiegħda fl-ordni dekrexxenti.

Jekk il-persuna deċeduta ma kinitx miżżewġa, imma kella t-tfal, il-patrimonju kollu tal-persuna deċeduta jintiret mit-tfal tagħha (jew il-qraba tagħhom f'ordni dekrexxenti – ara iktar 'il fuq). Madankollu, jekk il-persuna deċeduta kienet miżżewġa, imma ma kellhiex tfal, il-konjuġi tal-persuna deċeduta ma jiritx il-patrimonju kollu, imma jiret flimkien mal-werrieta tat-tieni klassi tas-suċċessjoni.

Fit-tieni klassi tas-suċċessjoni, il-werrieta huma l-konjuġi tal-persuna deċeduta, il-ġenituri tal-persuna deċeduta u min ikun għex f'koabitazzjoni mal-persuna deċeduta għal tal-inqas sena qabel mewtha, u għalhekk ikun ħa ħsieb l-abitazzjoni flimkien mal-persuna deċeduta, jew kien dipendenti mill-persuna deċeduta għall-manteniment tiegħu. Dawn kollha, ħlief il-konjuġi, jirtu f'sehem indaqs. Il-konjuġi tal-persuna deċeduta, madankollu, jiret tal-inqas nofs il-patrimonju. Għalhekk, jekk il-persuna deċeduta kienet miżżewġa u l-ġenituri tagħha għadhom it-tnejn ħajjin, il-konjuġi jiret nofs il-patrimonju u l-ġenituri jirtu kwart kull wieħed.

Il-konjuġi u kull ġenitur jistgħu, fit-tieni klassi tas-suċċessjoni, jirtu l-patrimonju kollu. Madankollu, jekk il-persuna deċeduta kienet tikkoabita, imma la kienet miżżewġa u lanqas ma kellha tfal, il-koabitant ma jiritx il-patrimonju kollu, imma jiret flimkien mal-werrieta l-oħrajn tat-tielet klassi tas-suċċessjoni.

Fit-tielet klassi tas-suċċessjoni, ħut il-persuna deċeduta u l-koabitant jirtu daqs xulxin. Jekk xi ħadd mill-aħwa ma jiritx, sehmu jintiret mit-tfal tiegħu, jiġifieri n-neputijiet tal-persuna deċeduta (għal darba oħra daqs xulxin). Kull wieħed minn dawn il-werrieta jista' jiret il-patrimonju kollu.

Jekk il-wirt ma jmurx għand ħut il-persuna deċeduta jew il-koabitant tagħha, fir-raba' klassi ta' suċċessjoni jkunu n-nanniet tal-persuna deċeduta li jirtu sehem indaqs.

Jekk ħadd min-nanniet tad-deċedut ma jiret, fil-ħames klassi tas-suċċessjoni l-wirt jgħaddi għand in-nanniet tal-ġenituri tal-persuna deċeduta (jiġifieri l-bużnanniet). In-nanniet ta' missier il-persuna deċeduta jirċievu nofs il-wirt, in-nanniet ta' omm il-persuna deċeduta jirċievu n-nofs l-ieħor. Iż-żewġ pari ta' nanniet jaqsmu n-nofs li jmisshom f'sehem indaqs.

Jekk membru ta' koppja ma jiritx, l-ottav rilaxxat imur għand il-membru l-ieħor. Jekk ħadd mill-koppja ma jiret, dak il-kwart imur għand il-koppja l-oħra mill-istess naħa. Jekk l-ebda koppja tal-istess naħa ma tiret, il-wirt ikun imiss lill-koppji tan-naħa l-oħra bl-istess proporzjon użat biex jaqsam in-nofs tal-wirt li jkun imiss lilhom direttament.

Fl-aħħar nett, fis-sitt klassi tas-suċċessjoni, jekk ħadd mill-werrieta msemmija hawn qabel ma jiret, il-wirt jgħaddi għand it-tfal tat-tfal ta' ħut il-persuna deċeduta (it-tfal tan-neputijiet) u t-tfal tan-nanniet tal-persuna deċeduta (iz-zijiet). Jekk xi ħadd miz-zijiet ma jiritx, sehmu jintiret mit-tfal tiegħu (il-kuġini tal-persuna deċeduta).

Jekk ħadd mill-werrieta ma jiret, l-assi jmissu lill-Istat, li jitqies bħala l-werriet.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Qorti distrettwali għandha l-ġuriżdizzjoni li tittratta l-proċedimenti tas-suċċessjoni kollha (inkluż ir-rifjut jew l-aċċettazzjoni tas-suċċessjoni, legat, jew it-talba għal sehem riżervat). B'konformità ma' skeda tax-xogħol predefinita, il-qorti taħtar nutar biex imexxi l-proċedimenti tas-suċċessjoni. Dak in-nutar imbagħad jaġixxi u jieħu deċiżjonijiet fil-proċedimenti f'isem il-qorti. Il-liġi Ċeka ma tippermettix lill-partijiet fil-proċedimenti tas-suċċessjoni li jagħżlu n-nutar tagħhom.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Il-qrati Ċeki jisimgħu kawżi tas-suċċessjoni jekk il-persuna deċeduta, fil-mument ta' mewtha, kellha residenza abitwali fir-Repubblika Ċeka jew kellha proprjetà immobbli fir-Repubblika Ċeka.

Għalhekk, dik il-proprjetà immobbli tkun sottomessa għall-qrati Ċeki anke jekk il-persuna deċeduta ma kinitx residenti abitwali fir-Repubblika Ċeka.

F'każijiet oħrajn, il-qrati Ċeki jittrattaw il-proċedimenti tas-suċċessjoni jekk:

a) ikun hemm assi li tħallew fir-Repubblika Ċeka minn ċittadin Ċek li huwa residenti abitwali f'pajjiż ieħor u wieħed mill-werrieta li jkun residenti abitwali fir-Repubblika Ċeka jirrikorri quddiem il-qrati Ċeki biex jiftħu l-proċedimenti tas-suċċessjoni; jew

b) Stat ieħor (illi kieku l-awtorità tiegħu kien ikollha l-ġuriżdizzjoni biex tittratta l-proċedimenti tas-suċċessjoni) jirrifjuta li jittratta l-wirt jew ma jwieġeb xejn; jew

c) ma jkun hemm l-ebda relazzjoni reċiproka fi kwistjonijiet tas-suċċessjoni bejn l-Istat illi kieku l-awtorità tiegħu kien ikollha l-ġuriżdizzjoni biex tittratta l-proċedimenti tas-suċċessjoni u r-Repubblika Ċeka, jiġifieri jekk dak l-Istat ma jippreżentax il-wirt tat-testaturi residenti abitwali fir-Repubblika Ċeka li jinstemgħu fil-qrati Ċeki u li ma jagħtix effett ġuridiku lid-deċiżjonijiet meħuda mill-qrati Ċeki.

Ġuriżdizzjoni

Jekk l-istituzzjoni kompetenti tkun il-qorti Ċeka, il-ġuriżdizzjoni għas-smigħ tal-proċedimenti tas-suċċessjoni tkun tal-qorti distrettwali li l-post tar-residenza permanenti jew residenza oħra tal-persuna deċeduta, kif irreġistrat fis-sistema ta' informazzjoni rilevanti, ikunu fid-distrett tagħha. Jekk il-persuna deċeduta ma kellha l-ebda post tar-residenza rreġistrat, il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni tkun dik tad-distrett ta' fejn kienet effettivament tgħix il-persuna deċeduta (fejn kien jinsab l-indirizz residenzjali tagħha). Jekk lanqas dak il-post ma jkun jista' jiġi identifikat, il-qorti kompetenti tkun dik tad-distrett fejn kienet l-aħħar.

Jekk il-persuna deċeduta ma kinitx residenti r-Repubblika Ċeka, il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni tkun dik tad-distrett fejn il-persuna deċeduta kellha l-proprjetà immobbli. Jekk il-persuna deċeduta ma kellha l-ebda proprjetà immobbli fir-Repubblika Ċeka (u l-ġuriżdizzjoni ma tistax tiġi ddeterminata b'wieħed mill-metodi ta' fuq), il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni tkun dik tad-distrett dejn mietet il-persuna deċeduta (fejn instab il-katavru).

Il-ftuħ tal-proċedimenti tas-suċċessjoni minn qorti Ċeka

Qorti tiftaħ il-proċedimenti tas-suċċessjoni ex officio malli ssir taf bil-mewt tal-persuna deċeduta. L-imwiet jiġu nnotifikati lill-qorti kompetenti mir-reġistru. Madankollu, il-qorti tista' ssir taf bil-mewt ta' persuna deċeduta b'mezzi oħrajn, eż. mill-pulizija, minn faċilità tal-kura tas-saħħa jew minn xi wieħed mill-werrieta.

Qorti tiftaħ il-proċedimenti tas-suċċessjoni jekk tintalab tagħmel dan minn xi ħadd li jeżerċita dritt għall-patrimonju bħala werriet. Jekk qorti tiskopri li ma jkollhiex ġuriżdizzjoni ġeografika, hija tirrinvija l-kawża tal-wirt lill-qorti kompetenti. Kawżi ta' wirt jistgħu jiġu rinvijati lil qorti oħra wkoll f'dawk is-sitwazzjonijiet meta jkun xieraq li jsir hekk, eż. minħabba li l-werrieta tal-persuna deċeduta tkun residenti fid-distrett ta' qorti oħra.

L-andament tal-proċedimenti

L-ewwel nett, fl-inkjesti preliminari l-qorti tiġbor l-informazzjoni dwar il-persuna deċeduta, l-assi u d-dejn tagħha, il-grupp ta' werrieta u jekk il-persuna deċeduta ħallietx testment jew dispożizzjonijiet oħrajn ta' trasferiment causa mortis. Il-qorti normalment iġġib din l-informazzjoni minn listi pubbliċi, mir-reġistru tal-atti ġuridiċi wara l-mewt, mir-reġistru tad-dokumenti dwar l-assi matrimonjali u billi tinterroga lill-persuna inkarigata mill-funeral tal-persuna deċeduta.

Meta jkun meħtieġ mil-liġi jew għal raġunijiet oħra, il-qorti tieħu azzjoni urġenti wkoll biex tippriserva l-patrimonju, jiġifieri b'mod partikolari billi tagħmel inventarju u tissiġilla l-patrimonju.

Ladarba jintemmu l-inkjesti preliminari, il-qorti tordna seduta u tgħarraf lill-werrieta potenzjali bid-dritt tas-suċċessjoni tagħhom u bid-dritt tagħhom li jitolbu li jitħejja inventarju tal-assi tal-patrimonju. Jekk wieħed mill-werrieta jitlob inventarju tal-assi fil-patrimonju, il-qorti tordna li jsir.

Jekk il-persuna deċeduta kellha assi matrimonjali komuni, il-qorti – wara komunikazzjoni mill-partijiet – tfassal lista ta' dawn l-assi u lista tal-obbligazzjonijiet komuni, u tiddetermina l-valur tal-assi. Assi disputati mill-partijiet jitwarrbu. Il-konjuġi superstiti mbagħad ikollu l-opportunità li jilħaq ftehim mal-werrieta dwar id-diviżjoni tal-assi matrimonjali komuni. Dak il-ftehim jistipula liema assi jmorru għall-patrimonju u liema jibqgħu għand il-konjuġi superstiti (il-prinċipju li l-ishma taż-żewġ konjuġi jkunu ndaqs ma hemmx għalfejn ikun rispettat). Huwa possibbli wkoll li jkun hemm ftehim li skontu l-assi komuni kollha jmorru għand il-konjuġi superstiti, bl-ebda wieħed minn dawk l-assi ma jkun jifforma parti mill-patrimonju.

Il-ftehim dwar id-diviżjoni tal-assi matrimonjali komuni bejn il-werrieta u l-konjuġi superstiti ma jridx imur kontra l-liġi jew l-istruzzjonijiet tal-persuna deċeduta stabbilita fid-dispożizzjoni ta' trasferiment causa mortis. Inkella l-qorti ma tapprovax il-ftehim.

Jekk il-qorti ma tapprovax il-ftehim dwar id-diviżjoni tal-assi matrimonjali komuni, jew jekk ma jkun hemm l-ebda ftehim ta' dak it-tip, il-qorti taqsam l-assi matrimonjali komuni hi stess billi ssegwi r-regoli li ġejjin:

a) l-ishma taż-żewġ konjuġi fl-assi li jridu jiġu diviżi jkunu l-istess;

b) kull konjuġi jirrimborża r-riżorsi mill-assi komuni minfuqa għall-proprjetà esklussiva tiegħu;

c) kull konjuġi għandu d-dritt li jitlob kumpens għar-riżorsi mill-proprjetà esklussiva tiegħu minfuqa f'assi komuni;

d) tqis il-bżonnijiet tat-tfal dipendenti;

e) tqis kif kull wieħed mill-miżżewġin ħa ħsieb il-familja, speċjalment kif ħa ħsieb it-tfal u d-dar matrimonjali;

f) tqis kif kull wieħed mill-miżżewġin ta sehmu għall-akkwiżizzjoni u l-manutenzjoni tal-assi komuni.

Wara d-diviżjoni tal-assi matrimonjali, il-qorti tfassal lista ta' assi u obbligazzjonijiet tal-patrimonju. Meta tagħmel hekk, il-qorti tiġbor l-informazzjoni primarjament mill-werrieta u, jekk ikun ordnat inventarju tal-patrimonju, minn dak l-inventarju. Kull assi jew obbligazzjoni kontenzjuża jitwarrbu.

Il-qorti tivvaluta l-valur tal-assi tal-patrimonju, bħala regola, skont id-dikjarazzjonijiet fejn il-werrieta qablu. Huwa rari ħafna li ssir perizja għal dawn il-valutazzjonijiet.

Jekk il-persuna deċeduta ma tkunx ħalliet dispożizzjoni ta' trasferiment causa mortis, il-werrieta jistgħu jaqblu dwar kif jaqsmu l-patrimonju kif jixtiequ huma. Il-qorti tikkonferma l-akkwiżizzjoni tal-wirt mill-werrieta skont dak il-ftehim. Fin-nuqqas ta' ftehim bħal dan, il-qorti tikkonferma l-wirt tagħhom skont il-proporzjonijiet derivati mill-liġi. Il-qorti taqsam il-patrimonju bejn il-werrieta hi stess jekk il-werrieta jitolbuha tagħmel hekk.

Jekk, fid-dispożizzjoni ta' trasferiment causa mortis, it-testatur jipprovdi istruzzjonijiet dwar kif jinqasam il-patrimonju, il-qorti tikkonferma l-akkwiżizzjoni tal-patrimonju mill-werrieta skont dawk l-istruzzjonijiet. Inkella, il-werrieta jistgħu jaqblu dwar kif jaqsmu l-patrimonju bejniethom. Madankollu, il-werrieta jistgħu jaqblu dwar livelli differenti ta' ishma mis-suċċessjoni biss meta din il-possibilità tkun konċessa espressament mit-testatur.

Jekk werriet obbligatorju jasserixxi d-dritt tiegħu għal sehem riżervat, il-werrieta l-oħrajn jistgħu jaqblu ma' dak il-werriet dwar il-ħlas tas-sehem riżervat (ħlas ta' indennizz). Inkella, irid jiġi ordnat inventarju tal-patrimonju biex jiġi kkalkulat is-sehem riżervat.

Qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar il-patrimonju, iridu jitressqu provi lill-qorti li l-legati dovuti ġew issodisfati u li l-legatarji ġew innotifikati bid-dritt tagħhom għal legat.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Mal-mewt ta' testatur, il-werrieta tiegħu għandhom dritt għas-suċċessjoni. Sakemm l-akkwiżizzjoni tal-assi mill-patrimonju ma tkunx posposta biex iżżomm ma' dispożizzjoni ta' trasferiment causa mortis tat-testatur, eż. minħabba kundizzjoni (werriet jikseb il-wirt malli jiggradwa mill-università) jew istruzzjonijiet dwar iż-żmien (mal-iskadenza ta' perjodu definit), il-werriet jew werrieta jirtu malli jmut it-testatur. Il-qorti tiddeċiedi min għandu jikseb il-wirt b'dan il-mod fuq il-bażi tar-riżultat tal-proċedimenti tas-suċċessjoni. Jekk it-testatur, fid-dispożizzjoni ta' trasferiment causa mortis tiegħu, jipposponi l-wirt (b'kundizzjoni jew istruzzjonijiet taż-żmien), wieħed jew iktar mill-werrieta prinċipali jirtu malli jmut it-testatur, filwaqt li wieħed jew iktar mill-werrieta sussegwenti jirtu malli jissodisfaw il-kundizzjoni (jew wara li jgħaddi ċertu perjodu). Il-qorti tiddeċiedi meta l-wirt jgħaddi mingħand il-werrieta prinċipali għal għand il-werrieta sussegwenti fi proċedimenti separati.

Deċiżjonijiet dwar wirt jinħarġu f'isem il-qorti minn nutar ikkummissjonat mill-qorti distrettwali kompetenti biex jeżegwixxi l-atti fil-proċedimenti tas-suċċessjoni. Fl-eżekuzzjoni tal-atti ta' kummissarju tal-ġustizzja fil-proċedimenti tas-suċċessjoni, nutar, skrivan ta' nutar u kandidat ikollhom il-privileġġi kollha ta' qorti bħala awtorità pubblika fit-tħaddim tal-ġustizzja.

Legatarju jikseb dritt għal legat mal-mewt tat-testatur u jrid ikun innotifikat b'dan id-dritt qabel tmiem il-proċedimenti tas-suċċessjoni. Il-legati dovuti jridu jiġu onorati qabel tmiem il-proċedimenti tas-suċċessjoni.

Rinunzja minn qabel għad-dritt tas-suċċessjoni, rinunzja għall-wirt, ċessjoni

Id-dritt tas-suċċessjoni jista' jiġi rinunzjat bil-quddiem bi ftehim formali mat-testatur fil-forma ta' att notarili.

Wara mewt it-testatur, werriet jista' jirrinunzja l-wirt b'dikjarazzjoni espliċita lill-qorti fi żmien xahar minn dakinhar li l-werriet ikun innotifikat b'dan id-dritt. Werriet b'residenza f'pajjiż ieħor ikollu tliet xhur minn dik in-notifika biex jirrinunzja għall-wirt. Dan it-terminu jista' jiġi estiż għal raġunijiet serji, imma jistax ikun estiż wara li t-terminu jiskadi (l-iskadenza ma tistax tiġi rrinunzjata). Wara din l-iskadenza, ikun aċċettant li l-werriet ma rrinunzjax għas-suċċessjoni.

Werriet obbligatorju jista' jirrinunzja għall-wirt filwaqt li jżomm l-għażla għal sehem riżervat, eż. jista' jirrinunzja l-wirt li jkun ġej mit-trasferiment causa mortis mingħajr ma jirrinunzja d-dritt għas-sehem riżervat. Sa ċertu punt, din hija eċċezzjoni għar-regola ġenerali li werriet ma jistax jassolvi ruħu minn obbligu impost mit-trasferiment causa mortis billi jirrinunzja għas-suċċessjoni li tiġi minn dik id-dispożizzjoni u, xorta waħda, fl-istess ħin, jasserixxi d-dritt tiegħu bħala werriet statutorju – huwa jista' jsir werriet permezz tat-trasferiment causa mortis jew jista' jirrinunzja tali suċċessjoni. Dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni ma tistax tiġi rtirata.

Is-suċċessjoni ma tistax tiġi rrinunzjata minn persuna li, bl-azzjonijiet tiegħu, jagħmilha ċara li ma għandu l-ebda intenzjoni li jirrinunzja, speċjalment jekk jiddisponi minn assi tal-patrimonju.

Is-suċċessjoni tista' tiġi ċeduta għall-benefiċċju ta' werriet ieħor. Werriet obbligatorju li jċedi s-suċċessjoni jitlef ukoll id-dritt għas-sehem riżervat; din id-deċiżjoni hija effettiva wkoll għall-qraba fl-ordni dekrexxenti. Iċ-ċessjoni tas-suċċessjoni għall-benefiċċju ta' werriet ieħor isseħħ jekk il-werriet l-ieħor jagħti l-kunsens tiegħu għal dan l-att. Werriet li jċedi suċċessjoni ma jkunx liberat, b'dak l-att, mill-obbligu li jikkonforma mal-ordnijiet, l-istruzzjonijiet relatati ma' legat jew miżuri oħrajn li, skont it-testment tat-testatur, jistgħu u għandhom jiġu ssodisfati biss personalment.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Il-werrieta jistgħu jagħżlu jeżerċitawx jew le d-dritt tagħhom li jitolbu inventarju tal-patrimonju. Il-werrieta li ma jitolbux l-inventarju tal-patrimonju jkunu kompletament responsabbli għad-dejn tal-persuna deċeduta. Jekk għadd ta' werrieta ma jeżerċitawx id-dritt għall-benefiċċju tal-inventarju, huma jkunu responsabbli in solidum. Werriet li ma jitlobx inventarju jkun responsabbli għad-djun kollha anke jekk il-qorti telenka lista ta' assi għal raġunijiet oħra (eż. għax werriet ieħor jeżerċita d-dritt għall-benefiċċju tal-inventarju).

Jekk werriet jitlob inventarju, il-qorti tħejji inventarju tal-patrimonju. Werriet li jitlob inventarju jkun responsabbli għad-djun tal-persuna deċeduta biss sal-valur tal-wirt li jirċievi. Jekk għadd ta' werrieta jeżerċitaw dan id-dritt, huma jkunu responsabbli in solidum, imma kull wieħed minnhom ikun responsabbli biss sal-valur tal-wirt li jirċievi.

F'xi każijiet, il-qorti tordna inventarju tal-patrimonju anke jekk l-ebda werriet ma jkun talab għalih, primarjament għall-protezzjon ta' werrieta taħt l-età, werrieta li r-residenza tagħhom mhix magħrufa, u l-kredituri tat-testatur.

F'ċerti każijiet, il-qorti tista' tiddeċiedi li l-inventarju tal-patrimonju jinbidel b'lista ta' assi tal-patrimonju mfassla mill-amministratur, jew b'dikjarazzjoni konġunta dar l-assi tal-patrimonju mħejjija u ffirmata mill-werrieta kollha.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Ir-reġistrazzjoni tad-drittijiet fir-reġistru tal-proprjetà hija rregolata mill-Att Nru 256/2013 dwar ir-reġistru tal-proprjetà (l-Att Kadastrali).

Dawn li ġejjin huma rreġistrati fir-reġistru tal-proprjetà:

  • artijiet fil-forma ta' roqgħat;
  • binjiet li jkollhom assenjat numru tal-bini jew numru ta' referenza tar-reġistru tal-artijiet, sakemm ma jkunux parti minn art jew dritt ta' bini;
  • binjiet li ma jkollhomx assenjat numru tal-bini jew numru ta' referenza tar-reġistru tal-artijiet, sakemm ma jkunux parti minn art jew dritt ta' bini, sakemm ikunu struttura prinċipali fuq l-art u ma jkunux ikklassifikati bħala "strutturi żgħar";
  • unitajiet definiti skont il-Kodiċi Ċivili;
  • unitajiet definiti skont l-Att Nru 72/1994 li jirregola ċerti relazzjonijiet ta' koproprjetà marbuta ma' binjiet u ċerti relazzjonijiet ta' sjieda marbuta ma' flettijiet u stabbilimenti nonresidenzjali u li jemendaw ċerti liġijiet (l-Att dwar is-Sjieda tad-Djar), kif emendat;
  • dritt ta' bini;
  • infrastruttura tal-ilma.

Drittijiet in rem miksuba permezz ta' wirt jiddaħħlu fir-reġistru tal-proprjetà wara deċiżjoni jew strument awtentiku ta' suċċessjoni maħruġ fi Stat Membru u b'ċertifikat maħruġ minn qorti jew awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini jew Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni ("strumenti").

Ir-reġistru tal-artijiet fejn tinsab il-proprjetà immobbli hija kompetenti lokalment biex twettaq il-proċedura tar-reġistrazzjoni.

Il-proprjetà immobbli trid tkun indikata fl-istrumenti għar-reġistrazzjoni tad-drittijiet fir-reġistru tal-proprjetà (id-deċiżjoni tal-wirt, l-istrument awtentiku, u/jew iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni) b'konformità mal-Artikolu 8 tal-Att Nru 258/2013:

  • L-art tkun identifikata b'numru tar-roqgħa u indikazzjoni ta' jekk hix plott bini, u bl-isem tal-komunità kadastrali ta' fejn tinstab.
  • Art suġġetta għal reġistrazzjoni semplifikata tkun identifikata min-numru tar-roqgħa skont ir-reġistru tal-artijiet l-antik, dikjarazzjoni ta' jekk dan hux numru tar-roqgħa assenjat skont ir-reġistru tal-artijiet, il-pjan ta' allokazzjoni, il-pjan ta' unifikazzjoni jew ir-reġistru tal-proprjetà, u bl-isem tal-komunità kadastrati fejn tinsab.
  • Bini li ma jkunx ikklassifikat bħala parti minn art jew dritt ta' bini jkun identifikat min-numru tar-roqgħa tal-art li nbena fuqu, in-numru tad-dar jew in-numru ta' referenza tar-reġistru tal-artijiet (jekk ma jkunx ġielu assenjat numru, jiġi indikat il-metodu tal-użu tal-bini), u bl-isem tad-distrett fejn jinsab.
  • Unità tiġi identifikata mid-deżinjazzjoni tal-bini fejn tkun demarkata jew id-deżinjazzjoni tal-art jew dritt għall-bini, jekk il-bini fejn ikun demarkat ikun ikklassifikat bħala parti minn din l-art, min-numru tal-unità u l-isem tal-unità, u fejn xieraq mill-indikazzjoni li hija unità mhux lesta.
  • Dritt ta' bini jkun identifikat bin-numru tar-roqgħa u indikazzjoni ta' jekk hux plott bini, u bl-isem tal-komunità kadastrali ta' fejn ġie stabbilit.
  • Infrastruttura tal-ilma tkun identifikata bin-numru tar-roqgħa, indikazzjoni ta' jekk hix plott bini, bl-isem tal-komunità kadastrali u bil-metodu użat.

Strumenti mibgħuta għar-reġistrazzjoni tad-drittijiet fir-reġistru tal-proprjetà jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' strument maħsub għall-finijiet tar-reġistru tal-proprjetà; il-kontenut tagħhom irid jiġġustifika r-reġistrazzjoni tad-dritt proposta, u r-reġistrazzjoni tad-dritt proposta trid turi kontinwità mal-entratati preċedenti fir-reġistru tal-proprjetà.

L-istrumenti jridu jindikaw il-werrieta jew benefiċjarji oħrajn bl-isem, l-indirizz residenzjali, in-numru tal-identità personali jew id-data tat-twelid (jew, jekk persuna ġuridika, bl-isem, l-uffiċċju rreġistrat u n-numru ta’ reġistrazzjoni, jekk ikun assenjat). L-istrument irid jindika l-ishma li kull werriet qed jikseb id-drittijiet tiegħu għall-proprjetà immobbli bihom, u fejn xieraq liema drittijiet in rem qed ikunu stabbiliti, u l-benefiċjarji korrispondenti u l-partijiet responsabbli. Fil-proċedimenti tas-suċċessjoni, minbarra d-dritt tas-sjieda, jista' jiġi stabbilit ukoll dritt ta' bini, servitù, rahan, rahan futur, sottorahan, dritt tal-ewwel rifjut, imgħax fuq il-ħajja futura, koproprjetà aċċessorja, fond fiduċjarju, u projbizzjoni ta' trasferiment jew gravami.

Meta d-dritt li jrid jiddaħħal fir-reġistru tal-proprjetà fuq il-bażi ta' strument partikolari jkun jikkonċerna parti biss mir-roqgħa art, l-istrument irid ikun akkumpanjat minn skeċċ mistħarreġ li jiddefinixxi l-parti tal-art ikkonċernata. L-iskeċċ mistħarreġ jiġi ttrattat bħala parti mill-istrument.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Testatur jista' jinnomina amministratur u/jew eżekutur fit-trasferiment causa mortis tiegħu.

Il-qorti tinnomina amministratur biex iwettaq l-aħħar xewqat wara proposta minn werriet li ma jkunx jixtieq iqatta' ħinu jwettaq l-aħħar xewqat. Dik il-proposta jrid ikun fiha l-partikularitajiet ta' sottomissjoni, jiġifieri trid tindika biċ-ċar il-qorti li hija indirizzata lilha, min qed jagħmilha, xi kwistjoni tikkonċerna u x'qed tfittex, u trid tkun iffirmata u datata.

Qorti tista' tinnomina wkoll amministratur ex officio jekk:

a) ma jkun ġie nnominat l-ebda eżekutur, jew l-eżekutur jirrifjuta li jamministra l-patrimonju jew ikun ovvjament mhux kapaċi jamministra l-patrimonju, u jekk il-werrieta ma jkunux kapaċi jamministraw il-patrimonju sew;

b) huwa neċessarju li titfassal lista ta' assi li jappartjenu għall-patrimonju; jew

c) ikun hemm raġunijiet serji oħrajn biex dan isir; jew

d) l-amministratur ta' qabel ikun miet, tneħħa, irreżenja jew kellu l-kapaċità ġuridika tiegħu ristretta u jkun għad hemm il-bżonn li dawn id-dmirijiet jitwettqu.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

L-eżekutur (jekk innominat mit-testatur) huwa responsabbli għat-twettiq tal-aħħar xewqat tat-testatur. Jekk ma jiġix innominat amministratur, l-eżekutur ikun responsabbli għall-amministrazzjoni tal-patrimonju.

Jekk jiġu nnominati kemm eżekutur u kemm amministratur, l-amministratur jamministra l-patrimonju skont l-istruzzjonijiet tal-eżekutur.

Jekk jiġi nnominat amministratur imma ma jiġi nnominat eżekutur, l-amministratur jamministra l-patrimonju. Jekk propost minn werriet, il-qorti tordna wkoll lill-amministratur jara li jitwettqu l-aħħar x-xewqat tal-testatur.

Jekk la jiġi nnominat amministratur u lanqas eżekutur, il-werrieta kollha jkunu responsabbli għall-amministrazzjoni konġunta tal-patrimonju. Il-werrieta jistgħu jaqblu wkoll li l-patrimonju jkun amministrat minn wieħed minnhom biss.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

L-amministratur huwa responsabbli purament għall-amministrazzjoni tal-patrimonju. Dan ifisser li jagħmel biss dak li hemm bżonn biex iżomm l-assi. Waqt li jagħmel dan jista' jeżerċita d-drittijiet kollha relatati mal-assi li jkunu qed jiġu amministrati. L-amministratur jista' jittrasferixxi oġġetti mill-patrimonju jew jużahom bħala kollateral jekk ikun meħtieġ f'isem il-preservazzjoni tal-valur jew is-sustanza tal-assi li jkunu qed jiġu amministrati, jew għall-kunsiderazzjoni. Huwa jista', bl-istess kundizzjonijiet, jibdel il-fini tal-assi li jkunu qed jiġu amministrati.

L-amministratur tal-wirt jew l-eżekutur jista' jieħu kull azzjoni li tmur lil hinn mill-ambitu ta' ġestjoni sempliċi jekk il-werrieta jagħtu l-kunsens tagħhom. Jekk il-werrieta jonqsu milli jilħqu ftehim, jew jekk werriet ikun ikklassifikat bħala persuna bi protezzjoni speċjali, ikun hemm bżonn tal-approvazzjoni tal-qorti.

L-eżekutur huwa responsabbli li jwettaw l-aħħar xewqat tat-testatur bid-diliġenza dovuta. Huwa intitolat jeżerċita d-drittijiet kollha neċessarji għall-prestazzjoni tal-kompiti tiegħu, inkluż id-dritt li jiddefendi l-validità tat-testment fil-qorti u li jinvoka l-inkompetenza ta' werriet jew legatarju, u li jiżgura li l-istruzzjonijiet kollha tat-testatur ikunu eżegwiti. Fit-testment, it-testatur jista' jistabbilixxi dmirijiet addizzjonali għall-eżekutur.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Proċedimenti tas-suċċessjoni jintemmu bil-ħruġ ta' ordni tas-suċċessjoni li tiddikjara espressament id-drittijiet u l-obbligi relatati mal-patrimonju. Il-partijiet għandhom id-dritt li jappellaw minn dan l-ordni fi żmien ħmistax-il jum minn dakinhar li jiġu nnotifikati biha. Id-deċiżjoni ssir finali jekk ma jiġi ppreżentat l-ebda appell f'dak it-terminu. L-ordni finali jservi ta' prova tad-drittijiet u l-obbligi ta' ġo fih. L-ordni għandu l-istatus ta' strument awtentiku.

Qabel tmiem il-proċedimenti, il-qorti tista' toħroġ il-konferma uffiċjali tal-fatti magħrufa mill-atti tal-kawża. Il-konferma hija strument awtentiku wkoll.

L-aħħar aġġornament: 11/12/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni ġenerali - Ġermanja

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Testment jista' jsir b'waħda minn żewġ forom: bħala testment miktub bl-idejn jew bħala testment pubbliku.

Testment miktub bl-idejn jista' jsir biss minn persuni li jkollhom 18-il sena jew aktar, u jrid ikun miktub bl-idejn mill-bidu sal-aħħar u jkun iffirmat ukoll. Jekk it-testment ikun ġie ttajpjat b'tajprajter jew kompjuter, jekk il-firma tkun nieqsa jew ikun dettat (eż fuq tejp), it-testment ikun invalidu u, minħabba f'hekk, ikunu biss il-werrieta legali li jkunu jistgħu jirtu mill-patrimonju sakemm ma jkunx jeżisti testment validu ieħor b'ħatra ta' werriet alternattiva. Għal raġunijiet ta' evidenza, huwa importanti ħafna wkoll li t-testatur jiffirma b'ismu sħiħ (jiġifieri l-isem u l-kunjom) biex ma jkun jista' jkun hemm l-ebda konfużjoni dwar min ikun għamel it-testment. Fl-aħħar nett, huwa rakkomandat bil-qawwi li t-testment ikun jinkludi d-data u l-post biex juru meta u fejn ġie prodott dan l-att uffiċjali bil-miktub. Dan hu importanti għax testment antik jista' jiġi revokat kollu kemm hu jew parti minnu b'testment ġdid. Jekk id-data tkun nieqsa minn testment minnhom jew mit-tnejn li huma, spiss ikun impossibbli li tgħid liem wieħed minnhom huwa l-iktar reċenti u li jrid jitqies bħala validu.

Koppji miżżewġin u sħab irreġistrati jistgħu jagħmlu wkoll testment unica charta miktub bl-idejn. F'dan il-każ, testment miktub bl-idejn li jkun ġie prodott minn wieħed mill-miżżewġin jew sħab jew mit-tnejn li huma jrid jiġi ffirmat mit-tnejn li huma flimkien (għal aktar dettalji, ara "Was ist ein gemeinschaftliches Testament?" ["X'inhu testment unica charta?"] fil-paġna 24 tal-ktejjeb bl-isem "Erben und Vererben" ["Tiret u tħalli fil-wirt"] mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Ħarsien tal-Konsumatur (Bundesministerium der Justiz und für Verbraucherschutz).

Jekk trid tevita r-riskju li tagħmel żbalji meta tabbozza t-testment tiegħek, għandek tagħmel testment pubbliku (magħruf ukoll bħala "testment notarili"). Dan jinvolvi li tirrepeti t-testment tiegħek lil nutar li mbagħad jirreġistrah bil-miktub jew tabbozzah int stess u tgħaddih lil nutar bil-miktub (għal aktar dettalji, ara "Das öffentliche Testament" ["It-testment pubbliku"] fil-paġna 23 tal-ktejjeb "Erben und Vererben" ["Tiret u tħalli fil-wirt"] mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Ħarsien tal-Konsumatur). Persuni ta' 16-il sena jistgħu jagħmlu dan it-tip ta' testment ukoll.

Biex jiġi konkluż kuntratt ta' wirt, iż-żewġ partijiet iridu jidhru quddiem nutar fl-istess ħin (għal aktar dettalji, ara "Der Erbvertrag" ["Il-Kuntratt tal-Wirt"] fil-paġna 29 tal-ktejjeb "Erben und Vererben" ["Tiret u tħalli fil-wirt"] mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Ħarsien tal-Konsumatur).

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Biex ma jkunx hemm riskju li testment miktub bl-idejn jinħeba, jintilef u jintesa wara l-mewt ta' xi ħadd, ta' min (għalkemm mhux obbligatorjament) iħalli t-testment mal-qorti lokali (Amtsgericht) – jew f'Baden-Württemberg mal-uffiċċju notarili (Notariat) sal-aħħar tal-2017 – biex jinżamm b'mod sikur.

Testment notarili dejjem jinżamm b'mod sikur. L-istess japplika għal kuntratt ta' wirt, sakemm il-partijiet kontraenti ma jiddikjarawx b'mod speċifiku li ma għandux jitħalla f'kustodja uffiċjali; f'dak il-każ, minflok, id-dokument jitħalla ma' nutar. Testmenti u kuntratti ta' wirt li jinżammu b'mod sikur iridu jinfetħu ma' mewt il-persuna li tkun għamlet id-dispożizzjonijiet causa mortis li jkunu fih (li l-liġi tirreferi għaliha bħala t-"testatur").

Mill-1 ta' Jannar 2012 'il quddiem, it-testmenti miktuba bl-idejn u d-dispożizzjonijiet causa mortis notarizzati kollha (testmenti u kuntratti ta' wirt) li jinżammu f'mod sikur mill-qrati lokali – jew f'Baden‑Württemberg sa tmiem l-2017 fl-uffiċċji notarili – jiġu rreġistrati elettronikament fir-Reġistru Ċentrali tat-Testmenti fil-Bundesnotarkammer [Il-Kamra Federali tan-Nutara]. Fil-każ ta' dispożizzjonijiet causa mortis li jkunu tfasslu qabel dik id-data u mħollija f'kustodja sikura, id-dettalji rilevanti tal-uffiċċji tar-reġistru jiġu ttrasferiti lir-reġistratur.

Bħala l-awtorità tar-reġistru, il-Kamra Federali tan-Nutara tkun innotifikata bl-imwiet domestiċi kollha u tinforma lill-qorti tas-suċċessjoni kompetenti (Nachlassgericht) b'liema dispożizzjonijiet huma rreġistrati u fejn dawn qed jinżammu b'mod sikur għall-fini tal-ftuħ ta' kull dispożizzjoni causa mortis miżmuma b'mod sikur.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

L-eqreb qarib jista' jiġi diżeredat permezz ta' testment. Madankollu, f'sitwazzjoni fejn il-konjuġi, tfal jew tfal ta' tfal jew ġenituri superstiti ma jirċievu l-ebda wirt anke jekk kienu jkunu l-werrieta leġittimi li kieku ma kinitx teżisti d-dispożizzjoni testamentarja, dejjem tqieset bħala sitwazzjoni inġusta. Minħabba l-aċċettazzjoni tar-responsabbiltà reċiproka rikonoxxuta uffiċjalment u stabbilita legalment, l-istess japplika għal sħab irreġistrati tal-istess sess superstiti. Għalhekk, lil dan il-grupp żgħir ta' nies, il-liġi tagħtih xi ħaġa li tissejjaħ "sehem riżervat". Il-benefiċjarji ta' sehem riżervat huma intitolati jitolbu pagament monetarju mingħand il-werriet(a) li jkun daqs nofs il-valur tas-sehem ġuridiku.

Pereżempju: It-testatriċi tħalli warajha lir-raġel tagħha (li kienet tgħix miegħu bil-komunjoni tal-akkwisti) [fejn kull konjuġi jżomm is-sjieda tal-proprjetà tiegħu imma ż-żieda fil-valur nett ikkombinat tal-miżżewġin waqt iż-żwieġ jitqassam b'mod ugwali] u lil bintha. Fit-testment tagħha, it-testatriċi nnominat lir-raġel tagħha bħala l-uniku werriet. Il-patrimonju jiswa EUR 100 000. Il-frazzjoni għad-determinazzjoni tas-sehem riżervat tat-tifla hija ta' ¼ (filwaqt li s-sehem ġuridiku tagħha huwa ta' ½; l-istess bħal tar-raġel li għex mat-testatriċi bil-komunjoni tal-akkwisti). Biex tiġi kkalkulata s-somma flus li hi intitolata għaliha t-tifla, il-frazzjoni tas-sehem riżervat irid ikun immultiplikat bil-valur tal-patrimonju fil-mument tal-wirt. Dan ifisser li t-tifla tista' titlob sehem riżervat li jammonta għal EUR 25 000 (¼ × EUR 100 000) mingħand ir-raġel.

It-testaturi ma jistgħux jostakolaw pretensjoni għal dan is-sehem billi jinkludu benefiċjarji ta' sehem riżervat fit-testmenti tagħhom imma jallokawlhom inqas minn nofs is-sehem riżervat tagħhom. F'każijiet bħal dawn, il-benefiċjarju tas-sehem riżervat ikun intitolat għal ammont supplimentari biex is-sehem riżervat tagħhom jitla' għal nofs is-sehem ġuridiku.

Pereżempju: Fit-testment tiegħu, it-testatur innomina lil martu (li jkun għex magħha bil-komunjjoni tal-akkwisti) u lil bintu bħala werrieta b'tali mod li jirtu ⅞ u ⅛ tal-patrimonju rispettivament. Il-patrimonju jiswa EUR 800 000. Il-frazzjoni għad-determinazzjoni tas-sehem riżervat tat-tifla hija ta' ¼ (= EUR 200 000). Peress li hija inkluża fit-testment u għalhekk diġà se tiret EUR 100 000 (⅛ ta' EUR 800 000), hija intitolata biss għal ammont supplimentari biex tkopri d-differenza (EUR 100 000).

Talbiet għal sehem riżervat iridu jsiru fi żmien tliet snin minn meta kwalunkwe benefiċjarju tas-sehem riżervat isir jaf bil-wirt u bid-dispożizzjoni li taffettwah detrimentalment, u ċertament mhux iktar minn tletin sena wara l-wirt.

Il-werrieta jistgħu jitolbu li l-issodisfar tal-pretensjoni għal sehem riżervat tkun differita jekk l-issodisfar immedjat tal-pretensjoni jkun jaffettwahom severament b'mod inġust. L-eżempju ċitat fil-leġiżlazzjoni huwa xenarju fejn li kieku d-dar matrimonjali jkollha tinbiegħ. Madankollu, irid jingħata każ xorta tal-interessi tal-benefiċjarju jew benefiċjarji. Differiment ifisser li s-sehem riżervat ma jkollux għalfejn jitħallas minnufih. Hija l-qorti li trid tiddeċiedi, skont il-każ, b'kemm żmien jista' jiġi differit il-ħlas tas-sehem riżervat u jekk ikunx hemm bżonn ta' garanzija fir-rigward tal-pretensjoni għal sehem riżervat.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Jekk ma jkunx hemm testment jew kuntratt ta' wirt, japplikaw ir-regoli ta' suċċessjoni ġuridika.

Skont il-liġi tas-suċċessjoni Ġermaniża, huma biss min jiġi mill-persuna deċeduta li jkun klassifikat bħala werriet, jiġifieri persuni li jkollhom l-istess ġenituri, nanniet jew bużnanniet bħall-persuna deċeduta, kif ukoll persuni li jkollhom axxendent komuni ieħor iktar remot mal-persuna deċeduta. Skont din id-definizzjoni, persuni relatati biż-żwieġ ma jitqisux bħala li jiġu mill-persuna deċeduta u għalhekk huma esklużi mis-suċċessjoni ġuridika, eż. kunjata, ħaten, missier tar-rispett, tifla tar-rispett, zija tar-rispett, ziju tar-rispett, eċċ.; dan għax ma għandhom l-ebda axxendent komuni mal-persuna deċeduta.

Ir-relazzjoni familjari tista' tirriżulta wkoll mill-adozzjoni (bħala tfal), peress li dan il-proċess joħloq relazzjoni familjari sħiħa skont il-liġi bejn it-tifel u min adottah u l-qraba tiegħu, flimkien mad-drittijiet u d-dmirijiet kollha li joħorġu minnha. Għaldaqstant, tfal adottati ġeneralment ikollhom l-istess drittijiet bħat-tfal bijoloġiċi (jistgħu japplikaw kundizzjonijiet speċjali jekk ikunu adottati "tfal" ta' età maġġuri).

Il-konjuġi huma eċċezzjoni għall-prinċipju ta' wirt minn qraba biss. Għalkemm dawn ma jkunux normalment jiġu minn xulxin u għalhekk ma jkollhomx axxendent komuni, xorta għandhom dritt li jirtu lill-konjuġi tagħhom. Jekk ikunu ddivorzjati, ma jkun hemm l-ebda dritt għall-wirt. Dan japplika wkoll, b'ċerti kundizzjonijiet, għal ċerti konjuġi li ma jkunux għadhom iddivorzjaw imma li jkunu jgħixu separatament.

Skont il-liġi tas-suċċessjoni, sħab reġistrati għandhom l-istess drittijiet ta' suċċessjoni bħall-miżżewġin. Madankollu, ma hemm l-ebda dritt ġuridiku għal wirt għal persuni f'forom oħra ta' koabitazzjoni.

Il-liġi tas-suċċessjoni għall-qraba:

Mhux il-qraba kollha għandhom l-istess drittijiet ta' wirt. Il-liġi taqsamhom f'werrieta ta' gradi differenti:

l-ewwel grad

Werrieta tal-ewwel grad jinkludu biss lid-dixxendenti tal-persuna deċeduta, jiġifieri t-tfal, it-tfal tat-tfal, il-proneputijiet, eċċ.

Tfal barra miż-żwieġ huma l-werrieta ġuridiċi ta' ommhom u missierhom u tal-qraba rispettivi tagħhom. (Hemm eċċezzjoni li tapplika f'każijiet ta' wirt meta l-persuna deċeduta tkun mietet qabel id-29 ta' Mejju 2009, jekk il-wild ekstrakonjugali jkun twieled qabel l-1 ta' Lulju 1949 – ara n-noti f'qiegħ il-paġni 11 u 15 tal-ktejjeb "Erben und Vererben" ["Tiret u tħalli fil-wirt"] mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Ħarsien tal-Konsumatur.)

Sakemm jinstab xi ħadd li jagħmel parti minn dan il-grupp ta' qraba mill-qrib ħafna, il-qraba l-oħra kollha li jkunu iktar distanti ma jirċievu xejn u ma għandhom l-ebda sehem fil-wirt.

Pereżempju: Il-persuna deċeduta jkollha tifla waħda u għadd ta' neputijiet. In-neputijiet ma jirtu xejn.

Id-dixxendenti tat-tfal (jiġifieri tfal tat-tfal, proneputijiet, eċċ.) normalment jirtu xi ħaġa biss jekk il-ġenituri tagħhom ikunu diġà mietu jew ikunu rrifjutaw il-wirt.

Pereżempju: Il-persuna deċeduta tħalli warajha lil bintha kif ukoll lit-tlett itfal ta' binha li kien miet qabel. Bintha tirċievi nofs il-wirt filwaqt li t-tfal ta' binha jaqsmu n-nofs l-ieħor bejniethom – jiġifieri, in-nofs illi kieku kien imur għand missierhom. Dan ifisser li kull wieħed mit-tfal ta' bin il-persuna deċeduta jieħu ⅙ mill-wirt.

it-tieni grad

Werrieta tat-tieni grad huma l-ġenituri tal-persuna deċeduta flimkien mat-tfal tagħhom u t-tfal tat-tfal tagħhom, jiġifieri l-aħwa u n-neputijiet tal-persuna deċeduta. Għal darba oħra, l-ulied tal-ġenituri tat-testatur jirtu biss jekk il-ġenituri tal-persuna deċeduta jkunu mejtin. Huma mbagħad jirtu s-sehem dovut lil missierhom mejjet jew lil ommhom mejta.

Qraba tat-tieni grad jistgħu jirtu biss jekk ma jkun hemm l-ebda qraba tal-ewwel grad.

Pereżempju: Il-persuna deċeduta tħalli warajha neputi u neputija. L-aħwa u l-ġenituri tal-persuna deċeduta kienu mietu qabel. Għalhekk in-neputi u n-neputija jirtu nofs il-patrimonju kull wieħed.

It-tielet grad u l-gradi sussegwenti

Il-kategorija tat-tielet grad tinkludi n-nanniet flimkient mat-tfal u t-tfal tat-tfal tagħhom (zija, ziju, kuġin, eċċ.) filwaqt li r-raba' grad ikopri l-bużnanniet flimkien mat-tfal u t-tfal tat-tfal tagħhom eċċ. Is-suċċessjoni ġuridika hija essenzjalment ibbażata fuq l-istess regoli bħal għall-gradi msemmija fuq. Madankollu, mir-raba' grad 'il quddiem, jekk ulied in-nanniet ikunu mietu, mhumiex id-dixxendenti ta' dawk l-ulied li jkun imisshom; minflok, il-persuni li jkunu l-eqreb qraba jsiru l-uniċi werrieta (f'dan il-punt hemm qlib mis-sistema parentelika tas-suċċessjoni [li tinvolvi li tikkalkula kull linja (parentela) nieżla minn axxendent sakemm jinstab werriet] għas-sistema tal-grad tar-relazzjoni [li tinvolvi l-identifikazzjoni tal-eqreb qarib fuq il-bażi tal-gradi familjari]).

Dan li ġej japplika dejjem: qarib wieħed biss tal-grad preċedenti jrid ikun ħaj biex jiġu esklużi l-werrieta kollha possibbli tal-grad sussegwenti.

Miżżewġin u sħab reġistrati

Irrispettivament mir-reġim tal-proprjetà matrimonjali li tapplika, il-konjuġi jew sieħeb jew sieħba reġistrata huma kklassifikati bħala werrieta ġuridiċi u huma intitolati għal ¼ il-patrimonju flimkien ma' kull dixxendent tagħhom u għal ½ il-patrimonju flimkien ma' kull qarib tagħhom tat-tieni grad (jiġifieri ġenituri, aħwa jew neputijiet tal-persuna deċeduta) flimkien ma' kull nannu jew nanna.

Jekk il-miżżewġin ikunu għexu skont il-"komunjoni tal-akkwisti" (li huwa r-reġim li japplika sakemm il-miżżewġin ma jaqblux fuq reġim tal-proprjetà differenti bħala parti minn ftehim qabel jew wara ż-żwieġ), is-sehem imsemmi hawn qabel jiżdied bi ¼. L-istess japplika għas-sħab reġistrati.

Jekk ma jkun hemm l-ebda qarib tal-ewwel jew it-tieni grad u lanqas ma jkun hemm nanniet, il-konjuġi/sieħeb superstiti jirċievi l-wirt kollu.

Pereżempju: Ir-raġel deċedut iħalli warajh lil martu (li jkun għex magħha bil-komunjoni tal-akkwisti) u lill-ġenituri tiegħu. Il-mara tirċievi ¾ (½ + ¼) u l-ġenituri – bħala werrieta tat-tieni grad – jirċievu ⅛ kull wieħed mill-patrimonju. Barra minn hekk, meta l-werrieta l-oħrajn ikunu qraba tat-tieni grad, bħal f'dan il-każ, jew nanniet, il-mara tkun intitolata għal dak li bil-Ġermaniż jgħidulu "Großer Voraus", li huwa dritt preferenzjali li fil-parti l-kbira tal-każijiet ikopri t-tagħmir kollu tad-dar u r-rigali tat-tieġ (meta l-werrieta l-oħra jkunu qraba tal-ewwel grad, konjuġi superstiti li jiret bħala werriet legali jkun intitolat għal dawn l-oġġetti biss sakemm ikollu bżonnhom biex jieħu ħsieb id-dar u l-familja).

Id-dritt ġuridiku tal-Istat għall-wirt:

Jekk ma jkun hemm l-ebda konjuġi jew sieħeb u ma jista' jiġi identifikat l-ebda qarib, l-Istat isir il-werriet ġuridiku. Ir-responsabilità tiegħu tkun dejjem limitata għad-daqs tal-patrimonju.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Fil-prinċipju, hija l-qorti tas-suċċessjoni tal-qorti lokali fil-post tal-aħħar residenza abitwali tal-persuna deċeduta li tkun kompetenti li tittratta l-kwistjonijiet tal-wirt (jew f'Baden-Württemberg sal-aħħar tal-2017, l-uffiċċju notarili rilevanti).

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

Wirt jiġi rinunzjat billi tiġi ppreżentata dikjarazzjoni fil-qorti tas-suċċessjoni; id-dikjarazzjoni trid issir fil-preżenza tal-qorti tas-suċċessjoni li mbagħad tirreġistraha jew tiġi ppreżentata wara ċertifikazzjoni minn nutar (għal aktar dettalji, ara iktar 'l isfel).

Dikjarazzjoni għall-aċċettazzjoni ma hemmx għalfejn tiġi ppreżentata f'xi forma partikolari u u ma hemmx bżonn ta' konferma tal-irċevuta. Li jkun sempliċiment inqabeż iż-żmien għar-rifjut huwa biżżejjed biex jikkostitwixxi aċċettazzjoni.

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

Legat jiġi aċċettat jew irrifjutat bil-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni lill-persuna inkarigata mil-legat. This can be the heir or a legatee.

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Id-dritt Ġermaniż tas-suċċessjoni ma jipprevedi l-ebda dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni jew rifjut ta' sehem riżervat.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Il-ftuħ tat-testment:

Dispożizzjoni testamentarja ppreżentata lill-qorti tas-suċċessjoni jew meħuda minn kustodja sikura tinfetaħ uffiċjalment mill-qorti tas-suċċessjoni wara mewt it-testatur. Il-werrieta jiġu nnotifikati uffiċjalmetn b'dan.

Proċedimenti għall-ħruġ ta' ċertifikat tal-wirt:

Iċ-ċertifikat tal-wirt jinħareġ mill-qorti tas-suċċessjoni (jew f'Baden-Württemberg, sal-aħħar tal-2017: mill-uffiċċju notarili) u jispeċifika min hu l-werriet, kemm għandu dritt mill-wirt u, meta applikabbli, jista' jistipula wkoll suċċessjoni sussegwenti jew l-eżekuzzjoni tat-testment.

Il-qorti tas-suċċessjoni toħroġ ċertifikat tal-wirt fuq talba. Min jagħmel it-talba jrid juri li d-dettalji mitluba mil-liġi huma kollha preċiżi inkella jrid jipprovdi dikjarazzjoni statutorja li turi li ma hemm l-ebda bażi biex tkun iddubitata l-preċiżjoni tad-dettalji. Huwa jista' jagħmel dikjarazzjoni statutorja billi jidher quddiem nutar jew qorti, sakemm il-liġi tal-istat federali kkonċernat ma tkunx tistipula li n-nutara biss huma kompetenti jittrattaw din il-materja.

Il-Ħruġ ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni:

Id-Dritt Amministrattiv Internazzjonali dwar is-Suċċessjoni [Internationale Erbrechtsverfahrensgesetz, IntErbRVG] jistabbilixxi l-proċeduri għaċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni. Iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni huwa ċertifikat ta' wirt li huwa validu fi kważi l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea (bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka). Dan jinħareġ ukoll fuq talba tal-qorti tas-suċċessjoni fil-forma ta' kopja notarizzata b'perjodu ta' validità ristretta. L-għan ewlieni taċ-ċertifikat huwa li jissemplifika is-soluzzjoni tal-patrimonji fl-UE.

It-tqassim tal-assi:

Jekk ikun hemm iktar minn werriet wieħed, il-patrimonju jsir il-koproprjetà tal-komunità tal-werrieta. Minħabba f'hekk, il-kowerrieta jkunu jistgħu jiddisponu minn oġġetti individwali tal-patrimonju bilii jaġixxu flimkien, eż. għall-fini tal-bejgħ tal-karozza tal-persuna deċeduta jekk ma jkollhomx bżonnha. Huma jridu wkoll jamministraw il-wirt flimkien. Dan spiss joħloq diffikultajiet kbar, partikolarment jekk il-werrieta jkunu joqogħdu 'l bogħod minn xulxin u ma jkunux jistgħu jaqblu. Din il-"komunità furzata" spiss tkun inkonvenjenti ħafna u, fil-prinċipju, kull werriet jista' jitlob li l-komunità tinħall billi jitlob il-qsim tal-patrimonju. L-iktar eċċezzjoni importati f'dan ir-rigward tkun meta t-testatur jistipula fit-testment tiegħu li l-patrimonju ma jinqasamx għal perjodu ta' żmien partikolari eż. biex in-negozju tal-familja jkun jista' jkompli jopera.

Jekk it-testatur jaħtar eżekutur testamentarju, ikun hu li jkun responsabbli mill-qsim tal-patrimonju. Jekk le, il-werrieta jridu jagħmluha huma. Għal din il-fini, huma jistgħu jitolbu l-għajnuna ta' nutar. Jekk il-werrieta ma jirnexxilhomx jaqblu minkejja li jkunu ħatru nutar biex jagħmilha ta' intermedjarju, l-unika għażla tagħhom tkun li jiftħu kawża.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Għal informazzjoni dwar is-suċċessjoni ġuridika, jekk jogħġbok ara fuq.

Jekk il-persuna deċeduta tkun ħalliet testment, dan jieħu prijorità fuq ir-regoli tas-suċċessjoni ġuridika. Għaldaqstant, huma biss dawk il-persuni li jkunu nnominati fit-testment li jirtu mill-patrimonju jekk it-testatur jagħti istruzzjonijiet dwar il-patrimonju kollu fit-testment tiegħu. Għal informazzjoni dwar is-sehem riżervat, jekk jogħġbok ara fuq.

Mal-mewt tal-persuna deċeduta, il-wirt jgħaddi legalment għand il-werriet jew werrieta (il-prinċipju tal-akkwiżizzjoni awtomatika tal-wirt). Madankollu, il-werrieta huma intitolati jirrifjutaw il-wirt (ara iktar 'l isfel).

It-testatur jista' jħalli wkoll legat fit-testment tiegħu, eż. billi jalloka oġġetti individwali jew somom ta' flus speċifiċi lil persuni partikolari. F'dawn il-każijiet, ir-riċevituri tal-legat ("il-legatarji") mhumiex klassifikati bħala werrieta imma għandhom pretensjoni kontra l-konvenut(i) għal xi jkun tħalla lilhom fit-testment.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Rifjut tal-wirt:

Il-werrieta mhumiex responsabbli għall-obbligazzjonijiet tal-patrimonju jekk jirrifjutaw il-wirt sad-data stipulata. Bħala prinċipju ġenerali, il-werriet rispettiv irid jirrifjuta l-wirt tiegħu fi żmien sitt ġimgħat minn meta jkun innotifikat bil-ftuħ tal-wirt u bil-bażi għall-istatus tiegħu bħala werriet, li jinvolvi dikjarazzjoni uffiċjali lill-qorti tas-suċċessjoni. Dan jista' jsir fil-preżenza tal-qorti tas-suċċessjoni li mbagħad tirreġistraha jew jiġi ppreżentat wara ċertifikazzjoni minn nutar. F'każ li jiġi ppreżentat wara ċertifikazzjoni minn nutar, ikun biżżejjed li tintbagħat ittra, għalkemm il-firma tal-werriet trid tkun iċċertifikata min-nutar. L-att tar-rifjut jew l-aċċettazzjoni tal-wirt normalment ikun jorbot.

L-obbligazzjoni jekk il-wirt jiġi aċċettat:

Jekk il-werrieta jaċċettaw il-wirt tagħhom, huma essenzjalment jieħdu post il-persuna deċeduta mill-perspettiva ġuridika. Dan ifisser ukoll li jirtu d-dejn tagħha u, fil-prinċipju, ikollhom jużaw ukoll l-assi tagħhom stess biex jagħmlu tajjeb għalih.

Madankollu, il-werrieta jistgħu jillimitaw l-obbligazzjoni tagħhom għad-dejn li jirtu billi jaċċettawh bil-"benefiċċju tal-inventarju" ("Erbmasse"). Dan ifisser li l-kredituri kollha li l-persuna deċeduta kellha d-dejn magħhom ikunu jistgħu jirkupraw it-telf tagħhom mill-wirt imma l-assi tal-werriet jibqgħu protetti minn partijiet terzi. Il-werrieta jistgħu jiksbu din il-limitazzjoni fuq l-obbligazzjoni f'wieħed minn żewġ modi: iridu jew jippreżentaw talba lill-qorti tas-suċċessjoni fejn jitolbu li jamministraw il-patrimonju f'isem il-kredituri jew jitolbu proċedimenti ta' insolvenza tal-patrimonju billi jippreżentaw talba lill-qorti lokali li tkun kompetenti li taġixxi bħala qorti tal-insolvenza.

Jekk il-patrimonju lanqas ma jkun biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż tal-amministrazzjoni tal-patrimonju f'isem il-kredituri jew biex ikopri l-ispejjeż tal-proċedimenti ta' insolvenza tal-patrimonju, il-werrieta xorta jistgħu jiksbu limitazzjoni tal-obbligazzjoni. Jekk il-pretensjonijiet ikunu asseriti minn kreditur, il-werrieta jistgħu jirrikorru għall-eċċezzjoni ta' assi tal-patrimonju insuffiċjenti. Imbagħad, il-werrieta jistgħu jirrifjutaw li jsaldu l-obbligazzjonijiet tal-patrimonju ġaladarba l-ammont tal-patrimonju ma jkunx biżżejjed biex ikoprihom. Madankollu, il-werrieta jkunu meħtieġa jagħtu dak li jkun hemm fil-patrimonju lill-kredituri.

Jekk il-werrieta jkunu jixtiequ biss li ma jkunux ikkonfrontati b'dejn li ma kinux qed jantiċipaw, kulma jkunu jridu jagħmlu huwa li jibdew proċedura ta' avviż pubbliku ("Aufgebotsverfahren"), fejn il-werrieta jkunu jistgħu jippreżentaw talba lill-qorti tas-suċċessjoni fejn jitolbu li l-kredituri kollha tal-persuna deċeduta jinnotifikaw lill-qorti – sa data partikolari – bid-dejn dovut lilhom mill-persuna deċeduta. Jekk kreditur jonqos milli jippreżenta l-pretensjonijiet tiegħu fil-ħin, ikollu jikkuntenta ruħu b'dak li jkun għad fadal mill-wirt fl-aħħar. Il-proċedura tal-avviż pubbiku tista' tiċċara wkoll is-sitwazzjoni għall-werrieta billi tiżvela ikunx hemm bażi biex il-patrimonju jingħata amministrazzjoni uffiċjali billi tapplika għall-amministrazzjoni tal-patrimonju jew l-insolvenza tal-patrimonju.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Biex ir-reġistru tal-artijiet jiġi rrettifikat trid tiġi ppreżentata talba flimkien ma' provi li juru li mhux korrett biex il-werriet ta' proprjetà jkun jista' jiddaħħal fir-reġistru tal-artijiet bħala sid. Biex jitlob rettifika tar-reġistru tal-artijiet wara l-mewt tas-sid irreġistrat, l-applikant irid ikollu qabelxejn prova tal-istatus tiegħu ta' werriet.

Bħala bażi għar-rettifika tar-reġistru tal-artijiet, l-applikant f'każijiet bħal dawn jista' jipprova l-istatus tiegħu ta' werriet billi jippreżenta ċertifikat tal-wirt jew Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

Jekk is-suċċessjoni tkun ibbażata fuq dispożizzjoni causa mortis stabbilita f'dokument pubbliku (testment notarili jew kuntratt ta' wirt), ikun biżżejjed li r-reġistru tal-artijiet (Grundbuchamt) ikun ippreżentat bid-dispożizzjoni u r-reġistrazzjoni uffiċjali tal-ftuħ tiegħu.

Jekk proprjetà immobbli titħalla bħala legat, dejjem irid jiġi ppreżentat att notarili biex isir it-trasferiment tal-proprjetà lil-legatarju irrispettivament minn x'regoli tas-suċċessjoni japplikaw. L-att notarili jrid juri li l-legatarju huwa intitolat jieħu s-sjieda tal-proprjetà immobbli.

Jistgħu ikunu meħtieġa dokumenti oħrajn ukoll skont in-natura tal-każ ikkonċernat. Pereżempju, biex kumpanija kummerċjali tiġi rreġistrata bħala werrieta, l-applikanti jridu jipprovdu prova tas-setgħa ta' rappreżentanza tagħhom (eż. tratt uffiċjali mir-reġistru kummerċjali).

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Skont il-liġi tas-suċċessjoni, l-amministrazzjoni tal-patrimonju f'isem il-kredituri tista' tintuża biex jipprevjeni li d-dejn jitħallas mill-assi tal-werriet. Il-qorti tas-suċċessjoni tista' tordna li l-patrimonju jingħata l-amministrazzjoni wara talba ta' persuna awtorizzata (werriet, l-eżekutur, kreditur tal-patrimonju, xerrej tal-patrimonju totali jew werriet sussegwenti).

L-amministratur huwa korp maħtur uffiċjalment. Għalkemm huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-assi totali ta' ħaddieħor, xorta għandu l-istatus ta' parti awtonoma f'każ ta' tilwim ġudizzjarju. Huwa jwettaq id-dmirijiet uffiċjali tiegħu f'kapaċità privata meta jamministra l-assi ta' ħaddieħor bil-ħsieb li jissodisfa l-interessi tal-partijiet kollha involuti (werrieta u kredituri). Il-proċess ta' amministrazzjoni tal-patrimonju li l-amministratur huwa intitolat u meħtieġ li jwettaq mhux immirat biss lejn iż-żamma u ż-żieda tal-patrimonju, imma primarjament lejn is-sodisfazzjon tal-kreditur tal-patrimonju. Id-dmir ewlieni tal-amministratur huwa li jiżgura li l-obbligazzjonijiet tal-patrimonju jiġu ssodisfati.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Minbarra l-werrieta stess, l-amministratur (tal-insolvenza) (ara iktar 'il fuq) u l-eżekutur (ara iktar 'l isfel), is-setgħat rilevanti jistgħu jingħataw ukoll lil kuratur tal-patrimonju.

Il-qorti tas-suċċessjoni tordna uffiċjalment il-kurazija tal-patrimonju jekk ikun hemm bżonn kurrenti għal dan meta l-identità tal-werriet responsabbli tkun inċerta jew jekk ma jkunx magħruf ikunx aċċetta l-wirt jew le. Kurazija tal-patrimonju għandha l-għan li tħares u żżomm il-patrimonju fl-interess tal-werriet mhux magħruf.

Il-qorti tas-suċċessjoni tistabbilixxi l-ambitu tar-responsabilitajiet tal-kuratur skont xi jkun meħtieġ f'kull każ individwali. Dan l-ambitu jista' jkun pjuttost wiesa' jew jista' sempliċement jiffoka fuq l-amministrazzjoni ta' oġġetti individwali tal-patrimonju. Il-kuratur tal-patrimonju normalment jingħata r-responsabilità għall-identifikazzjoni tal-werrieta mhux magħrufa u għall-ħarsien u ż-żamma tal-patrimonju.

Fil-prinċipju, il-kurazija ta' patrimonju ma jkollhiex l-għan li tissodisfa l-kredituri tal-patrimonju minħabba li tkun istigata biex tħares lill-werrieta. B'mod eċċezzjonali, id-dmirijiet tal-kuratur jistgħu jinkludu wkoll l-użu tar-riżorsi tal-patrimonju biex jissodisfa l-obbligazzjonijiet tal-patrimonju jekk ikun neċessarju għall-amministrazzjoni u ż-żamma kif xieraq jew għall-fini ta' evitazzjoni ta' telf jew ħsara, partikolarment kull spiża li tista' tiġġarrab minħabba tilwim ġudizzjarju bla bżonn.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Testatur jista' jaħtar eżekutur wieħed jew aktar fid-dispożizzjonijiet causa mortis tiegħu. Huwa jista' jawtorizza parti terza, l-eżekutur jew il-qorti tas-suċċessjoni taħtar eżekutur (ieħor). L-obbligi tal-eżekutur jibdew malli l-persuna maħtura taċċetta l-ħatra tagħha għal dak ir-rwol.

Skont il-liġi, huwa d-dmir tal-eżekutur li jeżegwixxi d-dispożizzjonijiet testamentarji tat-testatur. Jekk ikun hemm iktar minn werriet wieħed, l-eżekutur ikun responsabbli għall-qsim tal-patrimonju bejniethom.

L-eżekutur huwa meħtieġ li jamministra l-patrimonju. B'mod partikolari, huwa intitolat jieħu l-pussess tal-patrimonju u jiddisponi mill-oġġetti tal-patrimonju. F'dan il-każ, il-werrieta ma jkollhom l-ebda setgħa biex jiddisponu mill-oġġett tal-patrimonju li jkun suġġett għall-amministrazzjoni mill-eżekutur. L-eżekutur huwa intitolat ukoll li jidħol f'obbligazzjonijiet f'isem il-patrimonju sakemm dan ikun neċessarju għall-amministrazzjoni xierqa tiegħu. Huwa intitolat biss li jiddisponi minn oġġett bla ħlas jekk ikun hemm obbligu morali li jagħmel dan jew b'rispett għad-deċenza komuni.

Madankollu, it-testatur jista' jirrestrinġi s-setgħat tal-eżekutur kif jidhirlu hu sakemm jibqa' mad-dispożizzjonijiet tal-liġi. Huwa għandu wkoll l-awtorità li jiddefinixxi l-perjodu għall-eżekuzzjoni tat-testment. Huwa jista', pereżempju, jippermetti lill-eżekutur jamministra l-patrimonju u jaqsmu fi żmien qasir. Min-naħa l-oħra, jista' jiddeċiedi wkoll li jipprovdi istruzzjonijiet fit-testment jew kuntratt ta' wirt tiegħu biex il-patrimonju jsir suġġett għal eżekuzzjoni fit-tul. Fil-prinċipju, l-eżekuzzjoni fit-tul tista' tasal sa massimu ta' 30 sena mill-jum proprju tal-wirt. Madankollu, it-testatur jista' jipprovdi istruzzjonijiet biex l-amministrazzjoni tkompli sal-mewt tal-werriet jew l-eżekutur, jew sal-okkorrenza ta' avveniment speċifikat li taffettwa lil wieħed minnhom. F'dawn il-każijiet, l-eżekuzzjoni tat-testment tista' fir-realtà tieħu iktar minn 30 sena.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Ċertifikat tal-wirt jew Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni ġeneralment ikun meħtieġ bħala prova li l-werriet ikollu dritt għall-wirt, eż. jekk werriet ikun jixtieq ikollu biċċa art jew kont f'isem il-persuna deċeduta trasferit għal fuq ismu. Jekk jeżisti testment pubbliku (ara iktar 'il fuq), jaf ma jkunx hemm bżonn tippreżenta ċertifikat tal-wirt jew Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni f'każijiet bħal dawn.

L-aħħar aġġornament: 24/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Informazzjoni ġenerali - Estonja

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Testatur jista' jfassal arranġamenti għall-propjetà tiegħu f'każ ta' mewt permezz ta' testment jew ftehim dwar is-suċċessjoni. It-testment jista' jkun att notarili jew att privat. It-testatur jista' jħassar it-testment jew parti minnu meta' jrid permezz ta' testment ieħor jew ftehim dwar is-suċċessjoni. Dan ma japplikax għat-testment unica charta bejn il-miżżewwġin, għaliex f'dak ir-rigward japplikaw regoli speċjali dwar it-tibdil u r-revoka tiegħu.

Testmenti notarili

Testment notarili huwa testment awtentikat minn nutar jew testment li jkun ġie mħejji mit-testatur u ddepożitat ma' nutar f'envelope issiġillat għall-konservazzjoni.

F'testment nutarili, in-nutar jagħti l-forma notarili lill-att li jkun ħejja skont id-dispożizzjoni testamentarja tat-testatur, jew inkella t-testment jiġi mħejji mit-testatur li mbagħad jgħaddih lin-nutar għan-notarizzazzjoni. It-testment nutarili jiġi ffirmat mit-testatur quddiem in-nutar.

Testment awtentikat minn nutar jista' jsir ukoll minn minorenni li jkun għalaq tal-inqas 15-il sena. Dan it-testatur minorenni ma għandux bżonn il-kunsens tar-rappreżentant legali tiegħu.

F'każ ta' testment iddepożitat ma' nutar biex jiġi preservat, it-testatur jgħaddu personalment lin-nutar id-dispożizzjoni testamentarja tiegħu f'envelope issiġillat, fejn jiddikjara lin-nutar illi dak huwa t-testment tiegħu. F'dak il-każ, in-nutar ifassal att notarili dwar il-fatt illi t-testment ġie ddepożitat, u l-att jiġi ffirmat mit-testatur u minn nutar. It-testatur jista' dejjem jirtira testment iddepożitat ma' nutar. F'dak il-każ, in-nutar ifassal att notarili dwar il-fatt illi t-testment ġie rtirat, u l-att jiġi ffirmat mit-testatur u minn nutar.

Mhemmx preskrizzjoni fuq il-validità tat-testmenti notarili, jiġifieri illi huma jibqgħu fis-seħħ sakemm jinbidlu jew jitħassru.

It-testmenti privati

Testment privat huwa jew testment iffirmat fil-preżenza ta' xhiedha jew testment olografiku.

It-test ta' testment privat iffirmat quddiem ix-xhieda mhemmx għalfejn ikun ippreparat mit-testatur (u l-anqas għandu għalfejn ikun miktub bl-idejn), iżda jrid jiġi ffirmat fil-preżenza ta' mill-inqas żewġ xhieda b'kapaċità ġuridika, u jridu jintniżżlu wkoll id-data u s-sena meta' sar it-testment. Ix-xhieda jridu jkunu preżenti t-tnejn flimkien għall-iffirmar. It-testatur irid jinnotifka lix-xhieda illi ġew imsejjħa bħala xhieda għat-testment u li t-testment jirrapreżenta l-aħħar xewqat tiegħu. Ix-xhieda mhemmx għalfejn ikunu jafu x'fih it-testment. Wara li t-testment ikun ġie ffirmat mit-testatur, jiffirmawh minnufih ukoll ix-xhieda. Ix-xhieda jikkonfermaw bil-firem rispettivi tagħhom illi t-testatur iffirma t-testment personalment u illi mill-aħjar li jistgħu it-testatur kellu kapaċità ġuridika u kapaċità intellettwali. Persuna ma tistax toqgħod xhud jekk l-axxendenti, id-dixxendenti, ħutha u d-dixxendenti tagħhom, il-konjuġi tagħha jew l-axxendenti u dixxendenti tiegħu se jibbenefikaw mit-testment li qed isir.

Testment olografiku privat jrid jiġi miktub mit-testatur bil-kitba tiegħu stess mill-bidu sal-aħħar (ma jistax jiġi ttajpjat, stampat jew imħejji b'mod mekkaniku ieħor), bid-data u s-sena meta' sar. Testment olografiku jrid jiġi ffirmat personalment mit-testatur.

It-testatur jista' jżomm għandu testment privat jew itih lill-ħaddieħor għall-konservazzjoni.

Testment privat isir invalidu sitt xhur wara li jkun sar jekk it-testatur ikun għadu ħaj. Jekk it-testment privat ma jispeċifikax id-data jew sena li fih ikun sar, u mhux possibbli jiġi ddeterminat mod ieħor il-ħin li fih ikun sar it-testment, it-testment huwa null.

It-testmenti unica charta

Testment unica charta huwa testment li jsir mill-konjuġi flimkien, fejn kull wieħed minnhom jissemma bħala l-werriet tal-ieħor, jew li fih jagħmlu arranġamenti dwar il-wirt f'każ ta' mewt.

F'testment unica charta fejn il-konjġui huma l-werriet waħdieni ta' xulxin, il-konjuġi jistgħu jindikaw min jiret sehem il-konjuġi superstiti mal-mewt.

Testment unica charta jrid jiġi awtentika minn nutar. In-nutar jipprepara dan it-tip ta' testment skont ir-rieda testamentarja tal-konjuġi, li mbagħad jiffirmawh quddiemu.

Dispożizzjoni f'testment unica charta tista' tiġi revokata minn kull wieħed minnhom sakemm ikunu għadhom ħajjin. Testment li fih tkun ġiet revokata din id-dispożizzjoni jrid jiġi awtentikat minn nutar. Id-dispożizzjoni tiġi meqjusa revokata meta' l-konjuġi l-ieħor jiġi nnotifikat, permezz ta' proċedura notarili, dwar ir-revoka ta' din id-dispożizzjoni. Wara l-mewt ta' wieħed mill-konjuġi, il-konjuġi superstiti jista' jirrevoka d-dispożizzjoni testamentarja tiegħu jekk huwa jirrinunzja għal sehmu mill-wirt imħolli lilu permezz ta' testment unica charta.

Testment unica charta jsir null jekk jintemm iż-żwieġ qabel il-mewt tat-testatur. It-testment isir null ukoll jekk qabel mewtu, it-testatur kien ressaq rikors għad-divorzju l-qorti jew ta l-kunsens bil-miktub tiegħu għad-divorzju, jew kellu dritt għall-annullament taż-żwieġ u ressaq rikors f'dan is-sens il-qorti.

Ftehimiet dwar is-suċċessjoni

Ftehim dwar suċċessjoni huwa ftehim bejn it-testatur u persuna oħra, fejn it-testatur jindika lill-kontroparti jew persuna oħra bħala eredi u jispeċidika legat, obbligu testamentarju jew ordni testamentarju. Ftehim dwar is-suċċessjoni jista' jiġi konkluż ukoll mit-testatur u l-werriet bla wirt dwar il-fatt illi l-werriet irrinunzja għall-wirt.

Ftehim dwar is-suċċessjoni jista' jkun fih dispożizzjonijiet unilaterali tat-testatur; f'dan il-każ, id-dispożizzjonijiet speċifikati fit-testment japplikaw għal dawk unilaterali.

Il-ftehimiet dwar is-suċċessjoni jridu jiġi mħejjija u awtentikati minn nutar. Mbagħad jiġu ffirmati fil-preżenza ta' nutar.

Ftehim dwar is-suċċessjoni jew dispożizzjoni fil-ftehim tista' titħassar jew tiġi revokata sakemm il-partijiet ikunu għadhom ħajjin permezz ta' ftehim awtentikat minn nutar bejn l-individwi jew permezz ta' ftehim ġdid dwar is-suċċessjoni.

Barra minn hekk, il-ftehim dwar is-suċċessjoni jista' jiġi rtirat. It-testatur jista' jirtira l-ftehim dwar is-suċċessjoni jekk ikun ġie miftiehem dan id-dritt fil-ftehim stess. L-irtirar jista' jsir ukoll jekk il-persuna li se tiret tikkommetti reat kontra t-testatur, il-konjuġi, l-axxendenti jew dixxendenti tiegħu, jew jekk il-kontroparti bi ħsieb kisret l-obbligu tagħha li tagħti manteniment lit-testatur. It-testatur wkoll għandu dritt jirtira mill-ftehim fejn waħda mill-partijiet għall-ftehim dwar is-suċċessjoni li għandha obbligu twettaq obbligi aktar minn darba għat-testatur matul ħajtu- fuq kollox, li tmantnih - bi ħsieb u materjalment tikser dan l-obbligu. L-irtirar mill-ftehim dwar is-suċċessjoni jsir permezz ta' dikjarazzjoni awtentikata minn nutar lill-kontroparti. F'każ ta' ftehim reċiproku dwar is-suċċessjoni, jekk id-dritt ta' rtirar ikun ġie miftiehem fil-ftehim stess, il-kuntratt kollhu jsir null jekk waħda mill-partijiet tirtira minnu, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fil-ftehim. Id-dritt ta' rtirar minn ftehim reċiproku jaqa' mal-mewt ta' waħda mill-partijiet. Wara l-mewt ta' waħda mill-partijiet, il-parti superstiti tista' tirrevoka d-dispożizzjoni testamentarja tagħha biss jekk hija tirrinunzja għal sehma mill-wirt imħollija lilha permezz tal-ftehim dwar is-suċċessjoni.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

It-testmenti nutarili u l-ftehimiet dwar is-suċċessjoni dejjem għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru tas-suċċessjoni fil-ġurnata xogħol wara n-notarizzazzjoni tal-att nutarili. Barra minn hekk, in-nutara jridu jirreġistraw fir-reġistru tas-suċċessjoni kull tibdil fil-ftehimiet dwar is-suċċessjoni, ftehimiet dwar it-terminazzjoni tagħhom u dikjarazzjonijiet ta' rtirar ta' ftehimiet dwar is-suċċessjoni. Il-ksur tal-obbligi tar-reġistrazzjoni ma jaffettwax il-validità tat-testment.

Testment privat jista' jiġi rreġistrat fir-reġistru tas-suċċessjoni mit-testatur jew minn kull persuna oħra li għandha informazzjoni dwar it-testment privat u ġiet mitluba tagħmel entrata mit-testatur. Ir-reġistrazzjoni tat-testmenti privati fir-reġistru tas-suċċessjoni mhix obbligatorja.

It-testmenti nutarili u l-ftehimiet dwar is-suċċessjoni jiġu reġistrati fir-reġistru dwar is-suċċessjoni min-nutar li awtentika t-testment jew ftehim dwar is-suċċessjoni jew ma' min tħalla t-testment. Biex jagħmel dan, in-nutar jagħmel entrata fir-reġistru tas-suċċessjon jew jissottometti avviż fir-reġistru. Mill-ewwel ta' Jannar 2015, in-nutara mhux se jibqgħu jibgħatu avviżi lir-reġistru tas-suċċessjoni, iżda minflok jemendaw id-dejta tar-reġistru permezz ta' entrati f'dak is-sens.

Id-dejta dwar it-testmenti domestiċi tista' tiddaħħal fir-reġistru tas-suċċessjoni permezz tal-portal tal-Istat Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.eesti.ee/ minn kull min jaf li sar testment u ġie mitlub idaħħal entrata.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Ġeneralment mhemmx restrizzjonijiet fuq il-libertà li jsir testment, u l-anqas id-dritt tat-testatur li jiddisponi minn ħwejjġu mhu ristrett jekk huwa għamel testment.

Il-libertà li jsir testment hija ristretta mill-istituzzjoni tal-porzjoni riservata, li tillimità l-libertà tat-testatur li jħalli ħwejjġu lill-werriet tal-għażla tiegħu. Jekk it-testatur, b'testment jew ftehim dwar is-suċċessjoni jkun iddiżereda lil dixxendent, lill-ġenituri tiegħu jew konjuġi li kellhom dritt jirtu ab intestato u li fir-rigward tiegħu it-testatur għandu, fi żmien il-mewt tiegħu, obbligu ta' manteniment skont l-Att dwar il-Liġi tal-Familja jew it-testatur ikun naqqas l-ishma tal-wirt meta' mqabbla mal-ishma skont is-suċċessjoni ab intestato, għandhom dritt jitolbu l-porzjoni riservata mill-werrieta. Il-benefiċjarju tal-porzjoni riservata għalhekk għandu dritt kontra l-werrieta skont l-Att dwar il-Liġi tal-Obbligi. It-talba teżisti minħabba l-fatt illi l-persuna li għandha dritt tirċievi l-porzjoni riservata tista' titlob il-ħlas ta' ammont ta' flus ekwivalenti għall-porzjoni riservata ibbażata fuq il-valur tal-wirt. Il-persuna li d-dritt għall-porzjoni riservata mhix werrieta. L-ammont tal-porzjoni riservata hija nofs il-valur tas-sehem tal-wirt li kien jirċievi werriet fil-każ ta' suċċessjoni skont il-liġi, li kieku l-werrieta kollha aċċettaw il-wirt.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Jekk it-testatur ma ħalliex testment validu jew ftehim dwar is-suċċessjoni, is-suċċessjoni tiġi meqjusa ab intestato u rregolata mil-liġi. Jekk it-testment jew ftehim dwar is-suċċessjoni tat-testatur ma jkprux il-propjetà kollha tiegħu, is-suċċessjoni għall-parti mhux koperta isseħħ skont il-liġi. Il-werrieta ab intestato huma l-onjuġi u l-qraba tat-testatur; is-suċċessjoni sseħħ fuq tliet livelli. Il-konjuġi u l-werrieta jirtu flimkien ab intestato.

L-ewwel li jirtu huma d-dixxendenti tat-testatur (tfal, tfal adottati, neputijiet, ee). Flimkien magħhom, il-konjuġi jiret ammont ekwivalenti għas-sehem ta' tifel tat-testatur, u mhux inqas minn kwart il-wirt.

Jekk mhemmx werrieta li jirtu l-ewwel, jirtu l-ġenituri tat-testatur u d-dixxendenti tagħhom (jiġifieri ħutu). Jekk iż-żewġ ġenituri tat-testatur għadhom ħajjin meta' tinfetaħ is-suċċessjoni, huma jirtu l-wirt kollhu f'ishma ndaqs. Jekk missier jew omm id-decujus ikunu mietu meta' tinfetaħ is-suċċessjoni, it-tfal, it-tfal adottati u n-neputijiet eċċ jieħdu post il-ġenitur mejjet tagħhom. Flimkien mal-werrieta li jirtu fit-tieni post, il-konjuġi jiret nofs il-wirt.

Jekk mhemmx werrieta li jirtu fit-tieni post, jirtu n-nanniet tat-testatur u d-dixxendenti tagħhom (jiġifieri z-zijiet tat-testatur). Jekk iż-żewġ ġenituri tat-testatur għadhom ħajjin meta' tinfetaħ is-suċċessjoni, huma jirtu l-wirt kollhu f'ishma ndaqs. Jekk wieħed min-nanniet materni jew paterni tat-testatur ma kienx ħaj meta' nfetħet is-suċċessjoni, jieħdu postu t-tfal, tfal adottati u n-neputijiet eċċ tan-nanniet mejta. Jekk le, in-nanniet fl-istess naħa tal-familja jirtu sehmu. Jekk anke n-nannu jkun mejjet, jirtu t-tfal tiegħu, it-tfal adottati u n-neputijiet. Jekk iż-żewġ nanniet paterni jew iż-żewġ nanniet materni tat-testatur huma mejta meta' tinfetaħ is-suċċessjoni u ma għandhomx dixxendenti, in-nanniet tan-naħa l-oħra tal-familja u t-tfal tagħhom, it-tfal adottati u n-neputijiet, eċċ tan-nanniet mejta jieħdu posthom. Id-dispożizzjonijiet dwar il-werrieta li jirtu l-ewwel japplikaw għad-dixxendenti li jieħdu post il-ġenituri tagħhom bħala werrieta.

Jekk it-testatur kien miżżewweġ u ma kellux werrieta li jirtuh l-ewwel jew werrieta li jirtu wara dawn tal-ewwel, il-konjuġi jiret il-wirt kollhu.

Jekk it-testatur ma għandux werrieta ab intestato jew konjuġi, il-gvern lokali tal-post fejn infetħet is-suċċessjoni huwa l-werriet skont il-liġi. Il-post fejn infetħet is-suċċessjoni huwa l-aħħar post ta' residenza tat-testatur. Jekk l-aħħar post permanenti ta' residenza tat-testatur kien pajjiż għajr l-Estonja, iżda trid tiġi applikata l-liġi Estonjana għas-suċċessjoni, il-werriet ab intestato huwa r-Repubblika tal-Estonja.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Fl-Estonja, il-proċedimenti dwar is-suċċessjoni jitwettqu minn nutar Estonjan fejn inbdew il-proċedimenti ta' suċċessjoni. In-nutar jagħmel entrata fir-reġistru ta' suċċessjoni dwar il-fatt li bdew il-proċedimenti.

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

Id-dikjarazzjonijiet ta' aċċettazzjoni jew rinunzja tas-suċċessjoni jridu jiġu ppreżentati lin-nutar li qed jieħu ħsieb is-suċċessjoni. Id-dikjarazzjonijiet jistgħu jiġu awtentikati wkoll minn nutar ieħor li mbagħad jgħaddihom lin-nutar li jkun qed jieħu ħsieb il-proċedimenti.

L-uffiċċjali konsulari bi kwalifiki speċjali u li jaħdmu fir-rappreżentazzjonijiet barranin tal-Estonja ukoll jistgħu jiċċertifikaw id-dikjarazzjonijiet ta' aċċettazzjoni jew rinunzja tas-suċċessjoni. L-uffiċċjali konsulari huma obbligati jgħaddu d-dikjarazzjonijiet iċċertifikati lin-nutar li jkun qed jieħu ħsieb il-kwistjoni ta' suċċessjoni.

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Is-sistema ta' legat jagżti lil-legatarji d-dritt li jitolbu illi l-eżekutur tal-legat jittrasferixxi l-oġġett tal-legat. Biex jirċievi l-legat, il-legatarju jrid jissottometti talba ta' eżekuzzjoni tal-legat lill-eżekutur. It-testatur jista' jimponi l-eżekuzzjoni tal-legat bħala obbligu għall-werriet jew legatarju ieħor. Jekk it-testatur ma ħatarx eżekutur għal-legat, l-eżekutur ikun il-werriet.

Peress illi d-dispożizzjonijiet dwar l-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja tas-suċċessjoni jiġu applikati għall-aċċettazzjoni u r-rinunzja ta' legat, il-konsegwenzi tan-nuqqas ta' sottomissjoni ta' dikjarazzjoni ta' rinunzja ta' legat waqt il-perjodu stabbilit għal dan il-għan ifisser l-aċċettazzjoni tal-legat. Jekk il-legatarju jixtieq jirrinunzja għal-legat, id-dikjarazzjoni ta' rinunzja trid tiġi sottomessa matul il-perjodu stabbilit mil-liġi għar-rinunzja, li huwa ta' tliet xhur wara l-mewt tat-testatur u minn meta' jsir jaf illi għandu dritt jirċievi legat.

Bħala parti mill-proċedimenti ta' suċċessjoni, in-nutar għandu jikkuntattja l-legatarji kollha msemmija fit-testment u jinfurmahom bid-drittijiet tagħhom għal-legat. Qabel is-sottomissjoni tat-talba għall-eżekuzzjoni tal-legat, il-legatarju għandu d-dritt jikseb informazzjoni dwar il-legat. Bl-istess mod għall-aċċettazzjoni tas-suċċessjoni, id-dikjarazzjoni tal-aċċettazzjoni jew rinunzja tal-legat hija irrevokabbli. Sabiex jinvoka d-drittijiet tiegħu, il-legatarju għandu dritt jitlob lin-nutar li qed jieħu ħsieb is-suċċessjoni għal ċertifikat (ċertifikat ta' legatarju) rigward il-kwistjoni ta' legat.

Jekk il-legat jikkonsisti f'propjetà immobbli jew xi oġġett ieħor li l-bejgħ tiegħu jrid jiġi awtentikat minn nutar, il-kuntratt ta' trasferiment tal-legat bejn l-eżekutur tal-legat u l-legatarju wkoll irid jiġi awtentikat minn nutar.

Legatarju li huwa werriet għandu dritt għal-legat anke jekk jirrinunzja għall-wirt.

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Il-porzjoni riservata hija talba ta' flus kontra werriet skont il-liġi tal-obbligazzjonijiet u trid tiġi preżentata lill-werrieta. Id-dritt għall-porzjoni riservata jseħħ mal-ftuħ tas-suċċessjoni. Mhemmx għalfejn issir talba ma' nutar sabiex tingħata l-porzjoni riservata.

Jekk it-testatur, b'testment jew ftehim dwar is-suċċessjoni jkun iddiżereda lil dixxendent, lill-ġenituri tiegħu jew konjuġi li kellhom dritt jirtu ab intestato u li fir-rigward tiegħu it-testatur għandu, fi żmien il-mewt tiegħu, obbligu ta' manteniment skont l-Att dwar il-Liġi tal-Familja jew it-testatur ikun naqqas l-ishma tal-wirt meta' mqabbla mal-ishma skont is-suċċessjoni ab intestato, għandhom dritt jitolbu l-porzjoni riservata mill-werrieta.

In-nutar, fuq il-bażi ta' talba awtentikata minnu ta' werriet, eżekutur testamentarju jew persuna li għandha dritt għall-porzjoni riservata, għandu jawtentika ċ-ċertifikat dwar it-talba għall-porzjoni riservata - magħruf ukoll bħala ċ-ċertifikat tal-benefiċjarju tal-porzjoni riservata. Iċ-ċertifikat dwar il-benefiċjarju tal-porzjoni riservata għandu juri d-dettalji tal-benefiċjarju u s-sehem tal-porzjoni riservata bħala sehem legali tal-wirt.

Id-dritt għall-porzjoni riservata jista' jiġi rinunzjat permezz ta' ftehim dwar is-suċċessjoni bejn it-testatur u l-persuna li se tirtu. Il-kuntratt irid jiġi awtentikat minn nutar.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Mal-ftuħ tas-suċċessjoni - jiġifieri mal-mewt tat-testatur - il-wirt jgħaddu għand il-werrieta, li jistgħu ikunu werrieta skont ftehim dwar is-suċċessjoni, werrieta skont testment jew werrieta ab intestato.

Sabiex tiġi determinata l-eliġibbiltà għall-wirt, il-proċedimenti dwar is-suċċessjoni jistgħu jinbdew minn werriet, kreditur tat-testatur, legatarju jew persuna oħra bi dritt rigward il-wirt. Persuna li tixtieq tiftaħ proċedimenti trid tikkuntattja nutar; in-nutar iħejji u jawtentika bil-firma tiegħu l-applikazzjoni għal dan il-għan. Il-proċedimenti jistgħu isiru biss minn nutar wieħed; għalhekk jekk il-proċedimenti dwar is-suċċessjoni diġa' nbdew b'applikazzjoni quddiem nutar partikolari, in-nutar li jkun aċċetta t-tieni applikazzjoni jrid jgħaddiha lin-nutar li jkun qed imexxi diġa' l-proċedimenti ta' suċċessjoni.

Il-werriet jista' jew jaċċetta jew jirrinunzja l-legat. It-termini għar-rinunzja tad-dritt ta' suċċessjoni huwa tliet xhur. Dan il-perjodu jibda għaddej minn meta l-werriet isir jaf jew kellu jsir jaf bil-mewt tat-testatur u d-dritt għall-wirt. Jekk il-werriet ma jirrinunzjax għall-wirt matul dan iż-żmien, jiġi meqjus illi aċċetta l-wirt. Sabiex jaċċetta l-wirt, il-werriet jista' jmur għand in-nutar responsabbli għall-każ ta' suċċessjoni qabel ma jiskadi dan it-terminu.

Id-deċiżjoni tal-werriet biex jaċċetta jew jirrinunzja għall-wirt hija irriversibbli. Jekk il-wirt jiġi rifjutat, ma jistax jiġi aċċettat wara; jekk il-wirt jiġi aċċettat, ma jistax jiġi rrifjutat wara; Dan il-prinċipju japplika wkoll għall-aċċettazzjoni u r-rinunzja tal-legat - bl-eċċezzjoni illi l-legatarji li huma wkoll werrieta għandhom ukoll dritt għal-legat anke jekk ikunu rrifjutaw il-wirt.

Id-dikjarazzjonijiet ta' aċċettazzjoni u rinunzja tas-suċċessjoni jridu jiġu awtentikati minn nutar.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Is-suċċessjoni tinfetaħ mal-mewt tal-individwu. Mal-ftuħ tas-suċċessjoni, il-wirt jgħaddi għand il-werriet. Is-suċċessjoni hija bbażata fuq il-liġi jew fuq l-aħħar xewqat tat-testatur, permezz ta' testment jew ftehim dwar is-suċċessjoni. Id-dritt ta' suċċessjoni skont ftehim huwa ppreferut għad-dritt ta' suċċessjoni skont testment, u dawn it-tnejn terġa huma ppreferuti għad-dritt ta' suċċessjoni ab intestato.

Ma għandix għalfejn tiġi sottomessa applikazzjoni ġdida sabiex jingħata l-wirt. Mal-aċċettazzjoni tal-wirt, id-drittijiet u l-obbligi kollha tat-testatur jgħaddu għand il-werriet, ħlief dawk li min-natura tagħhom huma marbuta mal-persuna tat-testatur jew li bil-liġi ma jistgħux jiġu trasferiti. Jekk il-werriet jaċċetta l-wirt, is-sjieda tal-oġġetti fil-wirt jiġu meqjusa trasferiti retroattivament mid-data talfutħ tas-suċċessjoni. Jekk is-suċċessjoni ġiet aċċettata minn aktar minn werriet wieħed (ko-werrieta), il-eirt huma tagħhom b'mod konġunt.

Kull persuna b'kapaċità ġuridika tista' tiret - inklużi persuni fiżiċi li għadhom ħajjin meta' miet it-testatur, u l-persuni ġuridiċi li kienu stabbiliti dak iż-żmien. Wild li jitwieled ħaj wara l-ftuħ tas-suċċessjoni jitqies li jista' jiret jekk ikun ġie konċepit qabel il-ftuħ tas-suċċessjoni. Fondazzjoni mwaqqfa fuq il-bażi ta' testment jew ta' ftehim dwar is-suċċessjoni tiġi meqjusa li kienet teżisti mal-ftuħ tas-suċċessjoni jekk wara takkwista drittijiet bħala persuna ġuridika.

Il-konjuġi superstiti ma għandux dritt ta' suċċessjoni jew dritt għal sehem preferenzjali jekk it-testatur ressaq rikors għad-divorzju qabel miet jew talab għall-kunsens bil-miktub għad-divorzju, jew fi żmien meta' miet kellu dritt jitlob għall-annullament taż-żwieġ u ressaq rikors għal dan il-għan quddiem il-qorti.

Ġenitur li tneħħitlu s-setgħa tal-ġenituri ma jistax jiret lit-tfal tiegħu skont il-liġi.

Persuna li tissodisfa xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin ma tistax tiret:

  • jekk volontarjament toqtol jew tkun ittantat toqtol lit-testatur,
  • jekk bi ħsieb u kontra l-liġi tqiegħed lit-testatur f'sitwazzjoni fejn it-testatur ma kienx kapaċi jesprimi jew iħassar ix-xewqat testatmentarji tiegħu;
  • b'theddid jew bil-qerq ma ħallietx lit-testatur jagħmel jew ibiddel xidispożizzjoni testamentarja jew bl-istess mod ġielgħet lit-testatur biex jagħmel jew iħassar xi dispożizzjoni testamentarja jekk it-testatur ma setax jesprimi x-xewqat tiegħu dwar it-testment;
  • bi ħsieb u kontra l-liġi ħbiet jew qerdet testment jew ftehim dwar is-suċċessjoni jekk ma kienx aktar possibbli għat-testatur biex iġeddu;
  • jekk iffalsifikat it-testment li għamel it-testatur jew il-ftehim dwar is-suċċessjoni jew xi parti minnu.

Skont il-liġi Estonjana, il-benefiċjarju tal-porzjoni riservata mhux jitqiesx bħala werriet; Il-benefiċjarju tal-porzjoni riservata għalhekk għandu dritt kontra l-werrieta biex jitħallas skont il-liġi tal-obbligi. Id-dritt biex tintalab il-porzjoni riservata mingħand il-werrieta jseħħ jekk it-testatur, b'testment jew ftehim dwar is-suċċessjoni jkun iddiżereda lil dixxendent, lill-ġenituri tiegħu jew konjuġi li kellhom dritt jirtu ab intestato u li fir-rigward tiegħu it-testatur għandu, fi żmien il-mewt tiegħu, obbligu ta' manteniment skont l-Att dwar il-Liġi tal-Familja jew it-testatur ikun naqqas l-ishma tal-wirt meta' mqabbla mal-ishma skont is-suċċessjoni ab intestato. L-ammont tal-porzjoni riservata huwa ta' nofs il-valur tas-sehem tal-wirt li kien jirċievi l-werriet fil-każ ta' suċċessjoni ab intestato, li kieku l-werrieta kollha aċċettaw il-wirt.

Il-proċedimenti ta' suċċessjoni jistgħu jinbdew minn werriet, minn kreditur tat-testatur, legatarju jew persuna oħra li għandha dritt fuq il-wirt, permezz ta' rikors awtentikat minn nutar. Il-proċedimenti ta' suċċessjoni jsiru minn nutar Estonjan li għandu nbdew il-proċedimenti u li huwa mniżżel fir-reġistru ta' suċċessjoni bħala eżekutur tal-proċedimenti ta' suċċessjoni. Il-proċedimenti jistgħu isiru biss minn nutar wieħed; għalhekk jekk il-proċedimenti dwar is-suċċessjoni diġa' nbdew b'applikazzjoni quddiem nutar partikolari, in-nutar li jkun aċċetta t-tieni applikazzjoni jrid jgħaddiha lin-nutar li jkun qed imexxi diġa' l-proċedimenti ta' suċċessjoni. In-nutar jawtentika ċ-ċertifikat ta' suċċessjoni jekk ikollu biżżejjed provi dwar id-dritt ta' suċċessjoni ta' werriet. Jekk ikun hemm aktar minn werriet wieħed, in-nutar irid jindika l-valur tas-sehem mill-wirt ta' kull werriet.

Il-werriet jista' jew jaċċetta jew jirrinunzja għall-wirt. Jekk il-persuna li għandha dritt tiret ma tirrinunzjax għall-wirt fi żmien tliet xhur minn meta ssir taf jew kellha ssir taf bid-dritt tagħha għall-wirt, hija tiġi meqjusa li aċċettat il-wirt. Persuna li tirrinunzja għall-wirt tevita l-konsegwenzi legali marbuta mas-suċċessjoni.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Iva, il-werriet obbligat iwettaq l-obbligi kollha tat-testatur. Jekk il-wirt ma jkunx biżżejjed, il-werriet irid jagħmel tajjeb għad-dejn tat-testatur bil-propjetà tiegħu stess, sakemm ma jkunx għamel tajjeb għalihom, wara li jkun għamel inventarju, skont il-proċedura stabbilita mil-liġi, sakemm il-wirt ma jkunx ġie ddikjarat fallut jew il-proċedimenti ta' falliment ma jkunux ġew itterminati mingħajr dikarazzjoni ta' falliment.

Jekk il-werriet jitlob il-benefiċċju tal-inventarju, il-kredituri tiegħu ma jistgħux jissodisfaw it-talbiet tagħhom għall-ħlas kontra l-werriet bi flus mill-wirt sakemm ikun sar l-inventarju, iżda mhux aktar tard mill-iskadenza tat-terminu għall-inventarju.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Jekk it-testatur kellu propjetà immobbli, l-entrata fir-reġistru tal-artijiet ssir invalida ma' mewtu, għaliex il-persuna mniżżla fir-reġistru tal-artijiet bħala sid id-dritt reali mhix il-persuna li lilha jappartjeni d-dritt reali (fil-liġi sostantiva), peress illi l-assi kollha tat-testatur jgħaddu għand persuna oħra - il-werriet - mal-ftuħ tas-suċċessjoni.

Biex il-werriet/ta jidħlu fir-reġistru tal-artijiet, trid issir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni mis-sid il-ġdid tad-dritt reali, u magħha jrid jiġi mehmuż dokument li juri s-suċċessjoni- jiġiieri ċ-ċertifikat ta' suċċessjoni.

Jekk id-dritt reali ġie trasferit lil numru ta' ko-werrieta, id-dikjarazzjoni ta' wieħed minnhom hija biżżejjed sabiex issir entrata korretta, jiġifieri mhemmx bżonn il-kunsens tagħhom kollha, għaliex werriet ma jistax iżomm titolu li diġa' ġie trasferit lilu milli jidher fuq ir-reġistru tal-artijiet. L-istess prinċipju japplika jekk ġiet trasferita parti minn komunità ta' ko-werrieta.

Il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi rekwiżiti speċjali jekk, skont iċ-ċertifikat ta' suċċessjoni, il-konjuġi kellhom propjetà bejniethom. F'dan il-każ, kull oġġett speċifiku jista' jkun kemm propjetà komuni jew separata, u din il-kwistjoni ma tistax tinqata' matul l-awtentikazzjoni taċ-ċertifikat ta' suċċessjoni.

Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi eċċezzjonijiet għas-sitwazzjoni fejn il-werrieta jkunu qasmu l-wirt għall-fini tal-likwidazzjoni tal-komunjoni, fejn jiġi determinat liema oġġetti jew partijiet minnhom, jew liema drittijiet u obbligi tal-wirt se jkollu kull werriet flimkien ma propjetà immobbli .

Jekk it-testatur qatt ma żżewweġ, jridu jiġu pprovduti dawn li ġejjin sabiex tiġi korretta d-dejta fir-reġistru tal-artijiet:

  • ċertifikat ta' suċċessjoni,
  • applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, awtentikata minn nutar jew iffirmata b'mod diġitali; applikazzjoni għar-reġistrazzjoni iffirmata b'mod diġitali trid tiġi ppreparata u sottomessa lid-dipartiment tar-reġistrazzjoni tal-artijiet fuq il-portal tar-reġistrazzjoni tal-artijiet (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://kinnistuportaal.rik.ee/KAEP/Login.aspx); il-portal jista' jiġi aċċessat permezz ta' karta tal-identità, ID tal-mowbajl, ċerti karti tal-identità barranin jew permezz tal-portal tal-Istat Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.eesti.ee.

Ma titħallas l-ebda tariffa tal-Istat għall-korrezzjoni ta' entrata fir-reġistru tal-artijiet.

F'dan il-każ, il-werrieta kollha mniżżla fuq iċ-ċertifikat ta' suċċessjoni jitniżżlu fir-reġistru bħala ko-propjetarji.

Fl-istess każ fejn il-wirt jinqasam bejn il-kopropjetarji b'mod illi l-propjetà immobbli tinżamm minn ko-werriet speċifiku, dawn li ġejjin jridu jiġu sottomessi sabiex tiġi emendata l-entrata fir-reġistru tal-artijiet:

  • ftehim dwar id-diviżjoni tal-wirt, awtentikat minn nutar Estonjan,
  • applikazzjoni għar-reġistrazzjoni (tista' tiġi nkluża fil-ftehim dwar id-diviżjoni tal-wirt, imsemmi hawn fuq).

Titħallas tariffa tal-Istat għall-korrezzjoni ta' entrata fir-reġistru tal-artijiet.

F'dan il-każ, il-persuna ndikata fil-ftehim dwar id-diviżjoni tal-wirt bħala l-persuna li lilha tingħata l-propjeta immobbli speċifika skont il-ftehim tiġi reġistrata bħala sid il-propjeta' fir-reġistru tal-artijiet.

Iċ-ċertifikat ta' suċċessjoni jrid jiġi ppreżentat lin-nutar għan-notarizzazzjoni tal-ftehim dwar id-diviżjoni tal-wirt.

Jekk iż-żwieġ tat-testatur ikun inħall fiż-żmien tal-ftuħ tas-suċċessjoni jew intemm bil-mewt tiegħu, iżda l-propjetà immobbli fil-wirt ma kienx il-propjetà komuni tal-eks konjuġi, jridu jiġu ppreżentati dawn li ġejjin sabiex tiġi korretta l-entrata fir-reġistru tal-artijiet:

  • ċertifikat ta' suċċessjoni,
  • ċertifikat tad-dritt ta' sjieda, li juri illi l-propjetà hija propjetà separata tat-testatur,
  • applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, awtentikata minn nutar jew iffirmata b'mod diġitali; applikazzjoni għar-reġistrazzjoni iffirmata b'mod diġitali li trid tiġi ppreparata u sottomessa lid-dipartiment tar-reġistrazzjoni tal-artijiet fuq il-portal tar-reġistrazzjoni tal-artijiet (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://kinnistuportaal.rik.ee/KAEP/Login.aspx); il-portal jista' jiġi aċċessat permezz ta' karta tal-identità Estonjana, ID tal-mowbajl, ċerti karti tal-identità barranin jew permezz tal-portal tal-Istat, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.eesti.ee.

Ma titħallas l-ebda tariffa tal-Istat għall-korrezzjoni ta' entrata fir-reġistru tal-artijiet.

Il-werrieta kollha mniżżla fuq iċ-ċertifikat ta' suċċessjoni jitniżżlu fir-reġistru tal-artijiet.

Għall-finijiet tan-notarizzazzjoni taċ-ċertifikat tad-dritt ta' sjieda, l-applikant irid jipprova lin-nutar illi l-propjetà kienet propjetà esklussiva (propjetà separata) tal-konjuġi. Bħala regola ġenerali, id-dokumenti li jikkostitwixxu l-bażi għall-akkwist tal-propjetà għandhom jingħataw lin-nutar, jekk in-nutar ma jistax jiksibhom, sabiex jiġi ppruvat illi l-konjuġi kienu qasmu l-propjetà jew ikklassifikaw l-ass bħala propjetà separata (pereżempju ftehim dwar il-propjetà matrimonjali, ftehim dwar id-diviżoni tal-propjetà konġunta, dokument ieħor dwar l-akkwist li juri illi hija propjetà separata, bħal kuntratt mingħajr ħlas, eċċ).

Jekk iż-żwieġ tat-testatur kien inħall fiż-żmien tal-ftuħ tas-suċċessjoni jew intemm bil-mewt tiegħu, u l-propjetà immobbli fil-wirt kienet propjetà komuni tal-eks konjuġi, jridu jiġu ppreżentati dawn li ġejjin sabiex tiġi korretta l-entrata fir-reġistru tal-artijiet:

  • ċertifikat ta' suċċessjoni,
  • ċertifikat tad-dritt ta' sjieda, li juri illi l-propjetà hija propjetà tat-testatur u tal-eks konjuġi tiegħu,
  • applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, awtentikata minn nutar jew iffirmata b'mod diġitali; applikazzjoni għar-reġistrazzjoni iffirmata b'mod diġitali li trid tiġi ppreparata u sottomessa lid-dipartiment tar-reġistrazzjoni tal-artijiet fuq il-portal tar-reġistrazzjoni tal-artijiet (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://kinnistuportaal.rik.ee/KAEP/Login.aspx); il-portal jista' jiġi aċċessat permezz ta' karta tal-identità Estonjana, ID tal-mowbajl, ċerti karti tal-identità barranin jew permezz tal-portal tal-Istat, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.eesti.ee.

Ma titħallas l-ebda tariffa tal-Istat għall-korrezzjoni ta' entrata fir-reġistru tal-artijiet.

Il-werrieta kollha mniżżla fiċ-ċertifikat ta' suċċessjoni u l-konjuġi superstiti jew eks konjuġi jitniżżlu fir-reġistru tal-artijiet humiex werrieta jew le.

Għall-finijiet tan-notarizzazzjoni taċ-ċertifikat tad-dritt ta' sjieda, l-applikant irid jipprova lin-nutar illi l-propjetà kienet propjetà esklussiva (propjetà separata) tal-konjuġi. Bħala regola ġenerali, id-dokumenti li jservu bħala bażi għall-akkwist tal-propjetà għandhom jingħataw lin-nutar, jekk in-nutar ma jkunx jista' jiksibhom hu stess (fost l-oħrajn, il-ftehim dwar id-diviżjoni tal-propjetà konġunta, il-kuntratt dwar il-propjetà matrimonjali).

Jekk iż-żwieġ tat-testatur kien inħall fiż-żmien tal-ftuħ tas-suċċessjoni jew intemm bil-mewt tiegħu, u l-propjetà immobbli fil-wirt kienet propjetà komuni tal-eks konjuġi u l-wirt huwa maqsum bejn ko-werrieta b'mod illi l-propjetà immobbli se tinżamm minn werriet speċifiku,jridu jiġu ppreżentati dawn li ġejjin sabiex tiġi korretta l-entrata fir-reġistru tal-artijiet:

  • ċertifikat tad-dritt ta' sjieda u ftehim dwar id-diviżjoni tal-propjetà matrimonjali konġunta, awtentikata minn nutar Estonjan.
  • applikazzjoni għar-reġistrazzjoni (tista' tiġi nkluża fil-ftehim imsemmi hawn fuq dwar id-diviżjoni tal-propjetà konġunta u l-wirt).

Għall-korrezzjoni ta' entrata fir-reġistru tal-artijiet trid titħallas tariffa lill-Istat.

Bħala riżultat tad-diviżjoni tal-propjetà matrimonjali konġunta, it-testatur u l-konjuġi superstiti jitniżżlu fir-reġistru tal-artijiet bħala s-sidien skont l-ishma legali tagħhom. Il-werrieta mniżżla fiċ-ċertifikat ta' suċċessjoni li tiġi trasferita lilhom is-sjieda ta' propjetà immobbli speċifika skont il-ftehim jitniżżlu fir-reġistru tal-artijiet bħala s-sidien tas-sehem legali tat-testatur. Jekk is-sehem legali li jmiss lill-werrieta jinqasam bejniethom, id-daqs ta' dak is-sehem

Għall-finijiet tan-notarizzazzjoni taċ-ċertifikat tad-dritt ta' sjieda, l-applikant irid jipprova lin-nutar illi l-propjetà kienet propjetà konġunta.

F'dan il-każ wieħed jista' wkoll jissottometti dawn li ġejjin biex jemenda l-entrata fir-reġistru tal-artijiet:

  • ftehim dwar id-diviżjoni tal-propjetà konġunta tal-eks konjuġi u ftehim dwar id-diviżjoni tal-wirt, awtentikat minn nutar Estonjan,
  • applikazzjoni għar-reġistrazzjoni (tista' tiġi nkluża fil-ftehim imsemmi hawn fuq dwar id-diviżjoni tal-propjetà konġunta u l-wirt).

Għall-korrezzjoni ta' entrata fir-reġistru tal-artijiet trid titħallas tariffa lill-Istat.

Il-persuna ndikata fil-ftehim dwar id-diviżjoni tal-wirt bħala l-persuna li lilha tingħata l-propjeta immobbli speċifika skont il-ftehim tiġi reġistrata bħala sid il-propjeta' fir-reġistru tal-artijiet.

Għall-finijiet tan-notarizzazzjoni taċ-ċertifikat tad-dritt ta' sjieda, l-applikant irid jipprova lin-nutar illi l-propjetà kienet propjetà konġunta.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Fil-każ tal-mewt tat-testatur, il-qorti trid timplimenta miżuri għall-ġestjoni tal-wirt jekk:

  • mhux magħruf min hu l-werriet,
  • mhemmx werriet fil-post fejn jinsab il-wirt,
  • mhux magħruf jekk il-werriet aċċettax il-wrt,
  • il-werriet għandu kapaċità restrittiva u ma ġiex innominat kuratur għalih,
  • jeżistu raġunijiet oħra skont il-liġi.

Il-miżuri għall-ġestjoni tal-wirt huma l-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-wirt u l-applikazzjoni ta' miżuri biex issir miżura pprovduta fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Il-qorti taħtar amministratur għall-ġestjoni tal-wirt.

Il-qorti trid timplimenta dawk il-miżuri ta' ġestjoni ex officcio sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor. Il-qorti tista' tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni tal-miżuri għall-ġestjoni ta' wirt fuq talba ta' kreditur tat-testatur, legatarju jew kull persuna oħra li għandha dritt fuq il-wirt jekk il-falliment tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' ġestjoni jista' jippreġudika l-għotja tat-talba tal-persuna msemmija hawn qabel mill-assi tal-wirt. F'każ ta' tilwim dwar min għandu dritt jiret, qorti tista' tiddeċiedi wkoll dwar l-applikazzjoni ta' miżuri għall-ġestjoni tal-wirt fuq talba ta' persuna li qed titlob ir-rikonoxximent tad-dritt tagħha ta' suċċessjoni.

F'każ illi xewqa testamentarja ma tiġix eżegwita, il-qorti tista' taħtar amministratur biex jeżegwixxi x-xewqat fuq petizzjoni minn persuna interessata. L-amministratur għandu d-drittijiet u l-obbligi ta' eżekutur testamentarju fir-rigward tal-propjetà magħżula għall-eżekuzzjoni ta' xewqa testamentarja.

L-istituzzjonijiet nazzjonali u tal-gvern lokali, in-nutara u l-bailiffs huwa obbligati jinnotifikaw lill-qorti bil-ħtieġa li, jekk isiru jafu bihom, jiġu implimentati l-miżuri ta' ġestjoni.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Jekk ikunu għadhom ma ġewx implimentati l-miżuri ta' ġestjoni fir-rigward tal-wirt, il-werrieta jamministrawh flimkien. Il-werrieta għandhom obbligu jwettqu d-dispożizzjonijiet kollha magħmula fit-testment, inluż it-trasferiment tal-wirt permezz tad-dispożizzjonijiet magħmula fit-testment.

Jekk il-miżuri ta' ġestjoni ġew implimentati, il-wirt jiġi amministrat mill-amministratur maħtur mill-qorti, li jista' jirċievi struzzjonijiet mingħand il-qorti dwar il-pussess, l-użu u t-trasferiment tal-assi. L-amministratur jista' jittrasferixxi l-wirt biss biex ikun jista' jwettaq l-obbligi tiegħu u biex ikopri l-ispejjeż marbuta mal-amministrazzjoni tal-wirt. L-amministratur għandu jaqdi l-obbligi tal-amministratur tal-wirt li tistabbilixxi l-liġi.

Jekk it-testment isemmi l-ħatra ta' eżekutur, werriet ma jistax jiddisponi mill-oġġetti li jiffurmaw parti mill-wirt illi huma meħtieġa mill-eżekutur biex iwettaq dmirijietu. L-eżekutur għandu l-obbligu li jamministra l-assi b'mod prudenti u jagħti lill-werrieta l-oġġetti li ma għandux bżonn fl-eżekuzzjoni tat-testment. Sakemm il-werriet jasal biex jaċċetta l-wirt, l-eżekutur huwa obbligat iwettaq id-dmirjiet ta' amministatur tal-wirt jew jitlob li jkun l-amministratur.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Id-drittijiet, l-obbligi u s-setgħat tal-amministratur tal-wirt

  • jamministra l-propjetà b'mod prudenti u jiżgura l-preservazzjoni tiegħu.
  • jipprovdi manteniment mill-wirt lill-membri tal-familja li kienu jgħixu mat-testatur sakemm miet u li kienu jirċievu manteniment mingħandu.
  • jissodisfa l-obbligi marbuta mal-wirt mill-wirt stess u jagħti rapport dwar l-amministrazzjoni tal-propjetà lill-qorti u lill-werrieta.
  • jieħu fil-pussess tiegħu il-wirt li jkun għand werriet jew parti terza jew jiggarantixxi s-separazzjoni tal-wort mill-propjetà tal-werriet b'kull mezz ieħor, jekk ikun meħtieġ għall-preservazzjoni tal-wirt.
  • jissottometti applikazzjoni quddiem nutar għall-ftuħ tal-proċedimenti ta' suċċessjoni, jekk meħtieġ, jew jieħu miżuri oħra għall-identifikazzjoni tal-werriet jekk in-nutara Estonjani ma għandhomx kompetenza biex imexxu l-proċedimenti ta' suċċessjoni
  • l-amministratur tal-wirt, wara li jkun għamel inventarju, jrid jissodisfa t-talbiet imdaħħla fl-inventarju tal-wirt li għalihom waslet il-ġurnata ta' skadenza. L-amministratur tal-wirt jista' jissodisfa t-talbiet li għadhom mhux dovuti bil-kunsens tal-werriet biss. Jekk il-qorti tiddeċiedi wkoll dwar l-applikazzjoni tal-miżuri għall-ġestjoni ta' wirt fuq talba ta' kreditur tat-testatur, legatarju jew kull persuna oħra li għandha dritt fuq il-wirt, fejn il-falliment tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' ġestjoni jista' jippreġudika l-għotja tat-talba tal-persuna msemmija hawn qabel mill-assi tal-wirt, l-amministratur irid, wara t-tħejjija tal-inventarju tal-wirt, jissodisfa t-talbiet kollha mdaħħla fl-inventarju tal-wirt mill-assi tal-wirt fl-ordni stabbilit mil-liġi. Il-wirt ma jistax jingħata lill-werriet qabel jiġu sodisfati t-talbiet kollha.
  • Jekk il-wirt ma jkunx biżżejjed biex jiġu sodisfati t-talbiet kollha u l-werriet ma jaqbilx illi dawn għandhom joħorġu mill-propjetà tiegħu stess, l-amministratur tal-wirt jew il-werriet irid jissottometti fil-pront applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' falliment tal-wirt. Amministratur jista' jiddisponi mill-wirt biss biex jissodisfa l-obbligi mniżżla fih u biex ikopri l-ispejjeż marbuta mal-amministrazzjoni tal-wirt. Amministratur ma għandux dritt jiddisponi minn propjetà immobbli li qiegħda fil-wirt mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-qorti. Dan ma japplikax f'każ fejn ma nstabx werriet fi żmien sitt xhur mill-ftuħ tas-suċċessjoni jew jekk il-werriet li aċċetta s-suċċessjoni għadu ma bediex jamministra l-wirt fi żmien sitt xhur mill-aċċettazzjoni tal-wirt; f'dan il-każ, l-amministratur jista' jbiegħ mill-wirt wara li jkun għamel inventarju u ddepożita l-flus            mill-bejgħ ta' oġġetti mill-wirt.
  • Il-werriet ma għandux dritt jiddisponi mill-wirt li ġie mogħti f'idejn amministratur għall-finijiet ta' amministrazzjoni.
  • L-amministratur tal-wirt għandu dritt jirċievi tariffa għall-qadi ta' dmirijietu, bl-ammont jiġi determinat minn qorti.

Id-drittijiet, l-obbligi u s-setgħat ta' eżekutur testamentarju

  • Eżekutur testamentarju jaqdi d-dmirijiet stabbiliti mil-liġi sakemm ma jkunx provdut mod ieħor fit-testment. L-eżekutur testamentarju jista' jidderoga mid-dmirijiet mogħtija lilu fit-testment bil-kunsens tal-partijiet interessati jekk dan ikun fl-interess tal-eżekuzzjoni tax-xewqa testamentarja tat-testatur.
  • L-eżekutur huwa obbligat li, minnufih wara li jkun aċċetta l-kariga, jagħti lill-werriet lista ta' oġġetti fis-suċċessjoni illi jeħtieġ biex ikun jista' jaqdi dmirijietu.
  • Sakemm il-werriet jasal biex jaċċetta l-wirt, l-eżekutur huwa obbligat jaqdi d-dmirjiet ta' amministatur tal-wirt jew jitlob li jkun l-amministratur.
  • L-eżekutur testamentarju huwa meħtieġ jeżegwixxi l-legati, l-obbligi testamentarji, ix-xewqat testamentarji u obbligi oħra ġejjin mit-testment jew mill-ftehim dwar is-suċċessjoni.
  • L-eżekutur testamentarju huwa meħtieġ jamministra bi prudenza u jippreserva l-wirt li huwa meħtieġ għall-qadi ta' dmirijietu.
  • Eżekutur testamentarju għandu jieħu fil-pussess tiegħu oġġett li jifforma parti minn wirt jew jiżgura b'mezzi oħra s-separazzjoni tal-oġġett mill-propjetà tal-werriet jekk huwa meħtieġ għall-qadi tad-dmirijiet tal-eżekutur testamentarju.
  • Eżekutur testamentarju għandu dritt jieħu fuqu obbligi fir-rigward ta' suċċessjoni u li jiddisponi minn oġġetti li jiffurmaw parti mill-wirt, jekk ikun meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.
  • Jekk it-testatur għamel dispożizzjonijiet fir-rigward tad-diviżjoni tal-wirt, l-eżekutur testamentarju għandu jaqsam il-wirt bejn il-werrieta.
  • L-eżekutur testamentarju għandu dritt jirrappreżenta werriet jew legatarju sa fejn hu meħtieġ għat-twettiq ta' dmirijietu.
  • L-eżekutur testamentarju irid jagħti lill-werrieta dawk l-oġġetti mill-wirt li qiegħdin fl-pussess tiegħu u li ma għandux bżonn fit-twettiq ta' dmirijietu.
  • Jekk eżekutur testamentarju mhux meħtieġ jeżegwixxi personalment dispożizzjoni tat-testatur, l-eżekutur jista' jitlob li din issir minn werriet.
  • Werriet ma għandux dritt jiddisponi mill-oġġetti li jiffurmaw parti mill-wirt illi għandu bżonn l-eżekutur testamentarju biex jaqdi dmirijietu.
  • Eżekutur testamentarju huwa responsabbli għal kull dannu li jikkawża lill-werriet jew legatarju meta' ma jaqdix dmirijietu.
  • Eżekutur testamentarju jrid jagħti rapport dwar l-attività tiegħu lill-werrieta u l-legatarji.
  • L-ispejjeż neċessarji li jġarrab l-eżektur fil-qadi ta' dmirijietu jiġu rimborzati mill-wirt.
  • Huwa għandu dritt jitlob kumpens xieraq għall-ħidma tiegħu sakemm ma jkunx provdut mod ieħor fit-testment.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Jekk jingħataw biżżejjed provi dwar id-dritt ta' suċċessjoni tal-werrieta u l-firxa tiegħu, in-nutar jinnotarizza ċ-ċertifikat ta' suċċessjoni, fejn jindika d-daqsa tas-sehem mill-wirt ta' kull werriet; madankollu ċ-ċertifikat ma jindikax minn xiex hu kompost il-wirt.

L-aħħar aġġornament: 29/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Informazzjoni ġenerali - Greċja

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

A. Is-suċċessjoni volontarja hija possibbli biss permezz ta' testment (l-Artikoli 1710 u 1712 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-liġi tipprevedi t-tipi ta' testmenti li ġejjin:

(a) Testmenti ordinarji:

  • Testment olografiku: miktub, datat u ffirmat kompletament mit-testatur b'idu (mingħajr tagħmir mekkaniku) (l-Artikoli 1721-1723 tal-Kodiċi Ċivili). M'hemmx bżonn li testment bħal dan jintbagħat lil kwalunkwe awtorità. Wara l-mewt tat-testatur, persuna li tkun fil-pussess ta' testment olografiku trid, malli tkun infurmata b'mewt it-testatur u mingħajr dewmien intenzjonat, tibgħat it-testment għall-pubblikazzjoni lill-Imħallef tal-qorti ċivili distrettwali li jpoġġi jew fl-aħħar domiċilju jew residenza tat-testatur jew fid-domiċilju tiegħu stess, jew lil kwalunkwe awtorità konsulari Griega jekk il-pussessur tat-testment ikollu r-residenza tiegħu barra l-pajjiż (l-Artikoli 1774-1775 tal-Kodiċi Ċivili).
  • Testment issiġillat: eżegwit mit-testatur u mibgħut f'envelop issiġillat lil nutar fil-preżenza ta' tliet xhieda jew dil-preżenza ta' żewġ nutara u xhud wieħed. Wara l-mewt tat-testatur, in-nutar irid, mingħajr dewmien intenzjonat, jikkonsenja personalment it-testment oriġinali lill-Imħallef tal-qorti ċivili distrettwali li jpoġġi fir-reġjun fejn in-nutar għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu (l-Artikoli 1738-1748 u 1769 tal-Kodiċi Ċivili).
  • Testment pubbliku: imħabbar verbalment mit-testatur lin-nutar fil-preżenza ta' tliet xhieda jew lil żewġ nutara fil-preżenza ta' xhud wieħed. Att notarili jiġi eżegwit. Dan ikun fih it-testment u jinżamm min-nutar, li jrid, malli jiġi infurmat b'mewt it-testatur u mingħajr dewmien intenzjonat, jibgħat kopja lill-Imħallef tal-qorti ċivili distrettwali li jpoġġi fir-reġjun fejn in-nutar għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu (l-Artikoli 1724-1737 u 1769 tal-Kodiċi Ċivili).

(b) Testmenti straordinarji:

F'ċirkostanzi straordinarji testment jista' jiġi eżegwit fuq vapur (l-Artikoli 1749-1752 tal-Kodiċi Ċivili), minn suldati waqt kampanja militari (l-Artikoli 1753-1756 tal-Kodiċi Ċivili) u persuni iżolati (l-Artikolu 1757 tal-Kodiċi Ċivili). Testment straordinarju jiġi kkonsenjat mingħajr dewmien lill-eqreb awtorità konsulari Griega jew lil nutar fil-Greċja u jkun innotifikat lill-awtorità sorveljatorja kompetenti (l-Artikoli 1761-1762 tal-Kodiċi Ċivili). Testment straordinarju jsir null u bla effett minnufih malli jgħaddu tliet xhur mid-data meta ċ-ċirkostanzi straordinarji ma baqgħux jaffettwaw lit-testatur bil-kundizzjoni li jkun għadu ħaj (l-Artikoli 1758-1760 tal-Kodiċi Ċivili).

Kull testment ikun validu b'mod ugwali, u testment posterjuri jirrevoka kull testment li jkun sar qabel, sakemm it-testatur jirrevoka espliċitament it-testment preċedenti jew meta t-testment sussegwenti jkun fih dispożizzjonijiet kontradittorji jew differenti minn dawk ta' qabel. F'dan l-aħħar każ, testment sussegwenti jirrevoka l-partijiet tat-testment preċedenti li jikkontradixxuh (l-Artikoli 1763-1768 tal-Kodiċi Ċivili).

F'kull każ it-testatur irid ikun kompetenti biex jaġixxi, irid ikun qed jaġixxi b'volontà libera u mhux sfurzata, u jrid jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi għall-eżekuzzjoni legali ta' kull tip ta' testment.

B. Alternattivament, tista' ssir donazzjoni permezz ta' kuntratt tal-mewt (l-Artikoli 2032-2035 tal-Kodiċi Ċivili). F'dan il-każ, madankollu, id-donatur ma jitqiesx bħala l-werriet jew is-suċċessur universali tad-donatur.

C. Testment unica charta (jiġifieri testment eżegwit minn żewġ persuni jew iktar f'att wieħed) huwa pprojbit mil-liġi (l-Artikolu 1717 tal-Kodiċi Ċivili).

D. Ftehimiet rigward suċċessjonijiet futuri huma pprojbiti wkoll (l-Artikolu 368 tal-Kodiċi Ċivili).

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

A. Testment olografiku jrid jintbagħat lil awtorità speċifika. Għal raġunijiet ta' sigurtà, madankollu, it-testatur jista' jħallih ma' nutar biex iżommu f'post sikur (l-Artikolu 1722 tal-Kodiċi Ċivili).

B. Testmenti ssiġillati u testmenti pubbliċi jridu jintbagħtu lil nutar, u irid jiġi eżegwit att notarili rilevanti (l-Artikoli 1743 u 1732 tal-Kodiċi Ċivili).

C. Testment straordinarju jrid ikun innotifikat lil awtorità superviżorja u jrid jintbagħat mingħajr dewmien lill-eqreb awtorità konsulari Griega jew lil nutar fil-Greċja (l-Artikoli 1761-1762 tal-Kodiċi Ċivili).

D. Ma' mewt it-testatur, nutar li jkun qed iżomm testment irid, f'każ ta' testment pubbliku, jibgħat kopja lill-Imħallef tal-qorti ċivili distrettwali, u, fil-każ ta' testment issiġillat jew straordinarju, in-nutar irid jikkonsenja personalment it-testment oriġinali għall-pubblikazzjoni lill-Imħallef tal-qorti ċivili distrettwali li jkun ipoġġi fir-reġjun fejn in-nutar ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu (l-Artikoli 1769-1780 tal-Kodiċi Ċivili u l-Artikoli 807-811 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili). Kwalunkwe persuna li tkun fil-pussess ta' testment olografiku trid, malli tkun infurmata b'mewt it-testatur u mingħajr dewmien intenzjonat, tibgħat it-testment għall-pubblikazzjoni lill-Imħallef tal-qorti ċivili distrettwali li jpoġġi jew fl-aħħar domiċilju jew residenza tat-testatur jew fid-domiċilju tiegħu stess (l-Artikoli 1774-1775 tal-Kodiċi Ċivili u l-Artikoli 807-811 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili). Jekk min qed iżomm it-testment ikun jgħix barra, ikun jista' jibagħtu lil kwalunkwe awtorità konsulari Griega.

E. Kwalunkwe persuna li ssib jew iżżomm testment olografiku u tonqos milli tibagħtu lil awtorità kompetenti minnufih tkun suġġetta għal pieni ċivili u kriminali u, jekk tkun il-werriet, hija titlef dik is-suċċessjoni (l-Artikoli 914, 902, 903 u 1860 tal-Kodiċi Ċivili, l-Artikolu 811 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili u l-Artikoli 222 u 242 tal-Kodiċi Kriminali).

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Α. Id-dixxendenti u l-ġenituri tad-deċedut, kif ukoll il-konjuġi superstiti jew superstiti li d-deċedut ikun ikkonkluda sħubija rreġistrata miegħu, illi kieku kienu jkunu nominati suċċessuri ab intestato, huma intitolati għal sehem riżervat mill-patrimonju (l-Artikolu 1825 tal-Kodiċi Ċivili u l-Artikolu 11 tal-Liġi 3719/2008).

B. Is-sehem riżervat tal-patrimonju jikkorrispondi għal nofs is-sehem f'każ ta' mewt ab intestato. Il-benefiċjarju legali ta' dak is-sehem jiġi inkluż bħala werriet apparenti fir-rigward ta' dik il-porzjoni (l-Artikolu 1825 tal-Kodiċi Ċivili).

C. Il-metodu użat biex jiġi kkalkulat dak il-proporzjon huwa kumpless. Jitqiesu wkoll il-benefiċċji imputabbli li diġà ngħataw lill-benefiċjarju mingħand id-deċedut u l-valur (nozzjonali) totali tal-patrimonju (l-Artikolu 1830-1834 tal-Kodiċi Ċivili).

D. Kull restrizzjoni imposta mit-testment fuq il-benefiċjarju tas-sehem riżervat, jitqies daqslikieku ma tkunx inkitbet sa fejn tkun tapplika għas-sehem riżervat tal-patrimonju (l-Artikolu 1829 tal-Kodiċi Ċivili). Bil-ftuħ ta' kawża biex tiġi rritornata donazzjoni lil persuna li ma jmisshiex sehem riżervat, il-benefiċjarju tas-sehem jista' jdawwar id-donazzjoni magħmula mid-deċedut tul ħajtu, jekk il-patrimonju li għad fadal fil-mument tal-mewt ma jkunx biżżejjed biex ikopri s-sehem riżervat. Id-dritt li tiftaħ kawża jiġi preskritt sentejn wara l-mewt tad-deċedut (l-Artikoli 1835-1838 tal-Kodiċi Ċivili).

E. Il-benefiċjarju legali tas-sehem riżervat ma għandux jirċievi sehem riżervat tal-patrimonju jekk ikun diżeredat mid-deċedut (l-Artikoli 1839-1845) jew jekk ma jkunx denju li jirċievi b'testment (l-Artikoli 1860-1864). Il-benefiċjarju legali tas-sehem riżervat jista' jirrinunzja s-suċċessjoni (l-Artikoli 1847-1859 tal-Kodiċi Ċivili) jew jista' jirrinunzja għas-sehem riżervat (l-Artikoli 1826 tal-Kodiċi Ċivili).

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Hemm sitt gradi ta' suċċessjoni ab intestato. Persuna inkluża fi grad minnhom ma tissejjaħx għas-suċċessjoni jekk tissejjaħ għas-suċċessjoni persuna oħra minn grad preċedenti (l-Artikoli 1819 tal-Kodiċi Ċivili):

Α. Id-dixxendenti tad-deċedut jissejħu fl-ewwel grad tas-suċċessjoni ab intestato. Is-suċċessjoni tiġi ddeterminata per stirpes. L-eqreb dixxendent jeskludi dixxendenti iktar imbiegħda fl-istess fergħa. It-tfal jirtu sehem indaqs tal-patrimonju (l-Artikolu 1813 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-konjuġi superstiti jiġi inkluż ukoll fl-ewwel grad u jirċievi kwart tal-patrimonju (l-Artikolu 1820 tal-Kodiċi Ċivili).

Superstiti li jkun ikkonkluda sħubija rreġistrata mad-deċedut jiġi inkluż ukoll fl-ewwel grad u jirċievi parti minn sitta tal-patrimonju (l-Artikolu 11 tal-Liġi 3719/2008).

B. Il-ġenituri u l-aħwa tad-deċedut, kif ukoll it-tfal u t-tfal tat-tfal ta' kull wieħed mill-aħwa tad-deċedut li jkunu mietu qabel id-deċedut jew li jirrinunzjaw għad-drittijiet tagħhom ta' suċċessjoni jew mhumiex denji li jirċievu b'testment, huma inklużi fit-tieni grad. Il-ġenituri u l-aħwa, kif ukoll it-tfal u t-tfal tat-tfal ta' kull wieħed mill-aħwa li jkunu mietu qabel id-deċedut jew li jirrinunzjaw għad-drittijiet tagħhom ta' suċċessjoni jew mhumiex denji li jirċievu b'testment jirtu l-patrimonju per stirpes (l-Artikolu 1814 tal-Kodiċi Ċivili).

Jekk aħwa minn ġenitur wieħed jiġu kklassifikati mal-ġenituri jew l-aħwa miż-żewġ ġenituri jew ma' tfal jew tfal tat-tfal ta' aħwa miż-żewġ ġenituri. Nofs is-sehem jiħduh ukoll it-tfal jew it-tfal tat-tfal ta' kull wieħed mill-aħwa li jkunu mietu qabel id-deċedut jew li jirrinunzjaw għad-drittijiet tagħhom ta' suċċessjoni jew mhumiex denji li jirċievu b'testment (l-Artikolu 1815 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-konjuġi superstiti jiġi inkluż ukoll fit-tieni grad u jirċievi nofs il-patrimonju (l-Artikolu 1820 tal-Kodiċi Ċivili).

Superstiti li jkun ikkonkluda sħubija rreġistrata mad-deċedut jiġi inkluż ukoll fit-tieni grad u jirċievi terz tal-patrimonju (l-Artikolu 11 tal-Liġi 3719/2008).

C. In-nanniet kif ukoll it-tfal u t-tfal tat-tfal minn fost id-dixxendenti tad-deċedut jissejħu fit-tielet grad tas-suċċessjoni ab intestato.

Jekk fil-mument tal-mewt tad-deċedut, in-nanniet fiż-żewġ linji għadhom ħajjin u ma rrinunzjawx għad-dritt tagħhom tas-suċċessjoni u huma denji li jirċievu b'testment, huma jkunu l-uniċi benefiċjarji tal-patrimonju u jirtu f'sehem indaqs.

Jekk fil-mument tal-mewt tad-deċedut in-nannu jew in-nanna fil-linja tal-missier jew tal-omm ma jkunux ħajjin jew ikunu rrinunzjaw għad-dritt tas-suċċessjoni jew mhumiex denji li jirċievu b'testment, jiġu ssostitwiti mit-tfal jew it-tfal tat-tfal tagħhom. Fin-nuqqas ta' tfal jew tfal tat-tfal jew jekk dawn ikunu rrinunzjaw għad-dritt tas-suċċessjoni jew mhumiex denji li jirċievu b'testment, is-sehem tal-persuna li tkun mietet jew rrinunzjat għad-dritt tas-suċċessjoni jew mhix denja li tirċievi b'testment imur għand in-nannu jew in-nanna fl-istess linja, u fin-nuqqas ta' nanniet bħal dawn jew f'każ li jkunu rrinunzjaw għad-dritt tas-suċċessjoni jew mhumiex denji li jirċievu b'testment, jgħaddi għat-tfal jew it-tfal tat-tfal tagħhom.

Jekk fil-mument tal-mewt tad-deċedut in-nannu u n-nanna fil-linja tal-missier jew l-omm ma jkunux ħajjin jew ikunu rrinunzjaw għad-dritt tas-suċċessjoni jew mhumiex denji li jirċievu b'testment u ma jkollhomx tfal u tfal tat-tfal jew it-tfal u t-tfal tat-tfal tagħhom ikunu rrinunzjaw għad-dritt tas-suċċessjoni jew mhumiex denji li jirċievu b'testment, l-uniċi benefiċjarji jkunu n-nannu jew in-nanna u t-tfal u t-tfal tat-tfal tagħhom fil-linja l-oħra.

It-tfal jirtu sehem indaqs tal-patrimonju u jeskludu lit-tfal tat-tfal fl-istess fergħa. It-tfal jirtu l-patrimonju skont il-fergħa (l-Artikolu 1816 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-konjuġi superstiti jiġi inkluż ukoll fit-tielet grad u jirċievi nofs il-patrimonju (l-Artikolu 1820 tal-Kodiċi Ċivili).

Superstiti li jkun ikkonkluda sħubija rreġistrata mad-deċedut jiġi inkluż ukoll fit-tielet grad u jirċievi terz tal-patrimonju (l-Artikolu 11 tal-Liġi 3719/2008).

D. Il-bużnanniet tad-deċedut jissejħu fir-raba' grad tas-suċċessjoni ab intestato u jirtu sehem indaqs tal-patrimonju irrispettivament mil-linja (l-Artikolu 1817 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-konjuġi superstiti jiġi inkluż ukoll fir-raba' grad u jirċievi nofs il-patrimonju (l-Artikolu 1820 tal-Kodiċi Ċivili).

Superstiti li jkun ikkonkluda sħubija rreġistrata mad-deċedut jiġi inkluż ukoll fir-raba' grad u jirċievi terz tal-patrimonju (l-Artikolu 11 tal-Liġi 3719/2008).

E. Konjuġi superstiti jew supersiti li jkun ikkonkluda sħubija rreġistrata mad-deċedut jiġi inkluż ukoll fil-ħames grad u jirċievi l-patrimonju kollu (l-Artikolu 1821 tal-Kodiċi Ċivili u l-Artikolu 11 tal-Liġi 3719/2008).

Konjuġi ddivorzjat u superstiti li jkun ikkonkluda sħubija rreġistrata mad-deċedut f'każ li dik is-sħubija ntemmet waqt li d-deċedut kien għadu ħaj, mhumiex inklużi fis-suċċessjoni ab intestato.

Konjuġi superstiti li d-deċedut ikun fetaħ kawża ta' divorzju kontrih, b'raġunijiet validi għad-divorzju, huwa eskluż mis-suċċessjoni ab intestato (l-Artikolu 1822 tal-Kodiċi Ċivili).

F. L-Istat Grieg jissejjaħ fis-sitt grad tas-suċċessjoni ab intestato u jirċievi l-patrimonju kollu bil-benefiċċju tal-inventarju (l-Artikolu 1824 tal-Kodiċi Ċivili u l-Artikolu 118 tal-Liġi li tistabbilixxi l-Kodiċi Ċivili).

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Il-qorti tas-suċċessjoni, jiġifieri l-qorti ċivili distrettwali tar-reġjun fejn id-deċedut ikollu d-domiċilju tiegħu fil-mument tal-mewt jew ir-residenza tiegħu fin-nuqqas ta' domiċilju, jew il-qorti ċivili distrettwali tal-belt kapitali tal-Istat fin-nuqqas ta' residenza, ikollha l-ġuriżdizzjoni fuq kwistjonijiet relatati mas-suċċessjoni (l-Artikoli 30 u 810 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

In-nutara u l-awtoritajiet konsulari Griegi huma wkoll kompetenti biex ifasslu u jissalvagwardjaw it-testmenti.

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet fiskali Griegi huma wkoll kompetenti li jirċievu d-dikjarazzjonijiet fiskali tas-suċċessjoni u japplikaw taxxi fuq is-suċċessjoni.

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Dwar 5(b) sa (d): Id-dikjarazzjonijiet segwenti jintbagħtu lis-segretarjat tal-qorti tas-suċċessjoni:

  • Dikjarazzjonijiet li jikkonċernaw ir-rinunzja ta' suċċessjoni jew legat minn kwalunkwe werriet (werriet skont it-testment, werriet ab intestato, werriet apparenti). Ir-rinunzja trid issir qabel ma jgħaddu erba' xhur minn dakinhar li l-parti li qed tirrinunzja tiġi infurmata bil-ftuħ tas-suċċessjoni u bir-raġuni tal-ftuħ. Jekk id-deċedut jew il-werriet kienu jgħixu barra, l-iskadenza għar-rinunzja tiġi estiża għal sena (l-Artikolu 812 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili u l-Artikoli 1847-1859 tal-Kodiċi Ċivili).
  • Dikjarazzjonijiet li jikkonċernaw l-aċċettazzjoni ta' suċċessjoni bil-benefiċċju tal-inventarju (l-Artikolu 812 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili u l-Artikoli 1902-1912 tal-Kodiċi Ċivili).
  • Dikjarazzjonijiet li jikkonċernaw l-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja tal-funzjoni ta' eżekutur ta' testment jew li jikkonċernaw it-tneħħija ta' dik il-funzjoni (l-Artikolu 812 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili u l-Artikoli 2017-2031 tal-Kodiċi Ċivili).
  • Dikjarazzjonijiet li jikkonċernaw l-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja ta' gwardjan ta' wirt battal (l-Artikolu 812 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili u l-Artikoli 1865-1870 tal-Kodiċi Ċivili).

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

A. Qabel ma jiskadi l-perjodu għar-rinunzja ta' suċċessjoni (jiġifieri erba' xhur, jew sena jekk id-deċedut jew il-werriet ikunu jgħixu barra fil-mument tal-ftuħ tas-suċċessjoni - l-Artikolu 1847 tal-Kodiċi Ċivili), il-werriet jista' jiddikjara lis-segretarjat tal-qorti tas-suċċessjoni (l-Artikolu 810 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jistipula liema qorti tas-suċċessjoni tkun responsabbli) li jkun aċċetta s-suċċessjoni bil-benefiċċju tal-inventarju. F'dak il-każ, il-werriet bil-benefiċċju tal-inventarju huwa responsabbli li jerfa' l-obbligi tal-patrimonju sa fejn ikunu jistgħu jiġu sodisfatti bl-assi tal-istess patrimonju (l-Artikoli 1902 u 1904 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-werriet bil-benefiċċju tal-inventarju jrid jipproċedi biex iħejji inventarju tal-assi tal-patrimonju fi żmien erba' xhur. Il-patrimonju huwa raggruppament tal-proprjetà li hija distinta mill-proprjetà personali tal-werriet. Werriet bil-benefiċċju tal-inventarju jkollu jissodisfa lill-kredituri tal-patrimonju u mbagħad lil-legatarji. Fil-każ ta' atti ta' rinunzja tal-assi tal-patrimonju, il-werriet bil-benefiċċju tal-inventarju jrid jitlob permess mill-qorti tas-suċċessjoni (l-Artikoli 1902-1912 tal-Kodiċi Ċivili u l-Artikoli 812, 838-841 tal-Kodiċi ta Proċedura Ċivili).

B. Il-kredituri tal-patrimonju jew il-werrieta jistgħu jitolbu likwidazzjoni ġudizzjarja tal-patrimonju mill-qorti ta' suċċessjoni (l-Artikoli 1913 tal-Kodiċi Ċivili). Il-qorti trid tordna l-likwidazzjoni tal-patrimonju fuq talba tal-werriet bil-benefiċċju tal-inventarju, u dan tal-aħħar għandu, f'dak il-każ, jgħaddi l-proprjetà tas-suċċessjoni lill-kredituri u jkun illiberat minn kull obbligu (l-Artikolu 1909 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-qorti tas-suċċessjoni taħtar likwidatur għall-finijiet tal-likwidazzjoni, li jistieden lill-kredituri biex jgħarrfuh bil-pretensjonijiet tagħhom. Is-sodisfazzjon tal-pretensjonijiet tal-kredituri jieħu preċedenza fuq dawk tal-legatarji (l-Artikoli 1913-1922 tal-Kodiċi Ċivili).

C. Jekk il-werriet ma jkunx magħruf (wirt battal), il-qorti ta' suċċessjoni taħtar gwardjan tal-wirt battal, li jkun responsabbli għall-amministrazzjoni tal-patrimonju u s-sodisfazzjon tal-kredituri sakemm jinstab il-werriet (l-Artikoli 1865-1870 tal-Kodiċi Ċivili).

D. Jekk id-deċedut ikun diġà falla, il-proċedimenti tal-falliment ikomplu kontra l-patrimonju.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Α. Il-patrimonju jintiret awtomatikament mill-werriet fil-mument tal-mewt tad-deċedut. Fil-prinċipju, għalhekk ma hemm bżonn tal-ebda att espliċitu speċifiku ta' aċċettazzjoni tal-wirt (l-Artikolu 1846 tal-Kodiċi Ċivili).

B. Meta werriet jindika bl-imġiba tiegħu li jixtieq ikun werriet (billi jinvolvi ruħu fis-suċċessjoni), huwa jitqies li aċċetta taċitament is-suċċessjoni (l-Artikolu 1849 tal-Kodiċi Ċivili).

C. Meta werriet ma jkunx eżerċita d-dritt li jirrinunzja għas-suċċessjoni qabel l-iskadenza stabbilita (jiġifieri erba' xhur, jew sena jekk id-deċedut jew il-werriet ikun joqgħod barra l-pajjiż fil-mument tal-ftuħ tas-suċċessjoni - l-Artikolu 1847 tal-Kodiċi Ċivili), jitqies li hemm aċċettazzjoni tas-suċċessjoni (l-Artikolu 1850 tal-Kodiċi Ċivili).

D. Hemm eċċezzjoni għall-prinċipju ta' akkwiżizzjoni awtomatika tal-patrimonju meta l-oġġett li jkun se jintiret ikun is-sjieda ta' proprjetà immobbli jew ta' kwalunkwe dritt in rem fuq proprjetà immobbli. F'dak il-każ, l-att ta' aċċettazzjoni ta' wirt jew iċ-ċertifikat ta' suċċessjoni jrid ikun irreġistrat fir-reġistru tal-atti notarili jew fir-reġistru tal-artijiet, u l-werriet jikseb id-dritt in rem b'effett retroattiv mill-mument tal-mewt tad-deċedut (l-Artikoli 1846, 1193, 1195 u 1198 tal-Kodiċi Ċivili).

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Α. Werriet, bħala s-suċċessur universali tad-deċedut, huwa responsabbli, inkluż bil-proprjetà personali tiegħu, għall-obbligi tal-patrimonju, kuntrarju għal-legatarji, li huma suċċessuri speċifiċi tad-deċedut (l-Artikolu 1901 tal-Kodiċi Ċivili).

A. Qabel ma jiskadi l-perjodu għar-rinunzja ta' suċċessjoni (jiġifieri erba' xhur, jew sena jekk id-deċedut jew il-werriet ikunu jgħixu barra fil-mument tal-ftuħ tas-suċċessjoni - l-Artikolu 1847 tal-Kodiċi Ċivili), il-werriet jista' jiddikjara lis-segretarjat tal-qorti tas-suċċessjoni li jkun aċċetta s-suċċessjoni bil-benefiċċju tal-inventarju. F'dak il-każ, il-werriet bil-benefiċċju tal-inventarju huwa responsabbli li jerfa' l-obbligi tal-patrimonju sa fejn ikunu jistgħu jiġu sodisfatti bl-assi tal-istess patrimonju (l-Artikoli 1902 u 1904 tal-Kodiċi Ċivili).

C. Il-werriet bil-benefiċċju tal-inventarju jrid jipproċedi biex iħejji inventarju tal-assi tal-patrimonju fi żmien erba' xhur. Il-patrimonju huwa raggruppament tal-proprjetà li hija distinta mill-proprjetà personali tal-werriet. Werriet bil-benefiċċju tal-inventarju jkollu jissodisfa lill-kredituri tal-patrimonju u mbagħad lil-legatarji. Fil-każ ta' atti ta' rinunzja tal-assi tal-patrimonju, il-werriet bil-benefiċċju tal-inventarju jrid jitlob permess mill-qorti tas-suċċessjoni (l-Artikoli 1902-1912 tal-Kodiċi Ċivili u l-Artikoli 812, 838-841 tal-Kodiċi ta Proċedura Ċivili).

D. Waqt l-inventarju, il-kredituri tal-patrimonju jistgħu jitolbu likwidazzjoni ġudizzjarja tal-patrimonju mill-qorti tas-suċċessjoni (l-Artikoli 1913 tal-Kodiċi Ċivili). Il-qorti trid tordna l-likwidazzjoni tal-patrimonju fuq talba tal-werriet bil-benefiċċju tal-inventarju, u dan tal-aħħar għandu, f'dak il-każ, jgħaddi l-proprjetà tas-suċċessjoni lill-kredituri u jkun illiberat minn kull obbligu (l-Artikolu 1909 tal-Kodiċi Ċivili).

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Biex tkun irreġistrata proprjetà immobbli li tkun intirtet, hemm bżonn ta' dokument pubbliku (tipikament att notarili ta' aċċettazzjoni ta' suċċessjoni jew ċertifikat ta' suċċessjoni). Dan irid jintbagħat lill-awtorità kompetenti (reġistru tal-atti notarili jew ir-reġistru tal-artijiet) li joperaw fil-post fejn tinsab il-proprjetà.

Għal aktar informazzjoni: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ktimatologio.gr/

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Skont id-dritt tas-suċċessjoni Grieg, il-patrimonju jinkiseb direttament mill-werriet mal-mewt tad-deċedut, mingħajr intervent minn rappreżentant jew amministratur (l-Artikoli 983 u 1846 tal-Kodiċi Ċivili).

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Il-werriet innifsu, li għalhekk jamministra l-proprjetà tas-suċċessjoni. Jekk ikun hemm bosta werrieta, huma jamministraw il-patrimonju flimkien sakemm jitqassam (l-Artikoli 1884-1894 tal-Kodiċi Ċivili).

Id-deċedut fit-testment tiegħu, jew il-werrieta bi qbil jew wara talba mressqa quddiem il-qorti tas-suċċessjoni, jista' jaħtar eżekutur testamentarju, li jkun responsabbli għall-amministrazzjoni u t-tqassim tal-patrimonju (l-Artikoli 2017-2031 tal-Kodiċi Ċivili).

Jekk il-werriet ma jkunx magħruf (wirt battal), il-qorti ta' suċċessjoni taħtar gwardjan tal-wirt battal, li jkun responsabbli għall-amministrazzjoni tal-patrimonju sakemm jinstab il-werriet (l-Artikoli 1865-1870 tal-Kodiċi Ċivili).

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Werriet bil-benefiċċju tal-inventarju jamministra l-patrimonju sakemm jkunu ssodisfati l-kredituri (l-Artikoli 1902 u -1912 tal-Kodiċi Ċivili).

Wara talba ta' kwalunkwe kreditur jew werriet imressqa quddiem il-qorti tas-suċċessjoni, tista' tinħareġ ordni għal-likwidazzjoni tal-patrimonju, li tkun amministrata minn likwidatur maħtur mill-qorti tas-suċċessjoni (l-Artikoli 1913-1922 tal-Kodiċi Ċivili).

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Α. Kwalunkwe parti kkonċernata (werriet, legatarju, fiduċjarju, eżekutur testamentarju, kredituri tal-patrimonju, akkwirent tal-patrimonju) tista' titlob lill-Imħallef tal-qorti ċivili distrettwali responsabbli mis-suċċessjoni biex joħroġ ċertifikat tas-suċċessjoni bħala parti mill-proċedimenti b'ġuriżdizzjoni volontarja (l-Artikolu 819 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

B. Iċ-ċertifikat ta' suċċessjoni huwa dokument maħruġ mill-Imħallef tal-qorti ċivili distrettwali responsabbli mis-suċċessjoni li jistabbilixxi l-informazzjoni relatata mas-suċċessjoni (kapaċitajiet u drittijiet, sehem mis-suċċessjoni) (l-Artikolu 1961 tal-Kodiċi Ċivili u l-Artikolu 820 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili). Iċ-ċertifikat ta' suċċessjoni jista' jkun dokument personali (li jiċċertifika l-kapaċità u s-sehem ta' persuna waħda biss) jew dokument konġunt (li jinħareġ għal werrieta konġunti jew iktar minn persuna waħda) (l-Artikolu 1960 tal-Kodiċi Ċivili).

C. Il-persuna nominata bħala werriet, legatarju, fiduċjarju jew eżekutur testamentarju fiċ-ċertifikat tas-suċċessjoni hija preżunta li jkollha l-kapaċità u d-drittijiet rilevanti indikati fiċ-ċertifikat. Din il-preżunzjoni tista' tiġi kkontestata (l-Artikolu 821 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili u l-Artikoli 1962 tal-Kodiċi Ċivili).

D. Iċ-ċertifikat tas-suċċessjoni jikkonferixxi l-awtentiċità. Kull parti terza li twettaq tranżazzjonijiet bona fidi mal-parti indikata bħala l-werriet fiċ-ċertifikat tas-suċċessjoni hija mħarsa (l-Artikolu 822 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili u l-Artikolu 1963 tal-Kodiċi Ċivili).

E. Meta jinħareġ ċertifikat tas-suċċessjoni ħażin, jiġi irrevokat, immodifikat, imħassar u mneħħi, flimkien mal-appelli ordinarji u straordinarji kontra s-sentenza tal-ħruġ taċ-ċertifikat tas-suċċessjoni (l-Artikoli 1964-1966 tal-Kodiċi Ċivili u l-Artikoli 823-824 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

F. Meta l-oġġett tas-suċċessjoni jkun dritt in rem fuq proprjetà immobbli, il-werriet jista' jirreġistra ċ-ċertifikat tas-suċċessjoni (l-Artikoli 1846, 1193, 1195 u 1198 tal-Kodiċi Ċivili).

G. Flimkien maċ-ċertifikat tas-suċċessjoni, hemm ukoll dokumenti oħrajn li jippruvaw il-kapaċità u d-drittijiet tal-werriet (eż. kopja tat-testment, ċertifikati tal-istatus ċivili, azzjoni għal sentenza dikjaratorja, eċċ.).

L-aħħar aġġornament: 15/10/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Informazzjoni ġenerali - Spanja

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Spanja għandha seba' sistemi differenti sa fejn il-liġi tas-suċċessjoni hija kkonċernata. Dawn huma direttament applikabbli għar-residenti mhux Spanjoli f'kull territorju bil-leġiżlazzjoni tiegħu f'lingwa li mhijiex l-Ispanjol. Iċ-ċittadini Spanjoli jkollhom bżonn jirrikorru għall-kriterju ta' nazzjonalità reġjonali (rabta ma' kull territorju regolatorju skont ir-regoli interni Spanjoli) - l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-4 ta' Lulju 2012.

Sa fejn id-dispożizzjonijiet testamentarji huma kkonċernati, trid issir distinzjoni bejn ir-regolament skont il-liġi ċivili komuni, kif stipulat permezz tal-Kodiċi Ċivili tal-1889 kif emendat bosta drabi, speċjalment miż-żmien tal-pubblikazzjoni tal-Kostituzzjoni Spanjola tal-1978, u r-regolament skont il-liġijiet lokali jew speċjali ta' dawk il-Komunitajiet Awtonomi b'responsabbiltajiet fil-qasam tal-liġi ċivili (il-Galizja, il-Pajjiż Bask, Navarra, Aragona, il-Katalonja u l-Gżejjer Baleariċi).

Skont il-liġi ċivili komuni, it-testment huwa t-titolu ta' suċċessjoni inkwantu, bħala regola ġenerali, il-kuntratt ta' suċċessjoni jew it-testment unica charta mhuwiex aċċettat. Dan jista' jkun:

Miftuħ: dan huwa l-mod użwali kif isir testment, quddiem nutar. Dan tal-aħħar jabbozza u b'hekk jaf il-kontenut tiegħu, li jkun inkorporat fl-atti uffiċjali tan-nutar u nnotifikat lir-Reġistru Ġenerali tas-Suċċessjonijiet fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja permezz tad-Direttorat Ġenerali għar-Reġistri u n-Nutara.

Magħluq, illum ma għadux jintuża: dan it-testment huwa notarizzat, mingħajr man-nutar ma jkun konxju tal-kontenut tad-dispożizzjoni testamentarja.

Olografiku: dan it-testment inużwali ħafna huwa miktub bl-idejn mit-testatur, b'kull paġna ffirmata u ddatata, f'konformità ma' xi rekwiżiti formali speċjali. Dan jikkontjeni l-volontà testamentarja tat-testatur.

Il-liġi ċivili komuni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Gazzetta Uffiċjali tal-Gvern (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.boe.es/buscar/pdf/1889/BOE-A-1889-4763-consolidado.pdf). It-traduzzjoni ta' dan it-test bl-Ingliż u bil-Franċiż hija disponibbli fuq: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mjusticia.gob.es/cs/Satellite/es/1288774502225/ListaPublicaciones.html

Il-liġijiet lokali jew speċjali għandhom ir-regoli tagħhom dwar id-dispożizzjonijiet testamentarji f'kull wieħed minn dawn it-territorji, b'kunċetti differenti u speċifiċi, li huma rikonoxxuti f'kull waħda minn dawn iż-żoni. Uħud minnhom jaċċettaw it-testment unica charta u l-ftehim jew il-kuntratt ta' suċċessjoni.

It-test ta' dan ir-regolament speċifiku skont il-liġijiet lokali jew speċjali huwa disponibbli fl-indirizz elettroniku li ġej: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.boe.es/legislacion/codigos/codigo.php?id=48&modo=1&nota=0&tab=2

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Id-dispożizzjonijiet testamentarji mressqa quddiem nutar iridu jiġu rreġistrati min-nutar awtorizzanti, mingħajr talba mit-testatur, fir-Reġistru Ġenerali tat-Testmenti, li, kif imsemmi, jappartjeni lill-Ministeru tal-Ġustizzja, permezz tad-Direttorat Ġenerali għar-Reġistri u n-Nutara. F'każ li jkun hemm dispożizzjoni testamentarja, dan ir-Reġistru jindika d-data tat-testment l-iktar riċenti, it-testmenti preċedenti u r-reġistri notarili uffiċjali li tali testment kien inkorporat fih. Assoċjazzjonijiet notarili jistgħu jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar in-nutar jew l-arkivju fejn jinsab it-testment jekk in-nutar awtorizzanti ma jkunx għadu jeżerċita (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.notariado.org).

Dan ir-Reġistru mhuwiex aċċessibbli pubblikament. Dan huwa aċċessibbli biss minn persuni li jistgħu jipprovaw li għandhom interess leġittimu fis-suċċessjoni ladarba t-testatur ikun miet, u, matul ħajtu jew ħajjitha, mit-testatur jew ir-rappreżentant speċjali tiegħu jew tagħha, jew permezz ta' ordni tal-qorti f'każ ta' inkapaċità.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Il-liġi komuni Spanjola tirriżerva sehem tal-wirt għal ċerti qraba, fil-forma ta' sehem riżervat. Skont il-Kodiċi Ċivili, is-"sehem riżervat huwa s-sehem tal-patrimonju li t-testatur ma jistax jiddistribwixxi billi dan is-sehem huwa riżervat mil-liġi lil ċerti werrieta, riferuti bħala "werrieta li jmisshom is-sehem riżervat".

  1. Il-werrieta li jmisshom is-sehem riżervat huma:
  2. It-tfal u d-dixxendenti tal-ġenituri u l-axxendenti tagħhom.
  3. Fin-nuqqas ta' dawn ta' hawn fuq, il-ġenituri u l-axxendenti tat-tfal u d-dixxendenti tagħhom.
  4. L-armla jew l-armel bil-mod previst bil-liġi.

Is-sehem riżervat tat-tfal jew tad-dixxendenti jikkonsisti f'żewġ terzi tal-patrimonju ereditarju tal-missier u tal-omm. Madankollu, dawn tal-aħħar jistgħu jiddistribwixxu żewġ terzi li jifformaw is-sehem riservat sabiex jittejjeb il-wirt tat-tfal jew tad-dixxendenti tagħhom. Il-kumplament tat-terz jiġi ddistribwit b'mod liberu. Dan huwa kkaratterizzat billi jiġi attribwit dritt fuq il-proprjetà sħiħa, billi dan huwa b'mod ġenerali pars bonorum, bi ftit eċċezzjonijiet.

Il-liġijiet lokali jew speċjali fihom diversi regoli li jistipulaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-ishma riservati. Kull waħda minn dawn ir-regoli trid tiġi eżaminata sabiex jiġu ddeterminati l-aspetti speċifiċi rregolati f'kull wieħed minn dawn it-territorji, li jifirxu mis-sehem riservat ta' pars bonorum għal pars valorumo li jinvolvu dritt għal sehem tal-valur tal-proprjetà, li jitħallas f'kontanti u huwa dritt sempliċi ta' kreditu, bħal fil-Katalonja, u anki sehem simboliku leġittimu bħal f'Navarra, li jirrikjedi biss formula ritwali fit-testment tat-testatur li jrid iħallas.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Għandna nżommu għal darb'oħra f'moħħna li Spanja għandha seba' sistemi ta' wirt. Fl-assenza ta' werrieta testamentarji, skont il-liġi ċivili komuni, il-liġi tiddistribwixxi l-wirt f'dan l-ordni: it-tfal, il-ġenituri (fiż-żewġ każijiet bil-konjuġi li għandu dritt għal użufrutt fuq terz f'proporzjon għal terz jew nofs tal-wirt taħt użufrutt rispettivament), armla jew armel; qraba tal-mejjet, u l-Istat. Fil-każ ta' suċċessjoni ab intestato favur tal-qraba, biss dawk il-qraba sar-raba' grad (jiġifieri l-ewwel kuġini) jistgħu jirtu. Id-dritt għall-wirt ab intestato ma jestendix 'il hinn minn dan.

Il-liġijiet lokali fihom dispożizzjonijiet speċifiċi dwar dan is-suġġett. Barra mill-possibbiltà ta' wirt mid-dixxendenti, axxendenti, romol u qraba oħra, il-liġijiet lokali jirrikonoxxu l-possibbiltà ta' wirt mill-Komunità Awtonoma fi ħdan it-territorju tagħha, u anki permezz ta' istituzzjoni speċifika, fil-forma u skont it-termini stipulati fir-regoli dwar dan is-suġġett.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

In-nutara, ibbażati fuq il-grad ta' parentela, u l-qrati huma rikonoxxuti bħala li għandhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar id-drittijiet ta' suċċessjoni u wirt.

Jekk il-werriet ikun ta' nazzjonalità Spanjola jew, jekk le, irid jirċievi l-wirt tiegħu fi Spanja, id-dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni jew rinunzja ta' wirt u, kif ukoll, id-dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni taħt il-benefiċċju tal-inventarju, jistgħu jsiru quddiem Konslu Spanjol jew uffiċjal diplomatiku b'funzjonijiet konsulari. Madankollu, minħabba l-funzjoni extraterritorjali tagħhom, dawn tal-aħħar ma għandhomx ġuriżdizzjoni sabiex jisimgħu każijiet mhux kontenzjużi (expedientes de jurisdicción voluntaria) ittrattati minn nutara fuq it-territorju Spanjol (bħal dikjarazzjonijiet abintestati tal-eredi).

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

Bħala regola ġenerali, l-aċċettazzjoni u r-rinunzja ta' wirt issir quddiem nutar, iżda hemm każijiet speċifiċi li fihom tali aċċettazzjoni jew rinunzja ssir quddiem qorti. Aċċettazzjoni espressa tista' tiġi ddikjarata wkoll permezz ta' dokument privat. Madankollu, għal skopijiet ta' evidenza u jekk hemm involut għotja ta' proprjetà, jeħtieġ dokument pubbliku notarili, filwaqt li r-rinunzja tista' tiġi ddikjarata quddiem awtorità li tintervjeni abbażi tar-responsabbiltà li hija trid teżerċita fi kwistjoni relatata mas-suċċessjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-intervent probabbli, kif indikat iktar 'il fuq, ta' Konslu Spanjol jew uffiċjal diplomatiku b'funzjonijiet konsulari.

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

In-nutara inġenerali suġġett għall-kjarifiki previsti fit-taqsima preċedenti.

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Is-sehem riservat ma jiġix irrinunzjat jew aċċettat fih innifsu, iżda jiġi rċevut permezz ta' legat jew għoti ta' wirt, bl-eċċezzjoni ta' azzjoni legali sabiex jiġi ddeterminat il-ħlas ta' ammont jew proprjetà akkarigu tal-wirt.

F'każijiet extraġudizzjarji, in-nutara, inġenerali, jaraw kull tip ta' dikjarazzjoni dwar il-wirt, suġġett għall-kjarifiki previsti fit-taqsimiet preċedenti.

Għandu jiġi nnotat li, sa fejn il-liġi Spanjola hija kkonċernata, il-liġijiet lokali u speċjali tal-Komunitajiet Awtonomi fihom dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-aċċettazzjoni u tar-rinunzja ta' wirt. Fil-liġi komuni, b'xi eċċezzjonijiet bħat-titjib tal-wirt lil hinn mis-sehem legali, il-prelegatarju li jkun kemm eredi u legatarju, u xi każijiet ta' legati multipli, ir-regola ġenerali hija li l-aċċettazzjoni jew rinunzja parzjali mhijiex possibbli.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Is-suċċessjoni tiġi eżegwita quddiem nutar, meta jkun hemm qbil bejn l-individwi li għandhom id-dritt għall-wirt, jew quddiem qorti fejn tali qbil ma jeżistix. Dawn il-passi kollha jittieħdu fuq talba ta' waħda mill-partijiet ikkonċernati.

Il-proċedura ġudizzjarja tad-Diviżjoni tal-Wirt tikkonsisti minn żewġ stadji distinti:

  • L-inventarju u l-valutazzjoni tal-assi tal-patrimonju.
  • Id-diviżjoni u l-għotja tal-assi.

Jekk mitlub mill-partijiet, il-qorti tista' taddotta miżuri ta' intervent u amministrazzjoni fir-rigward tal-assi tal-patrimonju.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

L-istatus tal-werriet jew legatarju jinkiseb fuq l-aċċettazzjoni tal-wirt jew legat. Il-wirt jista' jiġi aċċettat direttament, jew taħt il-benefiċċju tal-inventarju. Min-naħa l-oħra, l-aċċettazzjoni diretta tista' tkun espliċita (permezz ta' dokument pubbliku jew privat) jew impliċita (permezz ta' atti li neċessarjament jimplikaw volontà ta' aċċettazzjoni, jew li l-persuna ma tkunx intitolata twettaq mingħajr l-istatus ta' werriet). Madankollu, għal skopijiet ta' evidenza u jekk hemm involut għoti ta' proprjetà, ikun meħtieġ dokument notarili pubbliku.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Fil-każ ta' aċċettazzjoni diretta jew aċċettazzjoni taħt il-benefiċċju tal-inventarju, il-werriet ikun responsabbli għad-djun tas-suċċessjoni, li l-ħlas tiegħu jista' jinvolvi mhux biss il-proprjetà li wiret iżda wkoll il-proprjetà nfisha tal-werriet.

Fil-każ li l-wirt jiġi aċċettat bil-benefiċċju tal-inventarju, il-werriet ikun obbligat iħallas id-dejn u obbligi oħrajn tas-suċċessjoni biss sal-limitu tal-assi tal-patrimonju.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Ir-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli tirrikjedi l-istrument pubbliku ta' aċċettazzjoni tal-wirt maħruġ minn nutar jew, fejn xieraq, id-deċiżjoni rilevanti tal-qorti li tkun saret, flimkien ma' dokumenti supplimentari bħat-titolu ta' suċċessjoni (testment, ftehim), fejn aċċettat, u d-dikjarazzjoni tal-werriet, flimkien maċ-ċertifikat sħiħ tal-mewt u ċ-ċertifikat maħruġ mir-Reġistru Ġenerali tat-Testmenti.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Il-ħatra ta' amministratur mhijiex rikjesta skont il-liġi Spanjola, iżda tali ħatra tista' tiġi miftiehma fil-proċess ta' diviżjoni tal-wirt, taħt ċerti ċirkustanzi.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Jekk fit-testment ikun ġie nnominat eżekutur (skont il-liġi komuni), huwa jamministra l-patrimonju.

It-testatur jista' wkoll jaħtar, fit-testment, awditur għall-proprjetà li jivvaluta l-patrimonju u jaqsam il-proprjetà.

B'mod ġenerali, tliet persuni - l-eżekutur, l-awditur u l-amministratur - jistgħu jinħatru, li kollha jkollhom setgħat amministrattivi li jistgħu jiġu mmodulati mit-testatur jew l-imħallef u, f'xi każijiet, mill-werrieta nfishom.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Il-funzjonijiet tal-amministratur tal-wirt huma:

  • ir-rappreżentazzjoni tal-patrimonju,
  • il-preżentazzjoni perjodika tal-kontijiet,
  • il-preservazzjoni tal-proprjetà tal-patrimonju u kull atti ta' maniġġjar li jista' jitqies neċessarju.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Jekk is-suċċessjoni ssir quddiem nutar, huwa joħroġ strument pubbliku li jkollu effetti evidenzjarji sħaħ.

Jekk is-suċċessjoni jkollha lok quddiem qorti, il-kwistjonijiet ikkontestati jiġu riżolti permezz ta' deċiżjoni tal-qorti, li tikkostitwixxi titolu suffiċjenti fir-rigward ta' dawk li għandhom jirtu, u tiġi formalizzata quddiem nutar kif previst mil-liġi.

L-aħħar aġġornament: 31/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni ġenerali - Franza

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

F'sitwazzjoni transfruntiera, testment ikun validu jekk ikun konformi mal-liġi tal-pajjiż fejn ikun sar.

Il-kundizzjonijiet bażiċi fi Franza

• Il-persuna li tkun qed tagħmel it-testment (it-testatur) irid ikollha l-fakultajiet mentali (l-Artikolu 901 tal-Kodiċi Ċivili (code civil)).

• It-testatur irid ikollu l-kapaċità ġuridika (l-Artikolu 902 tal-Kodiċi Ċivili).

• Japplikaw dispożizzjonijiet speċjali għal persuni protetti mil-liġi: għalhekk, minorenni taħt is-16-il sena ma jistax jagħmel testment (l-Artikolu 903 tal-Kodiċi Ċivili) u l-adulti taħt kurazija jrid ikollhom l-awtorizzazzjoni tal-qorti jew Bord tal-familja (l-Artikolu 476 tal-Kodiċi Ċivili). Il-persuni taħt kurazija (curatelle) jistgħu jagħmlu testment (l-Artikolu 470 tal-Kodiċi Ċivili) skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 901.

Ir-rekwiżiti formali

Fi Franza, huma rikonoxxuti erba' tipi ta' testmenti:

• Testmenti olografiċi: it-testaturi jridu jiktbuhom, jagħtuhom data u jiffirmawhom bil-miktub (l-Artikolu 970 tal-Kodiċi Ċivili).

• Testmenti quddiem nutar: iridu jsiru quddiem żewġ nutara jew nutar u żewġ xhieda (l-Artikolu 971 tal-Kodiċi Ċivili). Jekk it-testment isir quddiem żewġ nutara, jiġi ddettat lilhom mit-testatur innifsu. L-istess japplika jekk it-testment isir quddiem nutar wieħed biss. Fiż-żewġ każijiet, it-testment imbagħad jinqara lit-testatur (l-Artikolu 972 tal-Kodiċi Ċivili). It-testment irid jiġi ffirmat mit-testatur fil-preżenza tan-nutar u ż-żewġ xhieda (l-Artikolu 973 tal-Kodiċi Ċivili) u ffirmat ukoll min-nutar u x-xhieda (l-Artikolu 974 tal-Kodiċi Ċivili).

• Testmenti sigrieti: dawn jiġu stampati jew miktuba bl-idejn mit-testatur jew persuna oħra, iffirmati mit-testatur, imbagħad ippreżentati magħluqa u ssiġillati quddiem nutar fil-preżenza ta' żewġ xhieda (l-Artikolu 976 tal-Kodiċi Ċivili).

• Testmenti internazzjonali: dawn jiġu ppreżentati mit-testatur lin-nutar u żewġ xhieda, iffirmati minnhom u mbagħad mehmuża ma' ċertifikat imfassal min-nutar li se jirċevihom (Il-Konvenzjoni ta' Washington tas-26 ta' Ottubru 1973).

It-testaturi jistgħu jħassru t-testmenti tagħhom meta jridu skont l-Artikolu 895 tal-Kodiċi Ċivili.

Ftehimiet fuq suċċessjoni

Ftehimiet fuq suċċessjoni fil-prinċipju huma pprojbiti (l-Artikolu 722 tal-Kodiċi Ċivili).

Madankollu, minn Jannar 2007 ġie aċċettat li l-werrieta prospettivi (it-tfal) jistgħu jirrinunzjaw bil-quddiem għad-dritt tagħhom li jiftħu kawża dwar interferenza fil-wirt tagħhom għall-benefiċċju ta’ persun(i) li jistgħu jkunu jew ma jkunx werrieta (aħwa jew id-dixxendenti tagħhom). Dan jinvolvi r-rinunzja bil-quddiem ta’ kawża għal tnaqqis (l-Artikolu 929 tal-Kodiċi Ċivili). Biex tkun valida, ir-rinunzja trid tiġi mniżżla f'att uffiċjali eżegwit minn żewġ nutara. Il-benefiċjarji tal-wirt (ara wkoll il-mistoqsija nru 3) iridu jiġu msemmija wkoll fil-ftehim.

Barra minn hekk, skont ir-regoli dwar id-diviżjoni inter vivos li tinkludi lin-neputijiet (donation-partage trans-générationnelle), il-werrieta prospettivi (it-tfal) jistgħu jiftehmu li d-dixxendenti tagħhom stess jirċievu sehemhom sħiħ jew parti minnu minflokhom (l-Artikolu 1078-4 tal-Kodiċi Ċivili).

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

It-testmenti kollha, partikolarment it-testmenti olografiċi, jistgħu jiġu rreġistrati min-nutar fir-Reġistru Ċentrali tat-Testmenti (Fichier central des dispositions de dernières volontés - FCDDV). Li jiġi rreġistrat mhux il-kontenut tat-testment, iżda biss l-istat ċivili tal-persuna kkonċernata u d-dettalji tan-nutar li għandu t-testment fl-arkivji tiegħu. Ir-rwol tal-FCDDV huwa għalhekk li jidderieġi lill-applikant għand in-nutar li għandu t-testment u biex ma jikxifx il-kontenut tiegħu.

Kulħadd jista’ jikkonsulta lill-FCDDV, jekk jippreżenta ċertifikat tal-mewt jew dokument ieħor li huwa prova tal-mewt tal-persuna li t-testment tagħha huwa mfittex. L-applikant imbagħad irid ikellem lin-nutar li rreġistra t-testment. L-applikazzjoni ssir onlajn: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.adsn.notaires.fr/fcddvPublic/profileChoice.htm.

In-nutar jista’ jinforma biss lill-werrieta u lil-legatarji bil-kontenut tat-testment, sakemm mhux ordnat mod ieħor mill-imħallef presedenti tal-qorti reġjonali (tribunal de grande instance).

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Skont il-liġi Franċiża, id-dixxendenti tad-decujus biss (tfal, neputijiet, eċċ., sakemm ikun imiss lilhom) u l-konjuġi tad-decujus meta ma jkunx hemm dixxendenti għandhom dritt għall-porzjon riservat.

L-axxendenti u l-qraba kollaterali ma għandhomx dritt għall-porzjon riservat.

Dawn id-drittijiet għall-porzjon riservat, li jillimitaw il-libertà tat-testatur li jiddisponi mill-patrimonju tiegħu kif jixtieq u jistgħu jvarjaw fil-valur skont kemm kellu tfal id-decujus jew l-istat tal-werriet intitolat għall-porzjon riservat (tfal jew konjuġi), ma jistgħux jaqbżu tliet kwarti tal-patrimonju. Il-werrieta intitolati għall-porzjon riservat ma jistgħux jirrinunzjaw għalih (sakemm ma jirrinunzjawx għall-wirt). Madankollu, jistgħu, bil-quddiem, jirrinunzjaw għad-dritt li jiftħu kawża għat-tnaqqis kontra rigali testamentarji eċċessivi (ir-rinunzja bil-quddiem ta’ kawża għat-tnaqqis imsemmija fil-mistoqsija nru 1 b’rabta mal-ftehimiet dwar is-suċċessjoni).

Għalhekk dawn il-werrieta jistgħu jinvokaw id-dritt tagħhom għall-porzjon riservat (l-Artikoli 721 u 912 tal-Kodiċi Ċivili).

• Il-porzjon riservat għat-tfal: nofs il-wirt jekk id-decujus iħalli warajh wild wieħed, żewġ terzi jekk iħalli warajh żewġt itfal u tliet kwarti jekk iħalli warajh tlett itfal jew aktar (l-Artikolu 913 tal-Kodiċi Ċivili).

• Il-porzjon riservat għall-konjuġi superstiti: din hija ta' kwart tal-assi fil-wirt (l-Artikolu 914-1 tal-Kodiċi Ċivili). Tapplika biss jekk ma jkunx hemm dixxendenti jew axxendenti u għas-suċċessjonijiet li nfetħu mill-1 ta' Lulju 2002.

Il-proċedura għall-invokazzjoni tad-dritt għall-porzjon riservat

B’kawża għat-tnaqqis il-werrieta jistgħu jinvokaw id-dritt għall-porzjon riservat. Għalhekk, jekk rigal dirett jew indirett ixekkel il-porzjon riservat ta' werriet minnhom jew aktar, ir-rigal jista' jitnaqqas mis-sehem disponibbli (mhux riservat) tal-wirt (l-Artikolu 920 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-kawża tista' ssir biss mill-werrieta intitolati għall-porzjon riservat fi żmien ħames snin mill-ftuħ tas-suċċessjoni jew sentejn minn meta tinkixef l-interferenza (l-Artikolu 921 tal-Kodiċi Ċivili).

Kull werriet intitolat għall-porzjon riservat li bil-liġi li jkun laħaq l-età adulta jista' jirrinunzja bil-quddiem għad-dritt tiegħu li jiftaħ kawża għat-tnaqqis (l-Artikolu 929 tal-Kodiċi Ċivili). Din ir-rinunzja trid tiġi mniżżla f'att uffiċjali eżegwit minn żewġ nutara. L-att irid jiġi ffirmat separatament minn kull parti li tkun qed tirrinunzja għad-drittijiet tagħha, fil-preżenza tan-nutara biss. Irid jindika b'mod preċiż il-konsegwenzi ġuridiċi futuri għal kull parti.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Meta ma jkunx hemm testment, l-ordni tas-suċċessjoni huwa kif ġej skont il-liġi Franċiża:

• Jekk id-decujus ma kienx miżżewweġ u kellu t-tfal, il-wirt jgħaddi għand id-dixxendenti f'ishma ndaqs (l-Artikoli 734 u 735 tal-Kodiċi Ċivili).

• Jekk id-decujus ma kienx miżżewweġ u ma kellux tfal, il-wirt jgħaddi għand il-ġenituri tiegħu, ħutu u d-dixxendenti tagħhom (l-Artikolu 738 tal-Kodiċi Ċivili).

Jekk id-decujus ma kellux aħwa jew neputijiet, jirtu ommu u missieru, b'kull wieħed jirċievi nofs il-wirt (l-Artikolu 736 tal-Kodiċi Ċivili).

Jekk l-omm u l-missier ikunu mietu qabel id-decujus, jirtu ħutu jew id-dixxendenti tagħhom, bl-esklużjoni ta’ qraba oħra, axxendenti jew fil-linja kollaterali (l-Artikolu 737 tal-Kodiċi Ċivili).

• Jekk id-decujus ikun ħalla warajh il-konjuġi, id-drittijiet għall-proprjetà matrimonjali jridu jiġu trattati qabel il-wirt. Wara li tkun instabet soluzzjoni għad-drittijiet ġejjin mir-reġim tal-proprjetà matrimonjali, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

• Jekk id-decujus iħalli konjuġi u tfal warajh, il-konjuġi jista' jagħżel bejn l-użufrutt (id-dritt li jgawdi mill-użu u mill-benefiċċji) tal-assi kollha eżistenti, jew is-sjieda ta' kwart tal-assi meta t-tfal ikunu tal-koppja u s-sjieda ta' kwart meta jkun hemm wild jew aktar li ma jkunux tal-koppja (l-Artikolu 757 tal-Kodiċi Ċivili). Il-konjuġi jitqies li għażel l-użufrutt jekk imut mingħajr ma jkun għażel.

• Jekk id-decujus ikun ħalla warajh konjuġi u axxendenti, nofs il-wirt jintiret mill-konjuġi, kwart‑minn missieru u l-kwart l-ieħor minn ommu. Jekk wieħed mill-axxendenti jkun miet qablu, il-kwart tal-wirt jgħaddi lill-konjuġi (l-Artikolu 757-1 tal-Kodiċi Ċivili).

• Jekk ma jkunx hemm axxendenti jew dixxendenti, il-wirt kollu jintiret mill-konjuġi superstiti (l-Artikolu 757-2 tal-Kodiċi Ċivili). Minkejja l-Artikolu 757-2 tal-Kodiċi Ċivili, meta ma jkunx hemm axxendenti, l-aħwa tad-decujus jew id-dixxendenti tagħhom jirtu nofs l-assi in natura inklużi fil-wirt, assi li jkun irċieva d-decujus mill-axxendenti tiegħu minn suċċessjoni jew bħala rigal. Dan huwa d-dritt bil-kontra (l-Artikolu 757-3 tal-Kodiċi Ċivili). L-assi l-oħra jintirtu mill-konjuġi superstiti.

Sħab fi sħubija rreġistrata

Is-sieħeb li jibqa’ ħaj fi sħubija rreġistrata ma għandux dritt legali biex jiret. Madankollu, jista’ jirċievi legat.

B'hekk is-sieħeb reġistrat mhux meqjus bħala l-werriet tad-decujus. Is-sħab reġistrati għandhom biss dritt temporanju u gratuwitu ta’ sena biex jużaw u jgawdu d-dar matrimonjali (u l-għamara ta’ ġo fiha) wara l-mewt tas-sieħeb tagħhom, sakemm din kienet id-dar prinċipali tagħhom li fiha verament kienu jgħixu qabel il-mewt tiegħu, skont l-Artikolu 515-6 tal-Kodiċi Ċivili. Għalhekk huwa jiret biss jekk jiġi msemmi bħala werriet fit-testment.

F'każ ta' tfal, kemm jekk ikunu tal-koppja u kemm jekk le, is-sehem mhux riservat biss jista' jintiret mis-sieħeb superstiti. Is-sehem disponibbli tal-patrimonju jvarja skont in-numru ta' tfal: terz mill-partimonju jekk ikun hemm żewġt itfal, kwart jekk ikun hemm tlett itfal jew aktar (ara l-informazzjoni iktar 'il fuq).

Meta ma jkunx hemm tfal, il-patrimonju kollu jista' jintiret mis-sieħeb superstiti jew minn terza persuna, minħabba li ma jkunx hemm werrieta intitolati għall-porzjon riservat. Madankollu, meta l-ġenituri tad-decujus ikunu għadhom ħajjin, huma jistgħu jitolbu l-irkupru tal-assi li jkunu taw lit-tifel mejjet tagħhom, sa massimu ta'‑kwart tal-wirt għal kull ġenitur ħaj (l-Artikolu 738-2 tal-Kodiċi Ċivili).

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Fi Franza, il-kwistjonijiet ta' suċċessjoni jieħdu ħsiebhom in-nutara. L-involviment tagħhom huwa obbligatorju jekk il-wirt ikun jinkludi proprjetà immobbli. Jekk ma jkunx hemm proprjetà immobbli l-involviment huwa fakultattiv.

In-nutar ifassal l-ordni ta' trasferiment tal-proprjetà f’dikjarazzjoni statutorja (acte de notoriété) u ċ-ċertifikati tal-proprjetà immobbli li jirreġistraw it-trasferiment tal-proprjetà immobbli wara l-mewt. Huwa jassisti lill-eredi bl-obbligi tat-taxxa tagħhom (it-tfassil u r-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjoni tas-suċċessjoni fiż-żmien rikjest u l-ħlas tat-taxxa fuq is-suċċessjoni). Jekk in-natura tal-assi tippermetti u skont in-numru ta' werrieta u x-xewqat tagħhom, in-nutar jaqsam l-assi bejn il-werrieta, u jħejji att ta' diviżjoni (acte de partage).

F'każ ta' tilwim, il-qorti reġjonali tal-post fejn tinfetaħ is-suċċessjoni għandha l-ġuriżdizzjoni esklussiva materjali u territorjali.

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

Ir-reġistru tal-qorti reġjonali tal-post fejn tinfetaħ is-suċċessjoni huwa kompetenti biex jirċievi dikjarazzjonijiet ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-wirt sal-ammont tal-assi netti tal-wirt.

Ma huma meħtieġa l-ebda formalitajiet speċjali jekk is-suċċessjoni tiġi aċċettata mingħajr il-benefiċċju tal-inventarju.

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

Ir-reġistru tal-qorti reġjonali tal-post fejn tinfetaħ is-suċċessjoni jirċievi rinunzji ta’ legati universali u legati b’titolu ġenerali. Skont il-liġi Franċiża l-ebda dikjarazzjoni mhi meħtieġa għal rinunzji ta' legati individwali.

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Id-dritt ta' werriet li jaċċetta jew jirrinunzja wirt ma jistax jinqasam. Ikopri l-wirt sħiħ u għalhekk ma jistax jiġi limitat għall-porzjon riservat.

Madankollu, il-werrieta jistgħu jirrinunzjaw għat-tnaqqis tar-rigali testamentarji li jinterferixxu mal-porzjon riservat tagħhom.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Is-suċċessjoni tinfetaħ mal-mewt, fl-aħħar post ta' residenza tad-decujus.

Mal-mewt, il-werrieta għandhom tliet għażliet: li jaċċettaw il-wirt mingħajr kundizzjonijiet, li jaċċettaw il-wirt sal-valur tal-assi netti jew li jirrinunzjaw għall-wirt.

L-aċċettazzjoni mingħajr kundizzjonijiet tista' tkun espressa jew taċita (l-Artikolu 782 tal-Kodiċi Ċivili). Tkun taċita meta l-werriet jieħu miżuri li juru biċ-ċar il-ħsieb tiegħu li jaċċetta s-suċċessjoni u li jista’ jagħmel hekk biss fil-kapaċità tiegħu bħala werriet li jaċċetta l-wirt (l-Artikolu 783 tal-Kodiċi Ċivili).

L-aċċettazzjoni tal-wirt sal-valur tal-assi netti teħtieġ dikjarazzjoni quddiem ir-reġistru tal-qorti reġjonali li fil-ġuriżdizzjoni tagħha tkun infetħet is-suċċessjoni (l-Artikoli 787 u 788 tal-Kodiċi Ċivili). Id-dikjarazzjoni tiġi akkumpanjata jew segwita mill-inventarju tal-wirt fi żmien massimu ta’ xahrejn. L-inventarju jrid jitfassal minn nutar, irkantatur jew bailiff (l-Artikolu 789 tal-Kodiċi Ċivili). Fin-nuqqas ta' inventarju, il-wirt jitqies li ġie aċċettat mingħajr kundizzjoni (l-Artikolu 790 tal-Kodiċi Ċivili). L-inventarju jrid ikopri l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha inklużi fil-wirt.

L-aċċettazzjoni ta' wirt bil-benefiċċju tal-inventarju tippermetti li werriet jiżgura li l-proprjetà personali tiegħu ma titħallatx mal-wirt, biex iżomm, kontra l-wirt, id-drittijiet kollha li kellu qabel fuq il-proprjetà tad-decujus u biex ikun responsabbli biss għad-dejn fuq il-wirt sal-valur tal-proprjetà li jirċievi. Il-werriet huwa għalhekk responsabbli għad-djun kollu, iżda biss sal-valur tal-proprjetà li jirċievi fil-wirt.

Ir-rinunzja ta' wirt qatt ma tiġi preżunta u trid tiġi dejjem espressa. Sabiex tkun eżegwibbli kontra parti terzi, trid tiġi mibgħuta jew ippreżentata quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni tagħha ġiet miftuħa s-suċċessjoni (l-Artikolu 804 tal-Kodiċi Ċivili). Il-werrieta li jirrinunzjaw għall-wirt jitqiesu li qatt ma kienu werrieta.

Il-preskrizzjoni għad-dritt ta' werriet li jaċċetta jew jirrinunzja wirt hija ta’ 10 snin, imbagħad wara l-werriet jitqies li rrinunzja għall-wirt. Madankollu, werriet jista’ jiġi ordnat jiddeċiedi (l-Artikolu 771 tal-Kodiċi Ċivili) u f'dan il-każ irid iwieġeb fi żmien xahrejn. Wara dan il-perjodu ta’ riflessjoni, jekk werriet ma jkunx ħa deċiżjoni, huwa jitqies li aċċetta l-wirt mingħajr il-benefiċċju tal-inventarju.

Il-prinċipju fil-liġi Franċiża huwa r-riżoluzzjoni bonarja tal-wirt, mingħajr intervent mill-qorti. Il-qorti tista' tintalab tintervjeni biss jekk ikun hemm tilwim bejn il-werrieta.

Fil-biċċa l-kbira l-ftehim fuq wirt jinkiseb bl-għajnuna ta' nutar. Madankollu, f'ċerti ċirkostanzi jista' jintlaħaq ftehim fuq wirt mingħajr nutar, partikolarment jekk il-proprjetà tad-decujus ma tinkludix proprjetà immobbli. Meta l-werrieta jikkonsultaw nutar, dan ikun tal-għażla tagħhom. Jekk il-werriet ma jaqblux fuq liema nutar iqabbdu, kulħadd jista' juża n-nutar tiegħu stess jekk ikun jixtieq.

Kif jintgħażel in-nutar, il-pass li jmiss huwa d-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-assi tad-decujus, f'dak li jikkonċerna r-reġim ta' proprjetà matrimonjali tad-decujus, rigali preċedenti, eċċ. Sabiex jistabbilixxi l-kontenut tal-wirt li jrid jiġi kkunsidrat kollu, in-nutar jikkuntattja diversi organizzazzjonijiet (kumpaniji tal-assikurazzjoni, banek, eċċ.) u jistaqsi lill-werrieta biex iwettqu valutazzjoni tal-proprjetà immobbli u l-assi l-oħra mhux ikkwotati fuq il-borża. Jista' jkun meħtieġ ukoll inventarju tal-proprjetà mobbli. L-obbligi jiġu determinati permezz ta' lista tad-djun tad-decujus, sew jekk dawn ikunu fatturi sempliċi, taxxi dovuti, assistenza soċjali li tista' titħallas lura, garanziji jew pagamenti ta' kumpens lil ekskonjuġi.

Immedjatament wara l-mewt, il-werrieta jsiru koproprjetarji tal-assi kollha fil-wirt sakemm tinqasam il-proprjetà. Bħala koproprjetarji, huma responsabbli wkoll għad-djun fl-istess proporzjon. Dwar il-bejgħ tal-koproprjetà (magħruf bħala disponiment) irid ikun hemm qbil unanimu. Min-naħa l-oħra, l-atti amministrattivi jistgħu jsiru b'maġġoranza ta' mill-inqas tliet ‑kwarti tas-sjieda konġunti. Barra minn hekk, kull koproprjetarju jista' jieħu l-miżuri neċessarji biex iżomm il-proprjetà konġunta. F'każ ta' nuqqas ta' ftehim, il-kwistjoni tista' titressaq il-qorti sabiex tingħeleb il-ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni ta' wħud mill-koproprjetarji.

Id-diviżjoni tal-proprjetà fil-wirt bejn il-werrieta ġġib fi tmiemha l-koproprjetà. Din id-diviżjoni ssir b’mod bonarju jekk il-benefiċjarji lkoll jaqblu (il-prinċipju ġenerali, l-Artikolu 835 tal-Kodiċi Ċivili) jew wara proċedimenti legali f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, bl-involviment ta’ nutar (l-eċċezzjoni, l-Artikolu 840 tal-Kodiċi Ċivili). Barra minn hekk, id-diviżjoni tista' tkun sħiħa jew parzjali jekk ċerti assi jkomplu jinżammu b'mod konġunt (il-proprjetà bl-użufrutt, pereżempju). Kwalunkwe werriet jista’ jitlob id-diviżjoni tal-proprjetà (l-Artikolu 815 tal-Kodiċi Ċivili). Il-kreditur ta’ koproprjetarju wkoll jista’ jitlob din id-diviżjoni (l-Artikolu 815-17 tal-Kodiċi Ċivili).

Dan l-aħħar stadju fis-saldu tal-wirt jeħtieġ ir-reġistrazzjoni tat-trasferiment tal-proprjetà lill-werrieta. B’hekk, jinħtieġu ċertifikati ta' sjieda bħala prova li l-werrieta huma s-sidien il-ġodda tal-proprjetà, kemm jekk din tikkonsisti fi proprjetà immobbli, ishma f’soċjetajiet (sociétés civiles), vetturi jew titoli. F'każ ta' proprjetà immobbli, il-werrieta jridu jippubblikaw iċ-ċertifikati tas-sjieda fir-reġistru tal-artijiet. L-istess japplika għal ishma f’soċjetajiet, fejn iċ-ċertifikati jridu jiġu rreġistrati mar-reġistru tal-qorti kummerċjali u tal-kumpaniji (tribunal du commerce et des sociétés).

Jekk il-proprjetà ma tinqasamx, il-werrieta jibqgħu koproprjetarji.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Skont il-liġi Franċiża, mal-mewt ta’ persuna, jibda l-proċess ta’ suċċessjoni u l-werrieta indikati mil-liġi awtomatikament isiru koproprjetarji tal-proprjetà fil-wirt. Dawn il-werrieta għandhom dritt awtomatiku għall-proprjetà, għad-drittijiet u l-miżuri tad-decujus (l-Artikoli 720 u 724 tal-Kodiċi Ċivili), li fil-prinċipju jippermettilhom li immedjatament jieħdu l-pussess fiżiku tal-assi fil-wirt. Madankollu, ikunu għadhom iridu jiddeċiedu jekk jaċċettawx is-suċċessjoni mingħajr il-benefiċċju tal-inventarju, jekk jaċċettawx il-wirt sal-valur tal-assi netti jew jekk jirrinunzjawx għall-wirt (ara l-ispjegazzjoni fil-mistoqsija nru 6).

Il-legatarji universali u d-donatarji għandhom dan id-dritt biss jekk ma hemmx werrieta intitolati għall-porzjon riservat (l-Artikolu 1006 tal-Kodiċi Ċivili). Jekk hemm werrieta intitolati għall-porzjon riservat, iridu jiġu mitluba jikkonsenjaw il-legat (l-Artikolu 1004 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-legatarji b’titolu ġenerali u l-legatarji individwali jridu jikkuntattjaw lill-werrieta li għandhom dritt awtomatiku (l-Artikoli 1011 u 1014 tal-Kodiċi Ċivili). Huwa permezz tagħhom li jiksbu l-legat tagħhom.

L-Istat (każijiet ta’ escheat) irid jingħata l-pussess tal-wirt. L-Istat imbagħad jiġi rappreżentat mill-uffiċċju tal-istat għall-proprjetà (Administration des domaines).

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Werriet universali jew werriet b'titolu ġenerali li jaċċetta l-wirt mingħajr il-benefiċċju tal-inventarju huwa responsabbli mingħajr limitu għad-djun u l-piżijiet fuq il-wirt. Huwa marbut bil-legati ta' somom ta' flus biss sal-valur tal-assi netti tal-wirt mingħajr id-dejn (l-Artikolu 785 tal-Kodiċi Ċivili).

Meta jkun hemm diversi werrieta, kull wieħed minnhom ikun marbut personalment bid-djun u l-piżijiet fuq il-wirt skont sehmu mill-wirt (l-Artikolu 873 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-werrieta li jkunu għażlu l-aċċettazzjoni mingħajr il-benefiċċju tal-inventarju huma responsabbli għad-djun u l-piżijiet kollha tad-decujus. Madankollu, jistgħu jitolbu li jinħelsu mill-obbligu tagħhom b'mod sħiħ jew parzjali għal dejn fil-wirt jekk, meta nfetħet is-suċċessjoni, setgħu ma kinux jafu b'dak id-dejn u l-pagament tad-dejn jista' jippreġudika serjament l-assi proprji tagħhom.

• Jekk jkunu aċċettaw il-wirt bil-benefiċċju tal-inventarju, jiġifieri sal-valur tal-assi netti tagħhom, il-werrieta huma marbuta biss bid-dejn fuq il-wirt sal-valur tal-proprjetà li jkunu wirtu.

• Il-werrieta li jkunu rrinunzjaw għall-wirt mhumiex marbuta bid-dejn.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Skont l-Artikolu 710-1 tal-Kodiċi Ċivili, il-kuntratti awtentiċi eżegwiti minn nutar li jista’ jipprattika fi Franza, deċiżjonijiet tal-qrati, u dokumenti uffiċjali maħruġa minn awtorità amministrattiva biss jistgħu jintużaw għall-formalitajiet tar-reġistrazzjoni tal-art.

Fejn hemm inkluża proprjetà immobbli fil-wirt, in-nutar irid ifassal ċertifikat nutarili jew “ċertifikat tal-proprjetà immobbli”. Dan il-kuntratt awtentiku jirreġistra t-trasferiment tas-sjieda tal-proprjetà immobbli lill-werrieta. It-trasferiment irid jiġi rreġistrat mar-reġistru tal-artijiet (service de publicité foncière). Il-valur tal-proprjetà irid jiġi ddikjarat mill-werrieta u indikat fil-kuntratt. Irid jikkorrespondi mal-prezz tas-suq.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

L-intervent ta’ amministratur mhux previst jew meħtieġ mil-liġi Franċiża. Madankollu huwa possibbli jekk jiġi maħtur mill-qorti. Il-werrieta għandhom l-obbligu li jagħtu informazzjoni lir-reġistri tal-artijiet, bl-għajnuna tan-nutar. Id-decujus jista' jaħtar eżekutur testamentarju, bis-setgħat tiegħu mniżżla fl-Artikolu 1025 et seq. tal-Kodiċi Ċivili.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

L-amministrazzjoni tal-wirt u d-disponiment huma r-responsabbiltà tal-werrieta. F'każ ta' tilwim, il-qorti reġjonali tal-post fejn tinfetaħ is-suċċessjoni għandha l-ġuriżdizzjoni.

Il-qorti tista’ taħtar amministratur għall-wirt biex jirrappreżenta lill-werrieta kollha sa fejn jippermettulu s-setgħat mogħtija lilu (l-Artikolu 813-1 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-liġi Franċiża tipprevedi wkoll tipi oħra ta' awtorità għall-amministrazzjoni ta' wirt, b'mod partikolari l-prokura (l-Artikolu 812 tal-Kodiċi Ċivili) tad-decujus wara mewtu li tippermetti l-ħatra ta' amministratur biex jamministra jew jieħu ħsieb parti mill-wirt għall-werrieta. L-għażliet l-oħra huma l-ħatra ta' amministratur bi ftehim (l-Artikolu 813 tal-Kodiċi Ċivili), li hija soġġetta għar-regoli tal-liġi ordinarja, u fl-aħħar nett l-awtorità mogħtija mill-qorti, kif imsemmi aktar 'il quddiem.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Il-werrieta bi dritt awtomatiku għall-proprjetà, id-drittijiet u l-miżuri tad-decujus għandhom setgħat sħaħ. F'każ ta' problema jew nuqqas ta' qbil, il-kwistjoni tista' titressaq il-qorti u jista' jinħatar amministratur. F'dak il-każ, l-amministratur ikun responsabbli għall-organizzazzjoni proviżorja tal-wirt minħabba nuqqas ta' miżuri, kontumaċja jew żball minn werriet wieħed jew aktar. Ir-rwol tiegħu jikkonsisti fit-twettiq ta' atti ta' konservazzjoni, superviżjoni u amministrazzjoni marbuta mal-wirt (l-Artikoli 813-4). Fil-limiti tas-setgħet mogħtija lilu, l-amministratur jista' jaġixxi wkoll għall-werrieta kollha f'atti ċivili u ġudizzjarji (l-Artikolu 813-5 tal-Kodiċi Ċivili).

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Skont il-liġi Franċiża, id-dikjarazzjoni statutorja (acte de notoriété) huwa dokument li normalment jitfassal minn nutar biex jiġi ppruvat l-istatus ta’ werriet (l-Artikolu 730-1 tal-Kodiċi Ċivili), għalkemm dan l-istatus jista’ jiġi ppruvat b'mezzi oħra. Id-dikjarazzjoni statutorja hija dokument uffiċjali li jidentifika lill-werrieta u l-ishma tagħhom fil-wirt. Għal dik ir-raġuni, il-qraba tad-decujus iridu jagħtu lin-nutar id-dokumenti li jidentifikaw lill-membri tal-familja involuti fis-suċċessjoni (ktieb bir-rekords tal-familja (livret de famille), kuntratt ta’ żwieġ, sentenza ta’ divorzju, eċċ). Id-dikjarazzjoni statutorja titqies bħala awtorevoli sakemm ma jiġix pruvat mod ieħor. Hija tista’ tiġi sostitwita minn ċertifikat ta’ suċċessjoni sempliċi ffirmat mill-werrieta għal wirtijiet żgħar.

Fejn meħtieġ, in-nutar jista’ jfassal strument li jniżżel l-għażla li tkun saret rigward is-suċċessjoni (acte d’option successorale) u ċertifikat ta’ proprjetà immobbli.

Is-suċċessjoni tintemm bid-diviżjoni tal-proprjetà, li ħafna drabi tiġi reġistrata f’kuntratt ta’ diviżjoni (acte de partage notarié).

L-aħħar aġġornament: 23/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni ġenerali - il-Kroazja

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Id-dritt tas-suċċessjoni u r-regoli li l-qrati, l-awtoritajiet l-oħrajn u l-persuni awtorizzati jimxu magħhom fi kwistjonijiet tas-suċċessjoni huma rregolati mill-Att dwar is-Suċċessjoni (Narodne Novine (NN; il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nri 48/03, 163/03, 35/05 u 127/13).

Dispożizzjoni tal-proprjetà fil-każ ta' mewt tista' ssir fil-forma ta' testment. Testment jista' jsir minn kwalunkwe persuna bil-fakultajiet mentali sani li tkun għalqet l-età ta' 16-il sena.

Huma biss testmenti li jkunu saru fil-forma preskritta mil-liġi u li jkunu suġġetti għall-prerekwiżiti stipulati mil-liġi li huma validi. F'ċirkostanzi ordinarji, testment jista' jitfassal fil-forma ta' testment privat jew testment pubbliku, filwaqt li testment orali jista' jsir f'ċirkostanzi straordinarji.

Testment privat huwa testment olografiku u testment li jsir quddiem xhieda. Testment olografiku huwa wieħed li jkun miktub bl-idejn u ffirmat mit-testatur. Testment quddiem ix-xhieda jista' jsir minn testatur li jaf jikteb u jaqra, billi jiddikjara quddiem żewġ xhieda preżenti simultanjament li d-dokument, irrispettivament minn min ikun fasslu, huwa t-testment tat-testatur u billi jiffirmah fil-preżenza tagħhom. Ix-xhieda jridu jħallu l-firma tagħhom fuq it-testment.

Testment pubbliku huwa wieħed li jsir bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi. Kull persuna tista' tagħmel testment validu fil-forma ta' testment pubbliku. Persuna li ma tafx taqra jew tiffirma isimha tista' f'ċirkostanzi ordinarji tagħmel testment biss fil-forma ta' testment pubbliku. Testment pubbliku, fuq talba tat-testatur, jista' jsir minn waħda mill-persuni legalment awtorizzati: imħallef ta' qorti muniċipali, konsulent ta' qorti muniċipali u nutar pubbliku, u rappreżentant konsulari jew diplomatiku tar-Repubblika tal-Kroazja fl-esteru. Il-proċedura u l-azzjonijiet li jridu jsiru minn persuna awtorizzata fit-tfassil ta' testment pubbliku huma stipulati mil-liġi.

Testatur li jkun jixtieq li jagħmel testment fil-forma ta' testment internazzjonali jrid jibgħat applikazzjoni lil persuna awtorizzata biex tfassal testmenti pubbliċi. L-għan li jsir testment internazzjonali huwa li jiġi żgurat li jkun rikonoxxut fir-rigward tal-forma fl-istati li huma partijiet fil-Konvenzjoni tal-1973 li Tipprovdi Liġi Uniformi dwar il-Forma ta' Testment Internazzjonali u l-istati li inkorporaw id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw testment internazzjonali fil-liġi tagħhom.

Huwa biss f'ċirkostanzi straordinarji, li jipprekludu li jsir testment fi kwalunkwe forma valida oħra, li testatur jista' jagħmel it-testment tiegħu oralment quddiem żewġ xhieda preżenti simultanjament. Testment bħal dan ma jibqax validu ladarba jgħaddu 30 jum minn tmiem iċ-ċirkostanzi straordinarji li sar fih.

Ftehimiet dwar is-suċċessjoni (ftehim li permezz tiegħu persuna tħalli l-patrimonju tagħha jew parti minnu lil parti oħra fil-ftehim jew lil parti terza), ftehimiet dwar wirt futur jew legat (ftehim li bih persuna tirrifjuta wirt li tkun qed tistenna; ftehim dwar il-wirt ta' parti terza li hija ħajja; ftehim dwar il-legat jew benefiċċju ieħor li parti kontraenti tistenna mis-suċċessjoni li tkun għadha ma nfetħitx) u ftehimiet dwar il-kontenuti tat-testment (ftehim fejn persuna tintrabat li tinkludi jew li ma tinkludix ċerta dispożizzjoni fit-testment tagħha, li tirrevoka jew ma tirrevokax dispożizzjoni mit-testment tagħha) mhumiex ammissibbli skont il-liġi Kroata u għalhekk huma nulli u bla effett.

Il-liġi Kroata tippermetti l-konklużjoni ta' ftehim ta' trasferiment jew distribuzzjoni ta' proprjetà tul il-ħajja. Huwa ftehim li axxendent (trasferitur) jikkonkludi mad-dixxendenti tiegħu, fejn it-trasferitur jiddistribwixxi u jittrasferixxi lid-dixxendenti tiegħu l-proprjetà kollha li jkollu fil-mumenti li jkun qed jikkonkludi l-kuntratt jew parti minnha. Il-kunsens tat-tfal kollha u d-dixxendenti l-oħra li t-trasferitur isemmihom għall-wirt huwa meħtieġ sabiex il-ftehim ikun validu. Dan irid jitfassal bil-miktub u jkun attestat minn imħallef tal-qorti kompetenti jew magħmul fil-forma ta' att notarili jew attestat minn nutar pubbliku b'tali mod li jsir legalment vinkolanti. Il-kuntratt jista' jinkludi lill-konjuġi tat-trasferitur, li l-kunsens tiegħu jkun meħtieġ ukoll f'dak il-każ. Il-proprjetà koperta minn dan il-ftehim mhix inkluża fil-patrimonju u lanqas ma tqis id-determinazzjoni tal-valur tal-patrimonju.

Il-liġi Kroata ma tippermettix il-konklużjoni ta' ftehim ta' rinunzja ta' wirt li ma jkunx għadu nfetaħ. Eċċezzjonalment, dixxendent li jkun jista' jiddisponi awtonomament mid-drittijiet tiegħu jista' jikkonkludi ftehim mal-axxendent biex jirrinunzja minn qabel għall-wirt li d-dixxendent ikun intitolat għalih malli jmut l-axxendent. Ftehim ta' dan it-tip jista' jkun konkluż ukoll minn konjuġi fir-rigward tal-wirt li jmur għandu malli jmut il-konjuġi tiegħu. Dan irid jitfassal bil-miktub u jkun attestat minn imħallef tal-qorti kompetenti jew magħmul fil-forma ta' att notarili jew attestat minn nutar pubbliku b'tali mod li jsir legalment vinkolanti.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Il-fatt li testment ikun tfassal, ġie ddepożitat u tħabbar jiġi rreġistrat fir-Reġistru tat-Testmenti Kroat li huwa amministrat mill-Kamra Kroata tan-Nutara Pubbliċi. Wara talba mit-testatur, l-informazzjoni li tikkonċerna dawn il-fatti tintbagħat għar-reġistrazzjoni mill-qrati kompetenti, in-nutara pubbliċi, l-avukati u l-persuni li jkunu għamlu t-testment. Ir-reġistrazzjoni tat-testmenti fir-Reġistru Kroat tat-Testmenti mhix obbligatorja u l-fatt li testment ma jkunx irreġistrat fir-Reġistru, jew iddepożitat xi mkien partikolari, ma jippreġudikax il-validità tiegħu.

Qabel mewt it-testatur, informazzjoni tar-Reġistru ma tista' ssir disponibbli għal ħadd ħlief it-testatur jew persuna espliċitament awtorizzata mit-testatur għal dik ir-raġuni.

Fi proċedimenti dwar wirt, il-qorti jew in-nutar pubbliku li jmexxu l-proċedimenti jridu jitolbu kull informazzjoni dwar testmenti possibbli tal-persuna deċeduta mir-Reġistru tat-Testmenti Kroat.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Il-libertà tat-testatur li jiddisponi mill-proprjetà hija ristretta mid-dritt tal-werrieta obbligatorji għal sehem riżervat.

Il-werrieta obbligatorji huma:

  • id-dixxendenti tat-testatur, it-tfal adottati, it-tfal fil-kura tat-testatur bħala sieħeb u d-dixxendenti tagħhom, il-konjuġi tat-testatur jew sieħeb ekstramatrimonjali, is-sieħeb permanenti tat-testatur jew sieħeb permanenti informali – dawn huma intitolati għal sehem riżervat li jammonta għal nofs il-porzjon li kienu jirċievu skont l-ordni ġuridiku tas-suċċessjoni li kieku ma kienx hemm testment;
  • il-ġenituri tat-testatur, il-ġenituri adottivi u axxendenti oħrajn – dawn ikunu intitolati għal sehem riżervat biss jekk ikunu b'mod permanenti inkapaċitati milli jaħdmu jew fil-bżonn, u s-sehem riżervat tagħhom jammonta għal terz tal-porzjon li kienu jirċievu skont l-ordni ġuridiku tas-suċċessjoni li kieku ma kienx hemm testment.

Werrieta obbligatorji huma intitolati jitolbu sehem riżervat biss jekk, f'każ speċifiku, jissejħu għall-wirt bħala werrieta legali.

Ir-raġunijiet biex testatur jeskludi mit-testment, kompletament jew parzjalment, werriet intitolat għal sehem riżervat huma ddefiniti mil-liġi. It-testatur jista' jagħmel dan jekk il-werriet ikun wettaq vjolazzjoni serja kontra t-testatur billi kiser obbligu ġuridiku jew morali li jiġi mir-relazzjoni familjari tal-werriet mat-testatur; jekk il-werriet ikun ikkommetta intenzjonalment delitt serju kontra t-testatur, il-konjuġi tiegħu, wieħed mit-tfal tiegħu jew wieħed mill-ġenituri tiegħu; jekk il-werriet ikun ikkommetta delitt kontra r-Repubblika tal-Kroazja jew il-valuri mħarsa mid-dritt internazzjonali; jekk il-werriet għex ħajja ta' għażż jew ħajja diżonesta. It-testatur li jkun jixtieq jeskludi werriet irid jiddikjara espliċitament li se jagħmel dan fit-testment, flimkien mar-raġunijiet għall-esklużjoni. Ir-raġuni għall-esklużjoni trid tkun teżisti fil-mument li jsir it-testment. Bl-esklużjoni, il-werriet jitlef id-dritt tas-suċċessjoni sal-punt tal-esklużjoni nnifisha, u d-drittijiet ta' persuni oħrajn li jistgħu jirtu lit-testatur ikunu ddeterminati daqslikieku l-werriet eskluż ikun miet qabel it-testatur.

Barra mill-possibilità ta' esklużjoni tal-werrieta obbligatorji, it-testatur jista' espliċitament jeskludi dixxendent li jkun intitolat għal sehem riżervat minn dak is-sehem kollu jew minn parti minnu jekk id-dixxendent ikollu djun kbar jew ikun ħali. Dak is-sehem, minflok imur għand id-dixxendent eskluż, imur għand id-dixxendenti tiegħu. Din l-esklużjoni tibqa' valida biss jekk, fil-mument ta' mewt it-testatur, il-persuna eskluża jkollha tifel taħt l-età jew neputi taħt l-età minn tifel li miet preċedentement, jew ikollha tifel tal-età jew neputi tal-età minn tifel li miet preċedentement li jkun inkapaċitat milli jaħdem u fil-bżonn. Il-werriet eskluż jiret lit-testatur fir-rigard tas-sehem li ma jkunx kopert mill-esklużjoni kif ukoll meta l-prerekwiżiti għall-esklużjoni ma jkunux baqgħu jeżistu fil-mument ta' mewt it-testatur.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Jekk it-testatur ma jkun ħalla l-ebda testment, skont il-liġi jirtuh il-werrieta legali skont l-ordni tas-suċċessjoni, bil-prinċipju li l-werrieta li jkunu eqreb fis-suċċessjoni jeskludu mis-suċċessjoni lill-werrieta iktar imbiegħda fis-suċċessjoni.

Il-werrieta legali tat-testatur huma:

  • id-dixxendenti, it-tfal adottati tat-testatur u t-tfal li jkunu fil-kura tiegħu bħala sieħeb u d-dixxendenti tagħhom,
  • il-konjuġi,
  • is-sieħeb ekstramatrimonjali,
  • is-sieħeb permanenti,
  • is-sieħeb permanenti informali,
  • il-ġenituri,
  • il-ġenituri adottivi,
  • l-aħwa u d-dixxendenti tagħhom,
  • it-tfal tat-tfal u d-dixxendenti tagħhom,
  • axxendenti oħrajn.

Fir-rigward tad-dritt tas-suċċessjoni, sieħeb ekstramatrimonjali huwa fl-istess livell ta' konjuġi, filwaqt li tfal imwielda barra ż-żwieġ u d-dixxendenti tagħhom huma fl-istess livell ta' tfal imwielda fiż-żwieġu d-dixxendenti tagħhom. Unjoni ekstramatrimonjali li tagħti d-dritt għas-suċċessjoni legali hija unjoni permanenti li ilha għal ftit żmien bejn mara u raġel li ma jkunux miżżewġin (tal-inqas tliet snin jew inqas f'każ li jkollhom tifel imwieled mill-unjoni tagħhom) u tkun intemmet b'mewt it-testatur, bil-kundizzjoni li l-prerekwiżiti għall-validità ta' żwieġ ikunu issodisfati.

Fir-rigward tad-dritt tas-suċċessjoni, sieħeb permanenti huwa fl-istess livell ta' konjuġi, u t-tfal fil-kura tiegħu bħala sieħeb huma fl-istess livell tat-tfal tiegħu. Sħubija permanenti hija unjoni ta' ħajja familjari bejn żewġ persuni tal-istess sess li tkun saret quddiem awtorità kompetenti, skont id-dispożizzjonijiet ta' liġi speċjali (l-Att dwar is-Sħubija ta' Koppji tal-Istess Sess).

Fir-rigward tad-dritt tas-suċċessjoni, sieħeb permanenti informali huwa fl-istess livell ta' sieħeb ekstramatrimonjali. Sħubija permanenti informali hija unjoni ta' ħajja familjari bejn żewġ persuni tal-istess sess li ma jkunux daħlu fi sħubija permanenti quddiem awtorità kompetenti, bil-kundizzjoni li l-unjoni tkun ilha tal-anqas tliet snin u tkun issodisfat il-prerekwiżiti għall-validità ta' sħubija permanenti mill-bidu.

Id-dixxendenti u l-konjuġi tat-testatur jinsabu fl-ewwel ordni tas-suċċessjoni. Il-werrieta fl-ewwel ordni tas-suċċessjoni jirtu sehem indaqs. Id-distribuzzjoni per stirpes tapplika f'dan l-ordni tas-suċċessjoni, jiġifieri s-sehem tal-patrimonju li kien imur għand wild li miet preċedentement li kieku baqa' ħaj aktar mit-testatur jintiret f'sehem indaqs minn uliedu, jiġifieri n-neputijiet tat-testatur; jekk wieħed mit-tfal tat-tfal ikun miet qabel it-testatur, is-sehem li kien imissu li kieku baqa' ħaj sa meta miet it-testatur jintiret f'sehem indaqs minn uliedu, il-proneputijiet tat-testatur, u tibqa' sejra hekk sakemm ikun għad baqa' dixxendenti tat-testatur.

Testatur li ma jkollux tfal jintiret mill-werrieta tat-tieni ordni tas-suċċessjoni – il-ġenituri u l-konjuġi tat-testatur. Il-ġenituri tat-testatur jirtu nofs il-patrimonju u l-konjuġi tat-testatur jiret in-nofs l-ieħor. Jekk iż-żewġ ġenituri jmutu qabel it-testatur, il-konjuġi jiret il-patrimonju kollu. Jekk il-konjuġi tat-testatur imut qabel it-testatur, il-ġenituri tat-testatur jirtu l-patrimonju kollu f'sehem indaqs; jekk wieħed mill-ġenituri tat-testatur imut qabel it-testatur, is-sehem mill-patrimonju li kien imur għand dak il-ġenitur li kieku baqa' ħaj jintiret mill-ġenitur l-ieħor. Ħut it-testatur u d-dixxendenti tagħhom jirtu lit-testatur fit-tieni ordni tas-suċċessjoni jekk il-konjuġi tat-testatur ikun miet qablu u jekk wieħed mill-ġenituri jew it-tnejn li huma jkunu wkoll mietu qabel it-testatu. F'dak il-każ (jekk wieħed mill-ġenituri tat-testatur jew it-tnejn li huma jkunu mietu qabel it-testatur li lanqas ma jkollu konjuġi ħaj), is-sehem mill-patrimonju li kien imiss lil kull ġenitur li kieku baqa' ħaj wara t-testatur jintiret mit-tfal tagħhom (ħut it-testatur), it-tfal tat-tfal tagħhom, il-proneputijiet u dixxendenti oħrajn, skont ir-regoli li japplikaw fil-każijiet fejn it-testatur jintiret mit-tfal tiegħu u dixxendenti oħrajn. Jekk wieħed mill-ġenituri tat-testatur imut qabel it-testatur li ma jħallix warajh konjuġi jew dixxendenti, is-sehem mill-patrimonju li kien imur għand dak il-ġenitur li kieku baqa' ħaj jintiret mill-ġenitur l-ieħor; jekk il-ġenitur l-ieħor ikun miet ukoll qabel it-testatur li ma jħallix warajh konjuġi, id-dixxendenti ta' dak il-ġenitur jirtu dak li kien ikun imiss liż-żewġ ġenituri.

Testatur li ma jħalli warajh la dixxendenti, la konjuġi u lanqas ġenituri, jew li l-ġenituri tiegħu ma jkunu ħallew l-ebda dixxendent jintiret mill-werrieta fit-tielet ordni tas-suċċessjoni. Fit-tielet ordni tas-suċċessjoni, it-testatur jintiret min-nanniet tat-testatur, b'nofs il-patrimonju jintiret min-nanniet min-naħa tal-missier u n-nofs l-ieħor min-nanniet min-naħa tal-omm. In-nanniet mill-istess naħa jirtu sehem indaqs. Jekk wieħed minn dawk l-axxendenti minn naħa waħda ikun miet qabel it-testatur, is-sehem mill-patrimonju li kien imiss lil dak l-axxendent li kieku baqa' ħaj jintiret mid-dixxendenti tiegħu (tfal, it-tfal tat-tfal u dixxendenti oħrajn), skont ir-regoli li japplikaw fil-każijiet fejn it-testatur jintiret mit-tfal tiegħu u dixxendenti oħrajn. Jekk in-nanniet minn naħa waħda jkunu mietu qabel it-testatur mingħajr ma jkunu ħallew warajhom dixxendenti, is-sehem mill-patrimonju li kien imiss lilhom li kieku baqgħu ħajjin jintiret min-nanniet min-naħa l-oħra jew id-dixxendenti tagħhom.

Testatur li ma jħalli warajh la dixxendenti u lanqas ġenituri, jew jekk dawn ma jkunu ħallew la dixxendenti, la konjuġi u lanqas nanniet li lanqas huma ma jkunu ħallew l-ebda dixxendent, jintiret mill-werrieta fir-raba' ordni tas-suċċessjoni. Il-bużnanniet tat-testatur jinsabu fir-raba' ordni tas-suċċessjoni. Nofs jintiret mill-bużnanniet min-naħa tal-missier (dan in-nofs jintiret f'partijiet indaqs mill-ġenituri tan-nannu patern tat-testatur u l-ġenituri tan-nanna paterna tat-testatur) u nofs jintiret mill-bużnanniet min-naħa tal-omm (dan in-nofs jintiret f'partijiet indaqs mill-ġenituri tan-nannu matern tat-testatur u l-ġenituri tan-nanna materna tat-testatur). Jekk wieħed minn dawn l-axxendenti ma għadux ħaj, is-sehem li kien imissu li kieku baqa' ħaj jintiret mill-axxendent li kien il-konjuġi tiegħu. Jekk koppja minn dawn l-axxendenti ma għadhiex ħajja, is-sehem li kien imisshom li kieku baqgħu ħajjin jintiret mill-koppja l-oħra tal-istess naħa. Jekk il-bużnanniet minn naħa waħda ma għadhomx ħajjin, is-sehem mill-patrimonju li kien imisshom li kieku baqgħu ħajjin jintiret mill-bużnanniet tan-naħa l-oħra.

Jekk ma jkun hemm l-ebda werriet mir-raba' linja tas-suċċessjoni, it-testatur jintiret minn axxendenti iktar imbiegħda, b'konformità mar-regoli tas-suċċessjoni li japplikaw għall-bużnanniet tiegħu.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Il-proċedimenti tas-suċċessjoni fl-ewwel istanza jinstemgħu quddiem qorti muniċipali jew quddiem nutar pubbliku, bħala fiduċjarju tal-qorti.

Il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qorti muniċipali għas-smigħ ta' proċedimenti tas-suċċessjoni hija ddeterminata skont id-domiċilju tat-testatur fil-mument tal-mewt u, subordinatament, skont il-post tar-residenza, il-post fir-Repubblika tal-Kroazja fejn tinsab il-parti predominanti tal-patrimonju tiegħu jew skont il-post fejn it-testatur huwa rreġistrat fir-Reġistru taċ-Ċittadini. Il-qorti tħalli t-tmexxija tal-proċedimenti tas-suċċessjoni lin-nutara pubbliċi, u meta bosta nutara pubbliċi jkollhom l-uffiċċji rreġistrati tagħhom fit-territorju tal-qorti, il-kawżi jiġu assenjati lilhom b'mod indaqs f'ordni alfabetika skont kunjom in-nutar pubbliku.

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

Dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni jew rinunzja għas-suċċessjoni (dikjarazzjoni ta' suċċessjoni) tista' ssir oralment quddiem qorti muniċipali, quddiem il-qorti tas-suċċessjoni jew in-nutar pubbliku li jmexxi l-proċedimenti tas-suċċessjoni, inkella dokument attestat li jkun fih dikjarazzjoni ta' suċċessjoni jista' jiġi ppreżentat lill-qorti tas-suċċessjoni jew lin-nutar pubbliku li jkun qed imexxi l-proċedimenti tas-suċċessjoni.

Dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni jew rinunzja għas-suċċessjoni ma tistax tiġi revokata.

Mhux obbligatorju li ssir dikjarazzjoni ta' suċċessjoni. Persuna li ma tkunx għamlet dikjarazzjoni ta' rinunzja għas-suċċessjoni titqies li tixtieq tkun werriet. Persuna li tkun għamlet dikjarazzjoni valida ta' aċċettazzjoni tas-suċċessjoni ma tistax imbagħad tirrinunzja għaliha.

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

Dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni jew rinunzja ta' legat tista' ssir oralment quddiem qorti tas-suċċessjoni jew quddiem in-nutar pubbliku li jmexxi l-proċedimenti tas-suċċessjoni, inkella dokument attestat li jkun fih dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni jew rinunzja ta' legat jista' jiġi ppreżentat lill-qorti tas-suċċessjoni jew lin-nutar pubbliku li jkun qed imexxi l-proċedimenti tas-suċċessjoni.

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Id-dritt għal sehem riżervat huwa dritt ereditarju li jinkiseb ma' mewt it-testatur. Werriet obbligatorju jista' jagħmel dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni jew rinunzja għas-sehem riżervat oralment quddiem kwalunkwe qorti muniċipali, quddiem il-qorti tas-suċċessjoni jew in-nutar pubbliku li jmexxi l-proċedimenti tas-suċċessjoni, inkella jista' jippreżenta dokument attestat li jkun fih dikjarazzjoni ta' suċċessjoni lill-qorti tas-suċċessjoni jew lin-nutar pubbliku li jkun qed imexxi l-proċedimenti tas-suċċessjoni.

Id-dritt għal sehem riżervat jiġi eżerċitat fil-proċedimenti tas-suċċessjoni wara talba mill-werriet obbligatorju – jekk, fil-proċedimenti tas-suċċessjoni, werriet obbligatorju ma jitlobx sehem riżervat, il-qorti jew in-nutar pubbliku ma jkunx meħtieġ jistabbilixxi d-dritt tiegħu għal sehem riżervat.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Proċedimenti tas-suċċessjoni huma proċedimenti ta' ġuriżdizzjoni volontarja biex jistabbilixxu min huma l-werrieta tat-testatur, x'jikkostitwixxi l-patrimonju tat-testatur u xi drittijiet oħra fir-rigward tal-patrimonju jappartjenu lill-werrieta, lil-legatarji u lil persuni oħrajn.

Il-proċedimenti tas-suċċessjoni jinstemgħu quddiem qorti muniċipali jew quddiem nutar pubbliku, bħala fiduċjarju tal-qorti. Qorti muniċipali b'ġuriżdizzjoni territorjali biex tisma' proċedimenti tas-suċċessjoni tissejjaħ ukoll qorti tas-suċċessjoni. Il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qorti muniċipali għas-smigħ ta' proċedimenti tas-suċċessjoni hija ddeterminata skont id-domiċilju tat-testatur fil-mument tal-mewt u, subordinatament, skont il-post tar-residenza, il-post fir-Repubblika tal-Kroazja fejn tinsab il-parti predominanti tal-patrimonju tiegħu jew skont il-post fejn it-testatur huwa rreġistrat fir-Reġistru taċ-Ċittadini.

Il-proċedimenti tas-suċċessjoni jinfetħu ex officio wara li l-qorti tirċievi ċertifikat tal-mewt, silta mir-reġistru tal-imwiet, jew dokument ekwivalenti. Il-qorti tħalli t-tmexxija tal-proċedimenti tas-suċċessjoni lil nutar pubbliku li jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fit-territorju tagħha, tgħaddilu ċ-ċertifikat tal-mewt u tiffissa żmien biex isiru l-proċedimenti. Nutar pubbliku jmexxi l-proċedimenti bħala fiduċjarju tal-qorti wara deċiżjoni tal-qorti li tħallilu t-tmexxija tal-proċedimenti u skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar is-Suċċessjoni. Bħala regola, il-proċedimenti tas-suċċessjoni jitmexxew minn nutar pubbliku bħala fiduċjarju tal-qorti u eċċezzjonalment biss mill-qorti.

Meta nutar pubbliku jmexxi kawżi fi proċedimenti tas-suċċessjoni bħala fiduċjarju tal-qorti, huwa jkun awtorizzat, bħalma jkun imħallef jew konsulent tal-qorti muniċipal, jieħu l-azzjonijiet neċessarji kollha fil-proċedimenti u jieħu kull deċiżjoni ħlief dawk fejn l-Att dwar is-Suċċessjoni jippreskrivi mod ieħor. Jekk, fil-proċedimenti quddiem nutar, il-partijiet jikkontestaw il-fatti li wieħed mid-drittijiet tagħhom jiddependi minnhom (eż. id-dritt tas-suċċessjoni, id-daqs tas-sehem mill-wirt, eċċ.), jew li l-kompożizzjoni tal-patrimonju jew is-suġġett tal-legat jiddependi minnhom, in-nutar pubbliku jrid jirrinvija l-atti lill-qorti sabiex il-qorti tiddeċiedi dwar waqfa mill-proċedimenti u tidderieġi lill-partijiet biex jiftħu kawża ċivili jew amministrattiva. Jekk, waqt proċedimenti quddiem nutar pubbliku, il-partijiet jikkontestaw il-fatti li d-dritt għal legat testamentarju jew dritt ieħor jiddependi minnhom, in-nutar pubbliku jrid jirrinvija l-atti lill-qorti, li mbagħad tidderieġi lill-partijiet fil-kawża biex jiftħu kawża ċivili jew amministrattiva imma ma twaqqafx il-proċedimenti tas-suċċessjoni. F'każijiet speċifiċi stipulati mill-Att (deċiżjoni dwar is-separazzjoni tal-patrimonju mill-proprjetà ta' werriet, dwar id-dritt ta' kowerriet li kien għex jew gwadanja f'unjoni mat-testatur u dwar il-qsim ta' affarijiet tad-dar), in-nutar pubbliku jista' jieħu deċiżjonijiet biss bil-kunsens tal-partijiet kollha fil-proċedimenti, inkella n-nutar pubbliku jrid ukoll jirrinvija l-atti lill-qorti. Qorti li tkun ħalliet it-tmexxija ta' proċedimenti tas-suċċessjoni f'idejn nutar pubbliku tissorvelja xogħlu sakemm idumu l-proċedimenti.

Seduta tas-suċċessjoni hija l-parti ewlenija ta' proċedimenti tas-suċċessjoni, u tista' ssir seduta jew iktar ta' dan it-tip.

Seduta tas-suċċessjoni ma ssirx jekk il-persuna deċeduta ma tkun ħalliet l-ebda patrimonju jew jekk it-testatur ikun ħalla biss proprjetà mobbli u drittijiet ekwivalenti, u l-ebda waħda mill-persuni msejħa biex tiret ma titlob li jkun hemm proċedimenti tas-suċċessjoni.

Il-partijiet (il-werrieta, il-legatarji, persuni oħrajn li jeżerċitaw dritt fir-rigward tal-patrimonju), persuni li jista' legalment ikollhom pretensjoni għall-wirt (meta jkun testment), l-eżekutur testamentarju (jekk ikun innominat) u persuni interessati oħrajn jitħarrku għal seduta tas-suċċessjoni. Fit-taħrika għal seduta, il-qorti jew nutar pubbliku jinnotifikaw lill-persuni interessati bil-ftuħ tal-proċedimenti u dwar jekk ġewx ippreżentati b'testment, u jħarrek lill-persuni interessati biex minnufih jippreżentaw testment miktub jew dokument li jattesta testment orali, jekk ikun fil-pussess tagħhom, jew biex jinnominaw lix-xhieda għal testment orali. Dawn il-persuni interessati jkunu avżati fit-taħrika li, sakemm tittieħed deċiżjoni fl-ewwel istanza dwar is-suċċessjoni, ikunu jistgħu jagħmlu dikjarazzjoni ta' rinunzja tas-suċċessjoni oralment fis-seduta jew pubblikament b'dokument attestat u li, jekk ma jattendux is-seduta jew ma jagħmlux din id-dikjarazzjoni, huma jitqiesu li jixtiequ jkunu werrieta.

Kull kwistjoni rilevanti għat-teħid ta' deċiżjoni fi proċedimenti tas-suċċessjoni, b'mod partikolari d-dritt għall-wirt, id-daqs tas-sehem mill-wirt u d-dritt għal-legati, ikunu diskussi fis-seduta tas-suċċessjoni. Il-qorti jew in-nutar pubbliku jieħdu deċiżjoni bbażata fuq ir-riżultati tas-seduti kollha. Il-qorti jew in-nutar pubbliku huwa awtorizzat jistabbilixxi l-fatti li l-partijiet fil-proċedimenti ma jkunux ippreżentaw kif ukoll biex jippreżentaw evidenza li ma jkunux ipproponew, jekk il-qorti jew in-nutar pubbliku jsib li dawn il-fatti u l-evidenza jkunu rilevanti għat-teħid tad-deċiżjonijiet. Il-qorti jew in-nutar pubbliku jiddeċiedi dwar id-drittijiet, bħala regola, wara li l-persuni interessati jkunu setgħu għamlu d-dikjarazzjonijiet neċessarji. Id-drittijiet ta' kull persuna li, minkejja li tkun tħarrket kif xieraq, ma tattendix is-seduta jiġu ddeliberati mill-qorti jew min-nutar pubbliku abbażi tal-informazzjoni disponibbli lill-qorti jew lin-nutar pubbliku, filwaqt li jqisu d-dikjarazzjonijiet bil-miktub ta' dawn il-persuni li jaslu sakemm tittieħed id-deċiżjoni.

Dikjarazzjonijiet tas-suċċessjoni huma dikjarazzjonijiet li bihom werriet jaċċetta jew jirrinunzja għas-suċċessjoni. Kulħadd huwa awtorizzat, imma ħadd mhu obbligat, jagħmel dikjarazzjoni tas-suċċessjoni. Persuna li ma tkunx għamlet dikjarazzjoni ta' rinunzja għas-suċċessjoni titqies li tixtieq tkun werriet. Persuna li tkun għamlet dikjarazzjoni valida ta' aċċettazzjoni tas-suċċessjoni ma tistax imbagħad tirrinunzja għaliha. Il-qorti jew in-nutar pubbliku ma jeħtieġu lil ħadd jagħmel dikjarazzjoni tas-suċċessjoni imma werriet li jkun jixtieq jagħmel din id-dikjarazzjoni jista' jagħmilha oralment quddiem il-qorti tas-suċċessjoni jew in-nutar pubbliku li jmexxi l-proċedimenti tas-suċċessjoni jew quddiem kwalunkwe qorti muniċipali, jew billi jippreżenta dokument attestat li jkun fih dikjarazzjoni ta' suċċessjoni lill-qorti tas-suċċessjoni jew lin-nutar pubbliku li jkun qed imexxi l-proċedimenti tas-suċċessjoni. Qabel ma ssir dikjarazzjoni ta' rinunzja tas-suċċessjoni, il-qorti jew in-nutar pubbliku jrid javża lill-werriet bil-konsegwenzi ta' din id-dikjarazzjoni u jrid javża lill-werriet li rinunzja tas-suċċessjoni tista' ssir f'ismu biss jew f'ismu u f'isem id-dixxendenti tiegħu.

Il-qorti twaqqaf il-proċedimenti tas-suċċessjoni u tidderieġi lill-partijiet jiftħu kawża ċivili jew amministrattiva jekk jikkontestaw il-fatti li wieħed mid-drittijiet tagħhom, il-kompożizzjoni tal-patrimonju jew is-suġġett tal-legat jiddependi minnhom. Il-parti li d-dritt tagħha jiġi kkunsidrat mill-qorti bħala inqas plawżibbli tingħata parir tiftaħ kawża ċivili jew amministrattiva. Jekk il-partijiet jikkontestaw il-fatti li d-dritt għal legat testamentarju jew dritt ieħor jiddependi minnhom, il-qorti tidderieġi lill-partijiet jiftħu kawża ċivili jew amministrattiva imma ma twaqqafx il-proċedimenti tas-suċċessjoni.

Fi tmiem il-proċedimenti tas-suċċessjoni, il-qorti jew in-nutar pubbliku jieħdu deċiżjoni dwar is-suċċessjoni. Billi, skont il-liġi Kroata, is-suċċessjoni sseħħ ipso iure mill-mument ta' mewt it-testatur, deċiżjoni dwar is-suċċessjoni tkun ta' natura dikjaratorja. Id-deċiżjoni tiddefinixxi min isir werriet wara mewt it-testatur u xi drittijiet ikunu nkisbu minn persuni oħrajn. Il-kontenuti tad-deċiżjoni huma stipulati mill-Att dwar is-Suċċessjoni, u d-deċiżjoni fiha intormazzjoni dwar: it-testatur (kunjomu u ismu, in-numru tal-identifikazzjoni personali, isem wieħed mill-ġenituri, id-data tat-twelid, in-nazzjonalità, u għal persuni li jkunu mietu fiż-żwieġ il-kunjom ta' qabel iż-żwieġ); il-kompożizzjoni tal-patrimonju (id-deżinjazzjoni tal-proprjetà immobbli bid-dettalji mir-reġistru tal-artijiet meħtieġa għar-reġistrazzjoni; id-deżinjazzjoni ta' proprjetà mobbli u drittijiet oħrajn li l-qort tqis li jkunu parti mill-patrimonju); il-werrieta (kunjomhom u isimhom, in-numru tal-identifikazzjoni personali, id-domiċilju, ir-relazzjoni tal-werriet mat-testatur, hux se jirtu bħala werrieta leġittimi jew testamentarji; jekk ikun hemm bosta werrieta, is-sehem mill-wirt ta' kull werriet espressi skont il-frazzjoni); limitazzjoni jew gravami fuq id-drittjiet tal-werriet (jekk il-werriet hux suġġett għal kundizzjoni, limitu taż-żmien jew istruzzjoni u jekk ikun hekk, jekk hux u kif inhu limitat jew gravat u għall-benefiċċju ta' min); persuni intitolati għal legat jew xi dritt ieħor li jiġu mill-patrimonju, b'deżinjazzjoni eżatta ta' dan id-dritt (kunjom u isem il-persuna, in-numru tal-identifikazzjoni personali, id-domiċilju). Deċiżjoni dwar is-suċċessjoni tiġi nnotifikata lill-werrieta u l-legatarji kollha, kif ukoll lill-persuni li jkunu applikaw għas-suċċessjoni waqt il-proċedimenti; ladarba ssir finali, tiġi nnotifikata wkoll lill-awtorità kompetenti tat-taxxa. F'deċiżjoni dwar is-suċċessjoni, il-qorti jew in-nutar pubbliku jordna li, ladarba d-deċiżjoni dwar is-suċċessjoni ssir finali, jiddaħħlu l-entrati meħtieġa fir-reġistru tal-artijiet skont ir-regoli tal-liġi dwar ir-reġistru tal-artijiet u li l-proprjetà mobbli li tkun qed tinżamm il-qorti, għand in-nutar pubbliku jew, jekk ikunu ordnaw hekk, għand terzi tingħadda lill-persuni awtorizzati.

Qabel tieħu deċiżjoni dwar is-suċċessjoni, il-qorti jew in-nutar pubbliku jista', wara talba minn legatarju, jieħu deċiżjoni separata dwar il-legat, sakemm dak il-legat ma jkunx ikkontestat mill-werrieta. Meta l-kompożizzjoni tal-patrimonju tkun biss parzjalment inkontestata, tista' tittieħed deċiżjoni parzjali dwar is-suċċessjoni biex tistabbilixxi l-werrieta u l-legatarji u dak li mhux ikkontestat bħala li jifforma parti mill-patrimonju.

Deċiżjoni meħuda minn nutar pubbliku, bħala fiduċjarju tal-qorti fi proċedimenti tas-suċċessjoni, tista' tkun suġġetta għal oġġezzjoni. Oġġezzjoni trid tiġi ppreżentata lin-nutar pubbliku fi żmien tmint ijiem min-notifika tad-deċiżjoni lill-partijiet, u n-nutar pubbliku huwa meħtieġ jibgħatha mingħajr dewmien lill-qorti muniċipali kompetenti, flimkien mal-atti. L-oġġezzjonijiet jiġu ddeliberati minn imħallef wieħed. Kull oġġezzjoni li ma tkunx f'waqtha, kompluta jew ammissibbli tkun miċħuda mill-qorti. Fid-deċiżjoni dwar oġġezzjoni kontra deċiżjoni meħuda minn nutar pubbliku, il-qorti tista' tikkonferma d-deċiżjoni tan-nutar bis-sħiħ, parzjalment jew tħassarha. Meta d-deċiżjoni titħassar (bis-sħiħ jew parzjalment), il-qorti stess tiddelibera l-parti mħassra tad-deċiżjoni. Deċiżjoni tal-qorti li tħassar deċiżjoni notarili bis-sħiħ jew parzjalment mhix soġġetta għal appell individwali. Deċiżjoni dwar oġġezzjoni tiġi nnotifikata lill-partijiet u lin-nutar pubbliku.

Deċiżjonijiet meħuda minn qorti tal-ewwel istanza fi proċedimenti tas-suċċessjoni jistgħu jkunu suġġetti għal appell jekk ma jkunx stipulat mod ieħor fl-Att dwar is-Suċċessjoni. Jista' jiġi ppreżentat appell fi żmien ħmistax-il jum min-notifika tad-deċiżjoni tal-qorti tal-ewwel istanza. Appell jista' jiġi ppreżentat fil-qorti tal-ewwel istanza li, ladarba tiddeċiedi dwar l-appell li jkun sar fil-ħin, tista' tieħu deċiżjoni ġdida li taltera d-deċiżjoni kkontestata, sakemm ma tiksirx id-drittijiet tal-persuni l-oħra li jkunu bbażati fuq dik id-deċiżjoni. Jekk il-qorti tal-ewwel istanza ma talterax id-deċiżjoni tagħha, tibgħat l-appell lill-qorti tat-tieni istanza, irrispettivament minn jekk l-appell ġiex ippreżentat fil-ħin stipulat mil-liġi. Bħala regola, il-qorti tat-tieni istanza tiddeċiedi biss appelli ppreżentati fil-ħin, imma tista' tikkunsidra wkoll appell li ma jkunx ġie ppreżentat fil-ħin, sakemm dan ma jkunx jikser id-drittijiet tal-persuni l-oħra bbażati fuq id-deċiżjoni kkontestata.

Rimedji ġuridiċi straordinarji mhumiex permessi fi proċedimenti tas-suċċessjoni.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Persuna ssir werrieta, leġittima jew testamentarja, ipso iure (bis-saħħa tal-liġi) mill-mument tal-mewt tat-testatur. Min dak il-mument, il-werriet jikseb dritt ereditarju u l-patrimonju tal-persuna deċeduta jgħaddi għandu bis-saħħa tal-liġi u jsir il-wirt tiegħu. Mhix meħtieġa dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni tas-suċċessjoni biex jinkiseb dritt ereditarju. Werriet li ma jixtieqx ikun werriet huwa intitolat jirrinunzja għas-suċċessjoni sakemm tittieħed deċiżjoni fl-ewwel istanza dwar is-suċċessjoni.

Legatarju jikseb dritt għal legat mill-mument tal-mewt tat-testatur.

Proċedimenti tas-suċċessjoni li jistabbilixxu min huma l-werrieta tat-testatur, x'jikkostitwixxi l-patrimonju tat-testatur u xi drittijiet oħra fir-rigward tal-patrimonju jappertjenu lill-werrieta, lil-legatarji u lil persuni oħrajn huma deskritti fit-tweġiba għall-mistoqsija 6 relatata mal-proċedimenti tas-suċċessjoni.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Werrieta li ma jkunux irrinunzjaw għall-wirt huma responsabbli in solidum għad-dejn tat-testatur, kull wieħed minnhom sal-valur tas-sehem tiegħu mill-wirt.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Għall-finijiet tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-artijiet, id-dokumenti li ġejjin iridu jiġu ppreżentati lid-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet tal-Qorti Muniċipali li l-proprjetà tkun fit-territorju tagħha:

  1. proposta għal reġistrazzjoni;
  2. dokumenti li abbażi tiegħu jinkiseb titolu (il-bażi ġuridika għall-ksib ta' titolu – ftehim dwar bejgħ, kuntratt ta' għotja, ftehim ta' manteniment, deċiżjoni dwar is-suċċessjoni, eċċ.) f'kopja oriġinali jew attestata;
  3. prova tan-nazzjonalità tar-riċevitur tat-titolu (ċertifikat taċ-ċittadinanza, kopja attestata tal-passaport, eċċ.) jew prova tal-istatus tal-persuna ġuridika (estratt mir-reġistru tal-kumpaniji) jekk ir-riċevitur ikun persuna ġuridika barranija;
  4. meta applikant ikun rappreżentat minn prokuratur, trid tiġi pprovduta prokura f'kopja oriġinali jew attestata;
  5. jekk applikant ma jkunx qabbad prokuratur jirrappreżentah u jkun imsiefer, l-applikant ikun obbligat jinnomina prokuratur residenti fil-Kroazja biex jirċievi d-dokumenti;
  6. prova tal-ħlas tat-tarriffi tal-qorti li jammontaw għal HRK 200.00, intestatura Nru 16, u taxxa tal-boll ta' HRK 50.00, intestatura Nru 15, b'konformità mal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (NN Nri 74/95, 57/96, 137/02, 26/03, 125/11, 112/12 u 157/13).

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

In-nomina obbligatorja ta' amministratur tal-patrimonju mhix prevista mil-liġi Kroata. Ir-raġuni hija li l-patrimonju jgħaddi f'idejn il-werrieta bis-saħħa tal-liġi mill-mument li fih tinfetaħ is-suċċessjoni (malli jmut it-testatur jew jiġi ddikjarat mejjet).

Madankollu, il-liġi Kroata tistipula li, f'każijiet speċifiċi l-qorti tas-suċċessjoni taħtar kuratur temporanju tal-patrimonju. Dan tagħmlu meta l-werrieta ma jkunux magħrufa jew ma jkunux jistgħu jinstabu jew ma jkunux jistgħu jiġu kkuntattjati, u f'każijiet oħra skont il-bżonn. Il-kuratur temporanju tal-patrimonju jkun awtorizzat ifittex jew jiġi mfittex bil-qorti, jiġbor il-pretensjonijiet jew iħallas id-dejn f'isem il-werrieta u r-rappreżentanti tal-werrieta. Fejn ikun hemm bżonn, il-qorti tista' tiddefinixxi d-drittijiet u d-dmirijiet speċjali tal-kuratur tal-patrimonju. Il-qorti tista' taħtar ukoll kuratur tal-patrimonju li jkun separat mill-proprjetà tal-werrieta wara talba mill-kredituri tat-testatur.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Il-patrimonju huwa amministrat mill-werrieta, bl-eċċezzjoni ta' dak li jkun fdat f'idejn l-eżekutur testamentarju jew il-kuratur tal-patrimonju.

It-testatur jista' jinnomina eżekutur testamentarju wieħed jew iktar fit-testment. Persuna nnominata bħala eżekutur testamentarju mhux obbligat li jaċċetta dawn id-dmirijiet. Id-dmirijiet tal-eżekutur testamentarju huma speċifikati mit-testatur fit-testment. Jekk it-testatur ma jkunx tah struzzjoni speċifika, id-dmirijiet tal-eżekutur huma b'mod partikolari li:

  • jieħu ħsieb u jagħmel dak li jkun hemm bżonn għall-kustodja tal-patrimonju f'isem il-werrieta;
  • jamministra l-patrimonju;
  • jagħmel dak li jkun hemm bżonn għall-ħlas tad-dejn u l-legati f'isem il-werrieta.

Waqt li jagħmel dawn, l-eżekutur irid jieħu ħsieb f'kull rigward li t-testment jiġi eżegwit kif mixtieq mit-testatur.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Skont il-liġi Kroata, bħala regola ma jinħatarx amministratur. Ir-raġuni hija li l-patrimonju jgħaddi f'idejn il-werrieta bis-saħħa tal-liġi mill-mument li fih tinfetaħ is-suċċessjoni (malli jmut it-testatur jew jiġi ddikjarat mejjet). Il-werriet jamministra u jiddisponi minn kulma jikkostitwixxi l-wirt. Jekk hemm bosta werrieta, sakemm ma jkunx iddeterminat liema ishma mid-dritt tal-wirt jappartjenu lil kull werriet, il-kowerrieta jamministraw u jiddisponu minn kulma jikkostitwixxi l-wirt bħala koproprjetarji, bl-eċċezzjoni ta' dak li jkun fdat f'idejn l-eżekutur testamentarju jew il-gwardjan tal-patrimonju.

Wara li deċiżjoni finali dwar is-suċċessjoni tiddetermina liema ishma mid-dritt tal-wirt jappertjenu lil kull werriet, dak kollu li sa dak il-punt kien proprjetà komuni jkun amministrat u dispost mill-kowerrieta, sal-mument tax-xoljiment tal-patrimonju, skont ir-regoli li l-kowerrieta jamministraw u jiddisponu mill-proprjetà, bl-eċċezzjoni ta' dak li jkun fdat f'idejn l-eżekutur testamentarju jew il-gwardjan tal-patrimonju.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Waqt il-proċedimenti, jekk ikun innominat eżekutur testamentarju, il-qorti toħroġlu, wara talba mingħandu u mingħajr dewmien, ċertifikat li jattesta l-kapaċità u s-setgħat tal-eżekutur, b'istruzzjoni li kulħadd li d-dikjarazzjonijiet tal-eżekutur għandhom jitqiesu bħal li saru mit-testatur innifsu. Kull min jaġixxi b'bona fide, skont id-dikjarazzjoni tal-persuna li jkun identifika ruħu b'ċertifikat tal-qorti bħala l-eżekutur testamentarju, ma jkun responsabbli għal ebda dannu li jista' jirriżulta lill-werrieta. Jekk il-qorti teżonera lill-eżekutur testamentarju, huwa jkun obbligat jirritorna lill-qorti, mingħajr dewmien, iċ-ċertifikat li jattesta l-kapaċità u s-setgħat tiegħu, jew ikun responsabbli għal kull dannu li jkun jista' jirriżulta minnu.

Wara tmiem il-proċedimenti tas-suċċessjoni, tittieħed deċiżjoni dwar is-suċċessjoni. Dik id-deċiżjoni tiddetermina min isir il-werriet tat-testatur wara mewtu u xi drittijiet ikunu nkisbu minn persuni oħrajn ukoll. Peress li, skont il-liġi Kroata, persuna ssir werrieta ipso iure, il-fini li jiġi stabbilit min ikun il-werriet mhux biex jinkiseb id-dritt għall-wirt jew biex jinkiseb il-wirt stess (it-tnejn li huma jkunu diġà ġraw malli miet it-testatur), imma biss biex ikun permess u ffaċilitat l-eżerċizzju tad-drittijiet u d-dmirijiet miksuba permezz tal-wirt.

L-effett tad-deċiżjoni finali dwar is-suċċessjoni hija li d-deċiżjoni finali dwar is-suċċessjoni titqies li tkun iddeterminat il-kompożizzjoni tal-patrimonju, min wiret lit-testatur, id-daqs tas-sehem mill-wirt li jappartjenu lilu, jekk id-dritt tiegħu għall-wirt hux limitat jew gravat u jekk ikun hekk, kif, kif ukoll jekk hemmx drittijiet għal legati u jekk hemm, liem.

Dak li jkun iddeterminat mid-deċiżjoni finali dwar is-suċċessjoni jista' jkun ikkontestat minn persuna li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar is-Suċċessjoni, ma jkunx marbut mill-finalità tad-deċiżjoni dwar is-suċċessjoni, b'azzjoni ċivili mal-persuni li jkunu qed jibbenefikaw mir-riżultanza li jkun qed jikkontesta l-veraċità tagħha.

Id-deċiżjoni finali dwar is-suċċessjoni mhix vinkolanti fuq persuni li jippretendu intitolament għal dritt għal dak li jkun ġie ddeterminat bħala parti mill-patrimonju, bil-kundizzjoni li ma jkunux ipparteċipaw fis-seduta tas-suċċessjoni bħala partijiet u lanqas ma kienu tħarrku personalment għaliha. Ukoll, din id-deċiżjoni ma tkunx vinkolanti fuq persuni li jsostnu li minħabba mewt it-testatur huma intitolati għal dritt għall-wirt abbażi tat-testment jew tal-liġi, jew li huma intitolati għal legat, bil-kundizzjoni li ma jkunux pparteċipaw fis-seduta tas-suċċessjoni bħala partijiet u lanqas ma kienu tħarrku personalment għaliha.

B'mod eċċezzjonali, persuni li jkunu pparteċipaw fis-seduta tas-suċċessjoni bħala partijiet jew li jkunu dovutament imħarrka għaliha mhumiex marbuta mid-deċiżjoni finali dwar is-suċċessjoni fir-rigward ta' kull dritt ta' benefiċċju għalihom li joħroġ minn testment li jinstab aktar tard; fir-rigward tad-drittijiet iddeterminati fi proċedimenti ċivili jew amministrattivi (li jkunu ġew diretti biex jiftħuhom) wara li d-deċiżjoni dwar is-suċċessjoni ssir finali; bil-kundizzjoni li l-prerekwiżiti, li permezz tagħhom ikunu jistgħu jitolbu b'kawża ċivili li l-proċedimenti jirrepetu ruħhom, ikunu ssodisfati.

L-aħħar aġġornament: 18/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni ġenerali - Italja

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Id-dispożizzjonijiet causa mortis jistgħu jsiru biss permezz ta' testment. Testmenti unica charta u kuntratti dwar is-suċċessjoni mhumiex permessi.
Id-dispożizzjonijiet testamentarji jinqasmu fi:

  • in-nomina ta' werriet, li t-testatur iħallilu l-patrimonju kollu jew parti minnu mingħajr ma jispeċifika l-beni li jħallilu;
  • legat, li bih it-testatur jiddisponi minn oġġett wieħed jew iktar li jkunu identifikati b'mod speċifiku.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Id-dispożizzjoni testamentarja ma tridx tkun irreġistrata, irrispettivament mill-forma użata.
Jekk ikun testment pubbliku, jiġifieri testment li jsir permezz ta' att notarili, in-nutar - wara mewt it-testatur - irid jittrasferixxi it-testment mir-reġistru tal-atti tal-aħħar xewqat għar-reġistru tal-atti inter vivos u jirreġistra ċ-ċertifikat tat-trasferiment.
Jekk ikun testment olografiku, jiġifieri testment magħmul f'forma privata, dan ikun irid jiġi ppreżentat għand nutar - wara mewt it-testatur - biex dan jagħtih is-setgħa legali permezz ta' ċertifikat tal-pubblikazzjoni li jkun irreġistrat.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

It-testatur jista' jiddisponi legalment mill-patrimonju kollu. Il-konjuġi, it-tfal u d-dixxendenti tagħhom u - fin-nuqqas ta' tfal - il-ġenituri jmisshom sehem riżervat, jiġifieri sehem minimu mill-wirt riżervat għalihom, imma testment li ma jirrispettax dan id-dritt ikun validu u effettiv, sakemm ma jkunx ikkontestat minn min ikun imissu s-sehem riżervat. Jekk il-kontestazzjoni ma ssirx jew jinstab li tkun bla bażi, it-testment iżomm l-effetti tiegħu bis-sħiħ.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Jekk ma jkunx hemm testment, japplikaw ir-regoli tas-suċċessjoni legali previsti mill-Kodiċi Ċivili. Jista' jiġri li jkun hemm testment imma jkun jiddisponi minn parti biss tal-patrimonju: għall-kumplament, japplikaw ir-regoli tas-suċċessjoni legali flimkien ma' dik testamentarja. Huma l-konjuġi, it-tfal, il-ġenituri, l-aħwa, u l-qraba sas-sitt grad li jirtu bil-liġi. Is-sehem mill-wirt jiddependi minn kemm ikun hemm mill-werrieta msemmija hawn fuq. Fil-każ ta' tfal, dawn jeskludu lill-ġenituri, lill-aħwa u lill-qraba iktar imbiegħda.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Il-wirt jinkiseb b'att ta' aċċettazzjoni, filwaqt li legat jinkiseb awtomatikament, sakemm ma jiġix miċħud.L-aċċettazzjoni tal-wirt ma tistax tkun parzjali, u tista' ssir espressament - b'att apposta - jew taċitament (li jsir meta l-werriet jagħmel xi ħaġa li jkun jista' jagħmilha biss bħala l-werriet, bħal pereżempju l-bejgħ ta' beni li jkun wiret).Id-dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni jew ta' rinunzja tista' ssir permezz ta' att notarili jew dikjarazzjoni tar-reġistru tal-qorti ta' fejn tkun infetħet is-suċċessjoni.L-istess regoli japplikaw fil-każ ta' persuna li jkun imissha sehem riżervat, li ma tistax taċċetta jew tirrinunzja biss għas-sehem riżervat. Hija tista' madankollu tirrinunzja għad-dritt tagħha għas-sehem riżervat f'każ li ssir ħsara lil dan is-sehem. Jekk il-benefiċjarju ta' sehem riżervat ikun ġie eskluż mill-wirt jew jitħallielu sehem inferjuri għal dak riżervat għalih, huwa jista' jaġixxi biss biex jirċievi s-sehem riżervat.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Ma hemmx proċedura waħdanija definita mil-liġi.

Is-suċċessjoni tinfetaħ mal-mewt tal-persuna. B'referenza għal dik id-data, fuq il-bażi tat-testment jew tar-regoli tal-liġi jiġu identifikati l-werrieta jew il-legatarji. Huwa mbagħad kompitu tagħhom li jwettqu l-att tal-aċċettazzjoni jew tar-rinunzja, li bihom jiġi stabbilit min jiret il-patrimonju u f'liem proporzjon.

Jekk ikun hemm għadd ta' koproprjetarji, kull wieħed minnhom ikollu d-dritt li jitlob id-diviżjoni tal-komunjoni tal-wirt, li tista' ssir permezz ta' kuntratt jew b'talba lill-qorti biex b'sentenza ċivili ordinarja tordna d-diviżjoni tal-proprjetà.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Il-legat jinkiseb awtomatikament, sakemm ma jkunx hemm rinunzja. Il-wirt jinkiseb b'dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni espressa, jew permezz ta' att li jiddetermina l-aċċettazzjoni taċita. Il-werrieta li jkollhom il-pussess ta' beni tal-wirt isiru awtomatikament werrieta ladarba jgħaddu tliet xhur mid-data tal-ftuħ tas-suċċessjoni.
L-aċċettazzjoni espressa - li trid issir fi żmien għaxar snin mill-ftuħ tas-suċċessjoni - tista' tkun sempliċi jew tista' ssir bil-benefiċċju tal-inventarju, bil-fini tal-limitazzjoni tar-responsabbiltà tad-dejn tal-persuna deċeduta.
Persuni taħt l-età u persuni oħrajn b'inkapaċità li jaġixxu jridu bilfors jaċċettaw espressament u bil-benefiċċju tal-inventarju.
L-effetti tal-aċċettazzjoni tal-wirt jew tal-legat huma retroattivi mill-mument tal-ftuħ tas-suċċessjoni.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Il-werriet huma responsabbli għad-dejn kollu tal-persuna deċeduta, b'mod proporzjonali għas-sehem rispettiv mill-wirt. Il-legatarji min-naħa l-oħra mhumiex responsabbli għad-dejn.

Il-werriet huwa purament u sempliċement responsabbli għad-dejn li jiret bla limiti, inkluż bil-ġid personali tiegħu stess, u dan anke jekk fil-wirt ikun hemm iktar dejn milli jkun hemm proprjetà.

Il-werriet bil-benefiċċju tal-inventarju, mill-banda l-oħra, huwa responsabbli għad-dejn tal-persuna deċeduta biss sal-ammont li jista' jitħallas mill-valur tal-beni li jiret.

Għalhekk, fil-każ ta' wirt bil-benefiċċju tal-inventarju, irid jitħejja rapport li jiddeskrivi u jiġi indikat il-valur tal-beni kollha li jikkostitwixxu l-assi u tad-djun kollha: il-werriet irid jiġi awtorizzat mill-imħallef biex iwettaq atti ta' dispożizzjoni tal-beni tal-wirt u l-awtorizzazzjoni tingħata biss jekk dawk l-istess atti jkunu fl-interess tal-kredituri tal-wirt.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Il-werrieta u l-legatarji huma obbligati jipprovdu lill-awtoritajiet tat-taxxa, id-Dikjarazzjoni tas-Suċċessjoni, li jkun fiha l-indikazzjoni tal-beni kollha tal-wirt inklużi l-proprjetajiet immobbli, bid-dettalji tar-reġistru tal-artijiet rispettivi tagħhom. Kopja tad-Dikjarazzjoni tas-Suċċessjoni tintuża għat-trasferiment tal-atti tar-reġistru tal-artijiet, jiġifieri biex il-proprjetà immobbli tiġi rreġistrata f'isem il-werrieta jew legatarji li jsiru l-proprjetarji tagħha.

Il-proċedura applikata għad-dħul tal-akkwist tal-proprjetà minn werrieta jew legatarji fir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli hija differenti. F'każ ta' legat, l-akkwist tal-proprjetà jiddaħħal b'kopja tat-testment li fih il-legat. F'każ ta' wirt, jiddaħħal l-att tal-aċċettazzjoni espressa jew l-att li jiddetermina l-aċċettazzjoni taċita.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

In-nomina ta' amministratur mhijiex obbligatorja.

Min jikteb testment jista' jinnomina eżekutur testamentarju, li jamministra l-beni biss sakemm ikun hemm bżonn għat-twettiq tal-kariga tiegħu.

Il-liġi tindika min ikun responsabbli mill-amministrazzjoni f'każ li l-wirt jgħaddi għand persuna li ma jkollhiex il-kapaċità li taġixxi.
Jekk ħadd mill-werrieta ma jaċċetta, huwa possibbli li ssir talba lill-qorti għan-nomina ta' kuratur tal-wirt battal, li mbagħad jamministra l-beni tal-wirt sal-mument li jkun hemm l-ewwel att ta' aċċettazzjoni. Minn dak il-mument il-funzjoni tiegħu tintemm awtomatikament.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Jekk legat jipprevedi t-twettiq ta' azzjoni mill-werrieta, huma jkunu obbligati li jeżegwixxu dik id-dispożizzjoni.

It-testatur jista' jinnomina eżekutur testamentarju u jinkarigah mill-eżekuzzjoni tax-xewqat tiegħu.
L-amministrazzjoni tal-patrimonju trid issir mill-persuni li jridu jieħdu ħsieb l-eżekuzzjoni tat-testment, sakemm din isseħħ għalkollox.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

B'mod ġenerali l-amministraturi għandhom biss setgħat ta' ġestjoni ordinarja, bl-għan li jħarsu l-beni u l-valur tagħhom. Biex isiru atti ta' dispożizzjoni jew ta' amministrazzjoni straordinarja jkun hemm bżonn tal-awtorizzazzjoni tal-qorti.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Il-muniċipalità tat-twelid jew tar-residenza tal-persuna deċeduta toħroġ iċ-ċertifikati tal-Mewt, l-estratti tal-atti tal-mewt u ċ-ċertifikati tal-istat tal-familja li jkun fihom l-informazzjoni dwar il-mewt tal-individwu, id-dettalji personali u r-relazzjonijiet familjari.

L-istatus ta' werriet jew ta' legatarju ma jiġix attestat minn dokumenti rilaxxati min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi.

Min ikun jixtieq jasserixxi dan l-istatus jista' jirrikorri għal dikjarazzjoni statutorja, jiġifieri dikjarazzjoni li ssir quddiem nutar minn żewġ xhieda li ma jkollhomx interess fis-suċċessjoni, u li jkunu suġġetti għal responsabilità kriminali. L-awtoritajiet pubbliċi jaċċettaw ukoll li jirċievu Dikjarazzjoni li Tissostitwixxi l-Att Notarizzat, magħmula mill-parti interessata, suġġetta wkoll għal responsabilità kriminali.

L-aħħar aġġornament: 15/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni ġenerali - Ċipru

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Fil-prinċipju, il-liġi domestika ma fiha l-ebda dispożizzjoni għal testmenti unica charta. Dak li jiġri normalment huwa li waqt it-tfassil tat-testment tagħhom, il-konjuġi jistgħu jaħtru lil xulxin bħala l-uniċi werrieta.

It-testmenti jitfasslu u jkun eżegwiti skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23 tal-Kapitolu 195.

It-testmenti jridu jkunu bil-miktub u ffirmati mit-testatur jew minn persuna oħra wara talba mit-testatur u fil-preżenza tiegħu. Huma jridu jkunu wkoll iffirmati fil-preżenza ta' tal-inqas żewġ xhieda, li jkunu kollha preżenti fl-istess ħin, biex jikkonfermaw u japprovaw it-testment fil-preżenza tat-testatur. Jekk it-testment ikun fih iktar minn paġna, il-paġni kollha jridu jkunu ffirmati jew inizjalati.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Testment jista' jew:

(a) jiġi ffajljat fir-Reġistru tal-provinċja tat-testatur, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tal-Kapitolu 189;

(b) jinżamm fl-uffiċċju tal-avukat tat-testatur; jew

(c) jinżammu mit-testatur innifsu jew minn kwalunkwe persuna oħra li jagħżel għal dan l-għan.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Il-prinċipju tas-sehem riżervat huwa inkluż fil-liġi domestika kif irregolat mill-Artikolu 41 tal-Kapitolu 195. L-Artikolu 51 tal-Kapitolu 195 huwa rilevanti wkoll.

It-tfal għandhom id-dritt li jaqsmu sa 25% tal-valur nett tal-patrimonju. Jekk ma jkunx hemm tfal, imma jkun hemm konjuġi jew ġenitur superstiti, ikollu d-dritt li jaqsam sa 50%, filwaqt li fil-każijiet l-oħra kollha, il-wirt kollu jista' jiddevolvi.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Fin-nuqqas ta' dispożizzjoni għat-trasferiment tal-proprjetà causa mortis, il-wirt jintiret skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 44 et seq. tal-Kapitolu 195.

Jekk ikun hemm tfal u konjuġi, il-valur nett tal-wirt jingħata lill-konjuġi u lit-tfal, f'sehem indaqs. Jekk ma jkun hemm la tfal u lanqas dixxendenti oħrajn, sehem il-konjuġi jiżdied, skont ikunx hemm qraba oħrajn sar-raba' grad tal-parentela. B'mod partikolari, jekk ikun hemm l-aħwa jew il-ġenituri tal-persuna deċeduta, is-sehem ta' konjuġi jammonta għal 50% tal-valur nett u jekk ma jkun hemm l-ebda qarib sar-raba' grad tal-parentela, il-konjuġi jkun intitolat għal ¾ mill-wirt. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-patrimonju kollu jiddevolvi għand il-konjuġi.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Fil-każijiet kollha ta' hawn fuq, l-awtorità kompetenti hija l-Qorti Distrettwali tal-aħħar domiċilju tat-testatur/persuna deċeduta.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Preżentata ta' talba

Preżentata ta' eżenzjoni temporanja approvata mir-Reġistratur tat-Taxxi

Ħruġ ta' att ta' konċessjoni

Reġistrazzjoni tal-inventarju

Ħlas ta' kull dejn tal-patrimonju, inklużi l-obbligi tat-taxxa

Distribuzzjoni tal-patrimonju

Reġistrazzjoni tal-kontijiet finali

Il-liġi domestika ma fiha l-ebda dispożizzjoni għal proċess ta' suċċessjoni mibdi ex officio mill-Qorti.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Persuna tista' ssir werrieta jekk tkun qariba tal-persuna deċeduta sas-sitt grad tal-parentela. Dispożizzjoni rilevanti tinsab fl-Artikolu 44 et seq. tal-Kapitolu 195 u l-Ewwel u t-Tieni Anness tal-Kapitolu 195.

Persuna tista' ssir werrieta jekk patrimonju jiddevolvi fuqha mit-testatur fit-testment tiegħu.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Skont il-liġi domestika, il-werrieta ma jinżammux responsabbli għad-dejn tal-persuna deċeduta. Id-dejn jiġġarrab biss mill-patrimonju, li mbagħad jitqassam lill-werrieta/legatarji biss meta dak id-dejn (inklużi l-obbligi tat-taxxa) jitħallsu lura. Dispożizzjoni rilevanti tinsab fl-Artikolu 41(b) u 42 tal-Kapitolu 189.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Jekk it-terminu "reġistrazzjoni" tal-proprjetà jfisser it-trasferiment tal-proprjetà tal-persuna deċeduta lill-werrieta/legatarji, id-dokumenti meħtieġa huma:

l-att tal-konċessjoni;

ċertifikat tas-saldu tal-obbligi tat-taxxa maħruġ mir-Reġistratur tat-Taxxi u awtorizzazzjoni għat-trasferiment tal-proprjetà;

ċertifikat tas-saldu tal-obbligi tat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli/il-gwadanji kapitali;

irċevuta u ċertifikat ta' ħlas tal-kontijiet muniċipali u tad-drenaġġ u dikjarazzjoni solenni tad-distribuzzjoni mill-amministratur u/jew l-eżekutur;

kull dokument ieħor mitlub mir-Reġistru tal-Artijiet u/jew ir-Reġistratur tat-Taxxi.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

In-nomina ta' amministratur hija obbligatorja għall-fini tad-distribuzzjoni tal-patrimonju. In-nomina ssir b'ordni ġudizzjarja fuq talba. It-talba għall-amministrazzjoni ssir skont il-Kapitolu 189 inkluż, imma mhux limitat għal, l-Artikoli 18, 19, 20, 29, 49 u l-Kapitolu 192. It-talba trid tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni ġuramentata mill-amministratur jew eżekutur intenzjonat, dikjarazzjoni ġuramentata minn garanti, meta jkun meħtieġ, u kollateral, meta jkun meħtieġ. Hija trid tkun akkumpanjata wkoll minn ċertifikat tal-mewt u tal-wirt maħruġ mill-kap tal-muniċipalità taż-żona fejn kienet tirrisjedi l-persuna deċeduta u l-kunsens tal-werrieta għan-nomina ta' amministratur. F'kull kwistjoni oħra trid tiġi segwita l-proċedura deskritta fil-mistoqsija 6 hawn fuq.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Id-dritt għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment tal-proprjetà causa mortis huwa tal-eżekutur u jekk l-eżekutur imut jew ma jkunx interessat, id-dritt jgħaddi għand kull min ikollu interess ġuridiku fil-patrimonju, eż. legatarju jew werriet.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Is-setgħat tal-amministratur huma deskritti fl-Artikolu 41 tal-Kapitolu 189.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Dawn id-dokumenti huma l-att tal-konċessjoni fejn ikun innominat l-amministratur u/jew l-eżekutur. L-ismijiet tal-benefiċjarji huma elenkati fit-talba għall-amministrazzjoni u/jew għall-validazzjoni tat-testment u ċ-ċertifikat tal-mewt u l-wirt maħruġ mill-kap tal-muniċipalità taż-żona fejn kienet tirrisjedi l-persuna deċeduta.

L-aħħar aġġornament: 17/07/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni ġenerali - Latvja

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Skont l-Artikolu 418 tal-Kodiċi Ċivili (Civillikums), testment huwa strument unilaterali magħmul minn persuna fil-każ tal-mewt tagħha fir-rigward tal-proprjetà kollha tagħha, parti mill-proprjetà tagħha jew oġġetti jew drittijiet individwali. Skont l-Artikolu 420 tal-Kodiċi Ċivili, kull persuna tista' tagħmel testment, bl-eċċezzjoni ta' minuri. Il-minuri li jkunu għalqu 16-il sena jistgħu jagħmlu testment fir-rigward tal-proprjetà indipendenti tagħhom (Artikolu 195 tal-Kodiċi Ċivili). Dawk taħt tutela jistgħu wkoll jagħmlu testment. Madankollu, skont l-Artikolu 421 tal-Kodiċi Ċivili, il-persuni li ma jistgħux jesprimu l-intenzjoni tagħhom mhumiex kapaċi jagħmlu testment.

Il-Kodiċi Ċivili jistipula li t-testment, permezz tal-forma tiegħu, huwa pubbliku jew privat.

It-testmenti pubbliċi jsiru quddiem nutar jew qorti tal-familja. It-testment pubbliku jrid isir fil-preżenza tat-testatur. L-oriġinali ta' testment pubbliku jitqies li huwa dak li ġie mdaħħal fir-reġistru ta' dokumenti ta' nutar jew konslu jew fir-reġistru tat-testmenti quddiem qorti tal-familja. It-testatur jingħata kopja tat-testment wara li l-kopja oriġinali tkun ġiet iffirmata.

Għal dak li jirrigwarda t-testmenti privati, skont l-Artikoli 445 u 446 tal-Kodiċi Ċivili, sabiex tali testment ikun validu tinħtieġ assigurazzjoni li dan ġie stabbilit mit-testatur u li jirrifletti korrettament l-intenzjoni aħħarija tiegħu jew tagħha. It-testmenti privati jsiru bil-miktub. It-testment sħiħ irid jinkiteb u jiġi ffirmat b'id it-testatur.

Skont l-Artikolu 604 tal-Kodiċi Ċivili, it-testment li fih żewġ persuni jew iktar jaħtru reċiprokament lil xulxin bħala werrieta permezz ta' strument wieħed huwa ddefinit bħala testment konġunt. Madankollu, jekk skont tali testment il-ħatra ta' persuna waħda bħala werrieta hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-ħatra tal-persuna l-oħra trid tkun teżisti u tkun valida, fejn il-ħatra tkun jew ma tkunx valida biss konġuntament mal-parti l-oħra, it-testment jissejjaħ reċiproku.

Skont l-Artikolu 639 tal-Kodiċi Ċivili, il-wirt kuntrattwali huwa stabbilit permezz ta' ftehim li skontu parti waħda tagħti d-drittijiet għall-wirt futur tagħha jew parti minnu lil parti oħra, jew numru ta' partijiet jagħtu tali drittijiet lil xulxin. Dan it-tip ta' kuntratt jissejjaħ ftehim ta' suċċessjoni. Fi ftehim ta' suċċessjoni, parti waħda tista' tagħti wkoll legat lil parti oħra jew lil parti terza. L-esklużjoni minn wirt mhijiex permessa fi ftehim ta' suċċessjoni.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Jekk isir trasferiment causa mortis bħala dokument pubbliku (att notarili, testment attestat minn qorti tal-familja) dan jiġi rreġistrat fir-reġistru pubbliku tat-testmenti. It-trasferimenti privati causa mortis mhumiex reġistrati sakemm ikunu ngħataw għall-kustodja lil nutar iċċertifikat jew lil qorti tal-familja.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Testatur jista' jiddetermina liberament dwar it-trasferiment tal-patrimonju kollu tiegħu fil-każ tal-mewt tiegħu, bir-restrizzjoni li dawk il-persuni intitolati għal sehem riżervat jitħallielhom it-tali sehem riżervat. Il-persuni intitolati għal sehem riżervat għandhom biss id-dritt biex jitolbu t-trasferiment tas-sehem riżervat f'forma ta' flus.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Skont il-Kodiċi Ċivili, il-konjuġi, il-qraba u l-persuni adottati huma intitolati għall-wirt.

Persuna adottata u d-dixxendenti tagħha jirtu mingħand l-adottant jew il-qraba tiegħu. Id-dixxendenti ta' persuna adottata tiret mingħand il-persuna adottata, kif jagħmlu l-adottant jew il-qraba tiegħu. Werriet li jikklassifika aktar baxx fl-ordni ta' suċċessjoni ma jiritx jekk werriet ikklassifikat ogħla fl-ordni ta' suċċessjoni jkun esprima l-intenzjoni tiegħu biex jiret.

Konjuġi jiret flimkien ma' eredi kklassifikat l-ewwel, it-tieni u t-tielet fl-ordni ta' suċċessjoni. Meta jiret flimkien ma' werriet ikklassifikat l-ewwel, il-konjuġi jirċievi sehem ekwivalenti għal dak tal-ulied jekk in-numru ta' wlied li esprimew l-intenzjoni biex jirtu ikun inqas minn erbgħa, iżda jekk ikun hemm erba' wlied jew aktar li esprimew l-intenzjoni tagħhom li jirtu, il-konjuġi jiret kwart. Meta jiret flimkien mal-werrieta fit-tieni u t-tielet grad, il-konjuġi jirċievi nofs il-patrimonju. Konjuġi jirċievi l-patrimonju sħiħ jekk ma hemmx werrieta oħra kklassifikati fl-ewwel, it-tieni u t-tielet grad jew jekk jonqsu milli jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jirtu.

Il-qraba tat-testatur jiret f'ordni speċifiku, li huwa bbażat parzjalment fuq it-tip ta' parantela u parzjalment fuq il-grad ta' parantela. Għall-iskopijiet tal-ordni ta' suċċessjoni, il-werrieta legali jaqgħu taħt erba' klassifiki distinti:

  1. taħt l-ewwel klassifika, mingħajr distinzjoni għall-grad ta' parantela, jirtu dawk id-dixxendenti kollha tat-testatur li bejniethom, minn naħa, u t-testatur, min-naħa l-oħra, ma jkun hemm ebda dixxendent ieħor li jkun intitolat li jiret;
  2. taħt it-tieni klassifika, jirtu l-axxendenti tal-eqreb grad ta' parantela għat-testatur, bħalma jagħmlu l-aħwa mill-istess missier u omm tat-testatur u t-tfal tal-aħwa mill-istess missier u omm li mietu qabel it-testatur;
  3. taħt it-tielet klassifika, jirtu l-aħwa mill-omm biss jew mill-missier biss tat-testatur, kif jagħmlu t-tfal ta' dawn l-aħwa mill-omm biss jew mill-missier biss li mietu qabel it-testatur;
  4. taħt ir-raba' grad, il-kumplament tal-aħwa kollaterali tal-eqreb parantela jirtu, mingħajr distinzjoni bejn il-parantela sħiħa jew parzjali.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Nutar attestat

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

Nutar attestat

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

Nutar attestat

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Nutar attestat

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Ladarba tinfetaħ is-suċċessjoni, il-werriet irid jesprimi l-intenzjoni tiegħu sabiex jaċċetta l-patrimonju. Dan isir billi titressaq applikazzjoni għall-wirt lil nutar attestat. In-nutar attestat jibda l-proċedura ta' suċċessjoni, iħabbar il-ftuħ tas-suċċessjoni, jidentifika l-persuni intitolati għall-patrimonju u joħroġ ċertifikat tas-suċċessjoni.

Jekk is-suċċessjoni jkollha lok skont provvediment ta' trasferiment ta' proprjetà, dan irid jitressaq lil nutar attestat li jaqrah u jqisu li daħal fis-seħħ skont il-leġiżlazzjoni. Hawnhekk ukoll il-werriet irid jesprimi l-intenzjoni tiegħu sabiex jaċċetta l-patrimonju. Jekk ġie maħtur legatarju, huwajissemma wkoll fuq iċ-ċertifikat tas-suċċessjoni.

Il-leġiżlazzjoni Latvjana ma tipprovdix għal-likwidazzjoni u d-diviżjoni tal-proprjetà tat-testatur. Il-provvista ta' dan it-tip tista' ssir mit-testatur fit-trasferiment tal-proprjetà, iżda tali każijiet mhumiex komuni. Ladarba n-nutar attestat ikun ikkonferma l-werrieta li huma intitolati għall-patrimonju, il-werrieta jistgħu jibqgħu koproprjetarji tal-proprjetà li wirtu jew jaqsmu l-patrimonju billi jidħlu f'kuntratt dwar il-qsim tal-patrimonju. Jekk wieħed biss mill-werrieta jew xi wħud minnhom ikunu jixtiequ jaqsmu l-patrimonju filwaqt li l-oħrajn ma jaqblux, il-partijiet li jkunu jixtiequ jaqsmu l-patrimonju jistgħu jiftħu kawża għad-diviżjoni quddiem il-qorti.

L-uniku każ fejn il-liġi tipprovdi għall-bejgħ tal-proprjetà tat-testatur huwa fejn ma jkun hemm ebda werriet u l-proprjetà tkun ġiet rikonoxxuta bħala bona vacantia, b'mod li taqa' fil-ġuriżdizzjoni tal-istat. FIl-każ ta' kredituri, il-proprjetà tinbiegħ permezz ta' subbasta minn bailiff attestat. Meta ma jkunx hemm kredituri, id-Dipartiment tad-Dħul għall-Gvern jadotta deċiżjoni dwar id-disponiment tal-proprjetà.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

B'referenza għal-legati, skont id-definizzjoni prevista fl-Artikolu 500 tal-Kodiċi Ċivili, fejn persuna wirtet biss oġġett individwali ta' patrimonju aktar milli l-patrimonju sħiħ jew sehem tal-patrimonju kollu, il-laxxitu jissejjaħ legat u l-persuna lil min jitħalla jkun legatarju.

Din il-persuna trid tressaq applikazzjoni għall-wirt lil nutar attestat. Fejn jeżisti provvediment għal trasferiment ta' proprjetà, dan irid jiġi mressaq u jinqara minn nutar attestat. In-nutar attestat joħroġ attestazzjoni ta' wirt lill-werrieta u l-legatarji wara t-tmiem tal-perjodu għall-aċċettazzjoni tal-wirt kif iddikjarat min-nutar (mhux inqas minn tliet xhur) jew kif stipulat fil-Kodiċi Ċivili (sena waħda wara l-ftuħ tas-suċċessjoni jew minn meta wieħed isir jaf dwar il-ftuħ tas-suċċessjoni).

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Il-Kodiċi Ċivili jistipula li bl-aċċettazzjoni u l-akkwist ta' wirt id-drittijiet u l-obbligi kollha tat-testatur, sa fejn ma jintemmux fuq il-mewt tat-testatur, jiddevolvu fuq il-werriet. Il-werrieta huma responsabbli għad-dejn tat-testatur, inkluż bil-proprjetà tagħhom stess jekk il-proprjetà tal-wirt ma tkunx biżżejjed. Il-werriet li aċċetta patrimonju bil-benefiċċju tal-inventarju huwa responsabbli għad-dejn tat-testatur u talbiet oħra kontrih jew kontriha biss sal-limitu tal-patrimonju.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

L-attestazzjoni ta' wirt u l-applikazzjoni ta' reġistrazzjoni jitressqu lir-reġistru tal-artijiet.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Il-persuni segwenti jistgħu jinħatru:

  • wara l-ftuħ tas-suċċessjoni - mandatarju għall-patrimonju. Fuq it-talba tal-werrieta jew f'ċerti każijiet stipulati mil-liġi (pereżempju fejn patrimonju jkun mifli sew bid-dejn, fejn ma jkunx hemm werrieta jew ma jkunux jistgħu jiġu kkuntatjati, eċċ.), il-mandat għall-patrimonju jiġi stabbilit minn nutar attestat permezz ta' strument separat li jintbagħat lill-qorti tal-familja għall-ħatra ta' mandatarju;
  • l-eżekutur tat-testment - dan iseħħ matul il-ħajja tat-testatur meta jagħmel it-testment.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

L-eżekuzzjoni ta' testment li jkollu effetti legali ssir minn eżekutur tat-testment, maħtur għal dan il-għan jew fit-testment innifsu jew permezz ta' strument testamentarju speċjali. Fejn ma jkunx inħatar eżekutur, l-eżekuzzjoni tat-testment issir minn werriet maħtur fit-testment. Jekk, madankollu, ma jkunx hemm werriet testamentarju dirett, it-testment jiġi eżegwit minn mandatarju tal-patrimonju maħtur minn qorti tal-familja abbażi ta' deċiżjoni ta' nutar attestat.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

L-istatus legali tal-eżekutur ta' testment u l-limiti tad-drittijiet u d-dmirijiet tiegħu huma ddefiniti permezz tal-intenzjoni tat-testatur kif espressa fit-testment. Fin-nuqqas ta' kull istruzzjoni ulterjuri min-naħa tat-testatur, l-eżekutur tat-testment irid jiżgura biss li l-aħħar testment tat-testatur ikun osservat u eżegwit u jipprovdi għal-likwidazzjoni tal-patrimonju u d-distribuzzjoni tiegħu fost il-werrieta u l-legatarji, sal-limitu meħtieġ għal dan il-għan.

Il-mandatarji għall-patrimonju jaġixxu b'mod indipendenti fl-amministrazzjoni u fir-rappreżentazzjoni tal-patrimonju u f'isem il-patrimonju. Il-mandatarji jamministraw patrimonju bl-istess kura u diliġenza li biha huma bħala proprjetarji solleċitati jamministraw l-affarijiet tagħhom stess. Matul il-perjodu tagħhom ta' amministrazzjoni, il-mandatarji jipprovdu estratti annwali lill-qorti tal-familja, u ladarba l-patrimonju jkun ġie ddistribwit lill-werrieta jew il-mandat jintemm għal raġunijiet oħra irid jiġi pprovdut estratt annwali. Il-mandat u d-dritt tal-mandatarju li jaġixxi f'isem il-patrimonju jiġu fit-tmiem tagħhom meta nutar joħroġ attestazzjoni ta' wirt.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Nutar attestat joħroġ attestazzjoni ta' wirt fil-forma ta' att notarili. Il-legittimità ta' att notarili ma tistax tiġi ddubitata. Hija tista' tiġi kkontestata permezz ta' azzjoni separata.

L-aħħar aġġornament: 07/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni ġenerali - Litwanja

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

It-trasferiment tal-propjetà causa mortis issir fil-forma ta' testment skont il-Kodiċi Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja (Lietuvos Respublikos civilinis kodeksas). It-testment jista' jkun pubbliku (imfassal bil-miktub f'żewġ kopji minn nutar jew uffiċjal konsulari tar-Repubblika tal-Litwanja f'pajjiż ieħor) jew privat (testment olografiku li jispeċifika l-isem u l-kunjom tat-testatur, id-data (il-jum, ix-xahar u s-sena) u l-post fejn sar it-testment, fejn jiġu indikati x-xewqat tat-testatur u ffirmat mit-testatur; dan it-tip ta' testment jista' jiġi miktub b'kull lingwa). Il-konjuġi jistgħu jagħmlu testment unica charta fejn jinnominaw lil xulxin b'mod reċiproku bħala werrieta, fejn, mal-mewt ta' wieħed mill-konjuġi, il-konjuġi superstiti jiret il-propjetà kollha tal-konjuġi mejjet (inkluż il-komunjoni tal-beni matrimonjali), għajr il-porzjoni riservata.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Testment pubbliku jiġi ċċertifikat u rreġistrat fir-reġistru notarili fil-preżenza tat-testatur.  Kopja tat-testment tinżamm mit-testatur u l-kopja l-oħra tibqa' mal-korp ta' ċertifikazzjoni. It-testatur jista' jagħti testment privat għall-preservazzjoni lil nutar jew uffiċjal konsulari tar-Repubblika tal-Litwanja f'pajjiż barrani. Ir-reġistru tat-testmenti mfassla fir-Repubblika tal-Litwanja huwa ġestit mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Ipoteki (Centrinė hipotekos įstaiga). In-nutara u l-uffiċjali konsulari jridu jinnotifikaw lill-Uffiċċju Ċentrali tal-Ipoteki fi żmien tlett ijiem ta' xogħol b'kull testment iċċertifikat, aċċettat għall-preservazzjoni jew tħassir. In-notifika trid tindika l-isem u l-kunjom, in-numru ta' identifikazzjoni personali u l-post ta' residenza tat-testatur, u d-data u l-post fejn sar it-testment, x'tip hu u fejn qed jinżamm. Il-kontenut tat-testment ma hemmx għalfejn jiġi speċifikat.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Iva, l-Kodiċi Ċivili jipprovdi għad-dritt għall-porzjoni riservata: jirtu t-tfal tat-testatur (tfal adottati), konjuġi u ġenituri (ġenituri adottivi) li kienu finanzjarjament dipendenti fuq it-testatur meta miet, minkejja l-kontenut tat-testment, nofs is-sehem li kull wieħed minnhom għandu dritt għalih skont suċċessjoni ab intestato (il-porzjoni riservata) sakemm it-testatur ma jkunx tahom aktar fit-testment. Il-porzjoni riservata tiġi determinata fuq il-bażi tal-valur tal-wirt, inkluża l-għamara ordinarja tad-dar u armar ieħor.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Fin-nuqqas ta' testment, il-wirt jintiret skont is-suċċessjoni ab intestato. Meta s-suċċessjoni tkun ab intestato, il-persuni li ġejjin ikunu l-benefiċjarji tal-wirt f'sehem indaqs: id-dixxendenti fl-ewwel grad - it-tfal tat-testatur (inklużi t-tfal adottati) u t-tfal tat-testaturi mwielda wara mewtu; id-dixxendenti fit-tieni grad - il-ġenituri tat-testatur (ġenituri adottivi), it-tfal tat-tfal; id-dixxendenti fit-tielet grad - in-nanniet materni u paterni tat-testatur, il-proneputijiet tat-testatur; id-dixxendenti fir-rabà grad - ħut it-testatur, u l-bużnanniet materni u paterni tiegħu; id-dixxendenti fil-ħames grad - it-tfal ta' ħut it-testatur (neputijiet), u ħut il-ġenituri tat-testatur (zijiet); id-dixxendenti fis-sitt grad - it-tfal taz-zijiet tat-testatur (kuġini). Il-werrieta fit-tieni grad jirtu b'suċċessjoni ab intestato biss jekk ma jkunx hemm werrieta fl-ewwel grad, f'każ illi dawn tal-aħħar ma jaċċettawx jew jirrinunzjaw għall-wirt, jew f'każijiet fejn il-werrieta fl-ewwel grad ikunu ġew imċaħħda mid-dritt li jirtu. Il-werriet fit-tielet, ir-rabà, il-ħames u s-sitt grad jirtu jekk ma jkunx hemm werrieta fi grad ogħla jew f'każ illi dawn tal-aħħar jirrinunzjaw għall-wirt jew ikunu ġew imċaħħda mid-dritt li jirtu. It-tfal adottati u d-dixxendenti tagħhom li jirtu wara l-mewt tal-ġenitur adottiv tagħhom jew ta' qrabatu jiġu meqjusa daqs it-tfal tal-ġenitur adottiv u tad-dixxendenti tagħhom. Huma ma jirtux ab intestato wara l-mewt tal-ġenituri naturali tagħhom u qraba oħra fi grad ogħla fil-linja ta' dixxendenza, bl-istess mod wara l-mewt ta' ħuthom. Il-ġenituri adottivi u l-qraba tagħhom li jirtu wara l-mewt tat-tfal adottivi tagħhom jew id-dixxendenti tagħhom jiġu meqjusa daqs il-ġenituri naturali u qraba oħra. Il-ġenituri naturali ta' tifel adottat u qraba oħra fi grad ogħla fil-linja ta' dixxendenza ma jirtux ab intestato wara l-mewt tat-tfal adottati jew id-dixxendenti tagħhom. It-tfal tat-testatur imwielda lil ġenituri miżżewġin jew lil ġenituri bi żwieġ annullat jistgħu jirtu ab intestato, kif ukoll it-tfal imwielda barra ż-żwieġ b'paternità rikonoxxuta skont il-liġi. F'każijiet fejn xi ħadd mill-ġenituri tan-neputijiet tat-testatur jew il-ġenituri tat-tfal li diġà wirtu kienu diġà mietu meta nfetħet is-suċċessjoni, in-neputijiet tat-testatur u l-proneputijiet jirtu ab intestato flimkien mal-werrieta korrispondenti fl-ewwel u t-tieni grad li għandhom dritt għall-wirt. Huma jirtu ishma ndaqs mill-wirt li kien jintiret minn missierhom jew ommhom mejta ab intestato. Il-konjuġi superstiti tat-testatur jiret ab intestato jew flimkien mal-werrieta fl-ewwel jew it-tieni grad. Il-konjuġi jiret kwart mill-wirt flimkien mal-werrieta fl-ewwel grad u fejn ma jkunx hemm aktar minn tliet werrieta minbarra l-konjuġi nnifsu. Meta jkun hemm aktar minn tliet werrieta, il-konjuġi jiret daqs il-werrieta l-oħra. Jekk il-konjuġi jiret flimkien mal-werrieta fit-tieni grad, huwa jkollu dritt għal nofs il-wirt. Jekk ma jkunx hemm werrieta fl-ewwel jew fit-tieni grad, il-konjuġi jiret kollox. L-għamara u l-armar tad-dar jgħaddu għand il-werrieta ab intestato irrispettivament mill-grad ta' dixxendenza tagħhom u sehemhom mill-wirt, sakemm ikunu għexu mad-decujus għal mhux inqas minn sena qabel mewtu.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

In-nutar u l-qorti tal-post fejn infetħet is-suċċessjoni.

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

In-nutar tal-post fejn infetħet is-suċċessjoni.

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

In-nutar tal-post fejn infetħet is-suċċessjoni.

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

In-nutar tal-post fejn infetħet is-suċċessjoni.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Skont il-Kodiċi Ċivili, werriet irid jaċċetta l-wirt biex isir tiegħu. L-aċċettazzjoni ma tistax tkun parzjali jew soġġetta għal kundizzjonijiet jew eċċezzjonijiet. Werriet jitqies li aċċetta l-wirt meta huwa jibda verament jieħu ħsieb il-wirt jew ikun ressaq applikazzjoni għall-aċċettazzjoni tal-wirt ma' nutar fil-post fejn infetħet is-suċċessjoni. Werriet jitqies li aċċetta l-wirt meta jkun beda jieħu ħsieb il-wirt, fejn iqisu bħala propjetà tiegħu (fejn jieħu ħsiebu, jużah, jiddisponi minnu u b'mod ġenerali jissorvelja l-wirt, iħallas it-taxxi u jkun esprima lill-qorti l-ħsieb tiegħu li jaċċetta l-wirt u jitlob il-ħatra ta' amministratur tal-wirt, eċċ). Werriet li jkun beda jieħu ħsieb xi parti mill-wirt jew anke xi oġġetti individwali minnu jitqies li aċċetta l-wirt bi sħiħ. Werriet li jkun beda jieħu ħsieb il-wirt għandu dritt, fiż-żmien stabbilit għall-aċċettazzjoni tal-wirt jirrinunzja għall-wirt permezz ta' applikazzjoni ma' nutar fil-post fejn infetħet is-suċċessjoni. F'dan il-każ is-suċċessur jitqies li ħa ħsieb il-wirt fl-interessi tal-benefiċjarji l-oħra. Dawn il-passi jridu jittieħdu fi żmien tliet xhur mill-ftuħ tas-suċċessjoni. Il-persuni bi dritt għas-suċċessjoni li jseħħ biss jekk ikun hemm ir-rinunzja ta' werrieta oħra jistgħu jesprimu l-ħsieb tagħhom li jaċċettaw il-wirt fi żmien tliet xhur mid-data li fiha setgħu jaċċettaw il-wirt. L-iskadenza għall-aċċettazzjoni tal-wirt tista' tiġi estiża minn qorti jekk ikun ġie rikonnoxut illi ż-żmien ġie maqbuż minħabba raġunijiet serji. Il-wirt jista' jiġi aċċettat ukoll wara l-iskadenza taż-żmien mingħajr ma jsir rikors għall-qorti fejn ikun hemm ftehim bejn il-werrieta l-oħra li jkunu aċċettaw il-wirt. In-nutar huwa obbligat javża lill-Uffiċċju Ċentrali tal-Ipoteki bl-aċċettazzjoni tas-suċċessjoni fi żmien tlett ijiem ta' xogħol. Il-werriet jew il-legatarju għandu dritt jirrinunzja għas-suċċessjoni fi żmien tliet xhur mill-ftuħ tas-suċċessjoni. Ir-rinunzja ma tistax tkun parzjali jew soġġetta għal kundizzjonijiet jew eċċezzjonijiet. Ir-rinunzja tal-wirt għandha l-istess effett bħan-nuqqas ta' aċċettazzjoni tal-wirt. Il-werriet jirrinunzja għall-wirt permezz ta' applikazzjoni ma' nutar fil-post fejn infetħet is-suċċessjoni. Rinunzja mhix permessa meta s-suċċessur ikun ressaq applikazzjoni ma' nutar fil-post fejn infetħet is-suċċessjoni għall-aċċettazzjoni tas-suċċessjoni jew għall-ħruġ ta' ċertifikat ta' suċċessjoni. Fil-każ illi jkun hemm diversi benefiċjarji, il-wirt li jkun intiret jaqa' taħt il-propjetà konġunta tagħhom kollha sakemm ma jkunx provdut mod ieħor fit-testment. Ħadd ma jista' jiġi mġiegħel jirrinunzja għad-dritt tiegħu li jissepara s-sehem li għandu dritt għalih mill-bqija tal-wirt. Il-wirt jinqasam bil-ftehim reċiproku tal-werrieta. Il-wirt ma jistax jinqasam sakemm jitwieled il-werriet jew legatarju jew jekk it-testatur stabbilixxa fit-testment tiegħu perjodu ta żmien li fih il-wirt ikun b'pussess konġunt tal-werrieta. Dan il-perjodu ma jistax jaqbeż il-ħames snin mill-ftuħ tas-suċċessjoni, ħlief f'każijiet fejn ikun hemm minuri fost il-werrieta. F'dan il-każ it-testatur jista' jipprojbixxi d-diviżjoni tal-wirt sakemm il-werrieta konċernati jagħlqu t-18-il sena. Il-werrieta jistgħu jaqsmu l-wirt permezz ta' ftehim reċiproku qabel issir ir-reġistrazzjoni tad-drittijiet tal-werrieta fuq il-propjetà fir-reġistru pubbliku. Id-diviżjoni tal-propjetà immobbli ssir formalment permezz ta' att notarili, li jrid jiġi rreġistrat fir-reġistru pubbliku. Jekk il-werrieta ma jirnexxilhomx jaqblu dwar id-diviżjoni tal-propjetà, il-wirt jinqasam mill-qorti fuq il-bażi tal-azzjonijiet imressqa minn kull werriet. Il-propjetà diviżibbli hija maqsuma in natura u l-propjetà li ma tistax tinqasam tmur għand wieħed mill-werrieta tenut kont tan-natura tal-propjetà u l-bżonnijiet tal-werriet, filwaqt li l-werrieta l-oħra jingħataw kumpens għall-valur tal-propjetà permezz ta' propjetà oħra jew fi flus kontanti. Bi ftehim reċiproku tal-benefiċjarji il-wirt kollu jew oġġetti speċifiċi jistgħu jinbiegħu b'subbasta u r-rikavat jinqasam bejniethom, jew inkella l-werrieta jistgħu jagħmlu offerti bejniethom għall-oġġetti individwali, b'kull oġġett imur għand il-werriet li jkun tefa' l-ogħla offerta. It-trasferiment tal-oġġetti individwali ta' propjetà lill-werrieta speċifiċi jista' jiġi determinat bi ftehim reċiproku bix-xorti.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Il-mument li fih tinfetaħ is-suċċessjoni jitqies li huwa l-mument tal-mewt tat-testatur, jew meta t-testatur ikun ġie ddikjarat mejjet, il-ġurnata li fiha tidħol fis-seħħ is-sentenza tal-qorti li tiddikjara lit-testatur mejjet, jew id-data indikata fis-sentenza.  Biex issir werrieta persuna trid taċċetta l-wirt (jew billi tieħu ħsieb fil-prattika l-wirt jew billi tmur għand nutar fil-post ta' ftuħ tas-suċċessjoni biex taċċetta l-wirt). Legatarju jinnotifika l-aċċettazzjoni tiegħu lill-eżekutur testamentarju (l-amministratur tal-wirt), lil werriet li jkun aċċetta l-wirt u li jkun awtorizzat jeżegwixxi l-legat jew lil nutar fil-post tal-ftuħ tas-suċċessjoni. Fejn il-legat jinvolvi d-dritt għal propjetà immobbli, trid issir applikazzjoni ma' nutar.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Werriet li aċċetta l-wirt billi ħa ħsiebu jew billi ressaq applikazzjoni quddiem nutar huwa responsabbli għad-djun tat-testatur bil-propjetà kollha tiegħu. Fejn il-wirt jkun ġie aċċettat minn diversi werrieta bil-mod indikat hawn fuq, huwa responsabbli b'mod konġunt għad-djun tat-testatur bil-propjetà kollha tagħhom. Il-werriet għandu dritt jindika lin-nutar fl-applikazzjoni tiegħu għall-aċċettazzjoni tal-wirt illi jixtieq jaċċetta l-wirt bil-benefiċċju tal-inventarju. F'dan il-każ il-werriet jagħmel tajjeb għad-dejn tat-testatur bil-propjetà tal-wirt biss. Jekk mill-inqas werriet wieħed aċċetta l-wirt bil-benefiċċju tal-inventarju, il-werrieta l-oħra jiġu meqjusa li aċċettaw il-wirt ukoll fuq din il-bażi. L-inventarju jista' jintalab ukoll mill-kredituri tat-testaturi. Jekk fi żmien it-tfassil tal-inventarju il-werriet b'nuqqas tiegħu jonqos milli jindika l-propjetà kollha li hemm fil-wirt jew ħeba d-dejn li kellu t-testatur, jew fejn ikun ġie inkluż dejn mhux dovut fl-inventarju fuq inizjattiva tal-werriet, jew il-werriet ikun naqas milli jipprovdi informazzjoni sħiħa għall-inventarju, huwa jagħmel tajjeb għad-dejn tat-testatur bil-propjetà kollha tiegħu.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Il-propjetà immobbli li ġejja tiġi mniżżla fir-Reġistru tal-Propjetà Immobbli jekk ikunu ġew ikklassifikati bħala oġġetti individwali ta' propjetà immobbli u assenjati numru uniku skont il-proċedura stabbilita fil-Liġi Litwana dwar ir-reġistru tal-artijiet (Lietuvos Respublikos nekilnojamojo turto kadastro įstatymas): plottijiet tal-art, bini, appartamenti fi blokok tal-appartamenti u bini ieħor. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-propjetà immobbli fir-Reġistru tal-Propjetà Immobbli (Nekilnojamojo turto registras) iridu jkunu akkumpanjati mid-dokumenti li ġejjin:

  1. applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' drittjiet fuq il-propjetà immobbli (sjieda jew ġestjoni) jew biex tiġi emendata d-dejta fir-Reġistru tal-Propjetà Immobbli marbuta mad-drittijiet fuq il-propjetà;
  2. dokumenti b'informazzjoni cadastre fir-reġistru cadastre tal-propjetà fuq oġġett immobbli li ġie kklassifikat bħala oġġett immobbli individwali tal-cadastre u kull dokument li jemenda din l-informazzjoni (deċiżjoni ta' awtorità pubblika jew korp ta' ġestjoni, sentenza tal-qorti, ordni, deċiżjoni jew digriet, tranżazzjonijiet bil-miktub, dokumenti minn katast tal-istat jew reġistri oħra, jew dokumenti oħra meħtieġa mil-liġi jew mill-Gvern);
  3. dokumenti li jiċċertifikaw l-akkwist tas-sjieda tal-propjetà, il-ħolqien ta' drittijiet fuq il-propjetà, restrizzjonijiet fuq dawn id-drittijiet u fatti legali, u d-donazzjoni, il-bejgħ, l-akkwist jew il-kiri tal-kumpaniji; dokumenti notarizzati li jiċċertifikaw il-ħolqien ta' drittijiet fuq il-propjetà, restrizzjonijiet fuq dawn id-drittijiet u l-fatti legali, sottomessi lil reġistratur lokali permezz ta' nutar f'forma elettronika;
  4. dokumenti li jidentifikaw lill-applikant, ħlief f'każijiet fejn l-applikazzjoni tiġi sottomessa bil-posta jew b'mezzi elettroniċi jew bin-nutar.

Fil-każ ta' suċċessjoni li tikkonċerna propjetà immobbli, fejn id-drittijiet fuq il-propjetà jkunu diġà rreġistrati fir-Reġistru tal-Propjetà Immobbli, l-uniku dokument li l-werriet irid jippreżenta fir-Reġistru huwa ċ-ċertifikat ta' suċċessjoni li jkun ingħata min-nutar (jew iċ-ċertifikat ta' sjieda f'każ ta' mewt ta' wieħed mill-konjuġi fejn il-propjetà kollha tintiret mill-konjuġi superstiti).  L-entrati li juru l-ħruġ ta' ċertifikat ta' suċċessjoni meta tkun qed tintiret propjetà immobbli u/jew ċertifikat ta' sjieda meta konjuġi minnhom ikun miet jistgħu jsiru wkoll fir-Reġistru tal-Propjetà Immobbli wara l-wasla ta' notifika f'dan is-sens mingħand nutar.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Meta l-wirt ikun propjetà waħda jew razzett, jew meta d-dejn tat-testatur ikun jista' jaqbeż il-valur tal-wirt, mal-aċċettazzjoni tal-wirt il-werriet jista' jitlob lill-qorti tal-post fejn infetħet is-suċċessjoni biex taħtar amministratur tal-wirt, jew biex taħtar amministratur u tiddeċiedi jekk tmexxix proċeduri ta' subbasta jew ta' falliment. F'dan il-każ id-dejn tat-testatur jiġi kopert mill-wirt biss. Jekk il-wirt ikun jinkludi propjetà li għandha bżonn tiġi ġestita (propjetà waħda, razzett, titoli, eċċ) u dan ma jistax isir mill-eżekutur testamentarju jew mill-werriet, jew jekk il-kredituri tat-testatur iressqu azzjoni qabel l-aċċettazzjoni tal-wirt, il-qorti distrettwali taħtar amministratur għall-wirt. L-amministrazzjoni tal-wirt tiġi stabbilita minn deċiżjoni tal-qorti distrettwali fil-post fejn infetħet is-suċċessjoni. Fid-deċiżjoni tagħha l-qorti taħtar amministratur tal-wirt u tistabbilixxi l-kumpens tiegħu.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Testment jiġi eżegwit mill-eżekutur testamentarju jew werriet maħtur mit-testatur jew minn amministratur tal-wirt maħtur mill-qorti. Jekk it-testatur jonqos milli jaħtar eżekutur, jew l-eżekutur jew werriet maħtur ma jkunx jista' jwettaq dmirijietu, il-qorti distrettwali fil-post fejn infetħet is-suċċessjoni taħtar amministratur tal-wirt biex iwettaq l-obbligi kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tat-testment. L-eżekutur testamentarju jwettaq l-obbligi kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tat-testment. Sakemm jinħatar amministratur tal-wirt jew jiġu identifikati l-werrieta, l-eżekutur testamentarju jaqdi d-dmirijiet ta' werriet – jieħu ħsieb il-wirt, ifassal l-inventarju, iħallas id-dejn assoċjat mal-wirt, jirkupra d-dejn mingħand id-debituri tat-testatur, iħallas il-manteniment dovut lid-dipendenti tat-testatur, iwettaq riċerki għall-werrieta, jistabbilixxi jekk il-werrieta aċċettawx il-wirt, eċċ.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

L-amministratur tal-wirt għandu l-istess dmirijiet u obbligi daqs l-eżekutur testatmentarju u mutatis mutandis huwa soġġett għad-dispożizzonijiet tal-liġi dwar il-propjetà li tirregola l-amministrazzjoni tal-propjetà ta' terzi jew l-attivitajiet ta' persuna oħra, kif stabbilit fil-Kodiċi Ċivili.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Wara perjodu ta' tliet xhur wara l-ftuħ tas-suċċessjoni, il-werrieta u l-legatarju jistgħu jitolbu illi nutar fil-post fejn din infetħet joħroġ ċertifikat ta' suċċessjoni. Ċertifikat ta' suċċessjoni huwa dokument imfassal fil-forma prevista mill-istat li jiċċertifika illi l-werriet aċċetta l-wirt u akkwista d-dritt għas-sjieda tal-wirt. Huwa importanti li jiġi nnutat illi skont il-Kodiċi Ċivili, id-dritt għas-sjieda ta' wirt iseħħ mal-aċċettazzjoni tal-wirt u mhux mal-ħruġ taċ-ċertifikat ta' suċċessjoni. Barra minn hekk, il-kisba taċ-ċertifikat ta' suċċessjoni huwa dritt tal-benefiċjarju, iżda mhux obbligu. Iċ-ċertifikat ta' suċċessjoni jiċċertifika l-aċċettazzjoni tal-wirt u jipprovdi bażi ġuridika għar-reġistrazzjoni tad-drittijiet fuq il-propjetà immobbli li tkun għadha kif intirtet. Skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Litwan (Lietuvos Respublikos civilinio proceso kodeksas) ċertifikat ta' suċċessjoni maħruġ minn nutar jitqies bħala prova uffiċjali bil-miktub b'valur probatorju ogħla. Iċ-ċirkostanzi msemmija fil-prova uffiċjali bil-miktub jitqiesu pruvati kompletament sakemm ma jiġux miċħuda aktar tard minn provi oħra tal-każ, ħlief għat-testimonjanzi tax-xhieda.

L-aħħar aġġornament: 22/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni ġenerali - Lussemburgu

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Meta jsiru t-testmenti, ir-regoli li jridu jiġu osservati jinkludu dawn li ġejjin:

L-ewwel nett, it-testatur irid ikollu l-fakultajiet intellettwali kollha. Il-persuni li jiġu ddikjarati neqsin mill-kapaċità ġuridika ma jistgħux jagħmlu testment. Fil-każ ta' minuri japplikaw regoli speċifiċi. Dawn huma maħsuba biex iħarsu l-assi tal-persuni konċernati.

Xi testmenti, bħat-testmenti unica charta, huma projbiti. Huma projbiti wkoll ftehimiet dwar is-suċċessjoni.

Il-Kodiċi Ċivili jsemmi l-forom ta' testmenti li ġejjin previsti mil-liġi Lussemburgiża dwar is-suċċessjoni:

  • testmenti olografiċi;
  • testmenti li jsiru quddiem nutar;
  • testmenti siġillati.

Il-proċeduri u l-arranġamenti jvarjaw skont it-tip ta' testment magħżul.

Testmenti olografiċi

Testment olografiku huwa testment miktub, datat u ffirmat kollu kemm hu mit-testatur innifsu.

It-testmenti olografiċi għandhom il-vantaġġ tas-sempliċità.  L-iżvantaġġ tagħhom huwa li jistgħu jiġu mfassla mit-testatur mingħajr ħadd ma jiġi infurmat li jeżistu. B'hekk it-testment jista' ma jinstabx wara l-mewt tat-testatur.

Hemm ukoll ir-riskju ta' ffalsifikar jew il-qerda tiegħu. Barra minn hekk testment olografiku jista' ma jkunx validu jekk ma jkunx jista' jinqara, ikun ambigwu jew ma jkunx komplut. Għandu jiġi nnutat illi f'dak ir-rigward anke data ħażina fuq testment olografiku tista' twassal għall-invalidità tiegħu. L-invalidità tista' tkun ikkawżata wkoll minn difett materjali.

Huwa għalhekk fl-aħjar interessi tat-testatur biex jgħid illi għamel testment u fejn huwa miżmum, u jiżgura illi huwa validu.

It-testatur jista' jiżgura l-eżistenza tat-testment olografiku billi jgħid lil xi ħadd li jafda dwaru, jew, wara li jħallas tariffa, idaħħal l-informazzjoni ewlenija dwar it-testment (bħal ismu u l-indirizz u l-post fejn huwa miżmum) fir-reġistru ċentrali tat-testmenti. Ir-reġistru huwa bażi tad-dejta ġestita mid-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet u tal-Patrimonju (Administration de l’Enregistrement et des Domaines) (ara wkoll hawn taħt).

Fir-rigward tal-validità tat-testment, dan irid ikun ġie miktub kollu kemm hu mit-testatur, datat u ffirmat minnu. Għalhekk l-użu ta' espert fil-liġi tas-suċċessjoni, bħal nutar, huwa rakkomandat sabiex jiġi żgurat illi t-testment ikun validu.

Testmenti li jsiru quddiem nutar

Testment li jkun sar għand nutar isir quddiem żewġ nutara jew nutar megħjun minn żewġ xhieda.

Dan it-testment għandu vantaġġi konsiderevoli meta mqabbel ma' testment olografiku.

L-ewwel nett, in-nutar li se jfassal id-dokument jagħti pariri legali lit-testatur. Dan jiżġura illi ma jkunx hemm difetti ta' proċedura jew materjali fit-testment u li jkun validu.

It-tieni nett, peress illi testment li jsir quddiem nutar jinżamm għand in-nutar, dan jibqa' ssiġillat sal-mewt tat-testatur u l-aħħar xewqat tiegħu jsiru magħrufa wara mewtu. Għandu jiġi nnutat ukoll f'dak ir-rigward illi n-nutar li se jfassal it-testment huwa obbligat idaħħal id-dettalji ewlenin tiegħu fir-reġistru tat-testmenti.

Testment siġillat

Testment siġillat huwa dokument miktub mit-testatur jew persuna oħra u ppreżentat lil nutar mit-testatur magħluq u ssiġillat, fil-preżenza ta' żewġ xhieda jew nutar addizzjonali. In-nutar li jirċievi t-testment siġillat ifassal aċċettazzjoni permezz ta' att pubbliku jew privat (acte de suscription en minute ou en brevet).

In-nutar jippreserva t-testment siġillat, biex b'hekk jevita kull riskju ta' sostituzzjoni jew iffalsifikar.

B'testment issiġillat, bħal testment magħmul quddiem nutar, l-arranġamenti li jkun għamel it-testatur jibqgħu mistura matul ħajtu. Barra minn hekk, peress illi t-testment ikun sar quddiem nutar, ikun aktar faċli biex jinsab wara l-mewt tat-testatur.

Il-fatt illi n-nutar ifassal att ta' aċċettazzjoni meta jirċievi t-testment ma jfissirx illi dak it-testment huwa validu. Fil-fatt, anke jekk it-testment siġillat ikun ġie mfassal u preservat skont ir-regoli proċedurali rilevanti, madankollu jista' jsir invalidu minħabba difett materjali. In-nutar ma jistax jaċċerta ruħu illi t-testment huwa validu, meta dan ikun ġie ppreżentat lilu magħluq u ssiġillat.

It-testment siġillat rari jintuża fil-Lussemburgu.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Fil-Lussemburgu, id-dettalji ewlenin ta' xi testmenti jridu jew jistgħu jiġu reġistrati fir-reġistru tat-testmenti (ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti). Ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja għat-testmenti li jsiru quddiem nutar u għat-testmenti siġillati u olografiċi miżmuma għand nutar. Dan japplika wkoll jekk it-testmenti jiġu mħassra, revokati jew emendati b'kull mezz ieħor. Ir-reġistrazzjoni hija fakultattiva għat-testmenti olografiċi li qegħdin għand individwi.

It-testment innifsu u l-kontenut tiegħu ma jissemmewx fir-reġistru. Ir-reġistrazzjoni turi biss isem it-testatur u l-isem u l-kunjom tal-konjuġi tiegħu, jekk ikun il-każ, id-data u l-post ta' twelid tat-testatur, in-numru tal-identità, l-impjieg, l-indirizz jew post ta' residenza, it-tip u d-data tad-dokument għar-reġistrazzjoni, l-isem u l-indirizz tan-nutar li fassal id-dokument jew għand min hu miżmum jew, f'każ ta' testmenti olografiċi, jekk hemm bżonn l-isem l-indirizz ta' kull persuna jew istituzzjoni li magħha ġie fdat it-testment jew il-post fejn huwa miżmum.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Skont il-liġi tas-suċċessjoni Lussemburgiża, hemm restrizzjonijiet fuq kif wieħed iħalli ġidu warajh wara mewtu.

B'mod aktar speċifiku, il-porzjoni riservata qiegħda hemm biex jirtu l-werrieta stabbiliti bil-liġi minkejja rigali jew arranġamenti testamentarji tat-testatur.

Skont il-liġi Lussemburgiża, għandhom dritt għall-porzjoni riservata biss id-dixxendenti tad-decujus (it-tfal, jew it-tfal tat-tfal jekk ikunu mietu qablu).

Il-porzjoni riservata tikkonsisti f'nofs l-assi legali tal-wirt jekk id-decujus ikun ħalla wild wieħed, żewġ terzi jekk kellu żewġt itfal u tliet kwarti jekk kellu tlett itfal jew aktar.

Tista' ssir rinunzja tal-porzjoni riservata. Ir-rinunzja trid issir b'mod espliċitu permezz ta' dikjarazzjoni fir-reġistru tal-qorti tal-post fejn infetħet is-suċċessjoni, u mdaħħla f'reġistru speċjali miżmum apposta għal dak il-għan.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Jekk ma jkunx hemm testment, is-suċċessjoni tkun regolata mir-regoli tal-liġi rilevanti.

L-ordni tas-suċċessjoni normalment huwa kif ġej:

  • dixxendenti (tfal, tfal tat-tfal);
  • konjuġi superstiti;
  • il-missier u l-omm, flimkien ma' ħut id-decujus u d-dixxendenti ta' dawn tal-aħħar;
  • l-axxendenti għajr il-missier u l-omm (nanniet, bużnanniet, eċċ);
  • il-qraba kollaterali għajr l-aħwa (zijiet, neputijiet, eċċ);
  • l-Istat.

Jistgħu jinqalgħu ċerti sitwazzjonijiet minħabba din il-ġerarkija ta' werrieta:

Sitwazzjoni 1: id-decujus ikollu konjuġi superstiti u tfal (jew tfal tat-tfal)

Il-liġi tgħid illi l-konjuġi superstiti huwa konjuġi li ma ħax id-divorzju u li ma hemmx sentenza finali ta' separazzjoni kontrih.

Il-wirt jinqasam f'ishma ndaqs bejn it-tfal tad-decujus skont kemm qegħdin aħwa, u skont id-drittijiet tal-konjuġi superstiti.

Eżempju:

Jekk id-decujus kellu wild wieħed, dak il-wild jiret kollox, soġġett għad-drittijiet tal-konjuġi superstiti.

Jekk id-decujus kellu żewġt itfal, huma jaqsmu l-wirt bejniethom, soġġett għad-drittijiet tal-konjuġi superstiti.

F'dik is-sitwazzjoni, il-konjuġi superstiti għandu għażla bejn:

  • l-użufrutt (id-dritt li jgawdi l-użu u l-benefiċċji) tal-propjetà li kienu jgħixu fiha l-konjuġi u l-għamara ġo fiha, sakemm id-decujus kellu s-sjieda sħiħa tal-propjetà jew kien kopropjetarju mal-konjuġi superstiti u
  • l-iżgħar porzjon tat-tfal imwielda fiż-żwieġ, sakemm din ma tkunx inqas minn kwart tal-wirt.

Il-konjuġi superstiti għandu tliet xhur u 40 ġurnata mill-mewt tad-decujus biex jeżerċita din l-għażla permezz ta' dikjarazzjoni fir-reġistru tal-qorti distrettwali li s-suċċessjoni nfteħet fil-ġuriżdizzjoni tagħha . Jekk ma ssirx għażla f'dan il-perjodu speċifiku, il-konjuġi superstiti jitqies li għażel l-użufrutt.

Jekk il-konjuġi superstiti jagħżel il-porzjoni tat-tfal, l-ishma tat-tfal jitnaqqsu proporzjonalment, sa fejn ikun meħtieġ biex tiġi kostitwita l-porzjoni tal-konjuġi superstiti.

X'jiġri jekk wieħed mit-tfal tad-decujus ikun miet qablu mingħajr tfal?

F'dan il-każ tapplika s-sostituzzjoni (représentation). It-tifel/tfal tal-wild tad-decujus li jkun miet qablu (pereżempju it-tfal tat-tfal tad-decujus) imbagħad jaqsmu bejniethom il-porzjoni riservata ta' missierhom jew ommhom.

Fi kliem ieħor, flimkien jirċievu l-porzjoni li kienet tmiss lil dik il-persuna li kieku baqgħet ħajja qabel id-decujus.

X'jiġri jekk il-konjuġi superstiti jerġa' jiżżewwweġ wara li jkun għażel l-użufrutt tad-dar matrimonjali?

F'dak il-każ, it-tfal, jew it-tfal tat-tfal f'każ li d-decujus miet wara wieħed mit-tfal tiegħu, jistgħu jitolbu ftehim konġunt għall-użufrutt biex jiġi konvertit f'kapital.

Il-kapital irid ikun ekwivalenti għall-valur tal-użufrutt li jiddependi, inter alia, fuq l-età tal-benefiċjarju tal-użufrutt.

L-applikazzjoni għall-konverżjoni trid titressaq il-qorti fi żmien sitt xhur miż-żwieġ tal-konjuġi superstiti u trid issir mit-tfal kollha, jew mit-tfal tat-tfal fejn wieħed mit-tfal tad-decujus miet qablu.

Jekk ma jkunx hemm il-qbil tat-tfal kollha biex issir il-konverżjoni għal kapital, id-deċiżjoni qiegħda fid-diskrezzjoni tal-qorti.

Sitwazzjoni 2: id-decujus għandu konjuġi superstiti iżda bla tfal

Jekk id-decujus ma kellux tfal jew dixxendenti mit-tfal, il-konjuġi superstiti jieħu preċedenza fuq il-qraba l-oħra kollha tal-konuġi l-mejjet u għalhekk jiret il-wirt kollu, minkejja li jista' jkun li reġa' żżewweġ.

Madankollu, il-konjuġi superstiti mhumiex werrieta bi dritt (héritier réservataire). Għalhekk, bil-kontra tat-tfal tad-decujus, ma għandhomx dritt għall-porzjoni riservata. Fi kliem ieħor, jekk id-decujus ma kellux tfal, il-konjuġi superstiti jista' teorikament jiġi eskluż mill-wirt tal-konjuġi permezz ta' rigal jew testment.

Sitwazzjoni 3: id-decujus ma kellux tfal u ma kienx miżżewweġ iżda kellu 'l ħutu (jew lin-neputijiet)

F'dik is-sitwazzjoni, trid issir distinzjoni skont jekk għadhomx ħajjin il-ġenituri tad-decujus.

Jekk il-ġenituri tiegħu għadhom ħajjin, kull wieħed minnhom jiret kwart mill-wirt, jiġifieri b'kollox jirtu nofsu.

In-nofs l-ieħor jinqasam bejn ħutu jew id-dixxendenti tagħhom.

Jekk jibqa' biss ħaj wieħed mill-ġenituri tad-decujus, dak il-ġenitur jiret kwart tal-wirt, filwaqt li ħutu jew id-dixxendenti tagħhom jirtu t-tliet kwarti l-oħra.

It-tfal ta' ħutu (jiġifieri n-neputijiet tad-decujus) jaqsmu bejniethom il-porzjoni riservata ta' missierhom jew ommhom skont id-dritt ta' rappreżentazzjoni jekk il-ġenituri tagħhom ikunu mietu qabel id-decujus.

Għalhekk flimkien jirċievu l-porzjoni li kieku kienet tmiss lil ommhom jew lil missierhom li kieku ma mitux qabel id-decujus.

Sitwazzjoni 4: id-decujus ma kellux tfal, konjuġi, aħwa jew neputijiet iżda l-ġenituri tiegħu għadhom ħajjin

F'din is-sitwazzjoni, il-wirt kollu jintiret mill-ġenituri tad-decujus, b'kull wieħed minnhom jiret nofs.

Jekk jibqa' ħaj biss wieħed mill-ġenituri, huwa jiret il-wirt kollu tal-wild mejjet tiegħu (ibidem).

Sitwazzjoni 5: id-decujus ma kellux tfal, konjuġi, aħwa jew neputijiet, u l-ġenituri tiegħu u axxendenti oħra mietu wkoll

F'din is-sitwazzjoni, iz-zijiet tad-decujus, iz-zijiet ta' ommu u missieru, il-kuġini u d-dixxendenti tal-kuġini huma meqjusa bħala werrieta.

Il-wirt jinqasam bejn iż-żewġ linji, il-linja paterna u dik materna, b'kull waħda tiret nofs il-wirt.

Kull werriet lil hinn mit-tfal tat-tfal tal-kuġin, fil-linja materna jew paterna, ma għadx jista' jiret. F'dik is-sitwazzjoni, il-wirt isir propjetà tal-Istat, magħruf bħala wirt in bona vacantia.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Il-proċeduri tas-suċċessjoni jinbdew mill-werriet(a) li, fuq inizjattiva tagħhom stess, jiddelegaw it-tranżazzjonijiet kollha għall-qsim tal-wirt lil nutar magħżul minnhom jew maħtur mit-testatur.

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

Ma hemmx awtorità speċifika msemmija mil-liġi Lussemburgiża għall-aċċettazzjoni tal-wirt. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi, l-aċċettazzjoni tista' tkun espliċita jew taċita. L-aċċettazzjoni hija espliċita meta persuna tassumi t-titlu jew il-kapaċità ġuridika ta' werriet f'att uffiċjali jew privat. L-aċċettazzjoni hija taċita meta l-werriet jieħu miżura li neċessarjament timplika l-ħsieb tiegħu li jaċċetta u li għandu dritt jieħu biss bħala werriet.

Skont il-Kodiċi Ċivili, ir-rinunzja tas-suċċessjoni trid issir l-ewwel fir-reġistru tal-qorti tal-ewwel istanza tad-distrett fejn saret is-suċċessjoni, f'reġistru speċjali miżmum għal dak il-għan.

Minħabba l-implikazzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi li jistgħu jirriżultaw minn suċċessjoni, huwa rakkomandat li jiġi kkonsultat nutar qabel issir l-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja.

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

Il-Kodiċi Ċivili Lussemburgiż ma fihx regoli speċifiċi fuq dan il-punt u l-ġurisprudenza Lussemburgiża għalhekk hija bbażata fuq il-prinċipju illi kull proċedura tista' tiġi użata għall-aċċettazzjoni ta' legat (universali, b'titolu ġenerali jew individwali).

L-istess japplika għar-rinunzja ta' legat individwali. Għalhekk ir-rinunzja tista', inter alia, tkun taċita, jekk pereżempju l-legatarju jirrifjuta li jwettaq obbligi assoċjati mal-legat.

Fil-każ ta' rinunzja ta' legat universali jew legat b'titlu ġenerali, xi qrati jeħtieġu li jiġu osservati r-regoli formali stabbiliti għar-rinunzji tas-suċċessjoni, filwaqt li qrati oħra jgħidu illi dawn ir-regoli ma japplikawx.

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Ir-regoli msemmija hawn fuq japplikaw għall-aċċettazzjoni tal-porzjoni riservata ta' wirt.

Ir-rinunzja tas-suċċessjoni trid issir fir-reġistru tal-qorti tal-ewwel istanza tad-distrett fejn infetħet is-suċċessjoni, f'reġistru speċjali miżmum għal dak il-għan.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Il-proċeduri tas-suċċessjoni jinbdew mill-werriet(a) li, fuq inizjattiva tagħhom stess, jiddelegaw it-tranżazzjonijiet kollha għall-qsim tal-wirt lil nutar magħżul minnhom jew maħtur mit-testatur.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Mal-mewt tiegħu, l-assi tad-decujus jgħaddu direttament għand il-werriet. Madankollu, dan ma jfissirx illi l-werrieta jridu jaċċettaw is-suċċessjoni (ara iktar 'il fuq).

Sabiex persuna tkun tista' tiret, iridu jiġu ssodisfati b'mod partikolari il-kundizzjonijiet li ġejjin. Il-persuna:

  • jrid ikollha eżistenza legali mal-mewt tat-testatur, jiġifieri tkun tal-inqas ġiet konċeputa, bil-kundizzjoni illi l-wild konċernat jitwieled vijabbli;
  • ma tkunx ġiet eskluża mil-liġi, partikolarment fil-każ ta':
    • persuni li ma għandhomx kapaċità legali;
    • tobba jew kirurgi, professjonisti tas-saħħa u spiżjara li jkunu qed jikkuraw persuna matul il-marda li twassal għal mewt tagħhom, jekk ikun sar testment favur tagħhom matul dik il-marda;
  • ma tkunx trid ġiet eskluża mis-suċċesjoni għaliex tkun ġiet diżeredata.

Fir-rigward ta' legat, trid tiġi segwita, fejn xieraq, il-proċedura għall-pagament ta' legat (délivrance de legs) jew l-ordni ta' pussess (envoi en possession).

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Iva, jekk il-werrieta jaċċettaw is-suċċessjoni mingħajr kundizzjoni.

Madankollu, meta tkun infetħet is-suċċessjoni, il-werrieta jistgħu jaċċettawha wkoll soġġett għall-inventarju.

L-effett tal-inventarju jagħti lill-werrieta l-vantaġġ illi jkunu responsabbli għall-ħlas tad-djun sal-valur tal-assi li jkunu wirtu biss u jistgħu jiġi wkoll mill-ħlas tad-dejn billi jirrinunzjaw għall-assi kollha li jkunu wirtu lill-kredituri u l-legatarji.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

It-testatur huwa liberu li jaħtar lil min irid bħala eżekutur testamentarju, minbarra minorenni.

Ara aktar 'il fuq dwar ir-rwol tal-amministratur tal-wirt.

Skont l-Artikolu 1 tal-liġi tal-25 ta' Settembru 1905 dwar ir-reġistrazzjoni tad-drittijiet in rem fuq il-propjetà immobbli, it-tranżazzjonijiet kollha inter vivos, sew jekk bi ħlas u sew jekk le, li jittrasferixxu drittijiet in rem fuq propjetà immobbli, għajr drittijiet preferenzjali u ipoteki, jridu jiġu reġistrati fir-reġistru tal-ipoteki fil-ġuriżdizzjoni fejn tinsab il-propjetà. L-Artikolu 2 tal-liġi jgħid illi jistgħu jiġu reġistrati biss deċiżjonijiet tal-qorti, atti uffiċjali u atti amministrattivi.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Skont il-liġi Lussemburgiża dwar is-suċċessjoni, hemm tliet sitwazzjonijiet possibbli dwar l-amministrazzjoni tal-wirt:

1) L-amministrazzjoni ta' wirt battal

F'każ ta' wirt battal, il-qorti kompetenti tal-ewwel istanza, fuq talba tal-persuni konċernati jew fuq applikazzjoni mill-Prosekutur Pubbliku, taħtar amministratur għas-suċċessjoni.

2) Atti amministrattivi fejn is-suċċessjoni tiġi aċċettata bil-benefiċċju tal-inventarju

F'dan il-każ partikolari huwa l-werriet benefiċjarju li huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-assi tal-wirt u huwa responsabbli lejn il-kredituri u l-legatarji għall-amministrazzjoni tiegħu.

Skont il-ġurisprudenza Lussemburgiża, l-obbligu li jiġi rkuprat id-dejn dovut lis-suċċessjoni huwa, inter alia, parti integrali ta' dik l-amministrazzjoni.

Il-qrati jistgħu, b'mod eċċezzjonali, jassenjaw l-amministrazzjoni lil parti terza. Dan huwa possibbli meta, minħabba nuqqas ta' azzjoni, ġestjoni ħażina jew inkompetenza, l-eredi li jkunu għażlu l-inventarju jxekklu l-interessi tal-kredituri tal-wirt konċernat u jistgħu jippreġudikawhom (il-ġurisprudenza Lussemburgiża).

3) Atti amministrattivi fil-każ ta' kopropjetà tal-wirt

Fil-każ ta' kopropjetà tal-wirt, il-president tal-qorti distrettwali kompetenti jista' jaħtar kowerriet bħala amministratur.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

It-testatur huwa liberu li jaħtar lil min irid bħala eżekutur testamentarju, minbarra minorenni.

Ara aktar 'il fuq dwar ir-rwol tal-amministratur tal-wirt.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Ara hawn fuq.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Id-dikjarazzjoni statutorja (acte de notoriété) mfassal minn nutar, li għandha valur probatorju addizzjonali.

L-aħħar aġġornament: 09/05/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ungeriż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Informazzjoni ġenerali - Ungerija

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

a) testmenti

Hemm tliet tipi ewlenin ta' testmenti fl-ordinament ġuridiku Ungeriż: testmenti awtentiċi, testmenti privati miktubin u (bħala tip eċċezzjonali) testmenti orali (l-Artikolu 7:13 tal-Kodiċi Ċivili (Polgári Törvénykönyv)).

(aa) Testment awtentiku jrid ikun abbozzat quddiem nutar pubbliku. Meta jiġi abbozzat testment awtentiku, in-nutar pubbliku japplika r-regolamenti ġuridiċi speċjali rilevanti (id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar in-nutara pubbliċi applikabbli għall-atti notarili).

ab) Il-liġi Ungeriża tagħraf tliet sottotipi ta' testmenti privati miktubin:

- testment olografiku: dan it-testment huwa validu fir-rigward tal-forma jekk ikun interament miktub u ffirmat mit-testatur b'idu (l-Artikolu 7:17(1)(a) tal-Kodiċi Ċivili);

- testment miktub minn persuni oħrajn (testment allografiku): dawn it-testmenti jridu jkunu ffirmati mit-testatur fil-preżenza kontemporanja ta' żewġ xhieda jew, jekk ikunu ġew iffirmati qabel, it-testatur irid jiddikjara li l-firma tkun tiegħu quddiem żewġ xhieda waqt li jkunu kontemporanjament preżenti. Ix-xhieda jridu jiffirmaw it-testment billi jindikaw il-kapaċità tagħhom għal dan. Testmenti ttajpjati dejjem jitqiesu bħala allografiċi anke jekk ikunu ttajpjati mit-testatur stess (l-Artikolu 7:17(1)(b) tal-Kodiċi Ċivili).

- testment privat iddepożitat ma' nutar pubbliku: Biex dan it-testment ikun validu fir-rigward tal-forma, it-testatur irid jiffirma t-testment (sew jekk allografiku u sew jekk olografiku) huwa stess, u mbagħad jiddepożitah personalment ma' nutar pubbliku, filwaqt li jimmarkah speċifikatament bħala testment. It-testmenti jistgħu jkunu ddepożitati ma' nutar pubbliku bħala dokument miftuħ jew dokument issiġġillat (l-Artikolu 7:17(1)(c) tal-Kodiċi Ċivili).

Peress li rekwiżit formali għall-validità tat-tliet tipi kollha ta' testmenti privati fir-rigward tal-forma, id-data ta' meta ġie abbozzat trid tkun indikata biċ-ċar fl-att innifsu.

Fil-kategorija ta' testmenti privati miktubin hemm regoli speċjali applikabbli għat-testmenti li jikkonsistu f'bosta folji separati:

- Jekk it-testment ikun olografiku, kull folja jrid ikollha numru tal-paġna f'sekwenza;

- Jekk it-testment ikun allografiku, minbarra r-rekwiżit tal-innumerar f'sekwenza tal-folji, it-testatur u ż-żewġ xhieda jridu jiffirmaw kull folja (l-Artikolu 7:17(2) tal-Kodiċi Ċivili).

Testment miktub jista' jsir biss f'lingwa li t-testatur jifhimha u

- jiktibha (fil-każ ta' testment olografiku); jew

- jaqraha (fil-każ ta' testment allografiku).

Testmenti abbozzati f'lingwaġġ imqassar jew kitba oħra kkodifikata jew bis-simboli mhumiex validi (l-Artikolu 7:16 tal-Kodiċi Ċivili).

ac) Testmenti orali jistgħu jsiru minn persuni li jkunu f'sitwazzjoni straordinarja ta' periklu għal ħajjithom li minħabba fiha ma jkunx possibbli li jagħmlu testment bil-miktub (l-Artikolu 7:20 tal-Kodiċi Ċivili). Biex isir testment orali, it-testatur irid jesprimi t-testment kollu oralment fil-preżenza kontemporanja ta' żewġ xhieda f'lingwa mifhuma miż-żewġ xhieda – jew f'lingwa tas-sinjali jekk it-testatur juża lingwa tas-sinjali – u jħabbar fl-istess ħin li d-dikjarazzjoni orali tiegħu tikkostitwixxi t-testment tiegħu (l-Artikolu 7:21 tal-Kodiċi Ċivili). In-natura eċċezzjonali tat-testmenti orali hija enfasizzata mid-dispożizzjoni li dan it-testment ma jibqax operattiv jekk it-testatur ikollu l-opportunità li jagħmel testment bil-miktub mingħajr ebda diffikultà tul perjodu ta' tletin jum konsekuttivi wara tmiem is-sitwazzjoni li kienet tiġġustifika li jsir testment orali (l-Artikolu 7:45 tal-Kodiċi Ċivili).

b) regoli speċjali dwar il-forma ta' testmenti unica charta

Il-Kodiċi Ċivili jippermetti lill-miżżewġin jagħmlu testment unica charta matul il-komunjoni konjugali tagħhom (l-Artikolu 7:23 tal-Kodiċi Ċivili).

Ta' min jinnota li minbarra l-miżżewġin, sħab irreġistrati jistgħu wkoll jagħmlu testment unica charta, skont l-Artikolu 3(1) tal-Att li jirregola s-sħubijiet irreġistrati (l-Att XXIX tal-2009).

Il-miżżewġin (u s-sħab irreġistrati) jistgħu jagħmlu testment unica charta fil-formati li ġejjin:

ba) fil-forma ta' testment awtentiku (notarizzat);

bb) fil-forma ta' testment olografiku privat: F'dan il-każ, l-att jinkiteb kollu u jiġi ffirmat minn wieħed mit-testaturi fil-kitba t'idu, u t-testatur l-ieħor jiddikjata fl-istess dokument f'dikjarazzjoni ffirmata li ssir fil-kitba t'idu li d-dokument fih ukoll it-testment u l-aħħar xewqat tiegħu.

bc) f'forma allografika: F'dan il-każ, l-att ikun iffirmat mit-testaturi fil-preżenza kontemporanja tat-testatur l-ieħor u ta' żewġ xhieda, jew (jekk ikun iffirmat qabel) iż-żewġ testaturi jiddikjaraw separatament fil-preżenza kontemporanja tat-testatur l-ieħor u x-xhieda li l-firma fuq id-dokument hija tagħhom.

Hemm regoli speċjali applikabbli għall-forma tat-testmenti unica charta li jikkonsistu minn bosta folji separati:

- Jekk it-testment ikun bil-kitba ta' wieħed mit-testaturi, kull folja tat-testment trid tkun innumerata f'sekwenza u ffirmata mit-testatur l-ieħor;

- Jekk it-testment ikun allografiku, minbarra r-rekwiżit tal-innumerar f'sekwenza tal-paġni, iż-żewġ testaturi u ż-żewġ xhieda jridu jiffirmaw kull folja (l-Artikolu 7:23(3) tal-Kodiċi Ċivili).

c) ftehim dwar suċċessjoni

Fil-liġi Ungeriża, ftehim dwar suċċessjoni huwa ftehim fejn wieħed mill-partijiet kontraenti (it-testatur) jinnomina lill-parti l-oħra bħala l-werrieta tiegħu bi tpartit ma' manteniment, annwalità jew kura (l-Artikolu 7:48 tal-Kodiċi Ċivili).

Għaldaqstant, fil-liġi Ungeriża ftehim dwar is-suċċessjoni dejjem ikun kuntratt għal interess pekunjarju. Fil-ftehim dwar suċċessjoni t-testatur jista' jinnomina lill-parti kontraenti l-oħra bħala l-werrieta tiegħu fir-rigward tal-patrimonju kollu jew ta' parti speċifika minnu jew fir-rigward ta' ċerta proprjetà. Il-manteniment, annwalità jew kura offruta tista' tingħata lit-testatur jew lil parti terza speċifikata fil-ftehim. Ftehim dwar is-suċċessjoni huwa dispożizzjoni ta' proprjetà causa mortis biss fir-rigward ta' dikjarazzjoni kuntrattwali tat-testatur imma mhux fir-rigward tal-parti kontraenti l-oħra (il-persuna li tipprovdi l-manteniment, annwalità jew kura).

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-testmenti miktubin japplikaw għar-rekwiżiti tal-validità formali tal-ftehimiet dwar suċċessjoni bl-eċċezzjoni li r-rekwiżiti formali tat-testmenti allografiċi japplikaw għal dawn il-ftehimiet anke jekk ikunu abbozzati fil-kitba ta' waħda mill-partijiet (l-Artikolu 7:49(1) tal-Kodiċi Ċivili). Għaldaqstant, ftehim dwar is-suċċessjoni jkun formalment validu jekk

- ikun eżegwit fi strument awtentiku minn nutar pubbliku (b'mod simili għal testment awtentiku), jew

- ikun eżegwit fil-mod meħtieġ għal testmenti allografiċi (jiġifieri jkunu involuti żewġ xhieda).

Għall-validità ta' ftehim dwar is-suċċessjoni, il-kunsens tar-rappreżentanza legali u l-approvazzjoni tal-awtorità tal-gwardjahuma meħtieġa jekk il-parti li tidħol fi ftehim dwar suċċessjoni bħala t-testatur tkun

- minuri ta' kapaċità ġuridika limitata jew

- persuna li l-kapaċità ġuridika tagħha tkun ġiet parzjalment limitata fir-rigward tal-għemil ta' dikjarazzjonijiet ġuridiċi relatati mal-proprjetà (l-Artikolu 7:49(2) tal-Kodiċi Ċivili).

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Le. Il-validità tad-dispożizzjoni mhix kontinġenti mad-dħul tagħha f'xi reġistru uffiċjal. Madankollu, f'każijiet fejn ikun involut nutar pubbliku fl-abbozzar ta' dispożizzjoni, dak in-nutar pubbliku jipprovdi ex officio fl-entrata tal-fatt li ġiet abbozzata dispożizzjoni ta' proprjeta (jew ġiet revokata jew emendata jew ġie rrevokat testment iddepożitat ma' nutar pubbliku) fir-Reġistru Nazzjonali tat-Testmenti (Végrendeletek Országos Nyilvántartása). Għaldaqstant, l-għemil tat-tipi ta' dispożizzjoni tal-proprjetà causa mortis li ġejjin (jew ir-revoka jew emenda tagħhom jew l-irtirar ta' testmenti ddepożitati ma' nutar pubbliku) jiddaħħal fir-Reġistru Nazzjonali tat-Testmenti:

- testment awtentiku (testment imfassal minn nutar pubbliku fi strument awtentiku);

- testment privat iddepożitat ma' nutar pubbliku;

- ftehim dwar suċċessjoni (jekk imfassal minn nutar pubbliku fi strument awtentiku);

- għotja testamentarja (jekk imfassla minn nutar pubbliku fi strument awtentiku).

Madankollu, l-omissjoni ta' din ir-reġistrazzjoni għal kwalunkwe raġuni ma tikkompromettix il-validità tat-testment.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Skont l-Artikolu 7:10 tal-Kodiċi Ċivili, it-testaturi huma intitolati jiddisponu liberament mill-proprjetà tagħhom, jew parti minnha, permezz ta' dispożizzjoni tal-proprjetà causa mortis.

Għaldaqstant, il-libertà tad-dispożizzjoni testamentarja testendi għall-beni kollha tat-testatur. Għalkemm il-liġi Ungeriża tinkludi l-arranġament statutorju tas-sehem riżervat li jmur għand ċerti qraba (dixxendenti, konjuġi, ġenituri) tat-testatur, is-sehem riżervat skont il-liġi Ungeriża hija talba suġġetta għal-liġi tal-kuntratti, li l-benefiċjarju jista' jeżegwixxi kontra l-werrieta. (Il-preskrizzjoni għal din it-talba hija ta' ħames snin.) Il-persuna intitolata għal sehem riżervat ma ssirx werrieta, jiġifieri, ma tkun intitolata għall-ebda sehem materjali (in rem) mill-patrimonju lanqas jekk ikun irnexxielha teżegwixxi t-talba tagħha kontra l-werriet.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Fin-nuqqas ta' dispożizzjoni tal-proprjetà causa mortis, is-suċċessjoni tkun irregolata mir-regoli applikabbli għas-suċċessjoni ab intestato. Fis-suċċessjoni ab intestato, il-qraba (dixxendenti, qraba fil-linji axxendenti jew laterali) kif ukoll il-konjuġi (jew sieħeb irreġistrat) superstiti tal-persuna deċeduta jirtu, skont ir-regoli spjegati hawn taħt.

a) Wirt minn qraba

aa) Wirt minn dixxendenti (l-Artikolu 7:55 tal-Kodiċi Ċivili)

Il-werrieta legali huma, qabel xejn, ulied it-testatur; żewġt itfal jew iktar jirtu f'sehem indaqs. Minflok wild (jew dixxendent iktar distanti) eskluż mis-suċċessjoni, id-dixxendenti ta' persuna eskluża mis-suċċessjoni jirtu skont ir-regoli ta' sostituzzjoni, jiġifieri,

- f'sehem indaqs bejniethom;

- bħala total, is-sehem li l-axxendent eskluż tagħhom kien jiret.

Madankollu, fid-determinazzjoni tas-sehem mill-patrimonju li jmur għand id-dixxendenti tal-persuna deċeduta, l-hekk imsejjaħ obbligu ta' restituzzjoni ta' għotjiet tad-dixxendenti jrid jiġi kkunsidrat ukoll (ara l-punt e)).

ab) Wirt minn ġenituri u dixxendenti tal-ġenituri (l-Artikolu 7:63tal-Kodiċi Ċivili)

Jekk it-testatur ma jkollu l-ebda dixxendent u ma kellux konjuġi (jew jekk dawn ikunu esklużi mis-suċċessjoni), il-ġenituri tad-dixxendent jirtu f'sehem indaqs. Minflok ġenitur eskluż mis-suċċessjoni, id-dixxendenti ta' dak il-ġenitur jirtu bl-istess mod li d-dixxendenti ta' wild jirtu minfloku (skont ir-regoli tas-sostituzzjoni). Jekk ġenitur eskluż mis-suċċessjoni ma jkollu l-ebda dixxendent, jew jekk id-dixxendent ikun eskluż mis-suċċessjoni, jirtu l-ġenitur l-ieħor waħdu jew id-dixxendenti tiegħu.

ac) Wirt minn nanniet u dixxendenti tan-nanniet (l-Artikolu 7:63tal-Kodiċi Ċivili)

Jekk il-persuna deċeduta ma jkollhiex dixxendenti, ġenituri jew dixxendenti tal-ġenituri u ma kellhiex konjuġi (jew jekk ikunu esklużi mis-suċċessjoni), in-nanniet tal-persuna deċeduta jkunu l-werrieta legali ta' sehem indaqs. Minflok nannu jew nanna eskluża mis-suċċessjoni, id-dixxendenti ta' dak in-nannu jew nanna jirtu bl-istess mod li d-dixxendenti tal-ġenitur jirtu minflok dak il-ġenitur (skont ir-regoli tas-sostituzzjoni).

Jekk nannu jew nanna eskluża mis-suċċessjoni ma jkollha l-ebda dixxendent, jew jekk id-dixxendent ikun eskluż mis-suċċessjoni, jiret il-konjuġi ta' dak in-nannu jew nanna minflokha, u jekk dak ikun eskluż ukoll, jirtu d-dixxendenti tiegħu. Jekk koppja ta' nanniet tkun eskluża u ma jkollhiex dixxendenti biex jieħdu posthom (jew jekk ikunu esklużi mis-suċċessjoni), il-patrimonju kollu jintiret mill-koppja ta' nanniet l-oħra jew id-dixxendenti tagħhom.

ad) Wirt minn bużnanniet u dixxendenti tal-bużnanniet (l-Artikolu 7:65tal-Kodiċi Ċivili)

Jekk ma jkun hemm l-ebda werrieta mill-grupp tal-parentela tan-nanniet (jew jekk ikunu esklużi mis-suċċessjoni), il-werrieta legali tal-persuna deċeduta jkunu l-bużnanniet f'sehem indaqs. Minflok bużnannu jew bużnanna eskluża mis-suċċessjoni, id-dixxendenti ta' dak il-bużnannu jew bużnanna jirtu bl-istess mod li d-dixxendenti tan-nanniet jirtu minflokhom (skont ir-regoli tas-sostituzzjoni).

Jekk bużnannu jew bużnanna eskluża mis-suċċessjoni ma jkollha l-ebda dixxendent (jew jekk id-dixxendent ikun eskluż mis-suċċessjoni) jiret il-konjuġi ta' dak il-bużnannu jew bużnanna minflokha, u jekk dak ikun eskluż ukoll, jirtu d-dixxendenti tiegħu. Jekk koppja ta' bużnanniet tkun eskluża u ma jkollhiex dixxendenti biex jieħdu posthom (jew jekk ikunu esklużi mis-suċċessjoni), il-patrimonju kollu jintiret mill-koppja ta' bużnanniet l-oħra f'sehem indaqs.

ae) Suċċessjoni ab intestato minn qraba distanti (l-Artikolu 7:66tal-Kodiċi Ċivili)

Jekk il-persuna deċeduta ma jkollhiex bużnanniet jew dixxendenti tal-bużnanniet (jew jekk ikunu esklużi mis-suċċessjoni), qraba distanti tal-persuna deċeduta jkunu l-werrieta legali ta' sehem indaqs.

af) Bona vacantia (l-Artikolu 7:74 tal-Kodiċi Ċivili)

Fin-nuqqas ta' werrieta legali, il-patrimonju jgħaddi għand l-Istat.

L-Istat huwa werriet tal-bżonn, li jfisser li ma jistax jirrinunzja għall-wirt. F'affarijiet oħra, madankollu, l-Istat għandu l-istess status ġuridiku bħall-werrieta l-oħra. Skont il-liġi Ungeriża, il-wirt tal-Istat huwa akkwist suġġett għad-dritt ċivili u mhux għad-dritt pubbliku.

b) Wirt mill-konjuġi (l-Artikoli 7:58 – 7:62tal-Kodiċi Ċivili)

Is-suċċessjoni ab intestato tal-konjuġi superstiti tiddependi mill-eżistenza ta' żwieġ legalment validu mal-persuna deċeduta. Madankollu, is-sempliċi eżistenza ta' żwieġ mhix suffiċenti għas-suċċessjoni ab intestato tal-konjuġi. L-Artikolu 7:62 tal-Kodiċi Ċivili jispeċifika raġuni speċjali għall-esklużjoni f'każ ta' nuqqas ta' komunjoni konjugali: il-konjuġi superstiti ma jistax jiret jekk ik-koppja kienet separata fil-mument tal-ftuħ tas-suċċessjoni u jkun manifestament evidenti miċ-ċirkostanzi li ma kien hemm l-ebda stennija raġonevoli ta' rikonċiljazzjoni. Ir-raġuni għall-esklużjoni tista' tiġi invokata minn persuna li, minħabba din l-esklużjoni, jiret hu jew ikun eżenti minn obbligu jew piż ieħor li jkun marbut biha minħabba d-dispożizzjoni tal-proprjetà.

Ta' min jinnota li r-regoli li jirregolaw is-suċċessjoni tal-miżżewġin fil-Kodiċi Ċivili jridu japplikaw ukoll, bil-modifiki neċessarji, għas-sieħeb irreġistrat tat-testatur; fi kliem ieħor, sħab irreġistrati jkollhom l-istess status tal-wirt bħall-miżżewġin, skont l-Artikolu 3(1) tal-Att li jirregola s-sħubijiet irreġistrati (l-Att XXIX tal-2009).

Kuntrarjament għall-miżżewġin irreġistrati, l-hekk imsejħa sħab domestiċi de facto (persuni li kienu jgħixu mat-testatur f'komunjoni konjugali effettiva barra miż-żwieġ jew minn sħubija rreġistrata) mhumiex intitolati għal suċċessjoni ab intestato skont il-liġi Ungeriża.

L-istatus ta' miżżewġin fis-suċċessjoni ab intestato jiddependi mill-preżenza ta' werrieta legali oħrajn tat-testatur:

ba) Wirt minn konjuġi u dixxendenti (l-Artikolu 7:58 tal-Kodiċi Ċivili)

Jekk it-testatur ikollu d-dixxendenti u konjuġi superstiti, il-konjuġi superstiti jkollu d-drittijiet tas-suċċessjoni li ġejjin:

- dritt għall-użufrutt tad-dar matrimonjali fejn kien jgħix flimkien mat-testatur, inklużi l-għamara u l-apparat domestiku, għal ħajtu; u

- mill-bqija tal-patrimonju, sehem tal-istess daqs tas-sehem li jirtu wlied il-persuna deċeduta ("sehem ta' wild" wieħed)

Il-konjuġi jista' fi kwalunkwe mument jitlob li jifdi l-użufrutt għal ħajtu (għall-futur) (l-Artikolu 7:59 tal-Kodiċi Ċivili). F'dan il-każ, il-konjuġi huwa intitolat għal "sehem ta' wild" wieħed – fi flus jew le – mill-patrimonju li jiġi mifdi. L-użufrutt jista' jiġi mifdi wkoll waqt il-proċedimenti tas-suċċessjoni. Il-fidi tal-użufrutt irid isir bil-kunsiderazzjoni dovuta għall-interessi raġonevoli tal-partijiet interessati (tal-konjuġi u tad-dixxendenti).

Matul il-proċedimenti tas-suċċessjoni, id-dixxendenti u l-konjuġi jistgħu jistipulaw fil-ftehim tagħhom għall-allokazzjoni tal-patrimonju (fl-hekk imsejjaħ ftehim ta' allokazzjoni) li minflok is-"sehem ta' wild", il-konjuġi jirċievi użufrutt għal ħajtu fuq il-patrimonju kollu.

bb) Wirt minn konjuġi u ġenituri (l-Artikolu 7:60tal-Kodiċi Ċivili)

Jekk il-persuna deċeduta ma jkollhiex dixxendenti (jew id-dixxendenti jkunu esklużi mis-suċċessjoni) u l-persuna deċeduta jkollha ġenituri superstiti u konjuġi superstiti, il-konjuġi superstiti jkollu d-drittijiet ta' suċċessjoni li ġejjin:

- id-dar matrimonjali li kien jgħix fiha mal-persuna deċeduta, inklużi l-għamara u l-apparat domestiku (it-titolu ta' sjieda għal din il-proprjetà u mhux użufrutt għal ħajtu); u

- nofs il-parti tal-patrimonju li jifdal.

In-nofs l-ieħor tal-patrimonju jinqasam kif ġej:

- Din il-parti tal-patrimonju tinqasam bejn iż-żewġ ġenituri tal-persuna deċeduta f'ishma indaqs;

- Jekk, madankollu, wieħed mill-ġenituri jkun eskluż mis-suċċessjoni, il-ġenitur l-ieħor u l-konjuġi tat-testatur jirtu f'ishma indaqs, il-porzjon illi kieku kien ikun allokat għall-ġenitur eskluż.

bc) Konjuġi bħala l-uniku werriet (l-Artikolu 7:61tal-Kodiċi Ċivili)

Jekk it-testatur ma jkollu l-ebda dixxendent jew ġenitur superstiti (jew ikunu esklużi mis-suċċessjoni), il-konjuġi superstiti jiret il-patrimonju kollu. Għaldaqstant, is-suċċessjoni ab intestato tal-konjuġi superstiti tipprekludi s-suċċessjoni ab intestato mid-dixxendenti tal-ġenituri tal-persuna deċeduta (jew ħut il-persuna deċeduta) jew minn qraba distanti fil-linji axxendenti jew laterali.

c) L-effetti ġuridiċi tal-adozzjoni fir-rigward tas-suċċessjoni ab intestato

L-adozzjoni tati drittijiet fis-suċċessjoni ab intestato bejn il-persuna adottata u l-ġenitur adottiv u l-qraba tiegħu. Barra minn hekk, f'ċerti każijiet drittijiet ta' suċċessjoni ab intestato jibqgħu wkoll bejn il-persuna adottata u l-qraba naturali tagħha.

ca) Is-suċċessjoni ab intestato mill-persuna adottata

Persuni adottati, matul l-eżistenza tal-adozzjoni, huma ttrattati daqslikieku kienu dixxendenti naturali tal-ġenitur adottiv għall-finijiet tas-suċċessjoni ab intestato: huma jirtu bħala dixxendenti naturali tal-ġenitur adottiv mill-patrimonju tal-ġenitur adottiv u l-qraba tiegħu. Il-persuna adottata jibqagħlha xorta d-dritt ġuridiku li tiret mingħand il-qraba naturali tagħha, imma biss jekk il-persuna adottata kienet adottata minn axxendent tagħha, wieħed minn ħutha, jew dixxendent ta' dak l-axxendent. (L-Artikolu 7:72 tal-Kodiċi Ċivili)

cb) Is-suċċessjoni ab intestato tal-proprjetà ta' persuna adottata

L-effett ta' adozzjoni fir-rigward tal-wirt japplika wkoll "bil-kontra". Il-persuni li ġejjin huma intitolati jkunu l-werrieta legali ta' persuna adottata:

- id-dixxendenti tagħha u l-konjuġi superstiti;

- fin-nuqqas ta' dixxendenti, il-konjuġi tagħha u l-ġenituri adottivi;

- fin-nuqqas ta' dixxendenti u konjuġi superstiti, il-ġenituri adottivi u l-qraba tagħhom,

skont ir-regoli ġenerali tas-suċċessjoni ab intestato.

Is-suċċessjoni ab intestato ta' ġenitur adottiv u l-qraba tiegħu ssir bil-kundizzjoni li l-adozzjoni tkun teżisti fil-mument tal-ftuħ tas-suċċessjoni.

Jekk, madankollu, il-persuni elenkati fuq ma jirtux lill-persuna adottata, jirtu l-qraba naturali tal-persuna adottata, bil-kundizzjoni li l-persuna adottata kienet adottata minn axxendent tagħha, wieħed minn ħutha, jew dixxendent ta' dak l-axxendent (l-Artikolu 7:73 tal-Kodiċi Ċivili).

d) "Is-suċċessjoni lineali" – regoli speċjali għas-suċċessjoni ab intestato li jirrigwardaw beni partikolari

L-hekk imsejħa "suċċessjoni lineali" hija fattur speċjali tal-liġi Ungeriża. Is-suċċessjoni lineali tfisser regoli partikolari tas-suċċessjoni ab intestato fejn ċerti beni tal-patrimonju (magħrufa bħala l-proprjetà lineali) jkunu suġġetti għal trattament differenti mir-regoli ġenerali fir-rigward tas-suċċessjoni ab intestato.

Ta' min jinnota li r-regoli tas-suċċessjoni lineali huma applikabbli esklussivament jekk ma jkunx hemm dixxendenti. Jekk il-persuna deċeduta jkollha dixxendenti bħala werrieta legali, japplikaw ir-regoli ġenerali tas-suċċessjoni ab intestato.

da) Beni li jagħmlu parti mill-proprjetà lineali (l-Artikolu 7:67tal-Kodiċi Ċivili)

Il-proprjetà lineali hija sottopatrimonju fi ħdan il-patrimonju tal-persuna deċeduta. Dan is-sottopatrimonju jinkludi dawk il-beni

- li persuna deċeduta tikseb mingħand axxendent b'wirt jew għotja; u

- li persuna deċeduta tiret jew tirċievi b'għotja mingħand wieħed minn ħutha jew dixxendent ta' wieħed minn ħutha, bil-kundizzjoni li dak il-wieħed minn ħutha jew dixxendent ta' wieħed minn ħutha jkun kiseb il-proprjetà kkonċernata mill-axxendent komuni tat-testatur u ħuh jew oħtu, permezz ta' wirt jew għotja.

Madankollu, il-liġi tneħħi ċerti beni mill-ambitu tal-proprjetà lineali (magħrufa bħala "proprjetà eskluża mis-suċċessjoni lineali"); ara l-punt dd) iktar 'l isfel.

In-natura lineali tal-proprjetà (jiġifieri, li l-proprjetà kkonċernata tkun tappartjeni għall-proprjetà lineali) trid tkun ippruvata mill-persuna li kieku tiret b'dan it-titolu.

db) Wirt ta' proprjetà lineali (l-Artikolu 7:68tal-Kodiċi Ċivili)

Proprjetà lineali tintiret mill-ġenituri tat-testatur (jew id-dixxendenti tal-ġenituri esklużi) u n-nanniet u axxendenti distanti tat-testatur ("werrieta lineali"). Il-wirt ta' proprjetà lineali huwa rregolat mir-regoli li ġejjin:

- Ġenitur jiret proprjetà li waslet sa għand it-testatur mingħandu jew wieħed mill-axxendenti tiegħu. Jekk il-ġenitur ikun eskluż, id-dixxendenti tiegħu jirtu minfloku skont id-dispożizzjonijiet ġenerali tas-suċċessjoni ab intestato.

- Jekk kemm il-ġenitur u kemm id-dixxendent tal-ġenitur intitolati għall-proprjetà lineali jkunu esklużi, il-proprjetà lineali tintiret minn wieħed min-nanniet tal-persuna deċeduta;

- Jekk in-nannu jew nanna tal-persuna deċeduta tkun ġiet eskluża wkoll, il-proprjetà lineali tintiret minn axxendenti iktar distanti tal-persuna deċeduta.

Jekk il-persuna deċeduta ma għandha lil ħadd mill-werrieta msemmija fuq, ir-regoli tas-suċċessjoni lineali ma japplikawx: f'dak il-każ, il-wirt ta' proprjetà lineali jkun irregolat mir-regoli ġenerali tas-suċċessjoni ab intestato.

dc) L-użufrutt għal ħajjet il-konjuġi superstiti fil-proprjetà lineali (l-Artikolu 7:69tal-Kodiċi Ċivili)

Il-werrieta speċifikati fil-punt db) (werrieta lineali) jirtu t-titolu tas-sjieda tal-proprjetà lineali. Madankollu, il-konjuġi superstiti tal-persuna deċeduta huwa intitolat għall-użufrutt għal ħajtu għal-proprjetà lineali.

Il-fidi tad-dritt għall-użufrutt għall-ħajja kollha jista' jintalab kif ġej:

- Kwalunkwe waħda mill-partijiet interessati – jiġifieri, jew il-konjuġi intitolat għall-użufrutt għal ħajtu jew il-werriet lineali – jistgħu jitolbu l-fidi tal-użufrutt;

- Madankollu, il-fidi relatat mal-użufrutt tad-dar matrimonjali fejn il-konjuġi kien jgħix mal-persuna deċeduta, inklużi l-għamara u l-apparat domestiku, jista' jintalab biss mill-konjuġi.

F'każ ta' fidi ta' użufrutt, il-konjuġi jkun intitolat għal terz mill-proprjetà lineali.

dd) Proprjetà eskluża mis-suċċessjoni lineali (l-Artikolu 7:70tal-Kodiċi Ċivili)

Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' da), l-oġġetti li ġejjin huma esklużi mill-proprjetà lineali:

- għotjiet ta' valur ordinarju;

- kull proprjetà li ma tkunx għadha teżisti fil-mument ta' mewt it-testatur. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tas-suċċessjoni lineali japplikaw għal kull proprjetà sostituta u kull proprjetà mixtrija mir-rikavati ta' dik il-proprjetà.

Jekk testatur ikollu konjuġi superstiti, ma jistax ikun hemm pretensjoni, abbażi tas-suċċessjoni lineali, għal għamara u apparat domestiku ieħor ta' valur ordinarju.

e) Obbligu għar-restituzzjoni tal-għotjiet

Jekk il-werrieta jkunu dixxendenti tal-persuna deċeduta, is-sehem allokat lil kull werriet mill-patrimonju ikun influwenzat mill-obbligu tad-dixxendenti għar-restituzzjoni tal-għotjiet fil-konfront ta' xulxin. Essenzjalment, jekk jirtu bosta dixxendenti, kull werriet iżid mal-valur tal-patrimonju, il-valur tal-avvanzi li jkunu rċevew mingħand it-testatur tul ħajtu (l-Artikolu 7:56 tal-Kodiċi Ċivili).

L-obbligu għar-restituzzjoni tal-għotjiet huwa rregolat mir-regoli ewlenin li ġejjin.

Abbażi tal-obbligu għar-restituzzjoni tal-għotjiet, il-kowerriet irid iżid l-avvanzi mill-patrimonju jekk

- it-testatur ikun espressament stipula li dawn l-avvanzi jridu jiġu inklużi mas-sehem mill-wirt tal-werriet, jew

- iċ-ċirkustanzi jissuġġerixxu li l-għotja saret skont l-obbligu tal-inklużjoni.

Madankollu, l-obbligu għar-restituzzjoni tal-għotjiet ma testendix għall-għotjiet li ġejjin (l-Artikolu 7:56(3) tal-Kodiċi Ċivili):

- avvanzi ta' valur ordinarju; u

- manteniment mogħti lil dixxendenti li kellhom bżonn l-għajnuna

anke jekk it-testatur ikun stipulaha espressament.

Il-proċedura tar-restituzzjoni tal-għotjiet tinkludi l-azzjonijiet li ġejjin (l-Artikolu 7:57(1) tal-Kodiċi Ċivili):

- il-werrieta jridu jżidu mal-valur tal-patrimonju, il-valur tal-avvanzi rċevuti mingħand it-testatur;

- il-valur ikkonsolidat riżultanti (jiġifieri, il-valur ikkonsolidat iddeterminat miż-żieda tal-valur tal-patrimonju mal-valur nett tal-avvanzi restitwiti) irid jinqasam proporzjonalment mal-werrieta kif xieraq għal sehemhom skont is-suċċessjoni ab intestato;

- il-valur tal-avvanzi restitwiti minn kull werriet (jiġifieri, il-valur tal-avvanz irċevut minnu mingħand il-persuna deċeduta) irid jitnaqqas mis-sehem allokat lil dak il-werriet.

Jekk il-valur restitwit minn kowerriet jilħaq jew jaqbeż il-valur ta' sehmu mill-patrimonju kif ikkakulat fuq il-bażi tal-valuri restitwiti, huwa jitqies li sehmu mill-wirt li jrid jitqassam huwa ssodisfat, imma mhux obbligat jirrimborża ż-żejjed (l-Artikolu 7:57(4) tal-Kodiċi Ċivili).

Id-dixxendenti ikollhom obbligu li jirrestitwixxu l-għotjiet

- f'każ ta' suċċessjoni ab intestato; jew

- jekk id-dixxendenti jirtu ishma li jikkorrispondu għas-sehem legali mill-patrimonju permezz ta' testment (l-Artikolu 7:56(2) tal-Kodiċi Ċivili).

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Fl-Ungerija, il-proċedimenti suġġetti għal-liġi tal-wirt huma fil-kompetenza tan-nutara pubbliċi jew tal-qrati.

- Jekk ma jkunx hemm tilwim bejn il-partijiet li jkollhom interess fis-suċċessjoni, il-kwistjonijiet legali relatati mal-patrimonju ġeneralment ikunu ssodisfati fil-proċedimenti tas-suċċessjoni mmexxija minn nutar pubbliku (għad-dettalji, ara l-punt 6). Il-proċediment tas-suċċessjoni li jsir minn nutar pubbliku huwa proċediment nonkontenzjuż, fejn in-nutar pubbliku jkollu funzjoni simili għal dik ta' qorti, u l-proċediment tiegħu jintemm b'deċiżjoni formali ("konċessjoni tas-suċċessjoni").

- Jekk, madankollu, ikun hemm tilwima legali bejn il-partijiet interessati, din ma tistax tiġi solvuta min-nutar pubbliku; f'dawn il-każijiet, ikun hemm imbagħad proċedimenti ġudizzjarji.

Peress li tilwimiet fi kwistjonijiet tas-suċċessjoni huma relattivament infrekwenti, il-parti kbira sew tal-kawżi tas-suċċessjoni fl-Ungerija tiġi solvuta b'mod definittiv fil-proċedimenti tas-suċċessjoni mmexxija minn nutar pubbliku.

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

Il-liġi Ungeriża ssegwi l-prinċipju tas-suċċessjoni ipso iure; il-patrimonju jiġi ttrasferit lill-werriet fil-mument tal-mewt tat-testatur mingħajr ebda att ġuridiku separat. Għaldaqstant, skont il-liġi Ungeriża ma hemmx għalfejn issir dikjarazzjoni dwar l-aċċettazzjoni tal-wirt.

Jekk werriet ma jkunx jixtieq jiret, huwa jkun jista' jagħmel dikjarazzjoni li jirrinunzja għas-suċċessjoni. Il-liġi ma tipprevedi l-ebda rekwiżiti speċifiċi dwar il-forma tar-rinunzja; fir-rigward tal-forma din hija valida sew jekk tkun saret oralment u sew jekk tkun saret bil-miktub.

Madankollu, fl-Ungerija l-ordni tas-suċċessjoni hija ddeterminata mill-proċedura legali formali, magħrufa bħala proċediment tas-suċċessjoni (ara l-punt 6), għalhekk in-nutar pubbliku li jmexxi l-proċediment tas-suċċessjoni jrid ikun infurmat bir-rinunzja jekk tkun trid titqies matul il-proċediment tas-suċċessjoni. Għalhekk, fil-prattika jew ir-rinunzja ssir quddiem in-nutar pubbliku li jkun qed imexxi l-proċediment tas-suċċessjoni jew tintbagħat rinunzja bil-miktub lil dak in-nutar pubbliku.

Jekk werriet jirrinunzja għas-suċċessjoni, dan ikollu effett retroattiv mid-data ta' mewt it-testatur: il-patrimonju jitqies li ma jkunx iddevolva.

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

Ir-regoli spjegati fil-punt (b) li jikkonċernaw it-trasferiment u r-rinunzja tas-suċċessjoni bil-modifiki neċessarji jirregolaw il-legati speċifiċi (legatum vindicationis).

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Kif spjegat fuq, fil-liġi Ungeriża, l-ishma riżervati huma pretensjonijiet suġġetti għal-liġi dwar il-kuntratti, li jistgħu jkunu eżegwiti kontra l-werriet. Dawm ma jirrappreżentawx sehem materjali (in rem) mill-patrimonju. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda "dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni ta' sehem riżervat" fil-liġi Ungeriża. Il-mod tas-saldu ta' pretensjoni ta' sehem riżervat jiddependi primarjament mir-relazzjoni bejn il-werriet u l-persuna intitolata għal sehem riżervat:

- Jekk ikun hemm qbil bejn il-werriet u l-persuna intitolata għal sehem riżervat f'dan ir-rigward (jiġifieri, il-werriet jirrikonoxxi l-pretensjoni għal sehem riżervat), jistgħu jsibu ftehim fil-proċedimenti tas-suċċessjoni għall-issodisfar tal-pretensjoni għal sehem riżervat (eż. il-werriet jista' jittrasferixxi xi proprjetà inkluża fil-patrimonju lill-persuna intitolata għal sehem riżervat biex jissodisfa l-pretensjoni tagħha);

- Inkella l-persuna intitolata għal sehem riżervat tista' teżegwixxi l-pretensjoni tagħha kontra l-werriet bil-qorti.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Il-liġi Ungeriża tipprevedi proċedura legali formali tal-hekk imsejħa proċedimenti tas-suċċessjoni. Dan il-proċediment jinbeda ex officio (fuq l-inizjattiva personali tal-uffiċjal) u jservi l-fini li jinvolvi lill-partijiet interessati kollha (il-werrieta, il-legatarji, il-persuni intitolati għal sehem riżervat, il-kredituri tal-patrimonju, eċċ.) biex jkunu solvuti l-kwistjonijiet legali kollha relatati mas-suċċessjoni kemm jista' jkun fi proċedura waħda.

Fl-Ungerija l-proċedimenti tas-suċċessjoni jikkonsistu f'żewġ stadji. L-ewwel stadju huwa l-proċediment tal-inventarju li jsir minn impjegat riżervat tal-uffiċċju tas-sindku lokali kompetenti, l-uffiċjal tal-inventarju. Il-proċedura effettivament isservi biex tħejji l-bażi għall-proċediment tan-nutar pubbliku; l-għan tagħha huwa li tiċċara ċ-ċirkostanzi personali u materjali tal-kawża tas-suċċessjoni (b'mod partikolari l-proprjetà inkluża fil-patrimonju kif ukoll il-firxa ta' persuni interessati u li jistabbilixxu jekk il-persuna deċeduta ħallietx dispożizzjoni dwar it-trasferiment tal-proprjetà causa mortis). Dawn il-fatti kollha huma rreġistrati fl-inventarju tal-patrimonju, li jintbagħat lin-nutar pubbliku kompetenti meta jimtela.

It-tieni stadju huwa l-proċediment quddiem nutar pubbliku, li jsir skont ir-regoli tal-proċedimenti ġudizzjarji nonkontenzjużi. F'din il-proċedura, in-nutar pubbliku għandu funzjoni simili għal dik tal-qrati u jeżerċita l-awtorità pubblika tal-istat.

Din il-proċedura hija suġġetta għal regoli ta' ġuriżdizzjoni speċifiċi: huwa biss in-nutar pubbliku b'kompetenza kif definit fil-liġi li jista' jipproċedi; fi kliem ieħor, fil-proċedimenti tas-suċċessjoni, il-partijiet interessati (eż. il-werrieta) ma jistgħux jinvolvu lin-nutar pubbliku tal-għażla tagħhom.

Matul il-proċedimenti, in-nutar pubbliku jeżamina l-fatti u ċ-ċirkustanzi ex officio li jiddeterminaw l-ordni tas-suċċessjoni. Ġeneralment tkun meħtieġa seduta biex jiġu ċċarati l-fatti; in-nutar pubbliku jħarrek lill-partijiet interessati biex jattendu dik is-seduta. Jekk ikun hemm evidenza li tindika li l-persuna deċeduta tkun ħalliet dispożizzjoni għat-trasferiment tal-proprjetà causa mortis, in-nutar pubbliku jieħu passi ex officio biex jakkwista dak l-att.

Fl-Ungerija, id-distribuzzjoni tal-patrimonju fost il-werrieta ġeneralment tiġri fil-qafas tal-proċedimenti tas-suċċessjoni. Id-distribuzzjoni tal-patrimonju tfisser essenzjalment it-terminazzjoni tal-koproprjetà tal-werrieta li rriżultat mis-suċċessjoni. Dan jiġri permezz ta' ftehim fost il-werrieta interessati: il-ftehim ta' allokazzjoni. Jekk il-werrieta jikkonkludu dan il-ftehim ta' allokazzjoni, in-nutar pubbliku joħroġ il-konċessjoni tas-suċċessjoni abbażi tal-ftehim, bil-kontenut korrispondenti.

Matul il-proċedimenti tas-suċċessjoni jista' jsir ftehim bejn il-werrieta u partijiet interessati oħrajn ukoll: il-werrieta jistgħu jittrasferixxu, parzjalment jew kompletament, il-proprjetà miksub mis-suċċessjoni lil kreditur tal-patrimonju jew persuna intitolata għal sehem riżervat biex jissodisfaw il-pretensjonijiet tagħhom. Dan jippermetti għas-saldu nnegozjat tal-pretensjonijiet tal-kredituri tal-patrimonju jew ta' persuni intitolati għal sehem riżervat tul il-proċedimenti tas-suċċessjoni.

Fi tmiem il-proċedimenti tas-suċċessjoni, in-nutar pubbliku joħroġ deċiżjoni formali: għotja tas-suċċessjoni. F'din id-deċiżjoni, in-nutar pubbliku jittrasferixxi legalment l-elementi varji tal-patrimonju lill-werrieta (jew legatarji).

Il-partijiet interessati jistgħu jappellaw il-konċessjoni tas-suċċessjoni maħruġa min-nutar pubbliku; l-appell jiġi aġġudikat mill-qorti reġjonali kompetenti. Fin-nuqqas ta' appell, il-konċessjoni tas-suċċessjoni ssir finali. Il-konċessjoni finali tas-suċċessjoni huwa dokument pubbliku awtentiku li jiċċertifika l-istatus tal-werriet (legatarju) innominat fih. In-nutar pubbliku jagħmel provvedimenti ex officio biex il-konċessjoni finali tas-suċċessjoni tingħadda lill-awtorità li żżomm ir-reġistru tal-proprjetà immobbli (jew reġistru ta' beni oħrajn tal-proprjetà).

Ta' min jinnota li jekk ikun hemm tilwima legali bejn il-partijiet interessati, din ma tistax tiġi solvuta min-nutar pubbliku fil-proċedimenti tas-suċċessjoni; tilwim legali jista' jissolva biss permezz ta' proċedimenti ġudizzjarji.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Skont l-Artikolu 7:1 tal-Kodiċi Ċivili, il-patrimonju ta' persuna jgħaddi kompletament għand werriet wara mewt it-testatur. Għaldaqstant, il-liġi Ungeriża ssegwi l-prinċipju tas-suċċessjoni ipso iure. Werriet jikseb il-patrimonju bis-saħħa tal-liġi, mingħajr ebda att ġuridiku separat (eż. dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni) mill-mument ta' mewt it-testatur; "wirt battal" (hereditas iacens) ma jeżistix fil-liġi Ungeriża. Fil-każ ta' iktar minn werriet wieħed, dawn jakkwistaw il-patrimonju bi proporzjon tal-ishma tagħhom fil-patrimonju wara mewt it-testatur; għaldaqstant, fil-mument tal-mewt, tinħoloq koproprjetà indiviża tal-proprjetà bejniethom.

Hemm żewġ tipi ta' legat skont id-dritt ċivili Ungeriż: legat speċifiku (legatum vindicationis) u legat obbligatorju (legatum damnationis).

Legat speċifiku huwa d-donazzjoni mit-testatur ta' oġġett partikolari ta' proprjetà fil-patrimonju lil benefiċjarju speċifikat (il-legatarju speċifiku) f'dispożizzjoni ta' trasferiment ta' proprjetà causa mortis. Legat speċifiku huwa akkwist dirett ta' dritt fil-patrimonju; jiġifieri, il-legatarju jakkwista wkoll l-oġġett tal-legat speċifiku mill-mument ta' mewt it-testatur.

Legat obbligatorju huwa legat fejn it-testatur jobbliga lill-werriet tiegħu, f'dispożizzjoni ta' trasferiment ta' proprjetà causa mortis, biex jipprovdi benefiċċju finanzjarju lil benefiċjarju speċifikat (pereżempju, iħallas ċerta somma flus). F'termini tan-natura ġuridika tiegħu, il-legat obbligatorju huwa pretensjoni ġuridika obbligatorja kontra l-werriet, u ma jinkludix l-akkwist dirett tad-drittijiet mingħand it-testatur.

Fid-dawl ta' li ġie spjegat iktar 'il fuq, skont il-liġi Ungeriża, il-werrieta u l-legatarji speċifiċi jakkwistaw il-patrimonju jew il-legat mill-mument ta' mewt it-testatur. Ta' min jinnota, madankollu, li minkejja l-akkwist dirett, ipso iure tad-drittijiet, skont il-liġi Ungeriża ġeneralment ikun neċessarju li ssir proċedura ġuridika formali (il-proċedimenti tas-suċċessjoni) biex tingħata ċertifikazzjoni awtentika tas-suċċessjoni.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Iva. Skont l-Artikolu 7:96 tal-Kodiċi Ċivili, il-werrieta huma responsabbli għad-dejn tal-patrimonju. Din ir-responsabbiltà tal-werrieta hija limitata kif ġej:

- Il-werrieta huma responsabbli għad-dejn tal-patrimonju primarjament bil-proprjetà tal-patrimonju ("bl-oġġetti u r-rikavati tal-patrimonju") (responsabbiltà cum viribus).

- Jekk, madankollu, l-oġġetti jew ir-rikavati ta' patrimonju ma jkunux fil-pussess tal-werriet fil-mument meta l-pretensjonijiet jiġu eżegwiti, il-proprjetà l-oħra tal-werriet tintuża wkoll għall-ħlas tad-dejn sal-valur tal-wirt tiegħu biex ikopri l-pretensjonijiet (responsabbiltà pro viribus).

Ta' min jinnota li, kuntrarjament għal sistemi ġuridiċi oħrajn, il-liġi Ungeriża ma tagħraf l-ebda korrelazzjoni bejn ir-responsabbiltà tal-werrieta u l-inventarju tal-patrimonju. In-natura limitata tar-responsabbiltà tal-werrieta ġejja mil-liġi: il-werrieta ma hemmx għalfejn jagħmlu "dikjarazzjoni għal-limitazzjoni tar-responsabbiltà tagħhom" meta jaċċettaw suċċessjoni.

L-Artikolu 7:94 tal-Kodiċi Ċivili jispeċifika l-pretensjonijiet li jikkostitwixxu d-dejn tal-patrimonju. Għaldaqstant, id-dejn tal-patrimonju jinkludi:

a) l-ispejjeż ta' dfin xieraq għat-testatur;

b) l-ispejjeż applikabbli għall-akkwist, is-sigurtà u l-ġestjoni ta' patrimonju ("l-ispejjeż tal-patrimonju"), kif ukoll l-ispejjeż għall-proċedimenti tas-suċċessjoni;

c) id-dejn tat-testatur;

d) obbligi bbażati fuq sehem riżervat;

e) responsabbiltajiet ibbażati fuq legati u legati ta' proprjetà immobbli.

Il-ħames kategoriji ta' dejn tal-patrimonju elenkati hawn fuq huma kklassifikati f'ordni ġerarkiku (l-Artikolu 7:95 tal-Kodiċi Ċivili). Id-dejn jiġi ssodisfat fis-sekwenza stabbilita għall-kategoriji differenti ta' djun tal-patrimonju. Jekk ma jkunx possibbli li d-dejn kollu f'kategorija ta' dejn ikun issodisfat, il-pretensjonijiet jiġu ssodisfati proporzjonalment f'dik l-istess kategorija (bi proporzjon għad-daqs relattiv tal-pretensjonijiet).

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Jekk il-patrimonju jkun fih proprjetà immobbli, in-nutar pubbliku jagħmel provvedimenti ex officio biex il-konċessjoni finali tas-suċċessjoni tingħadda lill-awtorità kompetenti li żżomm ir-reġistru tal-proprjetà immobbli (ara l-punt 6) biex il-bidliet relatati mal-proprjetà jiddaħħlu fir-reġistru.

Skont l-Artikolu 29 tal-Att CXLI tal-1997 dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà Immobbli (1997. évi CXLI. törvény az ingatlan-nyilvántartásról; "l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà Immobbli"), bħala regola ġenerali, id-drittijiet jistgħu jkunu rreġistrati u l-fatti jistgħu jkunu annotati fuq il-bażi ta' dokumenti pubbliċi, dokumenti privati li għandhom is-saħħa sħiħa ta' prova, jew kopji tagħhom bix-xhieda ta' nutar pubbliku, li jissostanzjaw il-ħolqien, modifika jew terminazzjoni tad-dritt jew fatt li jkun is-suġġett tar-reġistrazzjoni, b'dikjarazzjoni ta' awtorizzazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-annotazzjoni mid-detentur tad-dritt jew mid-detentur potenzjali tad-dritt li jrid jiġi rreġistrat fir-reġistru tal-proprjetà immobbli bħala benefiċjarju interim (jiġifieri awtorizzazzjoni għar-reġistrazzjoni, li tista' tingħata mid-detentur tad-dritt permezz tal-ħruġ ta' dokument tal-istess rekwiżiti formali bħad-dokument li r-reġistrazzjoni tkun saret abbażi tiegħu).

L-Artikolu 32 tal-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Proprjetà Immobbli jispeċifika l-kontenut meħtieġ ta' dokument għall-finijiet ta' reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli:

a) id-dejta ta' identifikazzjoni naturali, l-indirizz u n-numru tal-identifikazzjoni personali tal-klijent,

b) l-isem, in-numru statistiku, l-uffiċċju rreġistrat u l-qorti jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija tal-organizzazzjonijiet li jkollhom numri statistiċi; għal persuna ġuridiċi ekkleżjastiċi, in-numru ta’ reġistrazzjoni,

c) indirizz sħiħ u deskrizzjoni tal-proprjetà kkonċernata (il-muniċipalità, in-numru tal-lott topografiku) kif ukoll is-sehem tas-sjieda affettwat,

d) deskrizzjoni dettaljata tad-dritt jew fatt,

e) il-bażi legali għall-bidla,

f) ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati u/jew dikjarazzjoni irrevokabbli u bla kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni mis-sid irreġistrat,

g) id-dikjarazzjoni tal-partijiet kontraenti li jikkonċernaw iċ-ċittadinanza rispettiva tagħhom.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Il-liġi Ungeriża ma tagħrafx il-kunċett ġuridiku tal-amministratur ta' patrimonju (fiduċjarju).

Madankollu, f'ċerti kazijiet, in-nutar pubbliku li jkun qed jipproċedi jista' jaħtar amministratur biex jaqdi ċerti funzjonijiet tal-amministrazzjoni tal-proprjetà tal-patrimonju. Dan jista' jiġri fil-każijiet li ġejjin:

aa) amministratur għall-eżerċitar tad-drittijiet ta' sħubija fl-assoċjazzjonijiet tan-negozju (l-Artikolu 32(2) tal-Att dwar is-Suċċessjoni)

Jekk il-patrimonju jinkludi parteċipazzjoni/sehem f'assoċjazzjoni tan-negozju (jew kooperattiva), in-nutar pubbliku jista' jaħtar amministratur għall-eżerċitar temporanju tad-drittijiet li jiġu mill-parteċipazzjoni/sehem. Amministratur bħal dan jinħatar fuq talba tal-assoċjazzjoni (kooperattiva) jew kwalunkwe persuna (entità) li jkollha interess fl-operat tagħha.

ab) amministratur għall-ġbir (l-Artikolu 32(3) tal-Att dwar is-Suċċessjoni)

Jekk il-patrimonju jkun jinkludi pretensjonijiet, in-nutar pubbliku jista' jaħtar amministratur biex jiġbor dawn il-pretensjonijiet, fuq talba ta' parti li jkollha interess fis-suċċessjoni. Dan l-amministratur ikun responsabbli biex jieħu l-miżuri ġuridiċi neċessarji biex jeżegwixxi l-pretensjonijiet li huma parti mill-patrimonju.

L-ebda amministratur ma jista' jinħatar (lanqas fil-każijiet ta' hawn fuq) jekk l-atti msemmija fuq isiru minn eżekutur testamentarju.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Fl-Ungerija, il-kwistjonijiet ġuridiċi relatati mas-suċċessjoni jiġu solvuti fi proċedura ġuridika formali (il-proċedimenti tas-suċċessjoni) immexxija minn nutar pubbliku, li jaqdi l-funzjonijiet ta' mħallef fil-proċedimenti (ara l-punt 6).

In-nutar pubbliku ex officio jara jekk hemmx xi entrata fir-Reġistru Nazzjonali tat-Testmenti rigward id-dispożizzjoni tal-proprjetà causa mortis u jipprovdi ex officio għall-akkwist tad-dispożizzjoni tal-proprjetà malli jmut it-testatur jekk ikun hemm informazzjoni li tindika li hemm dispożizzjoni ta' proprjetà.

Għaldaqstant, skont il-liġi Ungeriża, huwa l-kompitu u r-responsabbiltà tan-nutar pubbliku li jkun qed imexxi l-proċedimenti tas-suċċessjoni li jeżegwixxi dispożizzjoni ta' proprjetà causa mortis.

Madankollu, il-liġi Ungeriża tippermetti wkoll lit-testaturi sabiex jaħtru eżekutur tad-dispożizzjoni tal-proprjetà tagħhom (it-testment). Ta' min ifakkar, madankollu, li l-ħatra ta' eżekutur testamentarju ma jiħux post il-proċedimenti tas-suċċessjoni; eżekutur testamentarju ma jistax "jassumi" r-responsabbiltajiet ta' nutar pubbliku.

Id-drittijiet u l-obbligi ta' eżekutur testamentarju huma rregolati mid-dispożizzjoni tal-proprjetà causa mortis. Jekk id-dispożizzjoni ma jkun fiha xejn dwar dan, l-eżekutur testamentarju jkollu d-drittjiet u l-obbligi li ġejjin (l-Artikolu 99 tal-Att dwar is-Suċċessjoni):

- jassisti lill-awtoritajiet li jkunu qed jipproċedu fit-tħejjija ta' inventarju tal-patrimonju;

- jieħu miżuri ta' sigurtà biex iħares il-patrimonju meta jkun hemm bżonn;

- iġestixxi l-patrimonju. F'dan ir-rwol ta' ġestjoni tal-beni, l-eżekutur testamentarju għandu d-dritt u l-obbligu li

- jitlob li l-werrieta jew il-legatarji jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tat-testment;

- jissodisfa lill-kredituri tal-patrimonju (jaġixxi f'ismu, imma għad-debitu tal-patrimonju);

- jeżerċita temporanjament id-drittijiet ta' sħubija li jiġu minn kull sehem (parteċipazzjoni) f'assoċjazzjoni tan-negozju (kooperattivi) inklużi fil-patrimonju;

- jeżegwixxi pretensjonijiet li jkunu parti mill-patrimonju (jaġixxi f'ismu, imma għall-kreditu tal-patrimonju).

Madankollu, id-drittijiet tal-ġestjoni tal-beni tal-eżekutur testamentarju huma limitati: huwa ma jista' jassumi l-ebda obbligu fir-rigward tal-proprjetà tal-patrimonju u ma jistax ibigħ proprjetà, ħlief bil-kunsens ta' kull persuna li jkollha interess fis-suċċessjoni; barra minn hekk, ma jistax jagħmel dispożizzjoni għad-debitu tal-patrimonju bla ħlas.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Għad-drittijiet u l-obbligi tal-amministratur maħtur min-nutar pubbliku u tal-eżekutur testamentarju, ara l-punt 9.1.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Kif indikat iktar 'il fuq (ara l-punt 6), il-proċedimenti tas-suċċessjoni fl-Ungerija jitmexxew minn nutar pubbliku. Fi tmiem din il-proċedura, tittieħed deċiżjoni formali, il-konċessjoni tas-suċċessjoni. F'din id-deċiżjoni, in-nutar pubbliku jittrasferixxi legalment l-elementi tal-patrimonju lill-werrieta individwali.

Ta' min jinnota, madankollu, li l-akkwist tas-sjieda mill-werrieta ma tiġrix bis-saħħa tal-konċessjoni tas-suċċessjoni. Kif indikat fuq, il-liġi Ungeriża ssegwi l-prinċipju tas-suċċessjoni ipso iure; il-patrimonju jiddevolvi għand il-werrieta fil-mument ta' mewt it-testatur. F'dan ir-rigward, il-konċessjoni tas-suċċessjoni għandha effett dikjaratorju.

Ladarba ssir finali, il-konċessjoni tas-suċċessjoni maħruġa min-nutar pubbliku jkollha funzjoni ta' leġittimizzazzjoni: dan huwa dokument awtentiku li jattesta għall-partijiet terzi, l-istatus tal-persuni msemmijin fih bħala l-werrieta (jew legatarji) sakemm ma jkunx hemm qorti li tiddeċiedi mod ieħor fi proċedura legali.

L-aħħar aġġornament: 20/10/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni ġenerali - Malta

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Id-dispożizzjoni tal-beni wara l-mewt ta’ xi ħadd tista’ ssir bi tlett modi: (a) permezz ta’ testment liema testment jista’ jkun konġunt (magħruf bħala unica carta bejn il-mara u r-raġel) jew (b) permezz ta’ testment sigriet depożitat il-Qorti mit-testatur jew in-nutar, jew fin-nuqqas ta’ wieħed minn dawn (c) it-tqassim tal-beni jsir skont id-dispożizzjoni tal-liġi (suċċessjoni ab intestato).

Testment jista’ jinkludi dispożizzjoniji tal-beni kollha jew biċċa minnhom. Dak li mhux regolat bit-testment jiġi disponibbli skont il-liġi. It-testment jista’ jinkludi dispożizzjonijiet universali u fejn it-testatur iħalli lill-persuna waħda jew iżjed il-ġid tiegħu kollu (magħrufa bħala werrieta). Barra minn hekk testment jista’ jkun fih dispożizzjonijiet partikolari u min jiret taħt dak it-titolu jkun magħruf bħala legatarju

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Fi żmien ħmistax mid-data tat-testment pubbliku n-nutar għandu jagħmel nota ta’ insinwa biex jirreġistraha mad-Direttur tar-Reġistru Pubbliku. Fil-każ ta’ testment sigriet dan jista’ jiġi kkunsinnat mit-testatur quddiem imħallef jew maġistrat li joqgħod fil-Qorti ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja. Iżda testatur jista’ jikkunsinna it-testment sigriet f’idejn in-nutar, fejn dan ta’ l-aħħar għandu fi żmien erbat ijiem tax-xogħol minn dak inhar tal-kunsinna, jippreżentah lill-Qorti ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja biex jiġi merfugħ mir-reġistratur tal-Qorti.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Il-Kodiċi Ċivili jagħmel referenza għas-sehem riżervat. Dan huwa jedd ta’ kreditu fuq il-beni tal-mejjet riżervat bil-liġi favur id-dixxendenti tal-mejjet u mill-mara jew ir-raġel miżżewweġ li jibqa’ ħaj. Skont l-Artikolu 616 tal-imsemmi att, is-sehem riżervat li jmiss lit-tfal kollha, kemm jekk imnisla jew imwielda matul iż-żwieġ jew imnisla jew imwielda barra miż-żwieġ jew adottati, għandu jkun terz tal-valur tal-beni jekk dawk it-tfal ma jkunux iżjed minn erba’ fl-għadd jew nofs ta’ dak il-valur jekk ikunu ħamsa jew iżjed.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Meta ma jkunx hemm testment jew it-testment ma jkunx validu jew il-werrieta ma jridux jew ma jistgħux jirtu jew ma jkunx hemm lok ghal jedd ta’ akkrexximent bejn il-werrieta, ikun hemm lok għal suċċessjoni ab intestato bis-saħħa tal-liġi.

F’sitwazzjonijiet hekk il-liġi tgħaddii l-wirt lid-dixxendenti, lill-axxendenti, lill-qraba kollaterali, lil mart jew żewġ il-persuna mejta u lill-Gvern ta’ Malta. Is-suċċessjoni f’dan il-każ tiġi mqassma skont il-qrubija. II-grad ta’ qrubija jitqies mill-għadd tal-ġenerazzjonijiet. Meta l-mejjet ma jħallix warajh persuni li għandhom jedd jirtuh, il-wirt imur favur il-Gvern ta’ Malta.

Ma jkunx jista’ jiret ab intestato jekk il-persuna tkun inkapaċi jew mhux denja li tirċievi minħabba li b’qerq jew bi vjolenza ma tkunx ħalliet lill-mejjet jagħmel testment.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Il-Qrati Maltin għandhom ġurisdizzjoni ġenerali li jiddeċiedu tilwimiet b’rabta mas-suċċessjoni. It-Tribunal ta’ Arbitraġġ dwar il-Qsim tal-Wirt għandu ġurisdizzjoni speċjali f’ċertu ċirkostanzi speċifiċi meta l-werrieta ma jkunux qablu kif ħa jinqasam il-wirt.

In-nutara jew avukati ġeneralment jitqabbdu meta ma jkunx hemm inkwiet jew tilwim fuq is-suċċessjoni.

Min hu interessat jista’ wkoll imur quddiem il-Qorti ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja biex tagħti digriet fejn tordna l-ftuħ ta’ suċċessjoni favurih.

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

Ir-Reġistratur tal-Qorti u n-Nutara

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

Ir-Reġistratur tal-Qorti u n-Nutara

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Ir-Reġistratur tal-Qorti u n-Nutara

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Suċċessjoni tibda billi minn ikollu nteress immur għand nutar jew avukat fejn dan ta’ l-aħħar jagħmel riċerka kemm fir-Reġistru Pubbliku għal testmenti pubbliċi kif ukoll il-Qorti għal testmenti sigrieti. Wara dan il-proċess isir il-ftuħ tas-suċċessjoni fejn in-nutar jew l-avukat jara min huma l-werrieta u legatarji, jekk ikun hemm, u jikkomunika magħhom dak li jkun instab. Il-beni imbagħad jinqasam skont kif ikun iddispona minnhom it-testatur.Jekk il-mejjet ma jkunx ħalla testment il-beni jinqasmu skont id-dispożizzjoni tal-liġi.

Il-beni mobbli kif ukoll dawk imobbli jistgħu jinbiegħu bi ftehim bejn il-werrieta kollha u minn dak il-bejgħ jinqasam mal-werrieta skont il-proporzjon indikat fit-testment.

Jekk ikun hemm kontestazzjoni bħal per eżempju fuq l-awtentiċit à tat-testment jew fuq il-qsim tal-wirt, il-werrieta li tqajjem dan il-punt tista’ tipproċedi quddiem il-Qorti Ċivili, Prim’Awla jew i t-Tribunal ta’ Arbitraġġ dwar il-Qsim tal-Wirt .

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Is-suċċessjoni tinfetaħ kif tiġri l-mewt, jew dak in-nhar li tgħaddi f’ġudikat is-sentenza li biha jkun ġie ddikjarat illi l-persuna, li tas-suċċessjoni tagħha jkun irid isir il-ftuħ, għandha titqies mejta minħabba li tkun ilha assenti żmien twil.

Ħadd ma hu obbligat li jaċċetta wirt li jmiss lilu. Aċċetazzjoni tista’ tkun kemm taċita kif ukoll espressa. Tkun taċita meta l-werriet jagħmel xi att li jkun ifisser li huwa jrid jaċċetta l-wirt u hija espressa meta wieħed jieħu l-kwalita ta’ werriet f’att pubbliku jew f’kitba privata. Min-naħa l-ohra rinunzja ma tistax tkun preżunta.

Fil-każ ta’ legat, il-legatarju minn dakinhar tal-mewt tat-testatur għandu l-jedd li jitlob lill-werriet il-pussess tal-ħaġa imħollija b’legat.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Iva l-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet f’dik il-proporzjoni u b’dak il-mod illi jkun ordna t-testatur. Jekk il-mejjet imut mingħajr testment jew ma jkunx ordna kif għandhom jitqassmu d-djun, il-werrieta jħallsu d-djun skont il-proporzjon tagħhom fil-wirt. Kull werriet hu obbligat personalment għad-djun tal-wirt.

Jekk wieħed mill-werrieta jkollu l-pussess ta’ ħwejjeġ ipotekati għad-dejn, dak il-werriet obbligat b’ipoteka għad-dejn kollu. Jekk il-werriet minħabba dik l-ipoteka ikun ħallas iżjed minn sehmu ta’ dejn komuni, jista’ jdur kontra l-werrieta l-oħra limitatament għas-sehem tagħhom.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Il-liġi tas-suċċessjoni ma timponix dmir fuq il-werrieta li jirreġistraw il-ġid immobbli li huma jkunu wirtu. Madankollu skont il-liġi dwar it-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti, kull min jiret ġid immobbli jrid jirreġistra dikjarazzjoni causa mortis mar-Reġistru Pubbliku. Essenzjalment din id-dikjarazzjoni jkun fiha d-data, il-partikolaritajiet tal-mejjet u tal-werriet/legatarju, id-data u l-post tal-mewt tal-mejjet, deskrizzjoni tal-ġid li ntiret, it-titolu tat-trasferiment, il-valur tal-ġid immobbli, il-post fejn saret id-dikjarazzjoni u l-firem tad-dikjarant u ta’ nutar pubbliku.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Il-ħatra ta’ amministratur m’hijiex obbligatorja.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Il-werriet jew eżekutur testamentarju.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Amministratur jew eżekutur testamentarju għandu jagħmel inventarju tal-wirt. Huwa għandu jeżerċita u jmexxi l-jeddijiet ta’ dak il-wirt, billi jwieġeb għat-talbiet ġudizzjarji li jinġiebu kontra l-wirt u għandu jamministra bl-obbligu li jiddepożita l-flus li jkunu jinsabu fil-wirt stess jew li jidħlu mill-bejgħ ta’ ħwejjeġ mobbli jew immobbli u jagħti kont lil min imiss.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Ġeneralment ma jinħarġu l-ebda dokumentti li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċċjarju peress li s-suċċessjoni tgħaddi awtomatikament mal-mewt. Però min hu interessat jista' jmur quddiem il-Qorti ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja biex tagħti digriet fejn tordna l-ftuħ ta’ suċċessjoni favurih.

L-aħħar aġġornament: 06/03/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni ġenerali - Olanda

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Minbarra numru limitat ta’ każijiet speċjali (l-Artikoli 4:97-107 tal-Kodiċi Ċivili (Burgerlijk Wetboek)) testment jista’ jsir biss b’att notarili jew b’att privat bil-miktub li jingħata lil nutar biex iżommu fl-arkivji tiegħu (l-Artikolu 4:94 BW). Testment li jsir minn żewġ testaturi jew aktar ma jiġix aċċettat (Artikolu 4:93 BW). Ftehom dwar suċċessjoni futura wkoll ma jiġix aċċettat. Skont l-Artikolu 4:4(2) BW, il-ftehimiet bl-għan li jittrasferixxu, parzjalment jew totalment, parti minn wirt li għadu ma ntiritx huma nulli u bla effett

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

In-nutar li fassal it-testment irid jirreġistra l-informazzjoni fl-ewwel ġurnata ta’ xogħol ta’ wara fir-Reġistru Ċentrali tat-Testmenti (CTR).

Ara wkoll: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.centraaltestamentenregister.nl/. L-informazzjoni dwar il-preservazzjoni, ir-reġistrazzjoni u t-tiftixa għal testment hija disponibbli wkoll fuq is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni tan-Netwerk Ewropew tat-Testmenti (ENRWA) fit-taqsima “Skeda Informattiva”: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.arert.eu/

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Id-dixxendenti tad-deċedut biss (it-tfal - jew jekk it-tfal mietu qablu- it-tfal tagħhom) għandhom dritt għall-porzjoni riservata. La l-konjuġi u l-anqas l-axxendenti ma għandhom dritt għall-porzjoni riservata. Il-porzjoni riservata tammonta għal nofs il-wirt, ara l-Artikolu 4:64 BW. Jekk dixxendent jinvoka l-porzjoni riservata tiegħu, huwa ma jibqax jitqies bħala werriet iżda bħala kreditur.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Fin-nuqqas ta’ testment, japplikaw il-prinċipji li ġejjin għal diversi xenarji:

Jekk id-deċedut ma kienx miżżewweġ u ma kellux tfal, fil-prinċipju l-ġenituri u ħutu jirtu f’sehem indaqs, b’kull ġenitur jiret tal-inqas kwart mill-wirt.

Jekk id-deċedut ma kienx miżżewweġ imma kellu t-tfal, il-wirt jinqasam indaqs bejn it-tfal.

Jekk id-deċedut ħalla warajh konjuġi iżda mhux tfal, l-aħħar konjuġi tiegħu jiret il-wirt kollhu.

Jekk id-deċedut iħalli warajh konjuġi u tfal, it-tfal u l-konjuġi jirtu f’sehem indaqs, iżda l-konjuġi superstiti bil-liġi jiret l-assi tal-wirt. Il-wirt jiġi likwidat f’isem il-konjuġi. Kull wieħed mit-tfal, fil-kapaċità tiegħu ta’ werriet, ikollu dritt jitlob pagament monetarju mingħand il-konjuġi superstiti. Il-pagament monetarju jikkorespondi għas-sehem tat-tfal fil-wirt. Din it-talba ssir eżekuttiva jekk il-konjuġi superstiti jiġi ddikjarat fallut jew jaqa’ taħt ristruttar tad-dejn (ara wkoll l-Att dwar ir-Ristruttar tad-Dejn tal-Persuni Fiżiċi (Wet schuldsanering natuurlijke personen)) jew imut (l-Artikolu 4:13 BW).

Il-konjuġi u l-isħab reġistrati jiġu trattati bl-istess mod.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

In-nutar huwa l-awtorità kompetenti fin-Netherlands fir-rigward tal-liġi tas-suċċessjoni. Il-partijiet huma ħielsa li jagħżlu nutar, irrispettivament mill-aħħar post ta’ residenza tad-deċedut.

Il-werriet għandu tliet għażliet. Jekk jixtieq sempliċement jaċċetta l-wirt, huwa jista’ jagħmel hekk, impliċitament jew espliċitament, mingħajr xi formalitajiet speċifiċi. Il-konsegwenza tal-aċċettazzjoni tal-wirt hija illi l-werriet għandu responsabilità personali illimitata għad-dejn tal-wirt. Madankollu, l-werriet jista’ jillimita r-responsabbiltà tiegħu billi jaċċetta espliċitament il-wirt bil-kundizzjoni illi d-dejn tal-wirt ma jaqbiżx sehmu mill-wirt. Jekk il-werriet jixtieq jirrinunzja l-wirt jew jaċċettah bil-kundizzjoni illi l-piżijiet ma jaqbżux sehmu, huwa jrid jagħmel dikjarazzjoni l-qorti. F’dan l-aħħar każ, il-qorti tistabbilixxi perjodu ta’ żmien biex jaċċetta l-wirt.

Il-legati jistgħu jiġu aċċettati jew rifjutati mingħajr formalitajiet speċifiċi. Skont il-liġi Netherlandiża, l-aċċettazzjoni limitata mhix possibbli għal-legati.

Werriet statutorju jista’ jirrinunzja għad-dritt tiegħu għall-porzjoni riservata sempliement billi ma jagħmilx talba għaliha. Il-liġi ma tipprovdix għal dikjarazzjonijiet speċifiċi għal dan il-għan. Jekk il-werrieta statutorji jirrinunzjaw għall-porzjoni riservata, dan il-fatt jista’ jitniżżel f’dikjarazzjoni.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Fil-maġġoranza tal-każijiet, speċjalment jekk ikun hemm kuntratt taż-żwieġ jew testment, it-talba għas-servizzi ta’ nutar hija l-aktar mod xieraq li bih jiġi likwidat patrimonju. Kull wieħed mill-werrieta jew l-eżekutur testamentarju, jekk ikun hemm, jistgħu jmorru għand nutar fin-Netherlands. Il-partijiet huma ħielsa li jagħżlu nutar, irrispettivament mill-aħħar post ta’ residenza tad-deċedut. In-nutar jassisti lill-werrieta biex jaslu għal ftehim fuq il-patrimonju. Huwa jara min huma l-werrieta, mbagħad jivverifika jekk sarx testment u javża lill-benefiċjarji jekk għandhomx jaċċettaw jew potenzjalment ikunx aħjar li jirrifjutaw il-wirt. Huwa jfassal ukoll inventarju tal-patrimonju u t-tqassim tiegħu. Jista’ jassistihom ukoll biex jikkonformaw mal-obbligi tat-taxxa tagħhom. Il-qorti jkollha rwol fil-likwidazzjoni tas-suċċessjonijiet biss f’ċerti sitwazzjonijiet. Dan jista’ jiġri jekk il-likwidazzjoni tal-wirt tiġi opposta jew jekk wieħed mill-werrieta (pereżempju peress li jkun minuri) ma jkunx jista’ jieħu ħsieb l-interessi tiegħu.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Fin-Netherlands, mhix prevista proċedura l-qorti. Madankollu, hemm strument, id-dikjarazzjoni tal-wirt (Verklaring van Erfrecht), ara l-Artikolu 4:188 BW, maħruġa min nutar Netherlandiż (ara l-Artikolu 3:31 BW) lill-partijiet kollha kkonċernati, primarjament il-werrieta. L-eżekutur testamentarju wkoll jista’ jitlob għal dikjarazzjoni tal-wirt. Fid-dikjarazzjoni tal-wirt, in-nutar, abbażi tal-awtorità tiegħu, jindika l-persuni li għandhom dritt għall-wirt, sehemhom fil-wirt u, jekk applikabbli, isem l-eżekutur. Permezz tad-dikjarazzjoni tal-wirt, il-werrieta/eżekuturi jistgħu jidentifikaw lilhom nfushom lid-debituri tal-wirt u jkunu jistgħu jiksbu aċċess għall-kontijiet bankarji, eċċ. Għat-trasferiment ta’ proprjetà immobbli jew ta’ dritt fuq proprjetà immobbli lil wieħed mill-werrieta jkun hemm bżonn ta’ att notarili.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Jekk il-werriet aċċetta l-wirt mingħajr kundizzjonijiet, huwa responsabbli għad-dejn kollhu tad-deċedut (l-Artikolu 4: 182 BW). Jekk il-wirt jiġi aċċettat bil-benefiċċju tal-inventarju, il-werriet huwa responsabbli biss għad-dejn sal-ammont ta’ sehmu mill-wirt. Huwa ma jkunx personalment responsabbli.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Id-dikjarazzjoni causa mortis tiġi mniżżla fir-reġistru pubbliku tal-proprjetà immobbli.. Għat-trasferiment ta’ titolu fuq propjetà immobbli jew drittijiet fuq proprjetà immobbli, ikun meħtieġ att notarili separat.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Il-liġi Netherlandiża ma tipprovdix għall-ħatra obbligatorja ta’ amministratur tal-wirt.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

It-testatur jista’ jaħtar eżekutur fit-testment tiegħu, li mbagħad jillikwida l-patrimonju. F’każ ta’ aċċettazzjoni bil-benefiċċju tal-inventarju, il-qorti tista’ taħtar amministratur speċjali.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

L-eżekutur imsemmi fit-testment normalment għandu setgħat limitati skont l-Artikolu 4:144 BW. Huwa jista’ jamministra l-patrimonju u jsolvi d-dejn tal-patrimonju. It-testaturi jistgħu jagħtu aktar drittjiet lill-eżekutur, pereżempju t-trasferiment tal-beni tal-patrimonju mingħajr il-permess tal-werrieta. Jekk l-eżekutur jinħatar bħala eżekutur speċjali (it-trustee li jillikwida l-patrimonju), huwa jista’ jittrasferixxi l-beni u jieħdu d-deċiżjonijiet kollha dwar id-diviżjoni tal-patrimonju.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Il-werrieta jistgħu jikkonkludu dokument ta’ qasma tal-wirt fil-forma ta’ att notarili. Dan huwa meħtieġ meta’ l-werriet ikollu inkapaċità legali (minħabba li jkun minuri jew minħabba riċevitura/amministrazzjoni ġudizzjarja tal-patrimonju). Att notarili huwa meħtieġ għat-trasferiment tal-proprjetà immobbli jew ta’ drittijiet fuq il-proprjetà immobbli fin-Netherlands, ara r-risposta għall-mistoqsija Nru 7 hawn fuq. Fil-każijiet l-oħra kollha, mhux meħtieġ dokument dwar it-tqassim tal-patrimonju. Id-dikjarazzjoni causa mortis hija biżżejjed għat-trasferiment tal-beni, bħal l-kontijiet bankarji u propjetà mobbli oħra.

L-aħħar aġġornament: 01/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Informazzjoni ġenerali - Awstrija

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Meta jsir testment hemm rekwiżiti formali speċifiċi li jridu jiġu osservati. It-tipi ta' testment li huma rikonoxxuti skont il-liġi Awstrijaka jinkludu:

  • testment pubbliku mfassal minn nutar jew qorti,
  • testment olografiku, li t-testatur irid jikteb kompletament b'idejh u jiffirmah,
  • testment miktub (miktub bl-idejn jew ittajpjat minn xi ħadd li mhux it-testatur), li jrid jitfassal fil-preżenza ta' tliet xhieda.

Kuntratt ta' wirt (l-Artikoli 1249 et seq. tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali Awstrijak (Allgemeines bürgerliches Gesetzbuch – ABGB)) jista' jiġi konkluż biss minn koppji miżżewġin jew għarajjes li eventwalment jiżżewġu u jrid jieħu l-forma ta' att notarili (skont l-Artikolu 1(1a) tal-Liġi dwar l-Atti Notarili (Notariatsaktsgesetz)); hija meħtieġa l-preżenza ta' żewġ xhieda jew ta' nutar ieħor. Kuntratt ta' wirt, li jrid jissodisfa r-rekwiżiti ta' validità għad-dispożizzjonijiet testamentarji causa mortis, ma jistax jiddisponi minn iktar minn tliet kwarti tal-patrimonju. F'dan il-kuntest, sħab irreġistrati għandhom l-istess drittijiet bħall-miżżewġin u l-għarajjes (l-Artikolu 1217 tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali Awstrijak).

Testment unica charta jista' jsir biss minn miżżewġin jew sħab irreġistrati (l-Artikoli 583 u 1248 tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali Awstrijak). Nota: L-istituzzjoni tas-"sħubija rreġistrata" hija miftuħa biss għal persuni tal-istess sess.

Donationes causa mortis [għotjiet ta' proprjetà personali mingħand xi ħadd li jistenna li jmut fil-futur qrib, li jieħdu effett biss wara l-mewt tad-donatur] huma regolati mill-Artikolu 956 tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali Awstrijak. Dawn jistgħu jingħataw b'legat jew b'kuntratt, li jieħu l-forma ta' att notarili.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Testmenti, kuntratti tal-wirt u kwalunkwe kuntratt li jirrinunzjaw għad-dritt għall-wirt ta' sehem riżervat/ġuridiku jista' jkun irreġistrat fir-Reġistru Ċentrali tat-Testmenti Awstrijak (l-Artikolu 140b tal-Kodiċi Notarili Awstrijak (Notariatsordnung), sakemm dawn ikunu ġew iddepożitati ma' nutar, qorti jew avukat. Dan id-direttorju elettroniku huwa ġestit mill-Kamra tan-Nutara tad-Dritt Ċivili Awstrijaka (Österreichische Notariatskammer) u huwa l-uniku reġistru tat-testmenti li huwa rregolat bil-liġi. Il-qrati u n-nutara huma meħtieġa jirrapportaw l-eżistenza ta' kwalunkwe dokument tali lir-reġistru (l-Artikolu 140c(2) tal-Kodiċi Notarili Awstrijak). Il-fini tar-reġistrazzjoni hija li jkun iktar faċli biex jinstabu dawn id-dokumenti waqt proċedimenti ta' suċċessjoni.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Is-sehem riżervat (li jirrestrinġi l-grad ta' libertà testamentarja) jammonta għal nofs is-sehem ġuridiku dovut lit-tfal tal-persuna deċeduta u, jekk ma jkunx hemm tfal, għal terz tas-sehem ġuridiku dovut lill-axxendenti. Is-sehem riżervat għall-miżżewġin jew sħab irreġistrati superstiti huwa nofs is-sehem ġuridiku tagħhom. Jekk werriet obbligatorju qatt ma kellu relazzjoni familjari mill-qrib mal-persuna deċeduta, is-sehem riżervat jista' jitnaqqas.

Il-benefiċjarji tas-sehem riżervat huma intitolati jirrifjutaw is-sehem riżervat qabel mal-wirt ikun dovut billi jidħlu fi ftehim kuntrattwali (att notarili) mat-testatur futur.

Is-sehem riżervat huwa pretensjoni monetarja fuq sehem proporzjonali tal-valur tal-patrimonju.

Id-dritt għal sehem riżervat irid jiġi asserit fil-qorti fi żmien tliet snin (l-Artikolu 1487 tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali Awstrijak). Il-perjodu ta' limitazzjoni jibda malli tiġi prodotta r-reġistrazzjoni tal-aċċettazzjoni b'konformità mal-Artikolu 152 tal-Att dwar il-Proċedimenti mhux Kontenzjużi (Außerstreitgesetz – AußStrG).

Is-sehem riżervat jista' jkun irrinunzjat waqt li t-testatur ikun għadu ħaj. Din ir-rinunzja trid tieħu l-forma ta' att notarili jew reġistrazzjoni uffiċjali tal-qorti (l-Artikolu 551 tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali Awstrijak).

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Jekk il-persuna deċeduta ma kinitx miżżewġa u ma kellhiex tfal, il-ġenituri tal-persuna deċeduta jirtu sehem indaqs kull wieħed. Jekk il-ġenituri tal-persuna deċeduta jkunu mietu qabilha, ikunu l-aħwa li jirtu minflok.

Jekk il-persuna deċeduta ma kinitx miżżewġa imma kellha t-tfal, it-tfal jirtu sehem indaqs kull wieħed.

Jekk il-persuna deċeduta tħalli warajha konjuġi imma ma jkollhiex tfal, il-konjuġi superstiti jsir l-uniku werriet jekk ma jkunx hemm ġenituri, aħwa jew tfal ta' tfal ħajjin.

Jekk il-persuna deċeduta tħalli warajha konjuġi u tfal, il-konjuġi jirċievi terz mill-patrimonju u l-bqija jinqasam b'mod ugwali bejn it-tfal.

Ir-regoli tal-wirt għas-sħab irreġistrati huma l-istess bħal għall-miżżewġin. Sieħeb mhux irreġistrat (koabitant) jiret biss mill-patrimonju jekk ikun hemm dispożizzjoni testamentarja għal dak l-effett. Madankollu, il-koabitant superstiti huwa mħares mil-liġi Awstrijaka dwar l-abitazzjoni u l-Liġi Awstrijaka dwar il-Koproprjetà tal-Appartamenti (Wohnungseigentumsgesetz). Jekk il-persuna deċeduta u l-persuna li tgħix magħha jkunu koproprjetarji ta' appartament (sjieda kooperattiva ta' appartament), sehem il-persuna deċeduta jgħaddi għand il-koproprjetarju superstiti.

Jekk il-persuna deċeduta ma tħallix warajha konjuġi jew tfal, id-dritt tal-wirt jingħata lill-ġenituri tal-persuna deċeduta u t-tfal tagħhom (ħut il-persuna deċeduta) (l-Artikolu 735 u 736 tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali Awstrijak).

Jekk il-persuna deċeduta tħalli tfal warajha imma ma tħallix konjuġi, it-tfal tagħha jirtu sehem indaqs kull wieħed (l-Artikolu 732 tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali Awstrijak).

Jekk il-persuna deċeduta tħalli warajha konjuġi u tfal, il-konjuġi jiret terz mill-patrimonju flimkien mal-legat preferenzjali konċess mil-liġi li jintitolah għall-oġġetti tad-dar. Żewġ terzi tal-patrimonju jinqasam b'mod ugwali bejn it-tfal tal-persuna deċeduta (l-Artikolu 757 tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali Awstrijak).

Sħab irreġistrati għandhom l-istess drittijiet bħall-miżżewġin (l-Artikolu 537a tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali Awstrijak). Nota: L-istituzzjoni tas-"sħubija rreġistrata" hija miftuħa biss għal persuni tal-istess sess.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Il-Qorti Distrettwali (Bezirksgericht); il-kummissarju tal-qorti (nutar) huwa organu tal-qorti

L-awtorità li għandha ġuriżdizzjoni fis-suġġett u ż-żona ġeografika hija l-qorti distrettwali fejn kienet l-aħħar residenza legali tal-persuna deċeduta (l-aħħar abitazzjoni, post tar-residenza abitwali) (l-Artikolu 105 tal-Liġi Awstrijaka dwar il-Ġuriżdizzjoni tal-Qrati (Jurisdiktionsnorm – JN) u l-Artikoli 65 u 66 tal-Liġi Awstrijaka dwar il-Ġuriżdizzjoni tal-Qrati). Għall-finijiet tat-twettiq tal-proċess, il-qorti distrettwali tuża s-servizzi ta' nutar li jaġixxi fil-kapaċità ta' kummissarju tal-qrati (l-Artikolu 1 tal-Att dwar il-Kummissarju tal-Qrati (Gerichtskommissärsgesetz, GKG).

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

Il-Qorti Distrettwali; il-kummissarju tal-qorti (nutar) huwa organu tal-qorti

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

Il-Qorti Distrettwali; il-kummissarju tal-qorti (nutar) huwa organu tal-qorti

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Il-Qorti Distrettwali; il-kummissarju tal-qorti (nutar) huwa organu tal-qorti

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Il-proċess tal-wirt (jew "il-proċedimenti tas-suċċessjoni" (Verlassenschaftsverfahren)) jibda mill-qorti distrettwali ladarba jitħabbar li l-wirt ikun sar dovut. Il-qorti distrettwali kompetenti hija dik tad-distrett fejn il-persuna deċeduta kellha l-aħħar post ta' abitazzjoni jew il-post tar-residenza abitwali tagħha. Il-proċedimenti jiġu ttrattati minn nutar fil-kapaċità tiegħu ta' kummissarju tal-qorti u jintemmu b'inġunzjoni.

Il-proċedimenti tas-suċċessjoni jridu jinfetħu uffiċjalment malli l-qorti ssir taf b'mewta (l-Artikolu 143(1) tal-Att dwar il-Proċedimenti mhux Kontenzjużi (Außerstreitgesetz, AußStrG)).

Il-kummissarju tal-qorti jidentifika l-werrieta bħala parti mill-proċedimenti ġudizzjarji tas-suċċessjoni (l-Artikolu 797 tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali Awstrijak).

Il-kummissarju tal-qorti (l-Artikolu 1(2), subparagrafu 2b u l-Artikolu 2(2) tal-Liġi dwar il-Kummissarji tal-Qorti) ifassal inventarju tal-patrimonju jekk tiġi ppreżentata aċċettazzjoni tal-wirt bil-kundizzjoni tal-benefiċċju tal-inventarju [li tillimita r-responsabilità tal-werriet għall-valur tal-assi li jirċievu mill-patrimonju]; jekk ikun hemm persuni li jkunu intitolati għal sehem riżervat; jekk ikun hemm persuni taħt l-età jew li jistgħu jkunu jeħtieġu rappreżentanza legali għal raġunijiet oħra; jekk tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni biex il-wirt ikun segregat mill-assi tal-werriet; jekk ikun irid jiġi kkunsidrat il-wirt minn werriet sussegwenti jew jekk jiġi stabbilit fond testamentarju privat; jekk ikun hemm il-possibilità li l-wirt imur għand l-istat minħabba n-nuqqas ta' werrieta; jew jekk issir talba għalih minn persuna awtorizzata jew mill-kuratur tal-patrimonju (l-Artikolu 165 tal-Att dwar il-Proċedimenti mhux Kontenzjużi).

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Ħadd ma jista' jieħu l-pussess tal-wirt minn jeddu. Minflok, trid tingħata uffiċjalment biex tkun legalment fil-pussess tal-werriet, proċess magħruf bħala "d-devoluzzjoni tal-proprjetà" ("Einantwortung") b'ordni tal-qorti tas-suċċessjoni (Abhandlungsgericht) (l-Artikolu 797 tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali Awstrijak u l-Artikolu 177 tal-Att dwar il-Proċedimenti mhux Kontenzjużi). Il-proprjetà tista' tiġi devoluta biss ladarba jitlestew il-proċedimenti ġudizzjarji tas-suċċessjoni u tkun ġiet ippreżentata dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni tal-wirt mill-persuni rilevanti bħala prova tad-dritt tagħhom li jirtu. Anke fil-każ ta' proprjetà immobbli, is-sjieda tiġi ttrasferita fil-mument tad-devoluzzjoni, jiġifieri qabel ma jiddaħħal l-ewwel sid fir-reġistru tal-artijiet. Madankollu, jekk il-werrieta jonqsu milli jibagħtu applikazzjoni għad-dħul fir-reġistru tal-artijiet fi żmien raġonevoli, il-kummissarju tal-qorti jkollu jibgħat l-applikazzjoni minflokhom.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Il-werrieta huma responsabbli mid-djun tal-persuna deċeduta mill-assi totali tagħhom. Madankollu, jekk isir l-inventarju, ikunu responsabbli biss sal-valur tal-wirt.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Id-dokument li juri t-titolu legali tal-akkwiżizzjoni jrid jiġi ppreżentat lill-qorti tar-reġistru tal-artijiet (Grundbuchsgericht). Il-werrieta jridu jippreżentaw l-ordni tad-devoluzzjoni u l-legatarji jridu jippreżentaw konferma uffiċjali. Barra minn hekk, jista' jkun hemm bżonn li jiġi ppreżentat ċertifikat li juri li l-ebda taxxa mhija dovuta u, skont il-liġi tal-provinċja kkonċernata, permess speċjali maħruġ skont il-leġiżlazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet tal-proprjetà immobbli kif ukoll – meta applikabbli – prova taċ-ċittadinanza tar-riċevitur.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Ma hemmx għalfejn jinħatar amministratur.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Werriet li jkun kapaċi biżżejjed li juri d-dritt tiegħu li jiret mal-aċċettazzjoni tal-wirt, huwa intitolat juża u jamministra l-assi li jkun wiret u jirrappreżenta l-wirt, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mill-qorti tas-suċċessjoni (Verlassenschaftsgericht); meta dan japplika għal iktar minn parti waħda, il-partijiet kollha jeżerċitaw dan id-dritt konġuntament, sakemm huma ma jaqblux mod ieħor (l-Artikolu 810(1) tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali Awstrijak).

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

L-eżekutur għandu biss rwol sekondarju tul il-proċedimenti tas-suċċessjoni Awstrijaċi. Dan jiddependi minn kif il-qorti tittratta l-proċedimenti tas-suċċessjoni u l-pożizzjoni tal-kummissarju tal-qorti, li jiżgura li x-xewqat tal-persuna deċeduta jiġu implimentati. Skont l-Artikolu 816 tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali Awstrijak, il-persuna deċeduta tista' tuża dispożizzjoni testamentarja biex tagħti lil xi ħadd ir-responsabbiltà li jwettaq ix-xewqat finali tagħha. L-ambitu tad-dmirijiet tal-persuna huma ddefiniti mid-dispożizzjoni testamentarja u jistgħu jvarjaw mill-monitoraġġ ta' jekk il-werriet/legatarju jissodisfax ċerti kundizzjonijiet għad-distribuzzjoni korretta tal-patrimonju permezz tal-amministrazzjoni tal-patrimonju.

Jekk ikun hemm proċedimenti orali bħala parti mill-proċess ta' sejħa għall-kredituri tal-patrimonju (l-Artikoli 813 sa 815 tal-Kodiċi Ċivil Ġenerali Awstrijak), il-kummissarju tal-qorti jkollu jħabbar id-data ta' dawn il-proċedimenti kif ukoll isejjaħ lill-eżekutur (l-Artikolu 174 tal-Att dwar il-Proċedimenti mhux Kontenzjużi).

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Il-kummissarju tal-qorti, fuq talba, irid joħroġ konferma uffiċjali lill-benefiċjarji bħala prova tas-setgħa ta' rappreżentanza tagħhom (l-Artikolu 172 tal-Att dwar il-Proċedimenti mhux Kontenzjużi).

Ladarba l-werrieta u sehemhom ikunu ddeterminati b'mod definittiv u jkunu tressqu l-provi li r-rekwiżiti l-oħra jkunu ġew issodisfati, il-qorti trid tqassam il-wirt lill-werrieta (l-Artikolu 177 tal-Att dwar il-Proċedimenti mhux Kontenzjużi: l-ordni ta' devoluzzjoni). Kopja uffiċjali tal-ordni ta' devoluzzjoni b'ċertifikat tas-setgħa hija biżżejjed biex tiżblokka l-fondi miżmuma mill-istituzzjonijiet ta' kreditu (l-Artikolu 179 tal-Att dwar il-Proċedimenti mhux Kontenzjużi).

L-aħħar aġġornament: 16/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Informazzjoni ġenerali - Polonja

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Skont il-liġi Pollakka, it-trasferiment causa mortis jista' jiġi redatt biss fil-forma ta' testment. Madankollu, it-testmenti konġunti huma pprojbiti. Dawn il-forom ta' testmenti li ġejjin huma aċċettati:

  • testment olografiku li jinkiteb kollu, jiġi ddatat u ffirmat mit-testatur;
  • testment notarili redatt minn nutar fil-forma ta' att notarili;
  • testment magħmul oralment fil-preżenza ta' żewġ xhieda quddiem sindku ta' muniċipalità (wójt) (sindku ta' belt żgħira (burmistrz) jew il-kap tal-amministrazzjoni tal-belt żgħira (prezydent miasta));
  • testment orali (li jista' jsir biss minn persuna li qiegħda tistenna li tmut b'mod imminenti, meta jkun impossibbli jew ferm diffiċli biex tagħmel testment bil-metodi deskritti hawn fuq) magħmul fil-preżenza ta' tliet xhieda.

Dwar dak li għandu x'jaqsam ma' ftehimiet ta' suċċessjoni, jiġu aċċettati biss ftehimiet dwar ir-rinunzja tas-suċċessjoni. Dan il-ftehim jista' jiġi konkluż mit-testatur futur u mill-werriet statutorju, u jeħtieġ il-forma ta' att notarili sabiex ikun validu.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Sabiex testment ikun validu ma hemmx għalfejn jiġi rreġistrat. It-testmenti redatti fil-forma ta' att notarili jew iddepożitati ma' nutar jistgħu jiġu rreġistrati mal-Kunsill Nazzjonali tan-Nutara (Krajowa Rada Notarialna).

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

L-ebda restrizzjoni fuq il-libertà ta' testatur sabiex isemmi werriet jew werrieta ma hija imposta mil-leġiżlazzjoni Pollakka. Id-dritt għas-sehem riżervat ukoll ma jillimitax il-libertà ta' testatur sabiex jiddisponi liberament mill-beni tiegħu, iżda jipproteġi l-interessi tal-qraba stretti u tal-konjuġi tat-testatur, li huma intitolati għall-pagament ta' somma speċifika ta' flus.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Ir-regoli li ġejjin japplikaw fin-nuqqas ta' testment:

Jekk il-mejjet ma kienx miżżewweġ u ma kellux tfal, jirtu l-ġenituri tiegħu. Jekk wieħed mill-ġenituri jkun mejjet fi żmien il-ftuħ tas-suċċessjoni, sehem dan il-ġenitur jinqasam b'mod ugwali fost l-aħwa tat-testatur. Jekk wieħed mill-aħwa tat-testatur imut qabel ma tinfetaħ is-suċċessjoni u jħalli xi dixxendenti, sehmu jinqasam b'mod ugwali bejn id-dixxendenti. Jekk ma jkunx hemm aħwa jew id-dixxendenti tagħhom, il-wirt kollu jinqsam b'mod ugwali bejn in-nanniet tat-testatur. Jekk wieħed min-nanniet jkun mejjet fi żmien il-ftuħ tas-suċċessjoni, sehem dan in-nannu jew in-nanna jintiret mid-dixxendenti tiegħu jew tagħha. Jekk nannu jew nanna li jkun miet / tkun mietet qabel ma tinfetaħ is-suċċessjoni ma jkollux / ma jkollhiex dixxendenti, sehmu / sehemha jinqasam b'mod ugwali bejn in-nanniet l-oħra. Jekk ma jkunx hemm qraba intitolati biex jirċievu l-wirt skont il-liġi, il-wirt imur fil-muniċipalità tal-aħħar residenza tat-testatur. Jekk ikun impossibbli li jiġi ddeterminat fejn it-testatur irrisjeda l-aħħar fil-Polonja jew jekk it-testatur irrisjediex barra mill-pajjiż, il-wirt imur għand it-Teżor tal-Istat.

Jekk il-mejjet ma kienx miżżewweġ u kellu t-tfal, dawn it-tfal biss jirtu.

Jekk il-mejjet iħalli konjuġi, dan il-konjuġi jsir l-uniku werriet jekk ma jkunx hemm dixxendenti, ġenituri, aħwa jew dixxendenti tal-aħwa.

Jekk il-mejjet iħalli warajh konjuġi u tfal, il-wirt jinqasam b'mod ugwali bejniethom. Madankollu, il-konjuġi ma jistax jirċievi anqas minn kwart tal-wirt. Jekk il-mejjet iħalli konjuġi li miegħu jew magħha kellu stabbilita proprjetà konġunta statutorja, il-konjuġi susperstiti jirċievi nofs il-propjeta konġunta għat-temma tal-proprjetà konġunta, filwaqt li n-nofs l-ieħor ikun jifformma l-parti tal-wirt tad-de cujus.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Applikant għandu jmur għand in-nutar jew il-qorti li kellhom ġuriżdizzjoni fuq l-aħħar post tar-residenza tat-testatur.

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

Dikjarazzjonijiet dwar ir-rinunzja jew l-aċċettazzjoni tal-wirt jitressqu quddiem il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza jew tal-permanenza tal-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni, jew quddiem nutar. Fil-każ ta' persuni li jirrisjedu barra mill-pajjiż, dawn id-dikjarazzjonijiet jistgħu jiġu riċevuti mill-konsli.

L-awtoritajiet speċifikati fil-mistoqsija preċedenti.

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Ma hemmx riżervi fil-liġi Pollakka. Madankollu, jista' jintalab il-pagament ta' sehem riżervat tal-patrimonju, jiġifieri ta' ammont ta' flus adegwat. Id-dikjarazzjonijiet dwar ir-rinunzja jew l-aċċettazzjoni ta' sehem riżervat tal-patrimonju ma jiġux ippreżentati.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Il-persuna li tixtieq takkwista dokument li jikkonferma l-istatus tagħha bħala werrieta tista' tippreżenta rikors għal dikjarazzjoni mill-qorti biex tikseb il-wirt, jew tikseb att irreġistrat mingħand nutar li jikkonferma d-dritt li tikseb il-wirt. Jekk ikun hemm diversi werrieta, il-patrimonju jista' jiġi diviż fuq it-talba tagħhom, mill-qorti bi proċeduri għall-qsim tal-patrimonju jew minn nutar skont ftehim għall-qsim tal-patrimonju fil-forma ta' att notarili.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Persuna ssir rispettivament werrieta jew legatarja mal-ftuħ skont il-liġi tas-suċċessjoni (madankollu, is-suċċessjoni tista' tiġi rrinunzjata).

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Fil-prinċipju, werriet għandu responsabbiltà mhux limitata għad-djun tal-mejjet. Werriet jista' jillimita r-responsabbiltà tieħu f'dan ir-rigward billi jaċċetta l-wirt taħt il-benefiċċju tal-inventarju. F'dan il-każ, werriet għandu jagħmel id-dikjarazzjoni adattata quddiem nutar jew il-qorti kompetenti fi żmien sitt xhur mid-data li fiha huwa jkollu konjizzjoni tal-wirt. Il-werrieta huma konġuntement responsabbli għad-djun tal-mejjet.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Sabiex il-propjetà immobbli li tkun tagħmel parti minn wirt tiddaħħal fir-reġistru tal-artijiet jew tal-ipoteki, il-werriet irid bħala regola jippreżenta d-dokumenti li jikkonfermaw l-istatus tiegħu bħala werriet, jiġifieri dikjarazzjoni tal-qorti li tikkonferma l-ksib tal-wirt jew ċertifikat notarili tas-suċċessjoni.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

L-ewwel nett, skont il-liġi Pollakka, amministratur tal-patrimonju jista' jinħatar ex officio jew fuq talba meta, għal xi raġuni, ikun hemm riskju li l-patrimonju ma jinqasamx kif intiż. Għal dan l-għan, il-parti interessata għandha tippreżenta rikors lill-qorti li jkollha l-ġuriżdizjoni fuq il-beni tat-testatur sabiex turi li hija werrieta jew legatarja, jew li hija intitolata għal sehem riżervat tal-patrimonju. Rikors jista' jiġi wkoll ippreżentat mill-eżekutur testamentarju, mill-koproprjetarju tal-beni, minn persuna intitolata konġuntement għad-drittijiet ta' testatur, minn kreditur bi prova bil-miktub dwar dejn mit-testatur, jew mill-uffiċċju tat-taxxa.

It-tieni, fil-każ ta' wirt li ma ssirx talba għalih, il-qorti taħtar ex officio jew fuq talba, amministratur tal-patrimonju.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Fil-wirt tiegħu, testatur jista' jaħtar lill-eżekutur li jamministra l-patrimonju, wara l-mewt tat-testatur.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

L-eżekutur testamentarju għandu jamministra l-patrimonju, iħallas id-djun tas-suċċessjoni, b'mod partikolari jeżegwixxi legati u istruzzjonijiet u sussegwentement iqassam il-patrimonju lill-werrieta skont it-testment u l-leġiżlazzjoni relevanti u, f'kull każ, immedjatament wara l-qsim tal-patrimonju.

L-eżekutur jista' jfittex u jiġi mfittex għal kwistjonijiet li jqumu dwar l-amministrazzjoni tal-patrimonju, għal parti minnu organizzata jew għal element essenzjali speċifiku. Huwa jista' jibda kawżi quddiem il-qrati fi kwistjonijiet dwar drittijiet marbutin mal-wirt, u jista' jiġi mfittex dwar kwistjonijiet marbutin mad-djun tas-suċċessjoni

L-eżekutur għandu wkoll joħroġ is-suġġett ta' legat speċifiku lill-persuna li saritilha dan il-legat.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Persuna li hija l-werriet statutorju trid tippreżenta kopji tad-dokumenti xierqa tal-istatus ċivili sabiex turi r-relazzjoni tagħha mal-mejjet (pereż: iċ-ċertifikat tat-twelid, iċ-ċertifikat taż-żwieġ). Werriet jew legatarju għandu jippreżenta testment sabiex juri d-drittijiet tiegħu għall-wirt.

L-aħħar aġġornament: 20/05/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni ġenerali - Portugall

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Id-dispożizzjonijiet ta' proprjetà fuq mewt jistgħu jieħdu żewġ forom: (i) it-testment; (ii) il-kuntratt.

(i) It-testment

Testment huwa strument personali li ma jistax jiġi stabbilit minn rappreżentant.

It-testmenti konġunti, jiġifieri dawk magħmula minn żewġ jew tliet persuni fl-istess dokument, jew għall-benefiċċju ta' parti terza jew għall-benefiċċju reċiproku tagħhom, mhumiex permessi.

Testment jikkonsisti f'dikjarazzjoni ta' intenzjoni minn persuna waħedha li ma għandhiex bżonn tiġi indirizzata jew miġjuba għall-attenzjoni ta' persuna partikolari. Dan huwa liberament revokabbli u l-assi jiġu trasferiti lill-eredi jew lill-legatarji wara l-mewt tat-testatur.

Jeżistu tipi standard u speċjali ta' testment.

It-tipi standard ta' testment huma: testmenti pubbliċi (testamento público) u magħluqin (testamento cerrado).

Testment pubbliku jiġi mfassal minn nutar fir-reġistru tiegħu jew tagħha.

Testment magħluq huwa mfassal u ffirmat mit-testatur jew minn persuna oħra fuq talba tat-testatur, iżda jrid jiġi approvat minn nutar. Dan irid jinżamm mit-testatur jew minn parti terza jew jista' jiġi ffajljat man-nutar. Persuna fil-pussess ta' testment magħluq trid tippreżentah fi tliet ijiem mid-data li fiha hija saret taf bil-mewt tat-testatur, u fin-nuqqas ta' dan hija tkun responsabbli għal kull telf jew dannu kkawżat, u jekk hija werrieta tista' titlef il-kapaċità li tiret minħabba l-iżkwalifika abbażi tal-kondotta tagħha.

Il-liġi tipprovdi għat-tipi segwenti ta' testment speċjali: testmenti militari, testmenti magħmula fuq bastiment, testmenti magħmula fuq ajruplan, testmenti magħmula f'każ ta' diżastru. Testment jista' isir biss f'waħda minn dawn il-forom speċjali fl-eventwalità ta' xi ċirkustanzi eċċezzjonali previsti mil-liġi. It-tali testmenti jkunu annullabbli xahrejn wara li tkun ġiet fit-tmiem tagħha l-kawża li pprekludiet lit-testatur milli jagħmel testment skont il-forom użwali.

Il-leġiżlazzjoni Portugiża tipprovdi wkoll għal forma speċjali ta' testment magħmul minn ċittadin Portugiż barra mill-pajjiż skont il-liġi barranija. Dan jieħu effett fil-Portugall jekk dan isir jew jiġi approvat b'mod formali.

(ii) Il-kuntratt

Is-sistema legali Portugiża taċċetta wirt permezz ta' kuntratt fuq bażi eċċezzjonali. Dan jista' iseħħ permezz ta' ftehim dwar wirt jew donazzjonijiet għas-superstiti f'każ ta' żwieġ, li jidħol fis-seħħ mal-mewt tad-donatur. Sabiex ikunu validi, kemm il-ftehim dwar il-wirt u kif ukoll id-donazzjoni għas-superstiti f'każ ta' żwieġ iridu jissemmew fil-kuntratt taż-żwieġ.

Madankollu, is-suċċessjoni permezz ta' kuntratt hija pprojbita bħala regola ġenerali. Il-ftehimiet dwar is-suċċessjoni huma għalhekk ipprojbiti bħala regola, u jekk isiru xorta waħda dawn ikunu invalidi. Id-donazzjonijiet f'każ ta' mewt huma pprojbiti wkoll, iżda minflok ikunu invalidi dawn isiru dispożizzjonijiet testamentarji bis-saħħa tal-liġi u huma liberament revokabbli.

Hemm żewġ tipi ta' ftehim dwar is-suċċessjoni li l-validità tagħhom hija rikonoxxuta eċċezzjonalment mil-liġi: (a) il-ħatra ta' werriet jew legatarju għall-benefiċċju ta' wieħed mill-konjuġi, mill-konjuġi l-ieħor jew minn parti terza; (b) il-ħatra ta' werriet jew legatarju għall-benefiċċju ta' parti terza minn wieħed mill-konjuġi. Id-distinzjoni bejn werriet u legatarju hija spjegata f'risposta għad-domanda "Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?"

Il-ftehimiet ta' suċċessjoni validi jidħlu fis-seħħ biss mal-mewt tat-testatur. Madankollu, il-ftehim riferut fil-punt (a) iktar 'il fuq, ma jistax jiġi revokat b'mod unilaterali wara li jkun ġie aċċettat, u waqt li t-testatur ikun għadu ħaj huwa ma jistax jippreġudika l-benefiċjarju permezz ta' donazzjonijiet. Il-ftehim ta' suċċessjoni riferut fil-punt (b) aktar 'il fuq huwa revokabbli liberament jekk il-parti terza ma kinitx involuta fil-kuntratt ta’ żwieġ bħala parti li aċċettat.

Barra minn dawn iż-żewġ tipi ta' ftehim ta' suċċessjoni, il-liġi taċċetta l-validità tad-donazzjonijiet lis-superstiti fiż-żwieġ. Dawn jingħataw fil-kuntest ta' żwieġ, lil wieħed mill-konjuġi, mill-konjuġi l-ieħor jew minn parti terza. Id-donazzjoni lis-superstiti fi żwieġ hija suġġetta għar-reġim ta' ftehim ta' suċċessjoni u trid tiġi prevista fil-kuntratt ta’ żwieġ.

N.B:

Il-liġi Portugiża tipprevedi żewġ tipi ta' suċċessjoni. Waħda hija suċċessjoni volontarja - permezz ta' testment jew kuntratt - riferuta f'din ir-risposta. L-oħra hija s-suċċessjoni legali - tal-leġittima jew obbligatorja - li tissemma fir-risposti għad-domandi "Jeżistu restrizzjonijiet fuq il-libertà għat-trasferiment ta' proprjetà mal-mewt (pereż. sehem riżervat)?" u "Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni causa mortis mal-mewt, min jiret u kemm?"

Is-suċċessjoni volontarja hija r-riżultat ta' att ta' volontà fuq in-naħa tat-testatur, bħal fil-każ ta' testmenti jew ta' kuntratti.

Is-suċċessjoni legali hija aċċettata mil-liġi. Din hija magħrufa bħala suċċessjoni tal-porzjon riżervat (sucessão legitimária) meta din tkun determinata direttament mil-liġi u ma tistax tiġi evitata permezz tal-volontajiet tat-testatur. Din hija magħrufa bħala s-suċċessjoni ereditarja (sucessão legítima) meta din tkun determinata mil-liġi iżda tista' tiġi evitata permezz tal-volontajiet tat-testatur.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Bħala regola, id-dispożizzjonijiet ma għandhomx bżonn ikunu reġistrati.

Madankollu, diversi eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju huma ripetuti f'numru ta' dispożizzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet causa mortis iridu jiġu reġistrati, per eżempju, fil-każijiet segwenti: (i) dispożizzjoni testamentarja preferenzjali li għandha effett sħiħ; (ii) l-istabbiliment ta' reġim ta' esklussività u l-modifiki tiegħu; (iii) l-obbligu ta' tnaqqis ta' donazzjonijiet suġġetti għall-kollazzjoni; (iv) il-kuntratti ta’ żwieġ.

Fil-każijiet indikati fil-punti (i), (ii) u (iii) aktar 'il fuq, ir-reġistrazzjoni trid issir fil-Conservatórias do Registo Predial (ir-Reġistru tal-Artijiet) mill-pretendenti jew intimati fir-relazzjoni legali, persuni li għandhom xi interess fir-reġistrazzjoni jew persuni li huma obbligati li jippromwovu r-reġistrazzjoni skont il-liġi (reġistrazzjoni ex ufficio promossa f'xi każijiet mill-qrati, mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jew ir-reġistratur innifsu). Ir-reġistrazzjoni hija stabbilita permezz ta' deskrizzjoni tal-proprjetà, deskrizzjoni tal-fatti u tal-kummenti rispettivi u tal-annotazzjoni ta' ċerti ċirkustanzi.

Fil-każ indikat fil-punt (iv), ir-reġistrazzjoni hija stabbilita fir-Reġistru tal-Artijiet, permezz ta' annotazzjoni jew reġistrazzjoni ta' dikjarazzjoni tal-partijiet. F'dan il-każ, il-persuni li huma direttament ikkonċernati minn dan il-fatt jew li l-kunsens tagħhom huwa meħtieġ jistgħu jkunu partijiet għar-reġistrazzjoni.

N.B:

Ir-reġim ta' esklussività jinvolvi d-dritt tal-armel jew armla għall-manteniment mill-fondi li jkun ħalla d-decujus.

Il-kollazzjoni tinvolvi r-restituzzjoni tal-parti l-kbira tas-suċċessjoni mid-dixxendenti li jisperaw jirtu l-assijiet jew l-oġġetti ta’ valur minn axxendent.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Iva, skont il-leġiżlazzjoni Portugiża l-porzjon riżervat hija restrizzjoni għal-libertà ta' dispożizzjoni causa mortis. Il-porzjon riżervat huwa l-porzjon ta' assijiet li t-testatur ma jistax jiddisponi minnhom billi dan huwa assenjat bil-liġi għall-persuni intitolati għal sehem riżervat. Din hija magħrufa bħala suċċessjoni obbligatorja, li hija forma ta' suċċessjoni legali li ma tistax tiġi evitata permezz tal-volontajiet tat-testatur.

Il-persuni intitolati għal sehem riżervat huma l-konjuġi, id-dixxendenti u l-axxendenti. Il-konjuġi u d-dixxendenti jifformaw l-ewwel kategorija ta' suċċessuri. Fin-nuqqas ta' dixxendenti, il-konjuġi u l-axxendenti jkunu l-eredi.

Ir-regoli dwar l-assijiet li t-testatur ma jistax jiddisponi minnhom (porzjon riżervat) huma s-segwenti:

  • il-porzjon riżervat tal-konjuġi u tat-tfal huwa żewġ terzi tal-wirt;
  • jekk it-testatur ma jħallix dixxendenti jew axxendenti, il-porzjon riżervat tal-konjuġi huwa nofs il-wirt;
  • jekk it-testatur ma jħallix konjuġi iżda jħalli t-tfal, il-porzjon riżervat ikun nofs il-wirt jekk ikun hemm wild uniku u żewġ terzi tal-wirt jekk hemm żewġt itfal jew aktar;
  • il-porzjon riżervat ta' dixxendenti fit-tieni grad jew fi grad aktar imbiegħed huwa s-sehem li jmur għall-axxendent tagħhom;
  • fin-nuqqas ta' dixxendenti, il-porzjon riżervat tal-konjuġi u tal-axxendenti huwa żewġ terzi tal-wirt;
  • fin-nuqqas ta' dixxendenti jew konjuġi superstiti, il-porzjon riżervat tal-ġenituri huwa nofs il-wirt; jekk xi axxendenti fit-tieni grad jew fi grad aktar imbiegħed jinħatru bħala werrieta, il-porzjon riżervat tagħhom ikun terz tal-wirt.

N.B:

Il-konjuġi ma jinħatarx bħala werriet jekk fid-data tal-mewt tad-de cujus hija tkun divorzjata jew legalment separata permezz ta' deċiżjoni finali jew permezz ta' sentenza li għandha ssir finali. Meta l-proċedimenti ta' divorzju jew separazzjoni legali huma pendenti fid-data tal-mewt tad-de cujus, il-benefiċjarji jistgħu jkomplu t-tali proċedimenti għall-konsegwenzi patrimonjali. F'dan il-każ, jekk id-divorzju jew is-separazzjoni jiġu sussegwentement deċiżi l-konjuġi ma jinħatarx bħala benefiċjarju.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Jekk il-mejjet ma għamilx dispożizzjoni valida u effettiva tal-proprjetà totali jew ta' parti mill-proprjetà li għandha tintiret wara l-mewt tiegħu, il-persuni intitolati għal sehem riżervat jinħatru bħala suċċessuri. Din hija magħrufa bħala suċċessjoni obbligatorja, li hija forma ta' suċċessjoni legali li ma tistax tiġi evitata permezz tal-volontajiet tat-testatur.

Il-persuna intitolata għal sehem riżervat huma l-konjuġi, il-qraba u l-istat, fl-ordni segwenti: a) il-konjuġi u d-dixxendenti; b) il-konjuġi u l-axxendenti; c) l-aħwa u d-dixxendenti tagħhom; d) qraba kollaterali oħra sar-raba' grad; e) l-istat.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

Il-kompetenza fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni tiddependi fuq jekk is-suċċessjoni hijiex ikkontestata (aċċettazzjoni taħt il-benefiċċju tal-inventarju) jew le (aċċettazzjoni pura u sempliċi).

In-nutara huma kompetenti fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni kkontestata. In-nutara u r-reġistraturi huma kompetenti fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni mhux ikkontestata. Huma kompetenti sabiex jagħtu s-setgħa lill-werrieta li jwettqu l-qsim rispettiv. Bl-awtentikazzjoni ta' dokument privat, l-avukati jistgħu jaqsmu l-patrimonji iżda mhumiex kompetenti biex jipproduċu atti ta' eredità.

In-nutara u r-reġistraturi huma kompetenti  biex jipproduċu atti ta' eredità billi jikkonfermaw l-identità tal-persuni maħtura għas-suċċessjoni, filwaqt f'xi każijiet ikun applikabbli kuntratt ta’ żwieġ għal dak li jirrigwarda l-proprjetà jew testment.

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Fil-każ ta' wirt ikkontestat, in-nutara tad-dritt ċivili fil-muniċipalitajiet fejn infetħu s-suċċessjonijiet kienu kompetenti biex jibdew proċedura ta' inventarju mit-2 ta' Settembru 2013. Dawn il-proċeduri huma finalment sottomessi lill-qrati sabiex l-imħallef jirratifika d-deċiżjoni dwar id-diviżjoni.

Il-post ta' ftuħ tas-suċċessjoni huwa l-post tal-aħħar domiċilju tad-de cujus.

Jekk dan l-indirizz kien barra mill-Portugall iżda l-proprjetà kienet għadha fil-Portugall, ikun kompetenti n-nutar tal-gvern tal-muniċipalità fejn hemm l-assi fissi jew il-biċċa l-kbira minnhom. Jekk mhemmx assi fissi, in-nutar tal-gvern tal-muniċipalità li fiha hemm il-biċċa l-kbira tal-beni mobbli jkun kompetenti.

Jekk l-aħħar domiċilju tad-de cujus kien barra mill-Portugall u huwa ma ħalliex assijiet fil-Portugall, in-nutar tal-gvern tad-domiċilju tal-parti li tawtorizza l-proċedura jkun kompetenti.

F'każ ta' aċċettazzjoni pura u sempliċi tas-suċċessjoni, ma jeħtieġ ebda inventarju. F'dan il-każ, il-likwidazzjoni u l-qsim tas-suċċessjoni jitwettqu bi qbil reċiproku bejn il-werrieta u l-legatarji, mingħajr ebda obbligu għall-ftuħ ta' proċeduri quddiem nutar jew qorti.

Meta patrimonju jiġi dikjarat vakanti affavur tal-istat, il-proċedura speċjali għal-likwidazzjoni tas-suċċessjoni għall-benefiċċju tal-istat ikollha lok quddiem il-qorti.

Jekk is-suċċessjoni mhijiex ikkontestata, in-nutara tal-gvern, l-uffiċċji tal-insinwa u r-reġistri tal-artijiet ikunu kompetenti, mingħajr ebda ġuriżdizzjoni territorjali. Il-partijiet ikkonċernati jistgħu sussegwentement iwettqu l-atti fl-istituzzjoni tal-għażla tagħhom, mingħajr restrizzjonijiet territorjali.

Bl-istess mod u kif iddikjarat iktar 'il fuq, jista' jingħata lok għall-qsim tal-patrimonji quddiem kull avukat fil-pajjiż, sakemm dan isir skont it-termini stabbiliti (mill-uffiċċji tar-reġistri jew minn nutara).

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Fir-rigward tal-awtorità kompetenti biex tirċievi dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni jew ta' rinunzja tas-suċċessjoni, mhemm ebda differenzi sostanzjali bejn legat u wirt jew bejn suċċessjoni legali jew volontarja. Ir-risposta għal dawn it-tliet domandi hija għalhekk l-istess.

Jekk is-suċċessjoni ġiet aċċettata taħt il-benefiċċju tal-inventarju, id-dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ssir matul il-proċedura tal-inventarju li għandha lok fl-uffiċċju tan-nutar kompetenti. F'dan il-każ, in-nutar huwa l-awtorità li jirċievi d-dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni.

L-aċċettazzjoni tas-suċċessjoni taħt il-benefiċċju tal-inventarju tiġi żgurata billi jintalab l-inventarju jew billi wieħed jintervjeni fih.

Tip ieħor ta' aċċettazzjoni ta' suċċessjoni hija l-aċċettazzjoni pura u sempliċi, meta s-suċċessjoni tiġi aċċettata u maqsuma mingħajr il-bżonn ta' proċeduri tal-inventarju.

Ir-regoli dwar l-aċċettazzjoni tas-suċċessjoni japplikaw ukoll għall-aċċettazzjoni ta' legat. Id-distinzjoni bejn wirt u legat hija stabbilita fir-risposta għad-domanda segwenti.

Jekk tinfetaħ proċedura ta' inventarju, id-dikjarazzjoni ta' rinunzja trid issir waqt il-proċedura tal-inventarju jew tiġi mehmuża fil-fajl. F'dan il-każ, in-nutar huwa l-awtorità kompetenti li jirċievi d-dikjarazzjoni ta' rinunzja.

Ir-rinunzja trid tieħu waħda mill-forom segwenti: att pubbliku jew att privat awtentikat jekk jeżistu xi assi li għat-trasferiment tagħhom il-liġi teżiġi xi waħda minn dawn il-forom; dokument privat f'każijiet oħrajn.

L-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja ta' wirt jew ta' legat hija tranżazzjoni legali li ma tistax tiġi rinnegata, jiġifieri t-tnejn li huma jsiru permezz ta' dikjarazzjoni mill-werriet li ma għandhiex bżonn tiġi indirizzata jew miġjuba għall-attenzjoni ta' persuna partikolari.

Jekk il-patrimonju huwa sottostanti, il-partijiet interessati jew l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jistgħu jitolbu lill-qorti sabiex jinnotifikaw lill-werriet sabiex jaċċetta jew jirrinunzja għall-wirt. F'dan il-każ, il-qorti tirċievi d-dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni. Il-patrimonju jkun meqjus li huwa sottostanti waqt il-perjodu li fih dan ma jkunx għadu ġie aċċettat jew iddikjarat bħala vakanti affavur tal-Istat.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Il-proċedura tiddependi fuq jekk is-suċċessjoni hijiex kontestata jew le.

SUĊĊESSJONI KONTESTATA

L-għan tal-proċedura ta' inventarju huwa:  biex jinqasam il-patrimonju sabiex tintemm il-koproprjetà; biex jelenka l-assi tal-patrimonju jekk il-qsim mhuwiex meħtieġ; biex jillikwida l-patrimonju jekk meħtieġ.

Il-proċedura ta' inventarju ssir f'uffiċċju ta' nutar tal-gvern taħt ir-responsabbiltà tan-nutar. L-intervent tal-qorti huwa limitat bħala regola għall-istadju finali tal-proċedimenti, li fih il-qorti ċivili b'ġuriżdizzjoni territorjali tirratifika d-diviżjoni. Madankollu, il-qorti tista' tintervjeni fl-istadju inizjali tal-proċedimenti sabiex taħtar il-kap tal-familja meta l-persuni kollha previsti mil-liġi biex iwettqu dak ir-rwol ġew skużati jew tneħħew minn dan ir-rwol.

Ir-rappreżentanza legali hija obbligatorja biss jekk iqumu jew jiġu diskussi kwistjonijiet legali jew jekk isir appell.

Il-proċedura ta' inventarju tinvolvi l-istadji segwenti: (i) it-talba inizjali u d-dikjarazzjonijiet tal-kap tal-familja; (ii) in-notifika ta' dokumenti; (iii) l-oġġezzjonijiet; (iv) ir-risposti tal-kap tal-familja; (v) id-dejn; (vi) laqgħa preparatorja; (vii) laqgħa tal-partijiet interessati; (viii) l-istabbiliment ta' porzjon tal-beni li t-testatur jista' jiddisponi minnu; (ix) id-diviżjoni; (x) il-modifika u l-annullament tad-diviżjoni.

L-istadji proċedurali hawn fuq huma msemmija aktar 'l isfel.

(i) it-talba inizjali u d-dikjarazzjonijiet tal-kap tal-familja;

Il-proċedimenti tal-inventarju ma jinbdewx mill-qorti ex ufficio. Il-partijiet b'interess dirett fid-diviżjoni jew il-ġenituri, tutur jew kuratur, kif applikabbli, jistgħu jitolbu għal proċeduri ta' inventarju jekk is-suċċessjoni hija pprojbita għall-minuri jew għal dawk iddikjarati bħala inkompetenti jew għal persuni assenti u li ma jistgħux jinstabu.

Il-persuna li titlob għall-proċeduri ta' inventarju trid tehmeż iċ-ċertifikat tal-mewt tad-de cujus u tindika min għandu jwettaq ir-rwol ta' kap tal-familja.

In-nutar jaħtar il-kap tal-familja u jħarrku sabiex huwa jagħmel dikjarazzjonijiet li fihom huwa jippreżenta t-testment, il-ftehimiet ta' suċċessjoni, il-kuntratti ta’ żwieġ u l-atti ta' donazzjoni, jekk ikun il-każ, jindika l-werrieta u / jew il-legatarji, jippreżenta l-lista tal-assi u l-valur tagħhom, flimkien mad-dokumenti mitluba sabiex jiġi ddeterminat l-istatus legali tal-assi, u jelenka d-dejn tal-patrimonju separatament.

(ii) In-notifika ta' dokumenti

In-nutar jinnotifika lill-partijiet direttament interessati fid-diviżjoni u l-kredituri tal-patrimonju. Jekk ikun hemm persuni intitolati għal sehem riżervat, dawn jiġu nnotifikati wkoll.

(iii) L-oġġezzjonijiet

Il-partijiet direttament interessati mid-diviżjoni jistgħu joġġezzjonaw għas-suċċessjoni, jikkontestawha jew jippreżentaw talba f'dan ir-rigward.

(iv) Ir-risposti tal-kap tal-familja

Il-kwistjonijiet mqajma fl-istadju preċedenti huma riżolti wara konsultazzjoni mal-kap tal-familja. Il-kumplament tal-partijiet interessati jistgħu wkoll jinstemgħu u tista' tintalab il-produzzjoni tal-evidenza. Meta l-kumplessità tad-domandi tikkawża dewmien fil-likwidazzjoni tal-pretensjonijiet fi proċeduri tal-inventarju, in-nutar jirreferi lill-partijiet interessati għall-proċedimenti ġudizzjarji konvenzjonali.

(v) Id-dejn

Il-proċedura riferuta fil-punti (iii) u (iv) tkun applikabbli jekk tiġi miċħuda pretensjoni ta' suċċessjoni mill-allegat debitur.

(vi) Il-laqgħa preparatorja

Ladarba xi kwistjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw il-kondiviżjoni tal-patrimonju jkunu ġew riżolti, in-nutar jiffissa data għal-laqgħa preparatorja. F'din il-laqgħa, il-partijiet interessati jieħdu deċiżjonijiet b'maġġoranza ta' żewġ terzi dwar il-kompożizzjoni tal-ishma. Il-partijiet interessati jieħdu deċiżjonijiet ukoll dwar l-approvazzjoni tad-dejn u l-mezzi għall-eżekuzzjoni tal-legati u piżijiet tal-patrimonju oħra. L-inventarju jista' jiġi konkluż fil-laqgħa preparatorja bi ftehim bejn il-partijiet.

(vii) Il-laqgħa tal-partijiet interessati

Jekk l-inventarju ikollu lok, tiġi ffissata data għal-laqgħa tal-partijiet interessati, li trid issir f' 20 jum mil-laqgħa preparatorja. L-għan tal-laqgħa huwa li jiġu allokati l-assi permezz ta' ittri siġillati jew proċedura nnegozjata.

(viii) L-istabbiliment ta' porzjon tal-beni li t-testatur jista' jiddisponi minnu;

F'każ ta' persuni intitolati għal sehem riżervat jew legatarji, tista' ssir talba għall-irkant u għall-istima ta' donazzjonijiet u legati jew għall-istima ta' assijiet oħra tal-patrimonju sabiex jiġi stabbilit jekk dawn jeċċedux il-porzjon tal-beni li t-testatur jista' jiddisponi minnu.

Jekk id-donazzjonijiet jew il-legati jeċċedu l-porzjon tal-beni li t-testatur jista' jiddisponi minnu, dawn iridu jiġu mnaqqsa.

Id-donazzjonijiet jew il-legati jeċċedu l-porzjon tal-beni li t-testatur jista' jiddisponi minnu meta dawn jaffettwaw il-porzjon riżervat tal-persuni intitolati għalih.

(ix) Id-diviżjoni

Wara li jinstemgħu l-avukati, in-nutar jordna li jiġi determinat kif l-assi għandhom jinqasmu qabel ma jħejji pjan tat-tqassim. Il-porzjonijiet huma mbagħad iddeterminati. In-nutar iħejji pjan tat-tqassim jekk ikun hemm wisq assijiet għall-irkant, donazzjonijiet jew legati jew jekk id-donazzjonijiet jew legati jeċċedu l-porzjon tal-beni li t-testatur jista' jiddisponi minnu. F'dan il-każ, il-partijiet interessati huma notifikati sabiex jitolbu l-ħlas ta' dejn marbut ma’ ddotar żejjed jew jitolbu għall-porzjon rispettiv fi flus; jew jekk jinqabeż il-porzjon tal-beni li t-testatur jista' jiddisponi minnu, jitolbu għat-tnaqqis tad-donazzjoni jew tal-legat. Il-partijiet interessati jistgħu jikkontestaw il-pjan tat-tqassim. In-nutar jiddeċiedi dwar dawn it-talbiet u jagħmel arranġamenti sabiex il-lottijiet jitilgħu bix-xorti, fejn ikun meħtieġ.

Fl-aħħar, il-proċedimenti huma rinvijati lill-qorti tad-distrett tal-uffiċċju tan-nutar fejn sar l-inventarju. L-mħallef kompetenti fil-qasam tal-liġi ċivili jagħti sentenza li tirratifika d-diviżjoni abbażi tal-estratt u tal-ittellar ta' lottijiet u l-partijiet interessati rispettivi jiġu kkundannati għall-ispejjeż.

Jista' isir appell mid-deċiżjoni li tirratifika d-diviżjoni.

(x) Il-modifika u l-annullament tad-diviżjoni.

Anki wara li d-deċiżjoni li tirratifika d-diviżjoni ssir definittiva, id-diviżjoni tista' tiġi modifikata jew annullata jekk jiġu sodisfatti xi kundizzjonijiet. Din tista' tiġi modifikata, pereżempju, bil-qbil tal-partijiet interessati kollha jew tista' tiġi annullata jekk werriet ikun ġie preġudikat.

SUĊĊESSJONI MHUX IKKONTESTATA

Il-parti interessata tista' tirriżolvi d-diversi problemi quddiem nutar jew reġistratur billi tuża sistema ta’ tieqa unika (single window) sabiex tiġġestixxi l-kwistjonijiet kollha dwar is-suċċessjoni, mill-awtorizzazzjoni sar-reġistrazzjoni finali tal-assi li jirriżultaw mid-diviżjoni.

L-awtorizzazzjoni u d-diviżjoni jistgħu għalhekk isiru quddiem waħda minn dawn l-istituzzjonijiet.

Wara li jkunu żguraw ruħhom mill-intitolament tagħhom bħala werrieta f'uffiċċju ta' nutar jew reġistru, il-partijiet interessati jistgħu jaqsmu l-assi tal-patrimonju permezz ta' dokument privat awtentikat quddiem avukat.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Il-werrieta jirtu l-patrimonju kollu jew parzjalment tad-de cujus, jiġifieri l-assi ereditarji mhumiex prestabbiliti.

Il-legatarji min-naħa l-oħra jirtu assijiet u oġġetti ta’ valur partikolari.

Fil-kuntest ta' suċċessjoni legali, l-eliġibbiltà tirriżulta mil-liġi. Fil-kuntest ta' suċċessjoni volontarja, l-eliġibbiltà tirriżulta minn dikjarazzjoni ta' volontà mit-testatur. Il-werrieta jistgħu jkollhom l-istatus ta' werrieta jew legatarji f'suċċessjoni legali jew volontarja.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Jekk il-patrimonju jiġi aċċettat taħt il-benefiċċju tal-inventarju, biss il-proprjetà elenkata fl-inventarju hija suġġetta għad-dejn tad-de cujus u għal piżijiet oħra fuq is-suċċessjoni, sakemm il-kredituri jew il-legatarji ma jipprovawx li jeżistu assi oħra. Jekk ikun hemm inventarju, l-oneru tal-provi li jeżistu t-tali assijiet huwa fuq il-kredituri jew il-legatarji.

F'każ ta' aċċettazzjoni pura u sempliċi, ir-responsabbiltà tad-dejn u tal-piżijiet oħra bl-istess mod ma jistax jeċċedi l-valur tal-assijiet li intirtu, iżda f'dan il-każ huma l-werrieta jew legatarji li għandhom jippruvaw li l-patrimonju ma jinkludix assijiet ta' valur li jkopru l-ħlas tad-dejn jew l-eżekuzzjoni tal-legati. F'dan il-każ, l-oneru tal-provi li ma jeżistux it-tali assijiet huwa fuq il-werrieta jew il-legatarji.

Il-patrimonju huwa mogħni bil-piżijiet segwenti: l-ispejjeż funerarji u spejjeż relatati tat-testatur; l-ispejjeż dwar l-eżekuzzjoni testamentarja u l-amministrazzjoni u l-likwidazzjoni tal-patrimonju; il-ħlas tad-dejn tad-de cujus; l-eżekuzzjoni tal-legati.

L-assijiet li intirtu konġuntament jirrispondu kollettivament għall-ħlas tal-ispejjeż imsemmija hawn fuq. Ladarba l-patrimonju jkun ġie maqsum, kull werriet huwa responsabbli biss għal ammont pro rata tas-sehem tagħhom mill-wirt.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Fir-risposta segwenti huma ppreżentati separatament id-dokumenti u l-informazzjoni mitluba għar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli, il-miżati li jridu jitħallsu u kif tista' tiġi ppreżentata t-talba għar-reġistrazzjoni (personalment, bil-posta jew onlajn).

Id-dokumenti u l-informazzjoni mitluba

It-talbiet għar-reġistrazzjoni ta' proprjetà immobbli jridu jidentifikaw l-applikant, il-fatti u l-proprjetajiet ikkonċernati u l-lista ta' dokumenti ta' prova.

Il-fatti biss imsemmija fid-dokumenti li jissostanzjawhom legalment jistgħu jiġu reġistrati.

Id-dokumenti f'lingwa barranija jistgħu jiġu aċċettati biss meta tradotti skont il-liġi, barra meta jkunu redatti bl-Ingliż, il-Franċiż jew l-Ispanjol u l-uffiċjal kompetenti għandu għarfien sew tal-lingwa kkonċernata.

Meta l-validità ta' talba għar-reġistrazzjoni trid tiġi evalwata abbażi ta' dritt barrani, l-applikant irid jipprova l-kontenut tagħha permezz ta' dokumenti neċessarji.

Jekk it-talba għar-reġistrazzjoni tikkonċerna bini li mhuwiex deskritt, trid tiġi mehmuża dikjarazzjoni addizzjonali li tindika l-isem, l-istatus u l-indirizz tal-proprjetarji immedjatament qabel iċ-ċedent u l-artikolu preċedenti tar-reġistru ta' proprjetà, sakemm l-applikant ma jiddikjarax fid-dikjarazzjoni għaliex dan mhuwiex magħruf.

Jekk ir-reġistrazzjoni tikkonċerna sehem fi proprjetà konġunta li ma ġietx deskritta, iridu jiġu ddikjarati wkoll l-isem, l-istatus u l-indirizz tal-koproprjetarji kollha.

Miżati li jridu jitħallsu

Il-miżata trid titħallas meta tiġi ppreżentata t-talba jew trid tintbagħat magħha. Il-miżata tikkorispondi għall-ammont probabbli totali li jkun pagabbli. Jekk din ma titħallasx meta tiġi ppreżentata t-talba għar-reġistrazzjoni, it-talba tista' tiġi miċħuda immedjatament.

Meta l-miżata ma tħallsitx u t-talba ma tkunx ġiet miċħuda, is-servizz ta' reġistrazzjoni jinnotifika lill-parti interessata bl-iskadenza għall-ħlas tal-ammont li ma tħallasx għax inkella r-reġistrazzjoni tiġi miċħuda.

L-istess proċedura hija segwita meta l-ammont inizjali mħallas mhuwiex biżżejjed u li l-ammont li jonqos ma ġiex imħallas.

It-talba għar-reġistrazzjoni li ssir personalment, bil-posta jew onlajn

It-talbiet għar-reġistrazzjoni ta' proprjetà immobbli tista' tiġi ppreżentata personalment, bil-posta jew onlajn.

It-talbiet għar-reġistrazzjoni li jiġu ppreżentati personalment u bil-posta jridu jkunu bil-miktub, skont il-forom approvati b'deċiżjoni tal-korp ta' tmexxija tal-Instituto dos Registos e do Notariado, I.P. [l-Istitut tar-Reġistri u n-Nutara]. Id-dokumenti li jissostanzjaw il-fatt li għandu jiġi rreġistrat u d-dikjarazzjonijiet addizzjonali fuq imsemmija, jekk ikun il-każ, iridu jiġu mehmuża magħhom.

Il-forom imsemmija fil-paragrafu preċedenti ma għandhomx jintużaw għal talbiet għar-reġistrazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet pubbliċi involuti bħala rikorrenti jew konvenuti f'atti mill-qrati, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, l-amministraturi tal-insolvenza jew l-aġenti tal-infurzar, kemm jekk jiġu ppreżentati personalment jew bil-posta.

It-talbiet magħmula mill-qrati, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, l-aġenti tal-infurzar jew il-marixxalli li jwettqu attivitajiet proprji ta' aġenti tal-infurzar u amministraturi tal-qorti għandhom preferibbilment jintbagħtu bil-posta elettronika u jkunu akkumpanjati mid-dokumenti meħtieġa għar-reġistrazzjoni, u kif ukoll l-ammonti pagabbli.

L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' proprjetà jistgħu jsiru onlajn fis-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.predialonline.mj.pt/. L-uniċi proċeduri li ma jistgħux jiġu reġistrati onlajn huma proċeduri li jiġġustifikaw, jirrettifikaw jew jikkontestaw id-deċiżjonijiet adottati mir-reġistratur.

Jeħtieġ ċertifikat elettroniku sabiex jintalbu atti ta' reġistrazzjoni ta' proprjetà onlajn. Iċ-ċittadini li huma detenturi ta' karta tal-identità Portugiża u li attivaw iċ-ċertifikat elettroniku tagħhom, l-avukati u n-nutara għandhom diġà dawn iċ-ċertifikati.

Il-ġestjonarji u d-diretturi ta' kumpaniji kummerċjali jew kumpaniji tal-liġi ċivili li għandhom forma kummerċjali jistgħu jattestjaw li d-dokumenti elettroniċi li huma ppreżentaw huma konformi mad-dokumenti stampati oriġinali meta huma jippreżentaw it-talbiet għar-reġistrazzjoni onlajn li fihom l-kumpaniji rispettivi huma partijiet interessati.

N.B:

Il-persuni u / jew l-entitajiet biss li l-liġi tikkunsidra bħala leġittimi jistgħu jippreżentaw talba għar-reġistrazzjoni ta' beni immobbli. Dawn il-persuni jew l-entitajiet huma identifikati iktar 'il fuq fir-risposta għad-domanda "Id-dispożizzjoni causa mortis għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?" fit-taqsima li tindika r-reġistrazzjonijiet li għandhom jiġu ppreżentati lir-Reġistru tal-Artijiet.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jekk il-proċeduri ta' inventarju huma meħtieġa. F'dan il-każ, huwa obbligatorju li jinħatar il-kap tal-familja li jkun inkarigat mill-amministrazzjoni tas-suċċessjoni. Il-persuna li titlob għall-inventarju tindika l-persuna li, skont il-liġi, teżerċita l-funzjonijiet ta' kap tal-familja. Dan isir skont il-forma użata għat-talbiet tal-inventarju.

Meta l-patrimonju huwa sottostanti, jista' ikun li ma hemm ħadd li huwa legalment intitolat sabiex jamministrah. F'dan il-każ, kull werriet jista' jieħu azzjoni biex jamministra s-suċċessjoni anki qabel din tkun aċċettata jew tiġi rrinunzjata. Jekk ikun hemm riskju ta' telf jew deterjorament tal-assi tal-patrimonju sottostanti, il-qrati jaħtru kuratur. Dan isir fuq it-talba tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jew ta' kull parti interessata oħra. Id-definizzjoni ta' patrimonju sottostanti diġà ngħatat fir-risposta għad-domanda “X'tip ta' awtorità hija kompetenti: (…) biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew ta' aċċettazzjoni?

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Il-kap tal-familja

Il-kap tal-familja huwa responsabbli bħala regola għall-amministrazzjoni tal-patrimonju sakemm dan jiġi llikwidat u maqsum.

Skont il-liġi, l-inkarigu ta' kap tal-familja jiġi ddelegat fl-ordni segwenti:

a) lill-konjuġi superstiti, li mhuwiex legalment isseparat, jekk huwa werriet jew għandu nofs mill-assijiet tal-koppja;

b) lill-eżekutur, sakemm jingħad mod ieħor mit-testatur;

c) lill-qraba li huma werrieta legali;

d) lill-legatarji testamentarji.

Jekk il-patrimonju kollu jinqasam bejn il-legatarji, il-legatarju l-aktar preferut jaġixxi bħala kap tal-familja u jissostitwixxi l-werrieta; f'ċirkustanzi ta' ugwalità, l-ixjaħ wieħed minnhom ikun il-preferut.

Hemm każijiet speċifiċi li fihom l-amministrazzjoni tal-assi kollha jew ta' parti mill-patrimonju jiġu fdati lill-eżekutur jew lill-fiduċjarju, kif jiġi spjegat hawn isfel.

L-eżekutur

Fil-każ ta' suċċessjoni testamentarja, it-testatur jista' jaħtar persuna waħda jew aktar li jkunu inkarigati sabiex jiżguraw li t-testment jiġi eżegwit fl-intier tiegħu jew parzjalment. Din hija magħrufa bħala eżekuzzjoni testamentarja. Il-persuna maħtura hija l-eżekutur.

It-trustee

Is-sostituzzjoni tat-trustee jew tal-fiduċjarju hija dispożizzjoni li permezz tagħha t-testatur jinkariga lill-werriet indikat sabiex jippreżerva l-wirt, b'tali mod li dan imur għall-benefiċċju ta' xi ħadd ieħor wara l-mewt tiegħu. Il-werriet li jingħata dan l-inkarigu jissejjaħ it-trustee. Il-benefiċjarju tas-sostituzzjoni huwa magħruf bħala l-werriet tal-fiduċjarju. It-trustee jibbenefika minn u jamministra l-assijiet suġġett għall-fedekommess.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Is-setgħat ta' kap tal-familja

Il-kap tal-familja jamministra l-assijiet tad-de cujus u, jekk dan tal-aħħar kien miżżewweġ skont ir-reġim tal-komunità tal-akkwisti, l-assijiet komuni tal-koppja.

Il-kap tal-familja jista' jitlob lill-werrieta jew lil parti terza sabiex jagħtuh l-assijiet li huwa jrid jamministra u li qegħdin fil-pussess tagħhom. Huwa jista' iressaq azzjonijiet għal pussess kontra l-werrieta jew kontra parti terza u jista' jirkupra r-riċevibbli tal-patrimonju meta d-dewmien jippreġudika l-irkupru tagħhom jew meta l-pagament isir b'mod spontanju.

Il-kap tal-familja jrid ibiegħ l-prodotti u beni oħra li jeħżienu u jista' juża s-somom riċevuti mill-bejgħ tagħhom għall-ħlas ta' spejjeż funerarji u spejjeż relatati oħra u kif ukoll spejjeż ta' amministrazzjoni.

Il-kap tal-familja jista' ukoll ibiegħ prodotti li ma jeħżienux, safejn dan ikun meħtieġ għall-ħlas ta' spejjeż funerarji u spejjeż relatati oħra u kif ukoll spejjeż ta' amministrazzjoni.

Barra mill-każijiet imsemmija hawn fuq, id-drittijiet relatati mas-suċċessjoni jistgħu biss jiġu eżerċitati bisskonġuntament mill-werrieta kollha jew kontra l-werrieta kollha.

Is-setgħat tal-eżekutur

Jekk l-eżekutur ġie maħtur f'suċċessjoni b'testment, huwa għandu s-setgħat mogħtija mit-testatur.

Jekk it-testatur ma jispeċifikax is-setgħat tal-eżekutur, dan tal-aħħar huwa responsabbli minn dan li ġej: l-organizzazzjoni tal-funeral u l-ħlas tal-ispejjeż relatati; is-sorveljanza tal-applikazzjoni tajba tad-dispożizzjonijiet testamentarji u d-difiża tal-validità tagħhom quddiem il-qrati, fejn meħtieġ; it-twettiq tal-funzjonijiet ta' kap tal-familja.

It-testatur jista' jinkariga l-eżekutur sabiex jeżegwixxi l-legati tal-patrimonju u li jħallas għal dejn ieħor meta huwa jkun kap tal-familja u ma jkunx hemm bżonn ta' inventarju obbligatorju. Għal dan il-għan, l-eżekutur jista' jiġi awtorizzat mit-testatur sabiex ibiegħ l-assijiet kollha tal-patrimonju (kemm jekk beni mobbli u kif ukoll beni immobbli) jew dawk indikati fit-testment.

Is-setgħat tat-trustee

It-trustee mhux biss jamministra iżda jirċievi wkoll il-benefiċċji tal-assijiet suġġetti għall-fedekommess. Id-dispożizzjonijiet dwar it-tgawdija tat-tali assijiet safejn dawn ma jkunux inkompatibbli mal-fedekommess huma applikabbli. It-trustee jrid jikseb l-awtorizzazzjoni tal-qorti għat-trasferiment jew għall-aggravar tal-assijiet suġġetti għall-fedekommess.

Il-werrieta u l-kuratur għall-patrimonju sottostanti

Meta l-patrimonju huwa sottostanti, dan jikkostitwixxi patrimonju awtonomu b'personalità ġuridika. Il-patrimonju jista' għalhekk jibda proċeduri u proċeduri jistgħu jinġiebu kontrih. Jekk ma hemm ħadd biex jamministra l-patrimonju f'dan il-każ, tista' tiġi adottata waħda mis-soluzzjonijiet msemmija hawn isfel.

Qabel ma jaċċetta jew jirrinunzja għas-suċċessjoni, kull werriet jista' jieħu miżuri amministrattivi urġenti filwaqt li l-patrimonju jkun sottostanti. Jekk titqajjem xi oġġezzjoni meta jkun hemm numru ta' werrieta, ir-rieda tal-maġġoranza tirbaħ.

Jista' ukoll jinħatar kuratur tal-patrimonju sottostanti mill-qrati. Il-kuratur huwa responsabbli sabiex jitlob għall-proċeduri interlokutorji meħtieġa u sabiex jibda azzjonijiet li ma jistgħux jiddewmu mingħajr ma jsir preġudizzju għall-interessi tas-suċċessjoni. Huwa responsabbli wkoll sabiex jirrapreżenta l-patrimonju fl-azzjonijiet kollha miġjuba kontrih. Il-kuratur ikollu bżonn ta' awtorizzazzjoni ġudizzjarja għat-trasferiment jew għall-aggravar ta' assi fissi, oġġetti prezzjużi, oġġetti ta’ valur, stabbilimenti kummerċjali u l-assijiet l-oħra kollha li t-trasferiment jew l-aggravar tagħhom mhuwiex att amministrattiv. L-awtorizzazzjoni ġudizzjarja tingħata biss meta l-att ikun iġġustifikat sabiex jiġi evitat id-deterjorament jew it-telf tal-assijiet, jitħallas id-dejn tal-patrimonju, jitħallsu l-ispejjeż ta' ameljoramenti meħtieġa u utli jew jekk jinqala' bżonn ieħor urġenti.

Meta l-patrimonju mhuwiex aktar sottostanti billi jkun ġie aċċettat iżda jibqa' indiviż, il-liġi tippermetti lil kull werriet sabiex jitlob ir-rikonoxximent ġudizzjarju tal-istatus tiegħu bħala werriet u r-restituzzjoni tal-assijiet kollha tal-patrimonju jew parti minnhom kontra kull min jipposjedihom fil-kwalità ta' werriet, kull titolu ieħor jew mingħajr ebda titolu. Dan huwa magħruf bħala petizzjoni għall-pussess. Din l-azzjoni tista' tittieħed minn werriet waħdu irrispettivament mill-oħrajn, iżda bla ħsara għad-dritt tal-kap tal-familja li jeżiġi l-għoti tal-assijiet li huwa jrid jamministra, kif indikat preċedentement.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Dokumenti li jikkonfermaw l-istatus ta' werrieta jew legatarji

  1. Is-sentenzi;
  2. L-atti notarili;
  3. Iċ-ċertifikat ta' eredità maħruġ mill-uffiċċju tal-insinwa.

Iċ-ċertifikat ta' eredità jattestja l-istatus ta' werrieta u / jew legatarji li jissopravivu d-de cujus.

Is-sentenzi, l-atti notarili u ċ-ċertifikat ta' eredità jikkostitwixxu kollha dokumenti awtentiċi b'valur probatorju sħiħ.

Iċ-ċertifikat ta' eredità li jattestja l-kwalità ta' werriet jew legatarju huwa rreġistrat fir-reġistru tal-insinwa permezz ta' annotazzjoni fiċ-ċertifikat ta' causa mortis tad-de cujus.

Id-dokumenti li jikkonfermaw id-diviżjoni

Fil-kuntest ta' suċċessjoni kkontestata:

  1. Is-sentenza mogħtija mill-qorti komptenti li tirratifika d-diviżjoni tal-patrimonju fi proċeduri ta' inventarju quddiem in-nutar kompetenti. Is-sentenza tiddetermina kif l-ishma għandhom jiġu maqsuma (pereż. l-assijiet li għandhom jintirtu minn kull werriet jew legatarju). Dawn huwa strument awtentiku b'valur probatorju sħiħ.

Fil-kuntest ta' suċċessjoni volontarja:

  1. L-att privat awtentikat li jkun ġie redatt quddiem avukat, li jistabbilixxi kif l-ishma għandhom jiġu maqsuma. Dan mhuwiex strument awtentiku iżda att privat awtentikat li f'dan il-każ għandu valur probatorju ekwivalenti għall-valur probatorju sħiħ.
  2. Id-dokument li jagħti dritt għad-diviżjoni fil-kuntest ta' proċeduri simplifikati ta' suċċessjoni quddiem ir-reġistratur. Dawn huwa strument awtentiku b'valur probatorju sħiħ.
  3. L-att ta' qsim redatt minn nutar. Dawn huwa strument awtentiku b'valur probatorju sħiħ.

Id-dokumenti kollha fuq imsemmija li jagħtu dritt għad-diviżjoni jistgħu jservu ta' bażi għar-reġistrazzjoni tal-assijiet tal-patrimonju għall-benefiċċju tal-werriet jew tal-legatarju, irrispettivament minn jekk dawn għandhomx valur probatorju sħiħ.

Nota finali

L-informazzjoni f'din il-formula hija ġenerali fin-natura tagħha, mhijiex eżawrenti u mhijiex vinkolanti fuq il-Punt ta' Kuntatt, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-Oqsma Ċivili u Kummerċjali, il-qrati jew xi destinatarju ieħor. Din ma teżentax mill-bżonn tal-qarrej li jikkonsulta l-leġiżlazzjoni applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 05/07/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni ġenerali - Rumanija

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Testment konġunt u ftehim dwar is-suċċessjoni huma pprojbiti bil-liġi Rumena.

Testment jista' jkun tat-tipi li ġejjin: testment awtentiku u testment olografiku.

Testment olografiku huwa miktub, iddatat u ffirmat mit-testatur, u qabel ma jiġi eżegwit, ikun ppreżentat quddiem nutar tad-dritt ċivili sabiex jiġi debitament ittimbrat u validat.

Testment awtentiku huwa eżegwit minn nutar tad-dritt ċivili jew minn persuna oħra li għandha poteri pubbliċi. It-testatur jiddettah lin-nutar tad-dritt ċivili, li jiktbu u jaqrahulhom, filwaqt li jsemmi dawn il-formalitajiet. Fil-każ li t-testment ikun diġà ġie miktub mit-testatur, jinqara min-nutar tad-dritt ċivili, u wara li jinqara, it-testatur jiddikjara li dan jirrappreżenta t-testment aħħari tiegħu. It-testment ikun iffirmat mit-testatur, filwaqt li l-konklużjoni ta' awtentikazzjoni tkun iffirmata min-nutar tad-dritt ċivili. Matul l-awtentikazzjoni, it-testatur jista' jiġi assistit minn xhud wieħed jew żewġ xhieda. Testmenti privileġġati magħmula f'sitwazzjonijiet speċjali minn ċerti uffiċjali fis-servizz, megħjuna minn żewġ xhieda, għandhom l-effett evidenzjarju ta' strument awtentiku.

F'każ ta' ammonti ta' flus li jitħallew lil istituzzjonijiet speċjalizzati, il-kundizzjonijiet speċifiċi formali stabbiliti mill-atti speċjali rilevanti jridu jiġu osservati.

It-testment jikkontjeni provvedimenti dwar l-isem tal-legatarju (in)dirett, qasma, diżeredazzjoni, ħatra ta' eżekuturi tat-testment, responsabbiltajiet, revoka ta' legati, eċċ.

Il-provvedimenti dwar it-trasferiment tal-patrimonju/l-assi tal-mejjet jissejħu legati. Il-legati huma universali jew taħt titolu ġenerali/partikolari. Il-legat universali jagħti drittijiet għall-wirt kollu, filwaqt li legat taħt titolu ġenerali jagħti drittijiet għal frazzjoni minnu.

Ara l-Artikolu 1034 et seq. tal-Kodiċi Ċivili.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

In-nutar li jawtentifika t-testment irid jirreġistrah fir-Reġistru Notarili Nazzjonali għall-evidenza ta' liberalitajiet (Registrul naţional notarial de evidenţă a liberalităţilor RNNEL), fejn id-donazzjonijiet jiġu rreġistrati wkoll.

Ara l-Artikolu 1046 tal-Kodiċi Ċivili, l-Artikolu 162 tal-Att Nru 36/1995 dwar in-nutara pubbliċi u l-attivitajiet notarili, kif ippubblikat mill-ġdid.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Is-sehem riżervat tas-suċċessjoni huwa s-sehem tal-wirt  tal-werrieta intitolati għalih (konjuġi superstiti, dixxendenti, u axxendenti privileġġati - ġenitur tal-mejjet), anki kontra x-xewqat tal-mejjet. Is-sehem riżervat għal kull werriet intitolat għalih ikun nofs is-sehem li kien ikun intitolat għalih bħala werriet legali, fin-nuqqas ta' xi liberalitajiet jew diżeredazzjoni fit-testment.

Ara l-Artikolu 1086 et seq. tal-Kodiċi Ċivili.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Il-wirt jgħaddi lill-werrieta legali, jiġifieri lill-konjuġi superstiti u l-qraba tal-mejjet fl-ordni segwenti:

dixxendenti - l-ewwel ordni tal-werrieta

axxendenti u qraba privileġġati kollaterali - it-tieni ordni tal-werrieta

axxendenti ordinarji - it-tielet ordni tal-werrieta

qraba ordinarji kollaterali - ir-raba' ordni tal-werrieta

Id-dixxendenti u l-axxendenti huma intitolati għall-wirt irrispettivament mill-grad ta' relazzjoni mal-mejjet, filwaqt li l-qraba kollaterali huma intitolati sar-raba' grad.

Id-dixxendenti l-oħra tat-tfal tal-mejjet u d-dixxendenti tal-aħwa tal-mejjet jistgħu jieħdu parti fil-wirt permezz tad-dritt ta' rappreżentazzjoni. F'każ ta' rappreżentazzjoni, il-wirt ikun iddistribwit skont il-linja tal-parantela. Jekk linja waħda ikollha iktar minn fergħa waħda, issir sottodiviżjoni fi ħdan il-linja, b'mod li jinqasam ugwalment is-sehem dovut tal-wirt.

Il-konjuġi superstiti jipparteċipa fis-suċċessjoni flimkien ma' kull wieħed mill-ordnijiet tal-werrieta legali skont il-proporzjon segwenti:

kwart mill-patrimonju, jekk il-kumplament jgħaddi lid-dixxendenti

terz mill-patrimonju, jekk il-kumplament jgħaddi lill-axxendenti privileġġati u lill-qraba kollaterali privileġġati

nofs mill-patrimonju, jekk il-kumplament jgħaddi lill-axxendenti privileġġati jew lill-qraba kollaterali privileġġati

tliet kwarti mill-patrimonju, jekk il-kumplament jgħaddi lill-axxendenti ordinarji jew lill-qraba kollaterali ordinarji.

Il-konjuġi superstiti huwa intitolat għad-dritt li jirrisjedi fid-dar matrimonjali u jista' jiret ukoll l-għamara domestika u l-apparat domestiku.

Id-dixxendenti, it-tfal tal-mejjet u d-dixxendenti diretti tagħhom jeskludu kull tip ta' werriet ieħor u huma intitolati għall-wirt fl-ordni tal-prossimità tal-grad ta' relazzjoni. Jekk il-konjuġi superstiti jkun se jiret, id-dixxendenti jirċievu kollettivament tliet kwarti tal-wirt.

L-axxendenti privileġġati huma l-missier u l-omm tal-mejjet, b'mod li l-wirt dovut lilhom jinqasam bejniethom b'mod indaqs.

Il-qraba kollaterali privileġġati huma l-aħwa tal-mejjet u d-dixxendenti tagħhom, sar-raba' grad.

Jekk il-konjuġi superstiti jipparteċipa fil-wirt flimkien sew mal-axxendenti privileġġati u sew mal-qraba kollaterali privileġġati, is-sehem dovut lit-tieni ordni tal-werrieta huwa ta' żewġ terzi; is-sehem dovut lit-tieni ordni tal-werrieta huwa ta' nofs jekk hemm axxendenti privileġġati jew qraba kollaterali privileġġati, iżda mhux it-tnejn.

Il-wirt dovut lill-axxendenti privileġġati u lill-qraba kollaterali privileġġati huwa maqsum bejniethom skont in-numru ta' axxendenti privileġġati. Jekk hemm ġenitur uniku, huma jiġbru kwart, filwaqt li l-qraba kollaterali privileġġati huma intitolati għal tliet kwarti. Jekk hemm żewġ ġenituri, huma jiġbru nofs, filwaqt li l-qraba kollaterali privileġġati huma intitolati għall-kumplament tan-nofs.

Il-wirt tal-qraba kollaterali privileġġati jinqasam indaqs bejniethom jew, jekk huma jieħdu parti fil-wirt permezz tad-dritt ta' rappreżentazzjoni, bejn il-linji parentali. Fil-każ ta' relazzjonijiet kollaterali differenti, il-wirt jinqasam indaqs bejn il-linja maternali u paternali, bl-applikazzjoni tar-regoli preċedenti. Il-qraba kollaterali li huma relatati mal-mejjet fuq żewġ linji jirċievu ishma akkumulati.

Meta ma jkunx hemm werrieta, il-wirt ikun vakanti u jinġabar mill-muniċipalità, belt jew lokalità fejn jinsab il-patrimonju fil-mument tad-distribuzzjoni.

Ara l-Artikoli 970-983, l-Artikoli 1135-1140 tal-Kodiċi Ċivili.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

L-entitajiet kompetenti għal proċeduri ta' suċċessjoni mhux kontenzjużi huma n-nutara tad-dritt ċivili, filwaqt li l-qrati tal-ewwel istanza (“Judecătorie”) huma responsabbli mill-proċeduri ta' suċċessjoni kontenzjużi.

Il-werriet jew kull persuna kkonċernata oħra tista' tirreferi direttament il-każ lill-qorti wara li tissottometti ċertifikat notarili dwar il-verifiki tar-reġistru tas-suċċessjoni.

Ara l-Artikolu 101 u l-artikoli sussegwenti tal-Att Nru 36/1995, l-Artikolu 193 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

Ara l-punt (b)

Werriet jaċċetta espressament il-wirt meta huwa espliċitament jieħu t-titolu / il-kwalità ta' werriet. Din l-aċċettazzjoni tkun taċita meta ssir permezz ta' strument / azzjoni li tista' tiġi mwettqa biss fil-kwalità ta' werriet (l-Artikolu 1108 tal-Kodiċi Ċivili).

Id-dikjarazzjoni ta' rinunzja ta' suċċessjoni ssir quddiem nutar tad-dritt ċivili, jew quddiem missjoni diplomatika jew rappreżentanza konsulari tar-Rumanija (l-Artikolu 1120(2) tal-Kodiċi Ċivili).

Kull strument notarili li jirreferi għall-aċċettazzjoni jew għar-rinunzja ta' suċċessjoni jiġi rreġistrat fir-Reġistru Notarili Nazzjonali għall-evidenza ta' għażliet ta' suċċessjoni (Registrul naţional notarial de evidenţă a opţiunilor succesorale RNNEOS).

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

Ara l-punt (b)

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Ara l-punt (b)

Wara l-ftuħ ta' proċedura ta' suċċessjoni, il-liberalitajiet li jiksru s-sehem tas-suċċessjoni huma suġġetti għal tnaqqis fuq it-talba tal-werrieta li jmisshom sehem mill-wirt, il-werrieta u l-kredituri ordinarji tal-werrieta intitolati għal sehem riżervat. Fil-każ ta' diversi werrieta intitolati għal sehem riżervat, it-tnaqqis huwa applikabbli biss fil-limitu tas-sehem riżervat dovut lill-applikant, u tiffavorixxi biss lil dan tal-aħħar. It-tnaqqis jirriżulta fl-ineffiċjenza tal-legati jew fl-annullament tad-donazzjonijiet.

Ara l-Artikoli 1092-1097 tal-Kodiċi Ċivili.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Il-proċedura ta' suċċessjoni notarili tinfetaħ fuq talba. It-talba hija rreġistrata fir-reġistru ta' suċċessjoni tan-nutar, wara r-reġistrazzjoni fir-reġistru ta' suċċessjoni tal-awla notarili. In-nutar ikkummissjonat jivverifika l-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha u jordna li jissejħu dawk intitolati għall-wirt, u meta jkun hemm testment, isejjaħ lil-legatarju, l-eżekutur tat-testment, ir-rappreżentant legali tal-werrieta inkapaċi, l-awtorità tutelarja, ir-rappreżentant tal-awtorità pubblika (fil-każ ta' suċċessjoni vakanti). In-nutar jistabbilixxi l-kapaċità tal-werrieta u tal-legatarji, il-limitu tad-drittijiet tagħhom u l-kompożizzjoni tal-patrimonju tal-mejjet.

In-numru u l-kapaċità ta' werriet u / jew it-titolu ta' legatarju jiġu stabbiliti permezz ta' atti ta' status ċivili, testment u bl-għajnuna ta' xhieda. L-assi jiġu ppruvati permezz ta' dokumenti uffiċjali / kull mezz ta' prova oħra rikonoxxuta mil-liġi.

Ara l-Artikoli 101-118 tal-Att Nru 36/1995, ippubblikat mill-ġdid.

Il-werriet / persuna kkonċernata oħra tista' tirreferi direttament il-każ lill-qorti kompetenti wara li tissottometti ċertifikat notarili dwar il-verifiki tar-reġistru tas-suċċessjoni. Il-qsim ġudizzjarju jista' jsir permezz ta' ftehim bejn il-partijiet, jew, jekk dan mhuwiex il-każ, il-qorti trid tistabbilixxi l-assi, l-istatus tal-werriet, is-sehem tal-patrimonju, il-krediti, id-dejn u l-ispejjeż. Il-qorti tista' tiddeċiedi dwar ir-restrizzjoni ta' liberalitajiet eċċessivi u r-rapport ta' donazzjonijiet. Il-qsim tal-assi jsir in natura, permezz ta' formazzjonijiet ta' lottijiet jew billi jingħataw xi assi lil wieħed mill-werrieta bil-kundizzjoni tal-ħlas tal-ammonti dovuti lill-kumplament tal-werrieta. Il-qorti tista' tordna l-bejgħ tal-proprjetà, bil-kunsens tal-partijiet jew permezz ta' marixxall permezz ta' rkant pubbliku. Il-qorti tagħti deċiżjoni, u hija taqsam l-ammonti ddepożitati minn wieħed mill-werrieta għall-oħrajn u dawn li jirriżultaw minn bejgħ.

Ara l-Artikolu 108 tal-Att Nru 36/1995, l-Artikolu 193(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

In-nutar jista' jipproċedi bil-likwidazzjoni tad-dejn tas-suċċessjoni bl-approvazzjoni tal-werrieta kollha, kif ukoll bl-irkupru tal-krediti; il-ħlas ta' dejn u debiti; il-bejgħ ta' beni mobbli (i); l-eżekuzzjoni ta' legati partikolari.

Fil-fażi preliminari obbligatorja, in-nutar joħroġ ċertifikat ta' likwidazzjoni ta' suċċessjoni, li jelenka l-patrimonju (assi u dejn), il-werrieta u l-ishma rispettivi tagħhom, kif ukoll il-kunsens tal-werrieta dwar il-mezzi ta' likwidazzjoni tad-dejn, il-ħatra ta' likwidatur u l-iskadenza għall-finalizzazzjoni.

Il-likwidatur jiġbor il-krediti tas-suċċessjoni, iħallas id-dejn u jbigħ l-assi. Il-likwidatur jippreżenta rapport għan-nutar maħtur, billi jsemmi l-operazzjonijiet imwettqa għall-irkupru tal-krediti u l-metodu ta' estinzjoni tad-dejn. Wara l-finalizzazzjoni, in-nutar joħroġ ċertifikat tal-wirt, u l-prodott nett tal-likwidazzjoni jitniżżel mal-patrimonju.

Ara l-Artikoli 119-132 tal-Att Nru 36/1995, l-Artikolu 1114 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Il-qsim tal-patrimonju bejn il-werrieta jsir wara li jinħareġ ċertifikat tal-wirt wara l-likwidazzjoni. Il-qsim tal-patrimonju jista' jkun volontarju. Ir-rapport ta' donazzjonijiet huwa l-obbligu tal-konjuġi superstiti u d-dixxendenti tal-mejjet li huma intitolati għall-wirt legali li jirrintegraw mas-suċċessjoni l-assi mogħtija mingħajr eżenzjoni ta' rapport.

Ħlas ta' dejn. Eċċezzjonijiet għad-diviżjoni statutorja tal-passivi tal-wirt

Il-werrieta universali u l-werrieta b'titolu ġenerali jridu jikkontribwixxu għall-ħlas tad-dejn u l-obbligazzjonijiet tal-patrimonju fi proporzjon tas-sehem rispettiv tagħhom.

Il-kredituri personali tal-werrieta u kull persuna kkonċernata tista' titlob il-qsim tal-wirt, jew teżerċita d-dritt li tkun preżenti matul il-qsim volontarju jew tintervjeni fil-qsim. It-talbiet tal-kredituri huma rreġistrati fir-Reġistru Notarili Nazzjonali tal-Kredituri ta' Persuni Fiżiċi u tal-Oġġezzjonijiet għat-Twettiq ta' Qsim ta' Wirt, għall-finijiet ta' oġġezzjonijiet minn terzi (RNNEC – Registrul naţional notarial de evidenţă a creditorilor persoanelor fizice şi a opoziţiilor la efectuarea partajului succesoral).

Il-werriet universali/werriet b'titolu ġenerali li ħallas l-akbar sehem mid-dejn komuni għadu dritt ta' rikors kontra l-werrieta l-oħra, iżda biss għas-sehem tad-dejn komuni korrispettiv ta' kull wieħed mill-werrieta, anki f'każ ta' surroga fid-drittijiet tal-kredituri.

Il-qsim tal-assi tal-axxendenti

L-axxendenti jistgħu jaqsmu l-assi tagħhom bejn id-dixxendenti permezz ta' donazzjoni jew testment. Fil-każ li ma jkunux ġew inklużi l-assi kollha tal-wirt, l-assi mhux inklużi jinqasmu skont il-liġi.

Ara l-Artikoli 669-686 u 1143-1163 tal-Kodiċi Ċivili.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Persuna tista' tiret jekk tkun teżisti fil-mument tal-ftuħ tas-suċċessjoni u / jew ikollha l-kapaċità li tiret; tkun intitolata għal suċċessjoni; tkun denja; ma tkunx diżeredata.

Il-persuna msejħa għas-suċċessjoni tista' taċċetta / tirrinunzja l-wirt. Il-legatarju li huwa l-werriet legali jista' jeżerċita wieħed minn dawn il-kapaċitajiet. Jekk, mingħajr ma jiġi ppreġudikat is-sehem riżervat, jirriżulta mit-testment li l-mejjet ried li jitnaqqas is-sehem dovut lill-werriet legali, dan tal-aħħar jista' jaġixxi biss bħala legatarju.

Ara l-Artikoli 957-963, 987, 989, 993, 1074-1076, 1100 u 1102 tal-Kodiċi Ċivili.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Iva, ara l-punt 6.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

It-talba għal reġistrazzjoni fir-reġistru tal-artijiet hija akkumpanjata mid-dokument oriġinali / mill-kopja ċċertifikata min-nutar, u fil-każ ta' deċiżjoni mill-qorti, kopja awtentikata, bir-rimarka "finali". Ir-reġistrazzjoni tiġi kompluta bi prova ta' reġistrazzjoni maħruġa mir-reġistratur tal-artijiet jekk id-dokument jissodisfa diversi kundizzjonijiet formali; l-identifikazzjoni tal-parti u tal-patrimonju immobbli; l-eżistenza ta' traduzzjoni ċċertifikata minn nutar (fil-każ ta' strument notarili awtentiku, irid jinħareġ minn nutar Rumen); l-eżistenza ta' estratti mir-reġistru tal-artijiet; il-ħlas tal-miżata, eċċ. L-ewwel reġistrazzjoni tal-patrimonju immobbli fis-sistema integrata tal-kadastru u tar-reġistru tal-artijiet tista' ssir abbażi taċ-ċertifikat tal-wirt u tad-dokumentazzjoni tal-kadastru.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Ħatra volontarja

It-testatur jista' jaħtar persuna waħda jew aktar bħala eżekuturi testamentarji.  L-eżekutur tat-testment jamministra l-patrimonju għal massimu ta' sentejn mill-ftuħ tas-suċċessjoni. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż permezz ta' deċiżjoni tal-qorti.

Ħatra obbligatorja

Jekk id-debitur imut qabel jinħatar marixxall, ma jistax jingħata lok għall-eżekuzzjoni obbligatorja, u jekk imut wara li jkun ingħata lok għall-eżekuzzjoni obbligatorja, din tal-aħħar ma tkunx tista' titkompla sakemm il-wirt ma jiġix aċċettat jew ikun inħatar kuratur għas-suċċessjoni / kuratur speċjali. Jekk il-kreditur jew il-marixxall isir jafu li d-debitur miet, huwa għandu l-obbligu li jitlob lill-awla tan-nutara pubbliċi tal-aħħar post ta' residenza tal-mejjet sabiex tirreġistra dan fir-reġistru speċjali għall-ftuħ tal-eżekuzzjoni obbligatorja u toħroġ ċertifikat. Iċ-ċertifikat għandu jsemmi jekk il-wirt ġiex likwidat, u jekk iva, dan għandu jelenka l-werrieta u anki jsemmi jekk ġiex maħtur kuratur sakemm ġie aċċettat il-wirt.

Jekk hemm riskju ta' ċessjoni, telf, sostituzzjoni / distruzzjoni tal-assi, in-nutar jissiġilla l-assi jew iqegħedhom f'idejn kustodju.

Sakemm il-wirt jiġi aċċettat jew jekk il-werriet ma jkunx magħruf, in-nutar jista' jaħtar kuratur speċjali għas-suċċessjoni sabiex jiddefendi d-drittijiet tal-werriet potenzjali.

Ara l-Artikolu 686 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, l-Artikolu 1117(3), 1136, l-Artikoli 1077-1085 tal-Kodiċi Ċivili.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

L-eżekutur tat-testment, il-likwidatur, il-werriet legali / il-werriet intitolat taħt testment, kustodju / kuratur maħtur.

Il-likwidatur, li jwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu taħt is-superviżjoni ta' nutar, jista' jinħatar mill-mejjet, mill-werrieta jew mill-qorti.

Ara l-Artikolu 124 tal-Att Nru 36/1995, l-Artikolu 1117(3) u l-Artikolu 1136 tal-Kodiċi Ċivili.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Ara l-punt (a).

L-eżekutur tat-testment iqiegħed is-siġilli, jagħmel l-inventarju, jitlob lill-qorti tapprova l-bejgħ tal-assi, iħallas id-dejn tas-suċċessjoni u jirkupra l-krediti tas-suċċessjoni.

Ara l-Artikoli 1077-1085 tal-Kodiċi Ċivili, l-Artikoli 101-132 tal-Att Nru 36/1995.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

In-nutar iħejji konklużjonijiet motivati, u wara l-likwidazzjoni tas-suċċessjoni, joħroġ konklużjoni finali li abbażi tagħha jinħareġ ċertifikat tal-wirt / tal-legat.

Iċ-ċertifikat tal-wirt jinkludi l-mod kif jiġi stabbilit il-limitu massimu tad-drittijiet u jservi bħala prova tal-kapaċità tal-werriet u tad-dritt għall-proprjetà. In-nutar jista' joħroġ ċertifikat għall-istatus ta' werriet, li jiddikjara n-numru, il-kapaċità u l-limitu massimu tad-drittijiet, iżda mhux il-patrimonju.

Meta ma jkunx hemm werriet, il-wirt jiġi kkunsidrat bħala vakanti, u jinħareġ ċertifikat ta' suċċessjoni vakanti.

In-nutar jista' jkompli l-proċedura sabiex jikkompleta l-konklużjoni notarili bl-assi li tħallew barra, u joħroġ addendum għaċ-ċertifikat tal-wirt.

Dawk li jikkunsidraw li sofrew danni jistgħu jitolbu lill-qorti sabiex tannulla ċ-ċertifikat u l-istabbiliment tad-drittijiet tagħhom. F'każ ta' annullament, in-nutar joħroġ ċertifikat ġdid għall-werriet ibbażat fuq id-deċiżjoni finali tal-qorti.

B'talba għas-suċċessjoni, il-werriet universali / il-werriet b'titolu ġenerali jista' jikseb f'kull ħin il-konferma ta' tali kapaċità kontra l-persuna li tinsab fil-pussess tal-assi mill-patrimonju mingħajr ebda dritt ta' proprjetà.

Matul proċedura kontenzjuża ta' suċċessjoni, il-qrati jagħtu konklużjonijiet u deċiżjonijiet ġudizzjarji. Id-deċiżjoni ta' diviżjoni għandha effett kostituttiv u għandha natura eżekuttiva ladarba ssir definittiva.

Ara l-Artikoli 1130-1134, 1635-1639 tal-Kodiċi Ċivili, l-Artikoli 111-118 et seq. tal-Att Nru 36/1995.

L-aħħar aġġornament: 13/10/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Sloven ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Informazzjoni ġenerali - Slovenja

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

a) Testmenti: Testment ikun validu jekk jimxi mal-forma ddeterminata fl-Att dwar il-Wirt (minn hawn 'il quddiem: ZD) u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-att.

Iz-ZD jagħraf il-forom għat-testmenti li ġejjin: testment olografiku, testment iffirmat fil-preżenza ta' xhieda, testment ġudizzjarju, testment orali, testment imħejji f'pajjiż ieħor, testment imħejji abbord bastiment Sloven, testment imħejji waqt stat ta' emerġenza jew gwerra, u testment internazzjonali.

Iz-ZD jistipula dan li ġej fir-rigward tar-rekwiżiti relatati mal-forma tat-testment:

Testment olografiku jkun validu jekk it-testatur ikun kitbu u ffirmah hu stess (l-Artikolu 63(1) taz-ZD).

Testatur li jkun jaf jikteb u jaqra jħejji testment iffirmat fil-preżenza ta' xhieda billi jiffirma, personalment u fil-preżenza ta' żewġ xhieda, dokument imħejji f'ismu minn persuna oħra u jiddikjara quddiem dawk ix-xhieda li dak huwa t-testment tiegħu. Ix-xhieda jiffirmaw isimhom fuq it-testment stess f'postskritt bl-effett li jkunu qed jiffirmaw bħala xhieda, meta dan il-postskritt ma jkunx kundizzjoni li jivvalida t-testment (l-Artikolu 64 taz-ZD).

Testment tal-qorti jista' jitħejja għal testatur, wara talba minnu, mill-imħallef ta' qorti kompetenti li l-ewwel jistabbilixxi l-identità tat-testatur. It-testatur imbagħad jaqra u jiffirma t-testment u l-imħallef jikkonferma fuq it-testment li t-testatur qrah u ffirmah fil-preżenza tiegħu. Jekk it-testatur ma jkunx jaf kif jaqra t-testment imħejji mill-imħallef, jew ma jkunx jista', l-imħallef jaqra t-testment lit-testatur fil-preżenza ta' żewġ xhieda. It-testatur imbagħad jiffirma t-testment fil-preżenza tal-istess xhieda jew jagħmel il-marka tiegħu fuqu wara li jiddikjara li dan hu t-testment tiegħu. Imbagħad ix-xhieda jiffirmaw it-testment huma (l-Artikoli 65 u 66 taz-ZD).

Testment imħejji f'pajjiż ieħor jista' jitħejja għal ċittadin tar-Repubblika tas-Slovenja f'pajjiż ieħor, b'konformità mad-dispożizzjonijiet li japplikaw għat-tħejjija tat-testmenti tal-qorti, minn rappreżentant konsulari jew rappreżentant diplomatiku tar-Repubblika tas-Slovenja li jwettaq materji konsulari (l-Artikolu 69 taz-ZD).

Il-kaptan tal-vapur jista' jħejji testment abbord bastiment Sloven b'konformità mad-dispożizzjonijiet li japplikaw għat-tħejjija ta' testment ġudizzjarju. It-testment ma jibqax validu ladarba jgħaddu 30 jum minn meta t-testatur jirritorna fir-Repubblika tas-Slovenja (l-Artikolu 70 taz-ZD).

Testment imħejji waqt stat ta' emerġenza jew gwerra: waqt stat ta' emerġenza jew gwerra, kmandant tal-kumpanija jew kmandant ta' unità ekwivalenti jew ogħla, jew ħaddieħor fil-preżenza ta' kmandant, jista' jħejji testment għal membru tal-persunal militari b'konformità mad-dispożizzjonijiet li japplikaw għat-tħejjija ta' testment ġudizzjarju. It-testment ma jibqax validu ladarba jgħaddu 60 jum minn tmiem l-istat ta' emerġenza jew gwerra jekk is-servizz militari tat-testatur ikun intemm qabel dan jew jintemm wara, jew 30 jum wara li jkun temm is-servizz militari tiegħu (l-Artikolu 71 taz-ZD).

Testment internazzjonali jrid jitħejja f'forma miktuba. Ma hemm l-ebda rekwiżit biex it-testatur jikteb it-testment b'idu, u t-testment jista' jinkiteb fi kwalunkwe lingwa, bl-idejn jew b'xi mod ieħor. L-imħallef ta' qorti kompetenti jista' jħejji testment internazzjonali wara talba ta' testatur, filwaqt li għal ċittadin tar-Repubblika tas-Slovenja li jinsab f'pajjiż ieħor, dan jista' jsir minn rappreżentant diplomatiku jew konsulari msemmi fl-Artikolu 69 taz-ZD (minn hawn 'il quddiem: persuna awtorizzata). It-testatur irid jiddikjara, fil-preżenza ta' żewġ xhieda u persuna awtorizzata, li dak ikun it-testment tiegħu u li huwa konxju mill-kontenut tiegħu, u jiffirma t-testment fil-preżenza tagħhom jew, jekk ikun diġà ffirma t-testment, jagħraf u jikkonferma li l-firma hija tiegħu. Jekk it-testatur ma jkunx jista' jiffirma, jinforma lill-persuna awtorizzata b'din ir-raġuni. Il-persuna awtorizzata tniżżel dan fit-testment. It-testatur jista, minbarra dan, jitlob li persuna oħra tiffirma t-testment f'ismu. Ix-xhieda u l-persuna awtorizzata jannettu l-firem tagħhom, fil-preżenza tat-testatur, f'postskritt li jiddikjara li ffirmaw bħala xhieda jew bħala l-persuna awtorizzata (l-Artikolu 71a taz-ZD). L-att jipprovdi wkoll iktar dettalji ta' min jista' jagħmilha ta' xhud f'testment internazzjonali (l-Artikolu 71b), il-firem u d-dati annessi ma' testment internazzjonali (l-Artikolu 71c), iż-żamma ta' testment internazzjonali (l-Artikolu 71č), it-tħassir ta' testment internazzjonali (l-Artikolu 71d), il-konferma ta' testment internazzjonali (l-Artikolu 71e), il-konferma li testment internazzjonali huwa validu (l-Artikolu 71f) u l-validità li tirrigwarda l-forma u l-formalitajiet tal-firem (l-Artikolu 71g).

Testmenti orali: testatur jista' jaħlef it-testment tiegħu oralment quddiem żewġ xhieda biss jekk ċirkostanzi eċċezzjonali jwasslu biex ma jkunx jista' jħejji testment bil-miktub. Testment orali ma jibqax validu ladarba jgħaddu 30 jum minn meta jintemmu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li tħejja matulhom (l-Artikolu 72 taz-ZD). L-att jipprovdi wkoll iktar dettalji dwar min jista' jagħmilha ta' xhud f'testment orali (l-Artikolu 73), x'inhuma d-dmirijiet ta' dak ix-xhud (l-Artikolu 74), dispożizzjonijiet mhux dovuti f'testment orali (l-Artikolu 75), id-data ta' skadenza għall-eżekuzzjoni tal-invalidità ta' testment (l-Artikolu 76) u prova tal-eżistenza ta' testment (l-Artikolu 77).

L-Att dwar in-Nutara (minn hawn 'il quddiem: ZN) jistipula wkoll testment notarili, li huwa testment li jħejji nutar fil-forma ta' reġistrazzjoni notarili kif iddettata mit-testatur, u testment li t-testatur, li qabel ikun għamel dikjarazzjoni bil-miktub tat-testment tiegħu, jikkonsenjah lil nutar għall-konferma. Testment notarili għandu l-istess effetti ġuridiċi bħal testment ġudizzjarju (l-Artikolu 46(1) taz-ZN).

Barra r-rekwiżiti formali msemmija fuq, hija meħtieġa wkoll il-kapaċità li tagħmel testment biex testment ikun validu. Skont iz-ZD, testment jista' jitfassal minn kull min ikollu l-kapaċità ta' dixxerniment u jkun għalaq tal-inqas l-età ta' 15-il sena (l-Artikolu 59(1) taz-ZD). Meta testatur iħejji testment minħabba theddida, koerċizzjoni jew qerq, jew bi żball, dak it-testment ma jkunx validu, peress li t-testment espress fid-dokument ma jkunx jirrifletti r-rieda vera u proprja tat-testatur (l-Artikolu 60(1) taz-ZD).

b) Testment unica charta Iz-ZD ma jsemmix testmenti unica charta u, peress li mhux wieħed mill-forom ta' testment previst mil-liġi, dan it-tip ta' testment jitqies bħala invalidu skont l-Artikolu 62 taz-ZD. Madankollu, il-ġurisprudenza tqis bħala invalidu biss testment fejn iż-żewġ persuni, normalment miżżewġin lil xulxin, jaħtru lil xulxin bħala werrieta (dan x'aktarx minħabba li testment ta' dan it-tip huwa viċin ħafna fin-natura tiegħu għal kuntratt tal-wirt, li huwa pprojbit skont l-Artikolu 103 taz-ZD), imma mhux testment imfassal minn żewġ persuni affavur ta' terz (ara Prof. K. Zupančič, Prof. V. Žnidaršič Skubic, Dedno pravo (Id-Dritt tal-Wirt), Uradni list, 2009, pp. 127–128).

c) Kuntratt tal-wirt Skont iz-ZD, kuntratt tal-wirt fejn persuna tħalli l-patrimonju tagħha jew porzjoni minnu lill-kofirmatarju tagħha jew lil persuna oħra huwa invalidu (l-Artikolu 103); hekk ukoll, kuntratt dwar wirt jew legat futur (l-Artikolu 104) u kuntratt dwar il-kontenut ta' testment (l-Artikolu 105) huma invalidi wkoll skont l-Att.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Le. L-att ma jipprevedix l-awtentikazzjoni speċjali ta' testment.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Iva. Werrieta obbligatorji huma intitolati għal sehem mill-patrimonju li t-testatur ma jistax jiddiponi minnu (l-Artikolu 26(1) taz-ZD). Dan is-sehem mill-patrimonju huwa s-"sehem riżervat". Il-werrieta obbligatorji huma: id-dixxendenti tal-persuna deċeduta, it-tfal adottati tagħha u d-dixxendenti tagħhom, il-ġenituri tagħha u l-konjuġi tagħha. In-nanniet u l-aħwa huma werrieta obbligatorji biss meta jkunu permanentement inkapaċi li jaħdmu u ma jkollhom l-ebda mezz ta' sussistenza. Il-persuni elenkati fuq ikunu werrieta obbligatorji jekk ikunu intitolati jirtu skont l-ordni statutorju tal-wirt (l-Artikolu 25 taz-ZD).

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

F'dak il-każ, il-wirt jimxi skont il-liġi: il-patrimonju tad-deċedut jintiret mid-dixxendenti tiegħu, it-tfal adottati tiegħu u d-dixxendenti tagħhom, il-konjuġi tiegħu, il-ġenituri tiegħu, il-ġenitur adottiv tiegħu u l-qraba ta' dik il-persuna, ħutu u d-dixxendenti tagħhom, u n-nanniet tiegħu u d-dixxendenti tagħhom. Raġel u mara li jkollhom relazzjoni twila mingħajr ma jiżżewġu jistgħu jirtu lil xulxin bħala miżżewġin, imma biss jekk ma jkun hemm ebda raġuni l-għala żwieġ bejniethom ma kienx ikun validu. Dawn jirtu skont l-ordni tal-wirt, fejn il-werrieta mill-eqreb ordni tal-wirt jeskludu mill-wirt persuni minn ordni tal-wirt iktar distanti (l-Artikolu 10 taz-ZD).

L-ewwel ordni tal-wirt:

Id-dixxendenti u l-konjuġi tal-persuna deċeduta qegħdin fl-ewwel ordni tal-wirt, u jirtu sehem indaqs qabel l-oħrajn kollha (l-Artikolu 11 taz-ZD).

Fuq il-bażi tad-distribuzzjoni per stirpes, il-parti tal-patrimonju li inizjalment kienet tmur għand persuna oħra li kieku baqgħet ħajja sa meta miet id-deċedut tintiret mit-tfal tagħha (it-tfal tat-tfal tad-deċedut) f'sehem indaqs. Jekk xi ħadd mit-tfal tat-tfal imut qabel id-deċedut, is-sehem illi kien jieħu kieku kien għadu ħaj meta miet id-deċedut jintiret mit-tfal tiegħu (il-proneputijiet tad-deċedut), f'sehem indaqs. Dan ikompli sejjer hekk fl-ordni sal-aħħar mid-dixxendenti tad-deċedut (l-Artikolu 12 taz-ZD).

Jekk il-konjuġi tad-deċedut ma jkollux il-mezzi neċessarji għas-sussistenza u jiret flimkien ma' werrieta oħra tal-ewwel ordni tal-wirt, il-qorti tista', wara talba tal-konjuġi, tiddeċiedi li l-konjuġi jiret ukoll parti minn dak is-sehem mill-patrimonju li, skont il-liġi, kellu jintiret mill-kowerrieta tal-konjuġi. Il-konjuġi jista' jitlob żieda f'sehmu mill-wirt kontra l-kowerrieta kollha jew kowerriet individwali. Il-qorti tista' tiddeċiedi li l-konjuġi għandu jiret il-patrimonju kollu jekk il-valur tal-patrimonju jkun tant żgħir li l-konjuġi jispiċċa jbati diffikultajiet kbar li kieku kellu jinqasam (l-Artikolu 13(1) taz-ZD).

Jekk werrieta oħra tal-ewwel ordni tal-wirt li ma jkollhomx il-mezzi neċessarji għas-sussistenza, jirtu flimkien mal-konjuġi tad-deċedut, il-qorti tista', wara talba mingħandhom, tiddeċiedi li huma għandhom jirtu wkoll parti minn dak is-sehem mill-patrimonju li, skont il-liġi, kellu jintiret mill-konjuġi. Il-kowerrieta kollha jew kowerrieta individwali jistgħu jitolbu żieda fis-sehem tagħhom mill-wirt għad-detriment tal-konjuġi (l-Artikolu 13(2) taz-ZD).

Kowerrieta individwali li ma jkollhomx il-mezzi neċessarji għas-sussistenza jistgħu jitolbu wkoll żieda fis-sehem tagħhom mill-wirt għad-detriment tal-kowerrieta l-oħra (l-Artikolu 13(3) taz-ZD).

Il-qorti tista' tiddeċiedi li l-kowerrieta kollha jew kowerrieta individwali jirtu l-patrimonju kollu jekk il-valur tal-patrimonju jkun tant żgħir li jispiċċaw jbatu diffikultajiet kbar li kieku kellu jinqasam (l-Artikolu 13(4) taz-ZD).

Waqt li tiddeċiedi t-talbiet ta' hawn fuq rigward żieda jew tnaqqis fis-sehem mill-wirt, il-qorti tagħti l-kunsiderazzjoni xierqa liċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, partikolarment il-kundizzjonijiet pekunjarji tal-kowerrieta u l-kapaċità tagħhom li jidħlu f'attività bi qligħ, u l-valur tal-patrimonju (l-Artikolu 13(5) taz-ZD).

It-tieni ordni tal-wirt:

Fit-tieni ordni tal-wirt, il-patrimonju tal-persuna deċeduta mingħajr dixxendenti ħajjin jintiret mill-ġenituri tagħha u l-konjuġi tagħha. Il-ġenituri tal-persuna deċeduta jirtu sehem indaqs minn nofs il-patrimonju u l-konjuġi tagħha jiret in-nofs l-ieħor. Jekk il-persuna deċeduta ma jkollhiex konjuġi ħaj, il-ġenituri tagħha jirtu sehem indaqs mill-patrimonju kollu (l-Artikolu 14 taz-ZD).

Jekk wieħed mill-ġenituri tad-deċedut ikun miet qablu, is-sehem mill-patrimonju li kien jieħu kieku kien ħaj meta miet id-deċedut jintiret, fuq il-bażi ta' distribuzzjoni per stirpes, mit-tfal ta' dak il-ġenitur (jiġifieri minn ħut id-deċedut), it-tfal tat-tfal u l-proneputijiet tiegħu u d-dixxendenti ulterjuri tiegħu, skont ir-regoli li japplikaw għall-każijiet meta tfal u dixxendenti oħra jirtu l-patrimonju tal-persuna deċeduta (l-Artikolu 15(1)).

Jekk il-ġenituri tad-deċedut jkunu mietu t-tnejn qablu, dak is-sehem mill-patrimonju illi kieku kien imur għand kull wieħed minnhom li kieku kienu għadhom ħajjin jintiret mid-dixxendenti tagħhom: sehem il-missier jintiret mid-dixxendenti tal-missier u sehem l-omm jintiret mid-dixxendenti tal-omm. F'kull każ, l-aħwa tad-deċedut min-naħa tal-missier biss jirtu sehem indaqs mill-porzjon tal-patrimonju tal-missier, l-aħwa tad-deċedut min-naħa tal-omm biss jirtu sehem indaqs mill-porzjon tal-patrimonju tal-omm, filwaqt li l-aħwa miż-żewġ ġenituri jirtu sehem missierhom f'sehem indaqs mal-aħwa mill-missier biss u sehem ommhom f'sehem indaqs mal-aħwa mill-omm biss (l-Artikolu 15(2) u (3) taz-ZD).

Jekk wieħed mill-ġenituri tad-deċedut ikun miet qablu u ma jkunux ħallew dixxendenti, dik il-parti mill-patrimonju illi kieku kienet tmur għand dak il-ġenitur li kieku kien għadu ħaj tintiret mill-ġenitur l-ieħor. Jekk dak il-ġenitur l-ieħor ikun miet qabel id-deċedut ukoll, id-dixxendenti tal-ġenitur jirtu l-porzjon tal-patrimonju tiegħu illi kieku kienet tintiret minn ġenitur wieħed jew l-ieħor (l-Artikolu 15 taz-ZD). Jekk iż-żewġ ġenituri jkunu mietu qabel id-deċedut u l-ebda wieħed minnhom ma jkun ħalla dixxendenti, il-patrimonju kollu jintiret mill-konjuġi superstiti tad-deċedut (l-Artikolu 16 u 17 taz-ZD).

It-tielet ordni tal-wirt:

Jekk ma jkun hemm ħadd li jkun f'pożizzjoni li jiret fl-ewwel jew it-tieni ordni tal-wirt, jiġi kkunsidrat it-tielet ordni tal-wirt.

Skont it-tielet ordni tal-wirt, il-patrimonju tal-persuna deċeduta li ma tkunx ħalliet dixxendenti jew ġenituri warajha, u dawn id-dixxendenti u ġenituri ma jkunu ħallew l-ebda dixxendenti jew konjuġi, il-patrimonju jintiret min-nanniet tal-persuna deċeduta. Nofs il-patrimonju jintiret min-nanniet min-naħa tal-missier u n-nofs l-ieħor jintiret min-nanniet min-naħa tal-omm (l-Artikolu 18 taz-ZD).

In-nanniet tal-istess naħa jirtu sehem indaqs tal-porzjoni tas-sehem tagħhom mill-patrimonju. Jekk wieħed mill-axxendenti tad-deċedut fuq naħa waħda ikun miet qablu, dak is-sehem mill-patrimonju li kien imur għand dak l-axxendent li kieku kien ħaj meta miet id-deċedut jintiret mit-tfal, tfal tat-tfal u dixxendenti ulterjuri ta' dak l-axxendent, skont ir-regoli li japplikaw għall-każijiet meta tfal u dixxendenti oħra jirtu l-patrimonju tal-persuna deċeduta. Fir-rigward ta' kull min jifdal, ir-regoli li japplikaw għall-wirt tal-ġenituri tad-deċedut u d-dixxendenti tagħhom (l-Artikolu 19 taz-ZD) japplikaw ukoll għad-dritt tal-wirt tan-nanniet minn naħa waħda u d-dixxendenti tagħhom.

Jekk in-nanniet minn naħa waħda jmutu qabel id-deċedut u ma jkollhomx dixxendenti, dik il-parti tal-patrimonju illi kieku baqgħu ħajjin kienet tmur għandhom tintiret min-nanniet tan-naħa l-oħra, u t-tfal tagħhom, it-tfal tat-tfal u dixxendenti ulterjuri, kif stipulat fl-Artikolu 19 taz-ZD (l-Artikolu 20 taz-ZD).

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Materji ta' wirt huma rregolati mill-qrati fir-Repubblika tas-Slovenja, bil-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni ratione materiae f'din il-materja tkun il-qorti lokali (okrajno sodišče).

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

Il-qorti bħala parti minn seduta dwar il-wirt.

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

Il-qorti bħala parti minn seduta dwar il-wirt.

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Il-qorti bħala parti minn seduta dwar il-wirt.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Jekk persuna tmut jew tiġi ddikjarata mejta, ir-reġistratur responsabbli li jdaħħal il-mewt fir-reġistru tal-imwiet jibgħat iċ-ċertifikat tal-mewt lill-qorti tas-suċċessjoni fi żmien 30 jum (l-Artikolu 179(1) taz-ZD).

Il-proċedura tibda ex officio meta l-qorti tirċievi ċ-ċertifikat tal-mewt.

Jekk skont iċ-ċertifikat tal-mewt, il-persuna deċeduta ma tkun ħalliet l-ebda patrimonju, il-qorti tas-suċċessjoni tiddeċiedi li ma żżommx seduta tas-suċċessjoni; il-qorti tasal għall-istess deċiżjoni jekk il-persuna deċeduta tkun ħalliet biss beni mobbli u ħadd mill-persuni intitolati li jirtu ma jitlob seduta (l-Artikolu 203(1) u (2) taz-ZD). Fil-każijiet l-oħra kollha, il-qorti tiddeċiedi li żżomm seduta tas-suċċessjoni. Tul il-proċedimenti tas-suċċessjoni, il-qorti tistabbilixxi min huma l-werrieta tal-persuna deċeduta, liema proprjetà tifforma l-patrimonju u liem drittijiet mill-patrimonju jridu jitgawdew mill-werrieta, il-legatarji u persuni oħrajn (l-Artikolu 162 taz-ZD).

Il-proċedimenti tas-suċċessjoni huma fin-natura tagħhom proċedimenti nonkontenzjużi. Jekk kwalunkwe fatt li d-drittijiet jiddependu minnu jkun ikkontestat mill-partijiet, il-qorti tissospendi s-seduta tas-suċċessjoni u tidderiġi lill-partijiet jiftħu kawża ċivili jew proċedura amministrattiva (l-Artikolu 210(1) taz-ZD).

Meta l-qorti tiddeċiedi liema persuni huma intitolati għall-patrimonju, tiddikjarahom werrieta b'deċiżjoni dwar il-wirt (l-Artikolu 214(1) taz-ZD). Id-deċiżjoni dwar il-wirt tingħata lil kull werriet u legatarju, kif ukoll lil dawk il-persuni li jkunu eżerċitaw pretensjoni mill-wirt tul il-proċedimenti (l-Artikolu 215(1) taz-ZD).

Il-qorti tordna li jsiru l-annotazzjonijiet neċessarji fir-reġistru tal-artijiet wara li d-deċiżjoni dwar il-wirt issir finali.

Kull wieħed mill-werrieta jista' jitlob il-qsim tal-patrimonju fi kull ħin, sakemm ma jkunx mument mhux xieraq. Dan id-dritt ma jistax ikun suġġett għall-preskrizzjoni. Ftehim fejn werriet jirrinunzja għad-dritt tiegħu li jitlob il-qsim tal-patrimonju mhuwiex validu, u lanqas ma hi valida dispożizzjoni f'testment li tipprojbixxi jew tillimita dan il-qsim (l-Artikolu 144 taz-ZD). L-Att dwar il-Wirt ma fih l-ebda dispożizzjoni dwar kif jiġi implimentat il-qsim tal-patrimonju; minflok, din il-kwistjoni hija rregolata mill-Kodiċi dwar il-Proprjetà (SPZ) bħala parti mid-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-qsim tal-koproprjetà. Fi kliem ieħor, il-patrimonju huwa l-koproprjetà tal-kowerrieta. Il-kowerrieta jistgħu jiddeterminaw kif irid jinqasam il-patrimonju. Jekk ma jirnexxilhomx jaqblu, il-qorti tiddeċiedi dwar il-metodu tal-qsim fi proċedimenti nonkontenzjużi. Jekk il-werrieta kollha jipproponu l-qsim u l-metodu tal-qsim bi qbil matul il-proċedimenti tas-suċċessjoni, il-qorti tagħmel referenza għal dan il-ftehim fid-deċiżjoni dwar il-wirt (l-Artikolu 214(3) taz-ZD).

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

L-Att dwar il-Wirt jistipula li l-patrimonju jgħaddi għand il-werriet bis-saħħa tal-istess att (ipso iure) mill-mument ta' mewt it-testatur (l-Artikolu 132 taz-ZD). Id-deċiżjoni dwar il-wirt li biha l-qorti tħabbar il-werrieta wara tmiem il-proċedimenti tas-suċċessjoni hija għalhekk ta' natura dikjaratorja biss.

Legatarju jikseb legat mal-mewt, sakemm il-legat ma jkunx suġġett għal kundizzjonijiet jew marbut ma' perjodu ta' żmien speċifiku; f'dan il-każ, il-legatarju jirċievi l-legat meta tiġi ssodisfata dik il-kundizzjoni jew jgħaddi dak il-perjodu ta' żmien. Il-ksib ta' legat ifisser li l-legatarju jista' jitlob li t-termini tal-legat ikunu ssodisfati. Id-dispożizzjonijiet ġenerali tas-SPZ japplikaw għal meta d-dritt tas-sjieda jgħaddi għand il-legatarju.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Iva. Madankollu, din ir-responsabbiltà hija ristretta. Werriet huwa responsabbli għad-dejn tad-deċedut sal-valur tal-beni li jiret. Jekk ikun hemm iktar minn werriet wieħed, ikunu responsabbli in solidum għad-dejn tad-deċedut, jiġifieri kull wieħed minnhom sal-valur tas-sehem rispettiv tiegħu mill-patrimonju irrispettivament minn jekk ikunx diġà sar il-qsim tal-patrimonju. Rigward il-proporzjonijiet interni tal-qsim bejn il-werrieta, id-dejn ikun kopert bi proporzjon tas-sehem rispettiv tagħhom mill-patrimonju sakemm it-testment ma jiddeterminax mod ieħor (l-Artikolu 142 taz-ZD).

Werriet li jkun irrinunzja għall-porzjon tiegħu mill-patrimonju ma jkunx responsabbli għad-dejn tad-deċedut (l-Artikolu 142(2) taz-ZD).

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Il-qorti tar-reġistru tal-artijiet tiddeċiedi tistax issir annotazzjoni fuq il-bażi tad-dokumenti li jippruvaw l-eżistenza ta' bażi ġuridika għall-ksib ta' dritt li jkun suġġett għal annotazzjoni, bil-kundizzjoni li l-kundizzjonijiet l-oħrajn stipulati fil-liġi jiġu ssodisfati.

Il-bażi għall-annotazzjoni ta' proprjetà immobbli li tkun is-suġġett ta' wirt hija deċiżjoni legalment finali dwar il-wirt maħruġa tul il-proċedimenti tas-suċċessjoni (il-punt 6 tal-Artikolu 40(1) tal-Att dwar ir-Reġistru tal-Artijiet, ZZK-1). Il-qorti tar-reġistru tal-artijiet tordna li jiddaħħal id-dritt tas-sjieda fir-reġistru tal-artijiet ex officio u skont deċiżjoni legalment finali dwar il-wirt.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Ma hemm l-ebda rekwiżit obbligatorju biex jiġi nnominat amministratur ta' patrimonju;

fil-prinċipju, sakemm patrimonju jinqasam ikun amministrat u ttrasferit konġuntament mill-werrieta. Patrimonju jista' jiġi assenjat għall-ġestjoni ta' amministratur speċjali jekk il-werrieta jaqblu fuq dan. Jekk il-werrieta ma jkunux jistgħu jaqblu dwar l-amministrazzjoni tal-patrimonju, il-qorti tinnomina amministratur, fuq talba ta' kwalunkwe wieħed mill-werrieta, biex jamministra l-patrimonju għall-werrieta kollha, jew jiddetermina l-porzjon tal-patrimonju li jamministra kull werriet. (l-Artikolu 145 taz-ZD)

Testatur jista' jinnomina fit-testment tiegħu lil persuna waħda jew iktar bħala eżekuturi testamentarji (l-Artikolu 95(1) taz-ZD). Fost affarijiet oħra, eżekutur jamministra l-patrimonju (l-Artikolu 96(1) taz-ZD).

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Testatur jista' jinnomina fit-testment tiegħu lilpersuna waħda jew iktar bħala eżekuturi testamentarji (l-Artikolu 95(1) taz-ZD). Sakemm it-testatur ma jkunx speċifika mod ieħor, id-dmirijiet ta' eżekutur testamentarju huma, b'mod partikolari, li jeżerċita d-diliġenza dovuta fuq il-patrimonju li jkun qed jamministra, jieħu ħsieb  il-ħlas tad-dejn u l-legati u, fuq kollox, jeżegwixxi t-testment bil-mod kif xtaq it-testatur (l-Artikolu 96(1) taz-ZD). Jekk ma jiġi nnominat l-ebda eżekutur testamentarju, il-werrieta li jkunu qed jamministraw il-patrimonju flimklien qabel il-qsim jistgħu jassenjaw l-amministrazzjoni tal-patrimonju lil amministratur speċjali. Jekk il-werrieta ma jkunux jistgħu jaqblu dwar l-amministrazzjoni tal-patrimonju, il-qorti tinnomina amministratur, fuq talba ta' kwalunkwe wieħed mill-werrieta, biex jamministra l-patrimonju għall-werrieta kollha, jew jiddetermina l-porzjon tal-patrimonju li jamministra kull werriet. (l-Artikolu 145 taz-ZD)

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Meta testatur jinnomina eżekutur testamentarju fit-testment, dak it-testment jiddetermina wkoll id-dmirijiet tat-testatur.

Sakemm it-testatur ma jkunx iddetermina mod ieħor, dan li ġej japplika skont il-liġi (l-Artikolu 96(1) taz-ZD):

  • li l-eżekutur irid jeżerċita d-diliġenza dovuta fuq il-patrimonju. B'mod partikolari, huwa jrid jieħu ħsieb kull miżura ta' assigurazzjoni, it-tħejjija tal-inventarju u l-valutazzjoni tal-patrimonju (l-Artikolu 184 taz-ZD), u ż-żamma ta' beni mobbli speċifikati (l-Artikoli 190 u 191 taz-ZD);
  • li l-eżekutur jamministra l-patrimonju, fejn l-amministrazzjoni regolari tinkludi wkoll it-trasferiment ta' beni individwali tal-patrimonju. Fil-perjodu li matulu jkun qed jeżegwixxi din il-funzjoni, l-eżekutur testamentarju jeskludi lil kull werriet mill-amministrazzjoni tal-patrimonju u mit-trasferiment ta' beni tal-patrimonju;
  • li l-eżekutur jiżgura li d-dejn tat-testatur jitħallas, u li t-termini ta' kull legat jiġu ssodisfati u l-kompiti mitmuma;
  • li l-eżekutur jiżgura b'mod ġenerali li t-testment jiġi eżegwit kif jixtieq it-testatur (ara Prof. K. Zupančič, Prof. V. Žnidaršič Skubic, Dedno pravo (Id-dritt tal-wirt), Uradni list 2009, pp. 170–171).

Meta jkun hemm iktar minn eżekutur testamentarju wieħed, huma jaqdu d-dmirijiet fdati lilhom flimkien, sakemm it-testatur ma jkunx iddetermina mod ieħor (l-Artikolu 96(2) taz-ZD). Eżekutur testamentarju jrid jipprovdi rapport dwar xogħlu lill-qorti, ikun intitolat għal rimborż tal-ispejjeż tiegħu u għal ħlas ta' xogħlu, li jitħallas mill-porzjoni disponibbli tal-patrimonju b'deċiżjoni tal-qorti (l-Artikolu 97 taz-ZD).

Jekk ma jiġi nnominat l-ebda eżekutur testamentarju, il-werrieta li jkunu qed jamministraw il-patrimonju flimkien sakemm jinqasam jistgħu jassenjaw l-amministrazzjoni tal-patrimonju lil amministratur speċjali. Jekk il-werrieta ma jkunux jistgħu jaqblu dwar l-amministrazzjoni tal-patrimonju, il-qorti tinnomina amministratur, fuq talba ta' kwalunkwe wieħed mill-werrieta, biex jamministra l-patrimonju għall-werrieta kollha, jew jiddetermina l-porzjon tal-patrimonju li jamministra kull werriet l-Artikolu 145 (taz-ZD).

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Il-qorti tieħu deċiżjoni dwar il-wirt, li tkun deċiżjoni ġudizzjarja dwar il-merti tal-kawża, fi tmiem il-proċedimenti tas-suċċessjoni. Id-deċiżjoni tistabbilixxi l-ambitu tal-patrimonju, u tħabbar il-werrieta u l-legatarji, kif ukoll kull persuna oħra li tista' tkun intitolata għal porzjon mill-patrimonju. Skont iz-ZD, id-deċiżjoni dwar il-wirt trid tinkludi l-komponenti li ġejjin (l-Artikolu 214(2)):

  1. il-kunjom u l-isem (kif ukoll kull kunjom preċedenti) tal-persuna deċeduta u isem missierha, il-professjoni tal-persuna deċeduta, id-data tat-twelid u n-nazzjonalità u, meta l-persuna deċeduta tkun mara miżżewġa, kunjom xbubitha;
  2. dikjarazzjoni tal-proprjetà immobbli, bid-data mir-reġistru tal-artijiet, u dikjarazzjoni tal-beni mobbli b'referenza għall-inventarju;
  3. il-kunjom, l-isem, il-professjoni u l-post tar-residenza permanenti tal-werriet, ir-relazzjoni bejn il-werriet u d-deċedut, jekk il-werriet hux qed jiret bħala werriet legali jew werriet fuq il-bażi ta' testment u, meta jkun hemm iktar minn werriet wieħed, l-ishma rispettivi tagħhom mill-patrimonju;
  4. jekk il-proċess għad-determinazzjoni ta' werriet ġiex sospiż;
  5. jekk id-dritt ta' werriet ġiex sospiż minħabba li għadu ma wasalx iż-żmien xieraq jew ġiex ristrett għal mument speċifiku, ġiex sospiż minħabba li ma ġietx issodisfata kundizzjoni jew hux dipendenti fuq kundizzjoni riżolutorja jew kompitu li jista' jitqies kundizzjoni riżolutorja, jew hux ristrett minn dritt ta' użufrutt u għal benefiċċju ta' min.
  6. il-kunjom, l-isem, il-professjoni u l-post tar-residenza permanenti ta' persuni intitolati għal legat, użufrutt jew kwalunkwe dritt ieħor li jiġi mill-patrimonju, b'deskrizzjoni preċiża ta' dan id-dritt.
L-aħħar aġġornament: 24/06/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Slovakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Informazzjoni ġenerali - Slovakkja

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Il-liġi Slovakka ma tippermettix ftehim dwar is-suċċessjoni jew testmenti konġunti.

Jeżistu diversi metodi għall-abbozzar ta' testmenti:

(1) Testment miktub bl-id tat-testatur irid jikkontjeni l-firma bl-idejn tiegħu u d-data. Mhuwiex meħtieġ li t-tali testment miktub jiġi ffirmat minn żewġ xhieda.

(2) Testment imfassal bl-użu ta' metodu differenti ta' kitba (bħall-kompjuter, tajprajter jew minn persuna oħra li mhijiex it-testatur) irid jiġi ffirmat quddiem żewġ xhieda, li jridu jiffirmaw it-testment sabiex jattestjaw li d-dokument huwa realment espressjoni tal-volontà aħħarija tat-testatur). Testment imfassal b'dan il-mod irid jikkontjeni l-firma bl-idejn tal-persuna u d-data.

(3) Testment f'forma ta' att notarili. In-nutar huwa responsabbli għar-rekwiżiti ta' kontenut u ta' forma ta' dan it-tip ta' testment. Kull att notarili jrid jiġi rreġistrat fir-Reġistru Ċentrali Notarili tat-Testmenti.

(4) Tintuża forma speċjali ta' testmenti meta l-awtur tat-testment huwa f'kundizzjoni medika fqira, ma jistax jara' jew jisma', jew mhuwiex kapaċi jaqra' jew jikteb. F'tali każijiet tliet xhieda jridu jkunu preżenti. Huma jivvalidaw it-testment bil-firma tagħhom wara li jinqara' lilhom. Id-dokument irid jispeċifika l-persuna li kitbitu, il-persuna li qratu b'vuċi tgħajjat u kif ġie kkonfermat li d-dokument jikkontjeni r-rieda vera tat-testatur.

Persuni biss b'kapaċità legali jistgħu jkunu xhieda. Ma jistgħux jaġixxu bħala xhieda persuni għomja jew li ma jistgħux jitkellmu, dawk li ma jifhmux il-lingwa li fiha jiġu espressi l-volontajiet u l-benefiċjarji tat-testment.

Sabiex testment ikun validu dan irid jindika l-jum, ix-xahar u s-sena tar-redazzjoni tiegħu. Ovvjament, parti importanti mill-kontenut huwa l-isem tal-benefiċjarji li jirtu l-patrimonju fl-intier tiegħu, ishma proporzjonali tiegħu jew oġġetti speċifiċi (min jirċievi xiex).

Fejn it-testment ikun inkiteb b'idejn it-testatur, jiġi rrikkmandat lit-testatur sabiex jgħid lil dawk ta' madwaru, sabiex huma jkunu jafu fejn ikun ġie ddepożitat it-testment.

Kwalunkwe kundizzjoni mehmuża mat-testment ma għandhiex valur legali.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

In-nutara jridu jirreġistraw it-testmenti ex officio fir-Reġistru Notarili Ċentrali tat-Testmenti, li huwa miżmum mill-Kamra tan-Nutara. It-testmenti kif deskritti iktar 'il fuq fil-punti (1), (2) u (4) ma jeħtieġux li jiġu rreġistrati, iżda fuq talba tat-testatur jew persuna oħra dawn jistgħu jiġu aċċettati minn nutar għal kustodja. In-nutar irid jirreġistra wkoll din il-kustodja fir-Reġistru Notarili Ċentrali tat-Testmenti.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Iva, it-Taqsima 479 tal-Kodiċi Ċivili (Att Nru 40/1964) tispeċifika l-ishma riżervati tal-patrimonju u l-werrieta intitolati għalihom: "Id-dixxendenti minuri jridu jirċievu almenu l-ekwivalenti tas-sehem legali tas-suċċessjoni tagħhom u d-dixxendenti adulti jridu jirċievu l-ekwivalenti ta' nofs is-sehem legali tas-suċċessjoni tagħhom. F'każ ta' provvediment kuntrarju fit-testment, din il-parti tat-testment hija nulla ħlief jekk id-dixxendenti kkonċernati ġew diżeredati".

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Is-suċċessjoni tiddevolvi skont il-liġi, b'testment jew permezz ta' dawn iż-żewġ mekkaniżmi. Jekk il-mejjet ma għamilx testment jew hemm beni li ma ġewx inklużi fit-testment, is-suċċessjoni tiddevolvi skont il-liġi abbażi tal-klassijiet ta' benefiċjarji.

L-ewwel klassi ta' werrieta

Fl-ewwel klassi, l-ulied u l-konjugi tal-mejjet jirtu f'partijiet indaqs. Jekk wieħed mill-ulied ma jiritx, is-sehem tiegħu jiġi ddistribwit lill-uliedu f'partijiet indaqs. Jekk anki dawn l-ulied, jew kwalunkwe wieħed minnhom, ma jirtux, allura d-dixxendenti tagħhom jirtu f'partijiet indaqs.

Jekk il-mejjet ma ħalliex dixxendenti jew id-dixxendenti tiegħu ma jirtux (jiġifieri jekk huma kollha rrifjutaw is-suċċessjoni, jew ħadd minnhom ma jista' jiret, jew huma kollha ġew diżeredati jew mhumiex meħuda inkunsiderazzjoni), is-suċċessjoni tgħaddi għand it-tieni klassi ta' benefiċjarji.

It-tieni klassi ta' werrieta

Jekk id-dixxendenti tal-mejjet ma jirtux, il-benefiċjarji fit-tieni klassi jinkludu l-konjugi u l-ġenituri tal-mejjet, kif ukoll il-persuni li għexu mal-mejjet taħt l-istess saqaf mill-inqas għal sena qabel mewtu u li għal dik ir-raġuni ħadu ħsieb ir-residenza komuni, jew kienu dipendenti fuq il-mejjet għall-manteniment. Il-benefiċjarji fit-tieni klassi jirtu f'partijiet indaqs. madankollu, il-konjuġi jrid jirċievi dejjem mill-inqas nofs il-patrimonju.

It-tielet klassi tal-werrieta

Jekk la l-konjuġi u lanqas ebda mill-ġenituri ma jirtu, il-benefiċjarji fit-tielet klassi, li jirtu f'partijiet indaqs, jinkludu l-aħwa tal-mejjet u l-persuni li għexu mal-mejjet taħt l-istess saqaf għal sena mill-inqas qabel mewtu u li għal dik ir-raġuni ħadu ħsieb ir-residenza komuni, jew kienu dipendenti fuq il-mejjet għall-manteniment. Jekk kwalunkwe persuna minn wieħed mill-aħwa tal-mejjet ma tiritx, it-tfal tagħha jirċievu s-sehem tagħha f'partijiet indaqs.

Ir-raba' klassi tal-werrieta

Jekk ebda benefiċjarju ma jiret fit-tielet klassi, ir-raba' klassi tinkludi n-nanniet tal-mejjet, li jirtu f'partijiet indaqs, u jekk ebda min-nanniet ma jirtu, is-suċċessjoni tiddevolvi lit-tfal tan-nanniet f'partijiet indaqs.

Fejn ma hemm ebda benefiċjarju, il-patrimonju jgħaddi lill-Istat fin-nuqqas ta' werrieta.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Hija kompetenti l-qorti tad-distrett (okresný súd) li fil-ġurisdizzjoni tiegħu l-mejjet kellu l-aħħar residenza tiegħu, jew, jekk ma kellu ebda residenza jew ir-residenza tiegħu ma tistax tiġi stabbilita, il-qorti tad-distrett li fil-ġurisdizzjoni tiegħu huwa kellu l-aħħar residenza tiegħu, u jekk ma hemmx tali qorti, allura l-qorti tal-post fejn il-mejjet kellu l-beni tiegħu. Il-qorti distrettwali taħtar nutar bħala kummissarju tal-ġustizzja biex imexxi l-proċeduri kollha tas-suċċessjoni. L-atti notarili huma meqjusa bħala atti ġudizzjarji. It-talbiet ta' għajnuna legali barra mill-pajjiż huma esklużi mill-atti notarili.

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

Il-benefiċjarji jagħmlu dikjarazzjoni orali ta' aċċettazzjoni jew ta' rinunzja tas-suċċessjoni quddiem in-nutar, jew dikjarazzjoni bil-miktub li huma jinnotifikaw lill-qorti probanti f'perjodu ta' xahar mill-jum min meta ġew innotifikati mill-qorti bid-dritt tagħhom ta' aċċettazzjoni / rinunċja tas-suċċessjoni u tal-implikazzjonijiet tad-dikjarazzjoni.

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

Il-liġi Slovakka ma tipprovdix għal legati.

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Ma hemm ebda dikjarazzjoni speċjali ta' rinunċja jew aċċettazzjoni ta' sehem riżervat. Il-proċedura hija analoga għad-dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni / rinunzja ta' suċċessjoni, iżda l-limitu massimu ta' xahar huwa inapplikabbli.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Ir-Reġistru tal-Insinwa jinnotifika lill-qorti distrettwali kompetenti ta' mewt fid-distrett tiegħu. Il-qorti tibda proċedimenti, anki mingħajr raġuni, ladarba ssir taf li miet xi ħadd jew li persuna ġiet iddikjarata mejta. Fl-ewwel lok, il-qorti tiċċekkja fir-Reġistru Notarili Ċentrali tat-Testmenti jekk il-mejjet ħalliex testment, strument ta' diżeredazzjoni, jew revoka ta' xi wieħed minn dawn iż-żewġ atti, u tidentifika n-nutar li miegħu ġie ddepożitat id-dokument. Il-qorti twettaq investigazzjoni preliminari biex tidentifika l-benefiċjarji u l-patrimonju u d-dejn tal-mejjet, u tieħu miżuri urġenti meħtieġa biex tipproteġi s-suċċessjoni. Mhemm ebda bżonn li jiġi ordnat smigħ għal-likwidazzjoni tas-suċċessjoni.

In-nutar, fil-kwalità ta' kummissarju tal-ġustizzja mqabbad mill-qorti, joħroġ ċertifikat tal-wirt, suġġett għall-kunsens tal-benefiċjarji, jekk

  • il-patrimonju jgħaddi lil benefiċjarju uniku,
  • il-patrimonju jgħaddi lill-Istat fin-nuqqas ta' werrieta,
  • il-benefiċjarji jaqblu bejniethom dwar id-distribuzzjoni, jew
  • il-benefiċjarji u l-kredituri tal-mejjet ikkonkludew ftehim bejniethom dwar it-trażmissjoni tas-suċċessjoni milquta b'piż eċċessiv ta' dejn għar-rimborż tad-dejn.

It-trasferiment tad-drittijiet ta' proprjetà lill-benefiċjarji huwa suġġett għall-kisba ta' ċertifikat tal-wirt validu.

Jekk il-proċeduri ta' suċċessjoni ma jwasslux għall-għoti ta' ċertifikat tal-wirt (pereżempju, f'każ ta' kontestazzjoni), in-nutar jipprepara d-dokumenti kollha meħtieġa sabiex il-qorti tkun tista' tagħti deċiżjoni, inkluż proġett ta' digriet mill-qorti, u tiċċifra l-ispejjeż u l-onorarji tiegħu.

Jekk il-patrimonju għandu dejn eċċessiv u l-benefiċjarji ma jirnexxilhomx jiftehmu mal-kredituri tal-mejjet biex jitrasferulhom il-patrimonju bħala pagament tad-dejn, il-qorti tista' tordna l-likwidazzjoni tas-suċċessjoni. Fid-digriet tagħha ta' likwidazzjoni, il-qorti tistieden lill-kredituri sabiex jinnotifikaw il-krediti tagħhom lilha f'perjodu ta' żmien speċifiku; inkella, il-krediti jintilfu.

Il-qorti (in-nutar bħala kummissarju tal-ġustizzja) tipproċedi għal-likwidazzjoni tal-patrimonju b'dejn eċċessiv billi jinbiegħu l-assi kollha tal-mejjet bil-prezz attwali ta' beni komparabbli. Matul dan il-bejgħ, il-kummissarju tal-ġustizzja jaġġixxi għall-partijiet f'ismu proprju iżda jieħu inkunsiderazzjoni kwalunkwe suġġeriment aktar vantaġġjuż mill-partijiet għal-likwidazzjoni tal-beni. Jekk jibqa' xi beni, dawn jgħaddu lill-Istat b'effett mid-data tal-jum tal-mewt tad-de cujus.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Is-suċċessjoni tinfetaħ fuq il-mewt tad-de cujus. Iċ-ċertifikat tal-wirt jew id-digriet tal-qorti għandhom biss effetti dikjaratorji dwar fatt tal-passat. Madankollu, id-dispożizzjoni sħiħa tal-patrimonju hija possibbli biss b'ċertifikat tal-wirt jew digriet tal-qorti.

Il-jum tal-mewt tad-de cujus irid jiġi ppruvat permezz ta' ċertifikat tal-mewt, notifika ta' mewt maħruġa minn reġistru speċjali tal-Ministeru Slovakk tal-Intern meta ċittadin Slovakk imut barra mis-Slovakkja, jew deċiżjoni tal-qorti mogħtija fi proċedimenti għad-dikjarazzjoni ta' persuna mejta f'każ ta' persuni li sparixxew, meta d-data tal-mewt tiġi ddikjarata mill-qorti. Il-qrati Slovakki biss huma kompetenti li jiddikjaraw iċ-ċittadini Slovakki bħala mejtin. Il-qrati Slovakki jistgħu jiddikjaraw ċittadini barranin bħala mejtin, iżda l-implikazzjonijiet legali japplikaw biss għall-persuni li jgħixu b'mod permanenti fis-Slovakkja u biss għall-proprjetà li tinsab fis-Slovakkja.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Iva, il-benefiċjarji huma responsabbli għad-dejn tal-mejjet, iżda biss sal-valur tal-patrimonju li huwa devolut lilhom. Il-benefiċjarji mhumiex obbligati li jħallsu d-dejn tal-mejjet bl-użu tal-beni tagħhom stess.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

L-iskrizzjoni fir-reġistru tal-artijiet issir mill-Awtorità Distrettwali għall-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli. L-Awtorità tagħmel ir-reġistrazzjoni ex officio jew fuq talba tal-proprjetarju jew persuna awtorizzata oħra. L-applikazzjonijiet iridu jsiru bil-miktub u jridu jinkludu (a) l-isem tal-applikant (l-isem tan-negozju) u l-uffiċċju permanenti (uffiċċju rreġistrat), (b) l-isem tal-awtorità distrettwali li għaliha hija indirizzata l-applikazzjoni; (c) ċertifikat pubbliku jew dokument uffiċjali ieħor li jikkonferma t-titolu tal-applikant għall-proprjetà, u (d) lista ta' kwalunkwe anness.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Il-ħatra ta' amministratur mhijiex obbligatorja. Madankollu, jekk huwa fl-interess ġenerali jew fl-interess ewlieni tal-partijiet, il-qorti tieħu miżuri urġenti fuq l-inizjattiva tagħha stess biex tħares is-suċċessjoni u tista' ukoll taħtar amministratur. Ġeneralment, l-amministratur huwa wieħed mill-benefiċjarji jew persuna oħra li kienet qrib tal-mejjet, iżda jista' ikun ukoll nutar ieħor mill-kummissarju tal-ġustizzja fil-proċeduri ta' wirt inkwistjoni.

L-amministratur maħtur skont il-liġi Slovakka huwa differenti mill-amministratur skont il-liġi komuni.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

In-nutar maħtur bħala l-kummissarju tal-ġustizzja jeżegwixxi t-testment. Il-benefiċjarji jamministraw il-patrimonju akkwistat permezz ta' suċċessjoni, iżda jeħtieġu l-awtorizzazzjoni għad-dispożizzjoni ta' oġġetti inklużi fis-suċċessjoni u għal atti oħra li jmorru lil hinn mill-immaniġġar ta' kuljum.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Matul il-proċeduri ta' suċċessjoni, l-amministratur jieħu kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex jippreżerva l-beni li jifformaw parti mill-patrimonju fil-limiti stabbiliti mill-qorti. Il-qorti tiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tagħha bl-għan li tippermetti lill-amministratur li jippreżerva l-valur tal-beni li jagħmlu parti mill-patrimonju. L-amministratur huwa responsabbli għal kull dannu li jikkawża bi ksur tad-dmirijiet tiegħu speċifikati fil-liġi jew mill-qorti. Fit-tmiem tal-proċeduri ta' suċċessjoni, huwa jissottometti rapport finali lill-benefiċjarji u l-qorti tiddeċiedi dwar l-onorarji tiegħu kif ukoll ir-rimborż tal-kostijiet lilu, li jkunu pagabbli mill-benefiċjarju li jirċievi l-patrimonju.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Fit-tmiem tal-proċeduri ta' suċċessjoni, in-nutar joħroġ ċertifikat ta' wirt, li huwa meqjus li huwa digriet mill-qorti. Iċ-ċertifikat ikun fih l-ismijiet tal-benefiċjarji u jidentifika l-beni li jiddevolvu għand kull benefiċjarju u l-ishma tal-patrimonju.

Fuq talba tal-benefiċjarju, in-nutar jista' joħroġ Ċertifikat tal-Grupp ta' Werrieta matul il-proċeduri ta' suċċessjoni. Din hija "konferma tal-fatti magħrufa mill-fajl", strument awtentiku maħruġ min-nutar inkarigat mis-suċċessjoni, prinċipalment għal raġunijiet ta' evidenzjar tal-istatus ta' benefiċjarju jew persuna intitolata oħra li tirċievi dritt tal-mejjet (pereż. kumpens taħt polza ta' assigurazzjoni, drittijiet marbuta mal-kwalità ta' membru, statut fi proċeduri li għadhom għaddejja, eċċ.).

L-aħħar aġġornament: 14/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni ġenerali - Finlandja

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Kwistjonijiet ta' wirt huma rregolati permezz tal-Kodiċi ta' Wirt (40/1965). L-uniku mezz biex jiġi previst x'jiġri mill-patrimonju wara l-mewt huwa billi jsir testment. Testment irid isir bil-miktub u fil-preżenza simultanja ta' żewġ xhieda. It-testatur irid jiffirma t-testment meta jagħmlu jew jirrikonoxxi l-firma preċedenti tiegħu fuq it-testment. Ix-xhieda jridu jattestjaw it-testment billi jiffirmawh ladarba t-testatur jiffirmah jew jirrikonoxxi l-firma tiegħu fuqu. Testment verbali jista' jkun verbali f'ċerti każijiet eċċezzjonali.

Huwa possibbli wkoll li jsir testment reċiproku, li fil-parti l-kbira tal-każijiet jiġi redatt mill-konjuġi biex jittrasferixxu d-dritt ta' sjieda lil xulxin. Testmenti reċiproċi huma suġġetti għall-istess rekwiżiti formali bħal testmenti oħra. Ir-regoli li japplikaw għal testmenti reċiproċi bejn il-konjuġi japplikaw ukoll għal testmenti reċiproċi magħmula bejn l-imsieħba f'sħubija ċivili reġistrata.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

L-awtoritajiet fil-Finlandja ma jżommux reġistru tat-testmenti.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Il-libertà li wieħed jiddisponi mis-suċċessjoni tiegħu hija limitata għall-benefiċċju tad-dixxendenti diretti u tal-konjuġi. Id-dixxendenti diretti u l-ulied adottati, kif ukoll id-dixxendenti tagħhom, huma intitolati għal porzjon legali tal-patrimonju tad-decujus. Il-porzjon legali jammonta għal nofs il-valur tal-porzjon li jiddevolvi lil dak il-werriet skont l-ordni statutorja tas-suċċessjoni.

Il-konjuġi jgawdi wkoll minn protezzjoni minn testment magħmul mill-konjuġi li miet l-ewwel. Il-konjuġi superstiti jista' jżomm il-patrimonju indiviż tal-konjuġi mejjet, suġġett jew għal talba għal diviżjoni minn dixxendent dirett jew għal testment tad-decujus. Il-konjuġi superstiti jista' dejjem, madankollu, iżomm il-pussess indiviż tad-dar komuni tal-konjuġi, kif ukoll l-għamara domestika abitwali, sakemm il-konjuġi superstiti ma għandhux proprjetà residenzjali li tista' tintuża bħala dar.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Il-werrieta legali ewlenin huma d-dixxendenti diretti, li kull wieħed minnhom jirċievi porzjon ugwali mill-patrimonju. F'każ ta' mewt ta' wild, kull dixxendent ta' dak il-wild jiret minfloku, u kull fergħa tal-familja tirċievi porzjon indaqs.

Jekk id-de cujus kien miżżewweġ u mhuwiex sopravissut minn kwalunkwe dixxendent dirett, il-konjuġi superstiti jiret l-ewwel il-patrimonju tal-konjuġi mejjet. L-imsieħba reġistrati huma intitolati li jirtu skont l-istess kundizzjonijiet bħall-konjuġi.

Jekk id-de cujus mhuwiex sopravissut minn xi dixxendenti diretti u ma kienx miżżewweġ fil-perjodu tal-mewt, missier u omm id-de cujus jirċievu nofs il-patrimonju. Jekk missier jew omm id-de cujus ikunu mietu, dak il-porzjon jinqasam bejn l-aħwa tad-de cujus. Jekk wieħed mill-aħwa jkun miet, id-dixxendenti tiegħu jieħdu posthu, u kull fergħa tal-familja tirċievi porzjon indaqs. Jekk ma hemmx aħwa jew dixxendenti tagħhom, iżda wieħed mill-ġenituri tad-de cujus huwa ħaj, dak il-ġenitur jirċievi l-patrimonju kollu.

Jekk id-de cujus ma jkunx sopravissut minn ebda mill-werrieta msemmija iktar 'il fuq, il-ġenituri ta' missier u omm id-de cujus jirċievu l-patrimonju kollu. Jekk imutu n-nannu patern, in-nanna paterna, in-nannu materna jew in-nanna materna, il-porzjon tal-patrimonju li kieku kien imur lil wieħed min-nanniet imur lit-tfal tiegħu. Il-kuġini ma għandhomx id-dritt li jirtu.

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Diversi awtoritajiet għandhom ġurisdizzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-amministrazzjoni ta' wirt. L-inventarju tal-patrimonju (perukirja), li hija lista li trid tiġi mfassla bl-assi u bl-obbligazzjonijiet tal-persuna deċeduta, irid jintbagħat lill-uffiċċju tat-taxxa tal-post ta' domiċilju tal-persuna deċeduta fi żmien xahar mid-data tat-tfassil tiegħu. Il-konferma tal-lista ta' benefiċjarji tista' tintalab minn uffiċċju tar-reġistru lokali. It-Teżor tal-Istat hija l-awtorità ċentrali għal kwistjonijiet dwar l-akkwist ta' proprjetà mill-Istat. Il-qorti distrettwali (käräjäoikeus) tad-domiċilju tal-persuna deċeduta għandha ġurisdizzjoni biex tisma' kull każ dwar il-patrimonju.

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

Il-wirt jista' jiġi aċċettat bit-tmexxija tal-proprjetà ta' wirt. Il-werriet jista' wkoll jagħmel dikjarazzjoni separata ta' aċċettazzjoni. Jekk il-patrimonju jkun inqasam, id-dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni għandha ssir lill-eredi l-oħra li aċċettaw il-wirt. Jekk il-patrimonju ma jkunx ġie likwidat, id-dikjarazzjoni għandha ssir lill-amministratur tal-patrimonju. Id-dikjarazzjoni tista' wkoll tiġi ppreżentata lill-qorti.

Ma hemm ebda format preskritt għal dikjarazzjonijiet ta' rinunzja, iżda kull dikjarazzjoni bħal din trid issir bil-miktub. Dikjarazzjoni ta' rinunzja tista' ssir minn persuna/i li għandha/hom porzjon mill-patrimonju tad-de cujus, l-amministratur tal-wirt, id-distributur tal-patrimonju, l-eżekutur tat-testment jew kull dixxendent li jieħu post il-werrieta deċeduti. Sabiex ir-rinunzja jkollha effett legali kontra s-sekwestru mill-kredituri, il-werriet għandu jinnotifika l-patrimonju tal-persuna deċeduta bir-rinunzja tiegħu jew jiddepożita d-dikjarazzjoni ta' rinunzja mal-uffiċċju tar-reġistru lokali sabiex tkun tista' tiddaħħal debitament fir-reġistri (Taqsima 81 tal-Kapitolu 4 tal-Kodiċi tal-Infurzar).

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

Ma hemm ebda format preskritt għall-irrapurtar tal-intenzjonijiet proprji fir-rigward tal-benefiċjarji ta' testment. Dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni, magħmula mill-benefiċjarju lill-amministratur jew distributur attwali tal-patrimonju, titqies bħala aċċettazzjoni ta' legat, l-istess bħal kull azzjoni konkreta mill-benefiċjarju dwar il-proprjetà inkwistjoni. In-notifika lill-werrieta tal-legat hija indikazzjoni biżżejjed li l-benefiċjarju jixtieq jasserixxi d-drittijiet tiegħu abbażi tat-testment inkwistjoni.

Kull dikjarazzjoni ta' rinunzja għal legat trid issir bil-miktub. Sabiex tali rinunzja jkollha effett legali kontra s-sekwestru mill-kredituri, il-benefiċjarju jrid jinnotifika r-rinunzja bil-miktub lill-patrimonju jew jiddepożita d-dikjarazzjoni ta' rinunzja mal-uffiċċju tar-reġistru lokali sabiex tkun tista' tiddaħħal debitament fir-reġistri (Taqsima 81 tal-Kapitolu 4 tal-Kodiċi tal-Infurzar).

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Il-werriet irid jiddikjara t-talba tiegħu għall-porzjoni legali tiegħu lill-benefiċjarju tat-testment permezz ta' marixxall jew mezz verifikabbli ieħor fis-sitt xhur minn meta ġie nnotifikat bil-legat. It-talba għal porzjoni legali riżervata tista' ssir bil-pubblikazzjoni tagħha f'ġurnal uffiċjali matul il-perjodu stabbilit hawn fuq, jekk it-tali talba ma kinitx innotifikata lill-benefiċjarju abbażi tal-assunzjoni li dan tal-aħħar ikun evita' li jirċievi n-notifika tal-marixxall dwar it-talba jew jekk l-indirizz tiegħu mhuwiex magħruf.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Fil-Finlandja, l-awtoritajiet ma jibdewx proċedimenti ta' suċċessjoni fuq l-inizjattiva tagħhom stess. Wara l-mewt ta' individwu, l-ewwel tiġi mfassla d-dokumentazzjoni tal-patrimonju, inkluż l-inventarju tal-patrimonju. L-inventarju tal-patrimonju huwa dokument li jikkjarifika l-istatus tal-patrimonju tal-persuna deċeduta; fi kliem ieħor dan jelenka l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-persuna deċeduta. Il-persuni li għandhom porzjon mill-patrimonju tal-persuna deċeduta jiġu msemmija fl-inventarju tal-patrimonju, flimkien mal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-konjuġi superstiti u l-assi u l-obbligazzjonijiet konġunti taż-żewġ konjuġi. L-inventarju tal-patrimonju irid jiġi stabbilit fi żmien tliet xhur mill-mewt, iżda l-uffiċċju fiskali jista' jestendi l-iskadenza jekk ikun hemm raġunijiet biex jagħmel dan.

L-obbligu li jiġi stabbilit inventarju tal-patrimonju jaqa' fuq il-werriet, li jmexxi l-patrimonju u li huwa responsabbli mill-immaniġġjar tal-proprjetà tiegħu; fuq l-amministratur tal-patrimonju jew fuq l-eżekutur tal-wirt, jekk ikun il-każ. Dik il-persuna trid tagħżel żewġ fiduċjarji biex tistabbilixxi l-inventarju tal-patrimonju. Rapport dwar ir-reġistri tal-arblu tar-razza tal-persuna deċeduta jrid jiġi mehmuż mal-inventarju tal-patrimonju. Fil-Finlandja, l-atti tal-insinwa tal-popolazzjoni jinżammu kemm fir-reġistri tal-knisja u kemm fir-reġistri pubbliċi, u jistgħu jiġu ordnati l-estratti uffiċjali mir-reġistri minn uffiċċju tar-reġistru lokali jew mill-parroċċi fejn il-persuna deċeduta kienet reġistrata. L-inventarju tal-patrimonju jrid jintbagħat lill-Awtorità Fiskali Finlandiża (Verohallinto) fi żmien xahar mit-tfassil tiegħu.

Wara l-mewt tat-testatur, il-benefiċjarji jridu jinnotifikaw it-testment lill-werrieta permezz ta' marixxall jew b'mod verifikabbli ieħor, u jrid jipprovdihom b'kopja vera tat-testment. Jekk werriet jixtieq jikkontesta t-testment, irid jagħmel ilment fi żmien sitt xhur minn meta ġie innotifikat bit-testment.

Id-distribuzzjoni tal-patrimonju tista' tibda biss ladarba tkun saret il-likwidazzjoni tiegħu. Il-likwidazzjoni ta' patrimonju tinvolvi d-determinazzjoni tal-firxa ta' proprjetà fil-patrimonju, is-sodisfazzjoni tal-obbligi tal-persuna deċeduta u l-patrimonju tagħha fir-rigward ta' kull dejn, u l-asserzjoni tad-drittijiet ta' kull legatarju partikolari. Għal skopijiet ta' likwidazzjoni tal-patrimonju, il-benefiċjarji jimmaniġġjaw il-patrimonju konġuntament sakemm ma sarx provvediment speċjali għal immaniġġjar. Minflok din l-amministrazzjoni konġunta, il-benefiċjarji jistgħu jagħmlu talba lill-qorti għall-ħatra ta' amministratur tal-patrimonju. Ladarba l-immaniġġjar tal-patrimonju ingħata f'idejn l-amministratur, il-benefiċjarji ma jkunux aktar intitolati jieħdu deċiżjonijiet dwar il-patrimonju. Id-dmir tal-amministratur tal-patrimonju huwa li jieħu l-miżuri neċessarji kollha għal-likwidazzjoni tal-patrimonju. Ladarba tkun saret il-likwidazzjoni tal-patrimonju, l-amministratur jinnotifika l-benefiċjarji u jipprepara rapport.

Wara l-likwidazzjoni tal-patrimonju, kull benefiċjarju jista' jitlob id-distribuzzjoni. Jekk il-persuna deċeduta kienet miżżewġa jew fi sħubija ċivili, il-proprjetà trid tinqasam qabel ma tista' tiġi ddistribwita lill-werrieta. Il-benefiċjarji jistgħu jaqblu bejniethom dwar kif jiddistribwixxu l-patrimonju. Irid jiġi stabbilit rapport ta' distribuzzjoni tal-patrimonju, u dan irid jiġi ffirmat mill-benefiċjarji u jiġi attestat bħala veritjier u korrett minn żewġ xhieda imparzjali.

Il-benefiċjarji jistgħu wkoll japplikaw għal ordni mill-qorti sabiex jinħatar distributur tal-patrimonju. Dan isir spiss meta l-benefiċjarji ma jistgħux jilħqu ftehim dwar id-distribuzzjoni. L-amministratur jew l-eżekutur tal-patrimonju iservi bħala d-distributur sakemm huwa mhuwiex benefiċjarju u jekk il-benefiċjarji jitolbuh sabiex jiddistribwixxi l-patrimonju u ebda distributur ieħor ma ġie maħtur.

Id-distributur tal-patrimonju jrid jistipula l-ħin u l-post fejn issir id-distribuzzjoni tal-patrimonju, u jrid b'mod li jista' jiġi vverifikat jistieden lill-benefiċjarji sabiex jattendu. Id-distributur tal-patrimonju jrid jipprova jiżgura li l-benefiċjarji jaqblu fuq id-distribuzzjoni. Jekk jintlaħaq ftehim, il-patrimonju jrid jiġi ddistribwit b'dan il-mod. Jekk ma jintlaħaqx ftehim, id-distributur tal-patrimonju jrid jiddistribwixxi l-patrimonju sabiex kull benefiċjarju jirċievi sehem mit-tipi varji ta' assi li jifformaw il-patrimonju. Jekk il-patrimonju ma jistax jiġi ddistribwit b'mod ieħor, il-qorti tista' tordna, abbażi tal-proposta tad-distributur tal-patrimonju, li d-distributur ibiegħ uħud mill-oġġetti jew, fejn meħtieġ, il-proprjetà kollha li tikkostitwixxi l-patrimonju. Id-distributur tal-patrimonju jipprepara u jiffirma rapport ta' distribuzzjoni (perinnönjakokirja). Kull benefiċjarju jista' jikkontesta d-distribuzzjoni billi jibda proċedimenti kontra l-benefiċjarji l-oħra sa sitt xhur mid-distribuzzjoni.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Werriet (perillinen) huwa persuna li kellu relazzjoni familjari, relazzjoni ta' żwieġ jew relazzjoni adottiva mad-de cujus, kif previst mil-liġi. Legatarju (testamentinsaaja) jista' jkun persuna fiżika jew ġuridika.

Sabiex tikkwalifika bħala werriet jew legatarju, il-persuna inkwistjoni trid tkun ħajja fil-mument tal-mewt tal-persuna deċeduta. Dan jista' jinkludi wild konċepit qabel il-mewt tal-persuna deċeduta u li sussegwentement jitwieled ħaj.

Jeħtieġ li l-werriet jew il-benefiċjarju, li jixtieq jasserixxi d-drittijiet tiegħu, jaċċetta l-wirt jew jinnotifika kull pretensjoni lill-persuna/i li aċċetta/w il-wirt. Jekk il-patrimonju ma ġiex iddistribwit, il-pretensjoni għandha ssir lill-amministratur tal-patrimonju jew quddiem qorti. Werriet jew legatarju jitqies li jkun aċċetta l-wirt jekk ikun ħa t-tmexxija tal-patrimonju waħdu jew ma' oħrajn, ipparteċipa fil-preparazzjoni tal-inventarju jew tad-distribuzzjoni tal-patrimonju jew ħa kull azzjoni oħra fir-rigward tal-proprjetà inkwistjoni.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Il-benefiċjarji mhumiex individwalment responsabbli għad-dejn tal-persuna deċeduta. Benefiċjarju responsabbli għat-tfassil ta' inventarju tal-patrimonju jkun responsabbli biss individwalment għad-dejn tal-persuna deċeduta jekk huwa jonqos milli jissottometti l-inventarju sad-data tal-iskadenza.

Id-dejn tal-persuna deċeduta u l-patrimonju jiġu ssettiljati mill-assi tal-patrimonju. Madankollu, il-benefiċjarji huma responsabbli individwalment għal kull dejn ikkuntrattati minnhom f'isem il-patrimonju.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Id-dokumenti mitluba għar-reġistrazzjoni ta' proprjetà immobbli jvarjaw, skont jekk il-proprjetà immobbli inkwistjoni kinitx miksuba permezz ta' wirt jew ta' legat. L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' sjieda abbażi ta' wirt iridu jinkludu l-inventarju tas-suċċessjoni, rapport ta' distribuzzjoni, ir-reġistri ġeneoloġiċi, kull att ta' diviżjoni u kull dokument dwar it-trasferiment tal-proprjetà li intirtet. L-applikant irid jipprova wkoll li d-distribuzzjoni tal-patrimonju għandha effett legali billi jehmeż mat-talba dokument ta' aċċettazzjoni ffirmat mill-benefiċjarji kollha jew ċertifikat legali validu maħruġ mill-qorti tad-domiċilju tal-persuna deċeduta.

L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta' sjieda abbażi ta' legat iridu jinkludu l-inventarju tas-suċċessjoni, ir-rekords ġeneoloġiċi tal-persuna deċeduta, it-testment oriġinali, ċertifikat li jipprova li t-testment huwa legalment validu u evidenza li t-testment ġie nnotifikat lill-werrieta kollha. Jekk il-lista ta' benefiċjarji teħtieġ li tiġi attestata bħala vera u korretta mill-uffiċju tar-reġistru lokali, ma jeħtieġx li jiġi mehmuż ebda rekord ġeneoloġiku.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Mhuwiex mandatarju li ssir talba għal amministratur tal-wirt. Jekk qorti tirċievi talba għall-ħatra ta' amministratur tal-wirt, il-qorti trid taħtar amministratur biex jimmaniġġja l-patrimonju. It-talba tista' titressaq minn kull werriet jew legat jew mill-eżekutur. L-assi tal-patrimonju jistgħu jiġu ttrasferiti lill-amministratur tal-patrimonju fuq talba minn kreditur tal-patrimonju jew tal-persuna deċeduta, jew minn persuna responsabbli mid-dejn tal-persuna deċeduta.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Il-benefiċjarji jimmaniġġaw l-assi tal-patrimonju konġuntament, sakemm ma sarx provvediment speċjali għall-amministrazzjoni tal-wirt. Il-benefiċjarji jistgħu jaqblu wkoll biex jimmaniġġjaw il-patrimonju konġuntament u jħalluh indiviż sa ma jingħata avviż ieħor jew għal perjodu speċifiku ta' żmien.

Il-patrimonju ta' persuna deċeduta jista' jiġi ttrasferit lill-amministratur tal-wirt permezz ta' deċiżjoni tal-qorti. F'dan il-każ, l-immaniġġjar konġunt mill-benefiċjarji jispiċċa u huma jieqfu milli jkollhom id-dritt li jieħdu deċiżjonijiet dwar il-patrimonju anki b'mod unanimu.

Individwu partikolari jista' jinħatar sabiex jimmaniġġja l-patrimonju bħala eżekutur fit-testment tal-persuna deċeduta. Hija l-funzjoni tal-eżekutur li jassigura li l-patrimonju jiġi likwidat u li jeżegwixxi t-testment. L-eżekutur jimmaniġġja n-negozju li altrimenti kienet tkun ir-responsabbiltà tal-benefiċjarji jew tal-amministratur tal-patrimonju. In-nomina ta' eżekutur ma tipprekludix il-ħatra ta' amministratur tal-wirt. Jekk jissemma eżekutur fit-testment, huwa jinħatar ukoll bħala amministratur sakemm ma jkunx hemm raġunijiet valida biex dan ma jsirx.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

L-amministrazzjoni konġunta tal-patrimonju tirrikjedi unanimità ħlief f'ċerti każijiet partikolari. Fil-każ ta' amministrazzjoni konġunta, il-benefiċjarji jirrapreżentaw il-patrimonju f'negozjati ma' partijiet terzi u f'każijiet tal-qorti dwar il-patrimonju. L-azzjonijiet li ma jistgħux jiġu mdewma jistgħu, madankollu, jittieħdu anki jekk il-kunsens tal-benefiċjarji kollha ma jistax jinkiseb. Il-benefiċjarji jistgħu wkoll jaħtru maniġer għall-patrimonju.

Meta taħtar amministratur tal-wirt, il-qorti toħroġlu att tal-ħatra li jispeċifika l-patrimonju inkwistjoni. Is-setgħat tal-amministratur ikopru biss il-patrimonju speċifikat. Wara li l-patrimonju jkun ġie ttrasferit lill-amministratur, huwa jirrapreżenta l-patrimonju f'negozjati ma' partijiet terzi u f'każijiet tal-qorti dwar il-patrimonju. L-amministratur irid jieħu kull miżura neċessarja biex jillikwida l-patrimonju. L-amministratur irid jikkonsulta mal-benefiċjarji fir-rigward ta' ċerti punti ta' importanza għalihom. Anki f'każijiet bħal dawn, madankollu, l-amministratur jista' jaġixxi mingħajr ma jkun kiseb il-kunsens tal-benefiċjarji.

L-ambitu tas-setgħat tal-eżekutur matul il-proċess ta' likwidazzjoni jiddependi fuq it-testment. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fit-testment, l-eżekutur ikollu l-istess setgħat bħal amministratur tal-wirt.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Id-dokumenti maħruġa fit-tmiem tal-proċedimenti ta' suċċessjoni u li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji huma l-inventarju tal-patrimonju u r-rapport ta' distribuzzjoni.

L-inventarju tal-patrimonju jrid jispeċifika l-benefiċjarji, l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-persuna deċeduta, il-benefiċjarji u l-konjuġi superstiti (anki jekk din il-parti mhijiex benefiċjarja).

Ir-rapport ta' distribuzzjoni jifforma l-bażi għad-distribuzzjoni tal-patrimonju. Madankollu, dan mhuwiex titolu titolu li jista' jkun infurzat fis-sens li dan jista' jintuża bħala bażi għal bidu ta' proċedimenti ta' infurzar jew għat-trasferiment tal-pussess ta' xi assi. Kull miżura ta' eżekuzzjoni tirrikjedi deċiżjoni finali tal-qorti.

Il-kunċett tal-valur probatorju formali ta' dokument mhuwiex rikonoxxut fil-Finlandja.

L-aħħar aġġornament: 02/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni ġenerali - Svezja

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Kull min għandu 18-il sena jew aktar huwa intitolat li jagħmel testment. Testment mhuwiex validu jekk ikun ġie redatt taħt l-influwenza ta' mard mentali. Sabiex ikun validu, testment irid jiġi stabbilit bil-miktub u ffirmat mit-testatur. It-testment irid ikun attestat u ffirmat minn żewġ xhieda fl-istess ħin. Jehtieġ li x-xhieda jkunu informati bin-natura tad-dokument, mingħajr mhemm bżonn li jkunu jafu dwar il-kontenut tiegħu.

Iż-żewġ xhieda jridu jkunu fuq il-15 'il sena u ma jistgħux ikunu konjuġi, konkubin, aħwa jew qarib dirett jew ikollhom affinità mat-testatur. Lanqas ma jistgħu jkunu xhieda l-persuni li jitħallew il-wirt, il-konjuġi, il-konkubin, l-aħwa, il-qarib dirett tagħhom jew xi ħadd li għandu affinità magħhom.

Huwa possibbli għal testatur li jistabbilixxi testment privileġġjat (nödstestamente) jekk it-testatur jiġi prekluż milli jistabbilixxi testment bil-mod deskritt iktar 'il fuq minħabba mard jew emerġenza oħra. It-testment jista' imbagħad isir verbalment quddiem żewġ xhieda, jew bil-miktub u ffirmat mit-testatur.

Għall-annullament ta' testment, jeħtieġ li jitressaq rikors kontra t-testment quddiem il-qorti. Huma jridu jressqu r-rikors fi żmien sitt xhur minn meta jirċievu t-testment.

Id-dispożizzjoni causa mortis hija valida biss jekk hija konformi mad-dispożizzjoni tat-testmenti. Il-ftehimiet dwar is-suċċessjoni jew ftehimiet oħra għat-trasferiment ta' proprjetà wara l-mewt huma għalhekk invalidi.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Ma hemmx regoli għar-reġistrazzjoni ta' testmenti fl-Iżvezja.

Sabiex jiġi żgurat li hemm testment u li jista' jintuża wara l-mewt tat-testatur, it-testatur għandu jinforma lil xi ħadd ta' fiduċja tiegħu fejn jinżamm it-testment. Huwa użwali li t-testmenti jinżammu f'uffiċċju ta' avukat jew bank. Jekk ma jinsab ebda testment wara l-mewt tat-testatur, jingħata lok għas-suċċessjoni kif prevista mil-liġi. Il-patrimonju jista' jiġi ddistribit mill-ġdid jekk it-testment jinsab f'data ulterjuri. It-terminu preskritt huwa ta' għaxar snin.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Iva, jekk persuna hija miżżewġa u/jew għandha t-tfal, hemm restrizzjonijiet dwar id-dritt ta' dispożizzjoni tal-patrimonju tagħha.

Jekk it-testatur kien miżżewweġ, il-konjuġi superstiti jiret il-proprjetà li, flimkien ma' dak riċevut mill-konjuġi superstiti fid-diviżjoni tal-patrimonju konġunt tagħhom jew dak li jikkostitwixxi l-proprjetà esklussiva tal-konjuġi, jikkorispondi għal erba' darbiet l-ammont bażiku kif previst fit-Taqsimiet 6 u 7 tal-Kapitolu 2 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali. (2014: SEK 44 400 x 4=SEK 177 600) (ir-regola tal-ammont bażiku). Dan id-dritt huwa validu sakemm il-patrimonju huwa ta' valur suffiċjenti. Dan ifisser li jekk mhemmx proprjetà ta' dan il-valur, il-konjuġi superstiti jiret il-proprjetà kollha eżistenti. It-testmenti li jirrestrinġu dan id-dritt huma invalidi f'dan ir-rigward.

It-tfal u t-tfal tat-tfal tad-de cujus (magħrufa bröstarvingar, "werrieta tal-ġisem") huma intitolati għall-porzjon statutorju tal-wirt. Il-porzjon statutorju (laglott) huwa nofs il-porzjon tal-wirt li huwa dovut mil-liġi lit- tfal u t-tfal tat-tfal meta ma jkunx hemm testment li għalih it-tfal u t-tfal tat-tfal għandhom drittijiet indqas. It-testmenti li jirrestrinġu l-porzjon statutorju mhumiex validi f'dan ir-rigward. Sabiex il-werriet jirċievi l-porzjon statutorju, huwa jrid jitlob rettifika tat-testment fiż-żmien sitt shur minn meta jirċievi t-testment.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Fin-nuqqas ta' dispożizzjoni speċjali ta' suċċessjoni, il-wirt jiġi ddistribwit skont is-suċċessjoni prevista mil-liġi. Rekwiżit wieħed għall-intitolament ta' wirt huwa li l-persuna tkun ħajja fi żmien tal-mewt tat-testatur. Anki xi ħadd li kien konċepit fiż-żmien tal-mewt tat-testatur u jitwieled wara huwa intitolat għall-wirt.

Hemm tliet klassijiet ta' werrieta bil-liġi. L-ewwel klassi tinkludi t-tfal jew it-tfal tat-tfal tad-de cujus. It-tieni klassi tinkludi l-ġenituri u l-aħwa tad-de cujus, filwaqt li t-tielet klassi tinkludi n-nanniet tad-de cujus u t-tfal tat-tfal tagħhom, jiġifieri l-aħwa tal-ġenituri tad-de cujus. Il-wirt huwa ddistribwit f'porzjonijiet indaqs fi ħdan kull fergħa. It-tieni klassi ma tiritx jekk ikun hemm xi ħadd ħaj fl-ewwel klassi. It-tielet klassi tiret jekk ebda membru tal-ewwel jew tat-tieni klassi mhuwa ħaj.

Jekk id-de cujus kien miżżewweġ, il-patrimonju jmur lill-konjuġi superstiti. Wara l-mewt tal-konjuġi superstiti, it-tfal jew it-tfal tat-tfal jirtu konġuntament; u jekk ma hemmx tfal jew tfal tat-tfal biex jirtu, jirtu t-tieni jew it-tielet klassi ta' werrieta. Għalhekk, dawn il-werrieta jirtu permezz ta' wirt sekondarju (efterarv) wara l-mewt tal-konjuġi superstiti.

Jekk id-de cujus għandu t-tfal li mhumiex it-tfal tal-konjuġi superstiti, dawn tal-aħħar huma intitolati sabiex jirċievu l-porzjon statutorju tagħhom mal-mewt tad-de cujus.

Jekk mhemmx werrieta, il-patrimonju jmur lill-Fond ta' Wirt (den allmänna arvsfonden).

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

Id-distribuzzjoni tal-wirt issir fil-parti l-kbira mingħajr l-involviment tal-awtoritajiet. Minflok huma l-partijiet li huma intitolati għall-wirt, il-koproprjetarji tal-patrimonju tad-de cujus, li flimkien jiddistribwixxu l-patrimonju tad-de cujus. Il-kowerrieta huma l-konjuġi superstiti jew l-imsieħeb ċivili, il-werrieta u l-legatarji universali. Tliet xhur wara l-mewt, irid jiġi ppreżentat inventarju tal-patrimonju lill-Aġenzija tat-Taxxa (Skatteverket). Dan l-inventarju tal-patrimonju jinkludi l-assi u d-dejn tal-patrimonju tad-de cujus. L-inventarju tal-patrimonju juri wkoll liema persuni huma awtorizzati li jirrapreżentaw is-suċċessjoni. L-Aġenzija tat-Taxxa hija kompetenti wkoll sabiex tfittex għal werriet li l-inħawi tiegħu mhux magħruf permezz ta' pubblikazzjoni fil-Post- och Inrikes Tidningar.

Jekk wieħed mill-kowerrieta jagħmel talba f'dan is-sens, il-qorti tista' tordna li l-proprjetà tiġi assenjata għall-amministrazzjoni minn amministratur uffiċjali tal-patrimonju (boutredningsman) u anki taħtar wieħed. Jekk il-partijiet ma jaqblux dwar id-distribuzzjoni tal-patrimonju, jinħatar distributur speċjali tas-suċċessjoni (skiftesman). Din il-persuna tista' timponi d-distribuzzjoni tas-suċċessjoni. Id-distributur tal-patrimonju jinħatar minn qorti ordinarja ta' ġurisdizzjoni kompetenti.

Il-kontroversji tas-suċċessjoni jissolvew ukoll minn qorti ordinarja ta' ġurisdizzjoni kompetenti.

Jekk wieħed mill-kowerrieta huwa minuri jew legalment inkompetenti, jinħatar fiduċjarju. Fiduċjarju (god man) jinħatar mill-ispettur tat-tutela (överförmyndaren).

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Ma hemmx bżonn ta' aċċettazzjoni speċjali tad-dritt tal-werriet għas-suċċessjoni. Madankollu, huwa jrid jagħmel lilu nnifsu magħruf u jekk kowerriet, irid jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-patrimonju.

Jekk persuna hija intitolata għas-suċċessjoni b'testment, il-legatarju jrid, jekk jixtieq jipprevali ruħu minn drittijietu, jinnotifika t-testment lill-werrieta legali. Dan ifisser li ssir notifika tat-testment meta tingħata kopja attestata tat-testment lill-werriet li min-naħa tiegħu jagħti konferma tar-riċevuta. Wara n-notifika tat-testment, il-werrieta li jikkunsidraw li t-testment għandu jiġi annullat, il-werrieta li jixtiequ jiksbu rettifika tat-testment biex jiksbu l-porzjon statutorju tagħhom jew il-konjuġi superstiti li jixtieq jinvoka r-regola tal-ammont bażiku għandhom sitt xhur biex iressqu rikors għall-annullament quddiem il-qorti.

Huwa possibbli għat-tfal jew għat-tfal tat-tfal tad-de cujus li jirrinunċjaw għad-dritt tagħhom għall-wirt favur il-konjuġi superstiti. Dan mhuwiex każ li wieħed iċedi l-wirt tiegħu; minflok il-werriet qiegħed jippostponi d-dritt tiegħu għas-suċċessjoni. Il-werrieta fil-linja diretta huma intitolati għad-dritt tas-suċċessjoni tal-konjuġi superstiti u jirċievu l-porzjon minimu tagħhom mal-mewt tal-konjuġi superstiti. Jekk il-werriet ma jkunx ħaj mal-mewt tal-konjuġi superstiti, huma l-werrieta tal-werriet li jirċievu l-wirt minfloku.

Werriet jew legatarju jista' jinforma lid-de cujus matul ħajtu li huwa jirrinunzja għad-dritt tas-suċċessjoni tiegħu. Din ir-rinunzja tapplika, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għall-werrieta proprja tat-testatur. Madankollu, it-tfal jew it-tfal tat-tfal jew il-werrieta tagħhom huma intitolati dejjem li jirċievu l-porzjon statutorju tagħhom.

Jekk werriet jew legatarju ma jimmanifestax ruħu jew ma jipprevalix ruħu mid-drittijiet tiegħu, l-Aġenzija tat-Taxxa tista' tordnalu biex jagħmel dan fis-sitt xhur minn tali ordni nnotifikat lilu. Jekk werriet jew legatarju ma jipprevalix ruħu mid-dritt tiegħu, huma jitilfu l-intitolament għas-suċċessjoni. Huwa possibbli li persuna tirrinunzja għad-dritt tagħha għas-suċċessjoni sakemm ma tkunx għadha saret il-likwidazzjoni.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

Meta persuna tmut, il-kowerrieta, jiġifieri l-konjuġi superstiti jew l-imsieħeb ċivili, il-werrieta u l-legatarji universali jamministraw konġuntament il-proprjetà tad-de cujus. Huma jħarsu sabiex jiġi stabbilit inventarju tal-wirt (bouppteckning) u li dan jiġi trażmess lill-Aġenzija tat-Taxxa. Jekk l-assi jaqbżu d-dejn, l-ammont eċċedentarju jiġi ddistribwit kif stipulat fil-liġi jew kif stabbilit fit-testment. Il-patrimonju jinqasam abbażi ta' dokument ta' distribuzzjoni tal-patrimonju (arvskifte), li jiġi stabbilit mill-werrieta u l-legatarji universali. Id-dokument ta' distribuzzjoni tal-patrimonju jrid ikun nil-miktub u ffirmat mill-werrieta. Jekk il-werrieta ma jaqblux fuq id-distribuzzjoni, jista' jinħatar likwidatur tal-patrimonju (skiftesman) u tiġi imposta distribuzzjoni forzata. Jekk inħatar eżekutur (testamentsexekutor) fit-testment, l-eżekutur ikun responsabbli mid-distribuzzjoni.

Jekk id-de cujus kien miżżewweġ jew konkubin, issir normalment diviżjoni tal-patrimonju konġunt tal-konjuġi. Id-diviżjoni tal-patrimonju konġunt issir qabel id-distribuzzjoni tal-patrimonju tad-de cujus.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Il-kwalità ta' werriet (arvinge) tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-liġi. Sabiex persuna ssir werrieta, il-persuna trid tkun ħajja mal-mewt tat-testatur. Alternattivament, hija trid tkun konċepita qabel il-mewt u tkun twieldet wara. Hemm tliet klassijiet differenti ta' werrieta li huma intitolati għas-suċċessjoni; għal aktar informazzjoni, irreferi għad-domanda nru 4.

Wieħed isir legatarju (testamentstagare), jekk titħallielu proprjetà permezz ta' testment validu. Jekk il-legatarju mhuwiex ħaj meta jmut it-testatur, il-qraba tal-legatarju jieħdu postu jekk huma jkunu intitolati għall-wirt skont is-suċċessjoni prevista mil-liġi.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Le, il-werrieta mhumiex responsabbli għad-dejn tad-de cujus. Mal-mewt ta' persuna, l-assi u d-dejn tagħha jiġu ttrasferiti fil-patrimonju (dödsbo). Il-patrimonju huwa persuna ġuridika per se u għalhekk tiġi bid-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tagħha. Jekk id-dejn jeċċedi l-assi, il-patrimonju jisfaxxa u ma jkun hemm ebda distribuzzjoni tal-wirt.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Kull min akkwista proprjetà immobbli bi drittijiet ta' sjieda fuqha jrid jagħmel talba għar-reġistrazzjoni tal-akkwist (reġistrazzjoni tat-titolu) għand l-Awtorità tal-Kadastru (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.lantmateriet.se/), ġeneralment fit-tliet xhur mid-data tal-akkwist. Applikant għar-reġistrazzjoni tat-titolu jrid jippreżenta d-dokument ta' akkwist u d-dokumenti meħtieġa l-oħra li jattestaw l-akkwist. Dan ifisser, pereżempju, li f'każ ta' akkwist, id-dokument ta' akkwist irid, fost oħrajn, jiġi ppreżentat. F'ċerti każijiet, jekk il-proprjetà immobbli tiġi akkwistata permezz ta' wirt u jekk hemm werriet wieħed biss, huwa bħala regola biżżejjed li jiġi ppreżentat l-inventarju rreġistrat tas-suċċessjoni fil-forma oriġinali u f'kopja awtentikata. F'każijiet oħra, irid jiġi ppreżentat d-dokument ta' distribuzzjoni tal-patrimonju fil-forma oriġinali u f'kopja awtentikata. Jista' jiġri li jeħtieġu wkoll li jiġu ppreżentati dokumenti oħra, bħal pereżempju, il-kunsens tal-ispettur tat-tutela jekk wieħed mill-kowerrieta huwa minuri. F'ċerti każijiet, minflok dokument ta' distribuzzjoni tal-patrimonju, testment li għandu effett legali jkun biżżejjed biex tintalab ir-reġistrazzjoni tat-titolu.

L-aħħar applikant għar-reġistrazzjoni tat-titolu huwa meqjus bħala l-proprjetarju tal-beni immobbli.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Huwa obbligatorju li jinħatar amministratur uffiċjali tal-wirt jekk kowerriet hekk jitlob. Bl-istess mod, il-legatarju li tħallitlu proprjetà speċifika fit-testment huwa intitolat sabiex jitlob għal amministratur uffiċjali tal-wirt. L-amministratur tal-wirt jinħatar minn qorti ta' ġurisdizzjoni kompetenti. L-amministratur tal-wirt irid ikollu l-għarfien neċessarju għall-amministrazzjoni tal-patrimonju.

It-testatur jista' jipprevedi fit-testment tiegħu li jinħatar eżekutur, barra mill-werrieta u l-legatarji universali, li jiġi inkarigat mill-amministrazzjoni tal-patrimonju.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Fl-ewwel lok, huma l-kowerrieta. jiġifieri l-konjuġi superstiti jew l-imsieħeb ċivili, il-werrieta u l-legatarji universali. Il-kowerrieta jridu jitniżżlu fl-inventarju tal-patrimonju. Jekk jinħatru amministratur uffiċjali tal-wirt jew eżekutur tat-testment, huma awtorizzati sabiex jirrapreżentaw il-patrimonju minflok il-kowerrieta.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

L-amministratur uffiċjali tal-wirt għandu bħala funzjoni l-analiżi tal-assi u tad-dejn tal-patrimonju u l-amministrazzjoni tal-proprjetà. Irid jiġi stabbilit ukoll min huma l-werrieta jew il-legatarji sabiex issir id-distribuzzjoni tal-patrimonju f'konformità mas-suċċessjoni legali jew mat-testment. L-amministratur tal-patrimonju huwa għalhekk awtorizzat jiffirma d-dokumenti legali meħtieġa għal dan il-għan. L-awtorità tal-amministratur tal-wirt hija limitata, pereżempju meta jbiegħ proprjetà immobbli l-amministratur tal-wirt irid ikollu l-kunsens bil-miktub tal-koproprjetarji kollha jew, fin-nuqqas ta' dan, il-permissjoni ta' qorti distrettwali kompetenti.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

Id-dokumenti l-aktar komuni huma l-inventarju tal-patrimonju u d-dokument ta' distribuzzjoni tal-patrimonju.

L-inventarju tal-patrimonju (bouppteckning): Wara l-proċeduri tal-inventarju tal-patrimonju, li l-werrieta u l-legatarji jridu jiġu mistiedna għalihom, jiġi stabbilit inventarju tal-patrimonju li jrid jiġi ppreżentat lill-Aġenzija tat-Taxxa Żvediża. L-inventarju jistabbilixxi, inter alia, min huma l-werrieta u l-legatarji u l-assi u d-dejn tal-patrimonju. Il-persuna li taf l-aktar dwar il-patrimonju, il-preżentatriċi tal-inventarju tal-patrimonju, trid tiċċertifika sollenament li l-informazzjoni li fih l-inventarju tal-patrimonju hija korretta. Żewġ persuni jridu jiċċertifikaw li tniżżel kollox korrettament fl-inventarju tal-patrimonju. It-testment u l-ftehim ta' qabel iż-żwieġ iridu jiġu mehmuża mal-inventarju tal-patrimonju. L-Aġenzija tat-Taxxa tirreġistra l-inventarju tal-patrimonju. L-inventarju tal-patrimonju rreġistrat huwa importanti fil-liġi ċivili. Dan id-dokument waħdu jew flimkien mad-dokumenti ta' distribuzzjoni tal-patrimonju, jistgħu jitressqu mill-kowerrieta bħala evidenza tat-titolu, pereżempju, meta hemm bżonn li jinġibdu l-flus mill-kont/kontijiet bankarju/i tad-de cujus u meta trid issir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-titolu ta' proprjetà immobbli.

Id-dokument (arvsskifte) ta' distribuzzjoni tal-patrimonju: Meta issir id-distribuzzjoni tal-patrimonju, irid jiġi stabbilit dokument ta' distribuzzjoni tal-patrimonju. Id-dokument ta' distribuzzjoni tal-patrimonju jrid jiġi stabbilit bil-miktub u ffirmat mill-werrieta u/jew legatarji. Id-dokument ta' distribuzzjoni tal-patrimonju huwa importanti wkoll fil-liġi ċivili u jista' jiġi mressaq mill-kowerrieta bħala evidenza tat-titolu.

Il-liġi Żvediża tapplika l-evalwazzjoni ħielsa tal-provi, li jfisser li mhemm ebda dispożizzjoni speċjali dwar x'tip ta' effett evidenzjarju fih dokument speċifiku.

L-aħħar aġġornament: 23/10/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Informazzjoni ġenerali - L-Ingilterra u Wales

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

It-trasferiment ta' proprjetà jsir mit-testatur jew testaturi. Ma hemm l-ebda rekwiżit għal parir legali jew għall-involviment ta' ġurista.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Ma hemm l-ebda rekwiżit biex it-testment jiġi rreġistrat.

It-testment jgħaddi l-patrimonju f'idejn l-eżekuturi (ir-rappreżentanti personali) tal-persuna deċeduta mal-mewt. Dan ma jittrasferix il-proprjetà.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Le, imma membri tal-familja u persuni mantenuti mill-persuna deċeduta jistgħu jitolbu lill-qorti għotja ta' provvediment finanzjarju mill-patrimonju skont l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1975 dwar il-Wirt (Provvediment għall-Familja u d-Dipendenti).

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Jekk u sa fejn il-persuna deċeduta ma tħallix testment validu, il-patrimonju jitqassam skont ir-regoli ab intestato speċifikati fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1925 dwar l-Amministrazzjoni tal-Patrimonji (kif emendat).

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Il-patrimonju jgħaddi f'idejn ir-rappreżentanti personali tal-persuna deċeduta. Dawn jistgħu jitolbu lill-qorti għall-konċessjoni ta' rappreżentanza (probate fil-każ ta' testment u ittri tal-amministrazzjoni fil-każ ta' mewta intestata). Il-konċessjoni se tikkonferma l-awtorità tagħhom biex jamministraw il-patrimonju skont it-testment jew ir-regoli ab intestato skont il-każ. It-tilwim dwar l-intitolament għas-suċċessjoni jew il-konċessjoni jista' jinġab il-qorti. Il-proċedimenti fil-qorti huma rregolati mir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli dwar Probate Mhux Kontenzjuża jew ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli ta' Proċedura Ċivili.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

L-eżekuturi huma responsabbli għall-identifikazzjoni u l-ġbir tal-assi tal-persuna deċeduta fil-patrimonju, għall-ħlas tad-dejn tal-persuna deċeduta (inkluża Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidat-taxxa fuq il-wirt) u d-distribuzzjoni tal-bqija lill-benefiċjarji skont it-testment jew ir-regoli ab intestato.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Mal-mewt tal-persuna deċeduta jew, fil-każ ta' benefiċjarji li jmutu waqt l-amministrazzjoni tal-patrimonju, mal-mewt tal-persuna intitolata preċedentement.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Le. Id-djun jitħallsu mill-patrimonju.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Kif ingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija 5, il-patrimonju jgħaddi f'idejn ir-rappreżentanti personali tal-persuna deċeduta. Ir-rappreżentanti personali jittrasferixxu l-proprjetà immobbli lill-benefiċjarju intitolat matul l-amministrazzjoni tal-patrimonju. Il-benefiċjarju jippreżenta provi tal-konċessjoni tar-rappreżentanza u t-trasferiment lir-Reġistru tal-Artijiet skont ir-Regoli tar-Registrazzjoni tal-Artijiet rilevanti.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

L-eżekuturi jamministraw il-patrimonju u jqassmu l-assi netti. Il-forma tat-trasferiment tal-assi tiddependi min-natura tal-assi. Xi oġġetti jistgħu jiġu kkonsenjati bil-pussess. Flejjes jistgħu jitħallsu b'ċekk. Ara l-mistoqsija 9 rigward artijiet.

L-aħħar aġġornament: 27/12/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Informazzjoni ġenerali - L-Irlanda ta’ fuq

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

It-trasferiment ta' proprjetà jsir mit-testatur jew testaturi. Ma hemm l-ebda rekwiżit għal parir legali jew għall-involviment ta' ġurista.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Ma hemm l-ebda rekwiżit biex it-testment jiġi rreġistrat.

It-testment jgħaddi l-patrimonju f'idejn l-eżekuturi (ir-rappreżentanti personali) tal-persuna deċeduta mal-mewt. Dan ma jittrasferix il-proprjetà.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Is-sehem mill-proprjetà li tkun miżmuma minn Koinkwilini tgħaddi awtomatikament lill-Koinkwilin(i) superstiti.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Jekk u sa fejn il-persuna deċeduta ma tħallix testment validu, il-patrimonju jitqassam skont ir-regoli ab intestato speċifikati fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1955 dwar l-Amministrazzjoni tal-Patrimonji (l-Irlanda ta' Fuq) (kif emendat).

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Il-patrimonju jgħaddi f'idejn ir-rappreżentanti personali tal-persuna deċeduta. Dawn jistgħu jitolbu lill-qorti għall-konċessjoni ta' rappreżentanza (probate fil-każ ta' testment u ittri tal-amministrazzjoni fil-każ ta' mewta intestata). Il-konċessjoni se tikkonferma l-awtorità tagħhom biex jamministraw il-patrimonju skont it-testment jew ir-regoli ab intestato skont il-każ. It-tilwim dwar l-intitolament għas-suċċessjoni jew il-konċessjoni jista' jinġab il-qorti. Il-proċedimenti fil-qorti huma rregolati mir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli tal-1981 tal-Qorti tal-Kontea (l-Irlanda ta' Fuq) u r-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli tal-1980 tal-Qorti ta' Ġudikatura (l-Irlanda ta' Fuq).

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

L-eżekuturi huma responsabbli għall-identifikazzjoni u l-ġbir tal-assi tal-persuna deċeduta fil-patrimonju, għall-ħlas tad-dejn tal-persuna deċeduta (inkluża Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidat-taxxa fuq il-wirt) u d-distribuzzjoni tal-bqija lill-benefiċjarji skont it-testment jew ir-regoli ab intestato.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Mal-mewt tal-persuna deċeduta jew, fil-każ ta' benefiċjarji li jmutu waqt l-amministrazzjoni tal-patrimonju, mal-mewt tal-persuna intitolata preċedentement.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Le. Id-djun jitħallsu mill-patrimonju.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

L-eżekuturi jittrasferixxu l-proprjetà immobbli lill-benefiċjarju intitolat matul l-amministrazzjoni tal-patrimonju. Il-benefiċjarju jista' jkollu jippreżenta provi tal-konċessjoni tar-rappreżentanza u t-trasferiment lir-Reġistru tal-Artijiet jew lir-Reġistru tal-Atti skont ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli tal-1994 tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet (l-Irlanda ta' Fuq) jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidair-Regoli tal-1997 dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Atti (l-Irlanda ta' Fuq).

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

L-eżekuturi jamministraw il-patrimonju u jqassmu l-assi netti. Il-forma tat-trasferiment tal-assi tiddependi min-natura tal-assi. Xi oġġetti jistgħu jiġu kkonsenjati bil-pussess. Flejjes jistgħu jitħallsu b'ċekk. Ara l-mistoqsija 9 rigward artijiet.

L-aħħar aġġornament: 10/04/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Informazzjoni ġenerali - Skozja

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

Persuna tista’ tħalli proprjetà lil ħaddieħor mal-mewt permezz ta’ legat f’testment. Ir-Rekwiżiti tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1995 dwar l-Iskritturi (l-Iskozja) jitolbu li t-testmenti magħmula wara l-1 ta’ Awwissu 1995 ikunu bil-miktub u ffirmati mit-testatur.

Individwi jista' jkollhom ukoll titolu ta' koproprjetà fuq mobbli jew immobbli u għas-superstiti (din tissejjaħ komunement bħala l-klawżola tas-superstiti).

Individwi jista’ jkollhom ukoll proprjeta mobbli u immobbli b’titolu f’isimhom stess jew ma’ oħrajn, bi klawżola ta' destinazzjoni speċjali ta' dik il-proprjetà jew sehem fiha, favur xi ħadd ieħor f’każ ta’ mewt.

Meta ma jkun hemm l-ebda testment, klawżola tas-superstiti jew klawżola tad-destinazzjoni speċjali, il-proprjetà tiġi trasferita skont it-termini tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1964 dwar is-Suċċessjoni (l-Iskozja).

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Ma hemm l-ebda rekwiżit fl-Iskozja biex testment jiġi rreġistrat.

Titolu ta' proprjetà immobbli inklużi titoli bi klawżola ta' destinazzjoni speċjali jew tas-superstiti tkun irreġistrata jew fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tas-Sasines jew fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Artijiet tal-Iskozja.

F'xi ċirkostanzi, titolu ta' proprjetà mobbli, inklużi dawk bi klawżola ta' destinazzjoni speċjali jew tas-superstiti tkun irreġistrata, pereżempju fir-Reġistru tal-Azzjonisti ta' kumpanija.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Skont il-liġi Skoċċiża, huwa possibbli li wild jew wieħed mill-konjuġi/sieħeb reġistrat jitlob is-sehem riżervat minn proprjetà mobbli wara l-mewt ta’ ġenitur/wieħed mill-konjuġi/sieħeb reġistrat anki meta l-persuna deċeduta tkun ħalliet testment. Is-sehem riżervat huwa protezzjoni mid-diżeredazzjoni. It-tfal għandhom id-dritt jaqsmu terz tal-patrimonju mobbli tal-persuna deċeduta (flus, ishma eċċ.) jekk ikun hemm wieħed mill-konjuġi jew sieħeb reġistrat superstiti jew nofs jekk ma jkunx hemm wieħed mill-konjuġi jew sieħeb reġistrat superstiti. Is-superstiti ta' konjuġi/sieħeb reġistrat  għandhom id-dritt għal terz tal-patrimonju mobbli tal-persuna deċeduta (flus, ishma eċċ.) f'każ ta' tfal jew għal nofs fin-nuqqas tagħhom.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Il-proprjetà tiġi trasferita skont l-Att tal-1964 dwar is-Suċċessjoni (l-Iskozja) fl-ordni stipulat iktar 'l isfel.

(a) DRITTIJIET TA' PREĊEDENZA

L-armla, armel jew is-superstiti ta' sieħeb jew sieħba reġistrata (is-superstiti) ikollhom drittijiet ta' preċedenza fuq il-patrimonju tal-konjuġi jew sieħeb ċivili mejjet tagħhom.

Jekk il-persuna li tkun mietet tkun sid ta' dar, u s-superstiti jkun għex hemm, huwa jkun intitolat għad-dar u għat-tagħmir tad-dar u l-għamara ta’ dik id-dar, b'ċerti limiti. Is-superstiti jista’ jitlob:

  • id-dar, sakemm il-valur tagħha jkun inqas minn £473000
  • it-tagħmir tad-dar u l-għamara sa valur ta’ £29000.
  • Jekk il-persuna li tkun mietet tkun ħalliet tfal jew dixxendenti, is-superstiti jkun intitolat għall-ewwel £50000 mill-patrimonju. Jekk il-persuna ma tkunx ħalliet tfal jew dixxendenti, is-superstiti jkun intitolat għall-ewwel £89000 mill-patrimonju.

(b) SEHEM RIŻERVAT

Jekk jibqa’ xi proprjetà wara li jiġu ssodisfati “d-drittijiet ta’ preċedenza”, is-superstiti ta' konjuġi jew sieħeb reġistrat u t-tfal huma intitolati għal ċertu “sehem riżervat” mill-“patrimonju mobbli” tal-persuna li tkun mietet kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija 3 iktar 'il fuq

(c) PATRIMONJU LIBERU

Wara li d-drittijiet ta' preċedenza u s-sehem riżervat ikunu ġew issodisfati, il-kumplament tal-patrimonju intestat “jintiret” skont ir-regoli ġuridiċi, skont l-ordni li ġej

  • Tfal
  • Jekk Il-ġenituri u l-aħwa jibqgħu ħajjin, il-ġenituri jirtu nofs u l-aħwa jirtu in-nofs l-ieħor
  • L-aħwa, jekk ma jkun hemm l-ebda ġenitur superstiti
  • Il-ġenituri, jekk ma jkun hemm l-ebda aħwa superstiti
  • Is-superstiti ta' konjuġi jew sieħeb reġistrat
  • Iz-zijiet (min-naħa ta' kwalunkwe ġenitur)
  • In-nanniet (min-naħa ta' kwalunkwe ġenitur)
  • L-aħwa tan-nanniet (min-naħa ta' kwalunkwe ġenitur)
  • Axxendenti oħra — iktar remoti min-nanniet
  • Il-Kuruna

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Fil-biċċa l-kbira tal-patrimonji jeħtieġ li eżekutur (nominat fit-testment tal-persuna deċeduta jew maħtur minn qorti tax-sheriff) jikseb “il-konferma” mix-sheriff court. L-għotja tal-konferma hija t-titolu tal-eżekutur biex jamministra l-patrimonju deskritt fl-inventarju tal-patrimonju li jakkumpanja t-talba għall-konferma – u tagħti wkoll l-awtorità lill-eżekutur biex jittratta l-kwistjonijiet kollha relatati mas-suċċessjoni b’rabta ma’ dak il-patrimonju.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

  • Fil-biċċa l-kbira tal-patrimonji jkun hemm bżonn ta' eżekutur li jamministra l-patrimonju nominat jew fit-testment jew mill-qorti tax-sheriff (nomina tal-eżekutur) f’ċirkostanzi fejn ma jkun hemm l-ebda testment validu jew jekk l-eżekuturi nominati ma jkunux jistgħu jew ma jkunux iridu jaġixxu.
  • fil-biċċa l-kbira tal-patrimonji, l-eżekutur(i) irid(u) jitolbu konferma mill-qorti tax-sheriff.
  • F'ħafna każijiet ikun hemm bżonn tan-nomina tal-eżekutur biex tinkiseb assigurazzjoni ta’ indennizz (bond of caution) qabel ma jibda jiġi amministrat il-patrimonju.
  • Mat-talba għall-konferma, irid jiġi ppreżentat inventarju li jelenka l-elementi kollha tal-patrimonju flimkien mat-testment, jekk ikun hemm wieħed.  .
  • Il-qorti tikkonferixxi l-konferma fir-rigward tal-elementi tal-patrimonju fl-inventarju u huwa l-eżekutur li jkollu l-awtorità li jiġbor dawk l-elementi.
  • Ladarba jinġabar il-patrimonju, l-eżekutur iħallas kwalunkwe dejn u taxxa li jkunu dovutai qabel ma jqassam il-patrimonju skont it-termini tat-testment jew l-Att tal-1964 dwar is-Suċċessjoni (l-Iskozja).

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Meta jkun hemm testment, dan jinnomina l-benefiċjarji jew il-klassi ta’ benefiċjarji li għandhom jirtu parti mill-patrimonju jew kollu kemm huwa suġġett għal kull pretensjoni għal sehem riżervat.

Meta ma jkunx hemm testment, id-drittijiet u l-ordni ta' min ikun se jiret il-patrimonju huma stabbiliti fl-Att tal-1964 dwar is-Suċċessjoni (l-Iskozja).

Fin-nuqqas ta' testment, koabitant superstiti jista’ wkoll jiftaħ proċeduri l-qorti fi żmien sitt xhur mill-mewt biex jingħata sehem mill-patrimonju skont l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-2006 dwar il-Liġi tal-Familja (l-Iskozja).

“Vestiment” huwa l-mument meta l-benefiċjarju jikseb “dritt ta’ proprjetà” fir-rigward ta’ legat. Skont l-Att tal-1964 dwar is-Suċċessjoni (l-Iskozja), il-patrimonju huwa f'idejn l-eżekutur għall-finijiet tal-amministrazzjoni. Minn dak il-mument, il-benefiċjarju jikseb dritt personali kontra l-eżekutur għall-konsenja tas-suġġett tal-legat favurih. Meta s-suġġett tal-legat jiġi kkonsenjat lill-benefiċjarju, huwa jikseb "dritt reali".

Il-waqt tal-vestiment jiddependi minn xi tkun xtaqet il-persuna deċeduta skont it-testment tagħha.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

L-eżekutur huwa responsabbli li jħallas id-djun kollha dovuti mill-patrimonju qabel ma jqassam il-patrimonju lill-benefiċjarji. Il-patrimonju ma għandux jitqassam sa sitt xhur mid-data tal-mewt biex il-kredituri jkollhom biżżejjed żmien biex iressqu l-pretensjoni tagħhom. Jekk kreditur ma jressaqx il-pretensjoni tiegħu fi żmien 6 xhur u l-eżekutur iqassam il-patrimonju, il-benefiċjarji huma teoretikament responsabbli għal kwalunkwe dejn sal-ammont tal-legat tagħhom.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

It-titolu ta’ proprjetà immobbli jista' jiġi ttrasferit lil benefiċjarju permezz ta’ trasferiment li għandu jiġi rreġistrat fir-Reġistru tal-Artijiet għall-Iskozja, jew billi jinhemeż dokument iffirmat (docket) mal-konferma (jew ma' ċertifikat ta’ konferma).

Jekk hemm klawżola tas-superstiti, it-titolu tal-proprjetà jgħaddi awtomatikament f’idejn is-sid superstiti u estratt taċ-ċertifikat tal-mewt għandu jinhemeż mal-atti tat-titolu.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Mhux il-patrimonji kollha jeħtieġu l-konferma mill-qorti – xi detenturi ta' fondi jħallsu mingħajr il-bżonn ta' konferma. Jekk ikun hemm bżonn ta' konferma, irid jinħatar eżekutur, jew nominat f'testment jew b’talba għall-ħatra ta’ eżekutur mill-qorti.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Eżekutur nominat, jew b'testment jew mill-qorti, li jingħata l-konferma mill-qorti jamministra l-patrimonju. Madankollu, f’xi każijiet, id-detenturi tal-fondi jittrasferixxu l-fondi tal-persuna deċeduta mingħajr il-bżonn ta' konferma.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

  • Li jiġbor il-patrimonju identifikat fl-inventarju fit-talba għall-konferma.
  • Li jħallas id-dejn u t-taxxi.
  • Li jqassam il-bqija tal-patrimonju lill-benefiċjarji skont it-testment jew, meta ma jkunx hemm testment, skont l-Att tal-1964 dwar is-Suċċessjoni (l-Iskozja).
  • Li jipprova jiġbor id-dejn dovut lill-persuna deċeduta.
  • Jekk persuna deċeduta tkun ġarrbet dannu personali qabel mewtha, l-eżekutur ta' dik il-persuna jgawdi minn drittijiet simili ta’ kumpens għal li kellha l-persuna deċeduta.
  • L-eżekutur għandu d-dritt li jkompli kawża għad-danni personali li tkun infetħet mill-persuna deċeduta qabel mewtha u li ma tkunx ġiet konkluża.
  • Jekk il-persuna deċeduta tkun fetħet kawża għad-danni minħabba malafama u din ma tkunx ġiet konkluża sal-mument tal-mewt, id-dritt ta' kumpens għad-danni jista' jgħaddi għand l-eżekutur.
  • Jekk il-persuna deċeduta kellha dritt għal kumpens għad-danni minħabba ksur ta’ kuntratt, dan jista’ jkun is-suġġett ta’ kawża mkomplija jew miftuħa mill-eżekutur.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

M’hemm bżonn li jinħareġ l-ebda dokument li jipprova l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji. Elementi fil-patrimonju jiġu ttrasferiti lill-benefiċjarji mill-eżekutur li jamministra l-patrimonju u għal xi wħud dan jinvolvi trasferiment formali, u possibbilment reġistrazzjoni, ta’ titolu. Kif intqal iktar 'il fuq, jekk ikun hemm klawżola tas-superstiti, it-titolu tal-proprjetà jgħaddi awtomatikament f’idejn is-sid superstiti u estratt taċ-ċertifikat tal-mewt għandu jinhemeż mal-atti tat-titolu. Trid tintbagħat formola tat-taxxa fuq is-suċċessjoni forma bħala parti mill-proċess ta' konferma fl-Iskozja, anke jekk ma tkunx dovuta l-ebda taxxa fuq is-suċċessjoni.

L-aħħar aġġornament: 24/05/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Informazzjoni ġenerali - Ġibiltà

 

L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)

 

1 Kif titfassal dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni (testment, testment konġunt, ftehim dwar is-suċċessjoni) malli jmut xi ħadd?

It-trasferiment ta' proprjetà jsir mit-testatur jew testaturi. Ma hemm l-ebda rekwiżit għal parir legali jew għall-involviment ta' ġurista.

2 Id-dispożizzjoni għandha tkun irreġistrata u jekk iva, kif?

Ma hemm l-ebda rekwiżit biex it-testment jiġi rreġistrat.

It-testment jgħaddi l-patrimonju f'idejn l-eżekuturi (ir-rappreżentanti personali) tal-persuna deċeduta mal-mewt. Dan ma jittrasferix il-proprjetà.

3 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jiddisponi mill-beni wara l-mewt (pereżempju sehem riżervat)?

Le.

4 Jekk ma jkunx hemm dispożizzjoni dwar it-tqassim tal-beni malli jmut xi ħadd, min jiret u kemm?

Jekk u sa fejn il-persuna deċeduta ma tħallix testment validu, il-patrimonju jitqassam skont ir-regoli ab intestato speċifikati fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1933 dwar l-Amministrazzjoni tal-Patrimonji (kif emendat).

5 Liema tip ta' awtorità hija kompetenti:

5.1 fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni?

5.2 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tas-suċċessjoni?

5.3 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja jew aċċettazzjoni tal-legat?

5.4 biex tirċievi dikjarazzjoni ta' rinunzja u aċċettazzjoni ta' sehem riżervat?

Il-patrimonju jgħaddi f'idejn ir-rappreżentanti personali tal-persuna deċeduta. Dawn jistgħu jitolbu lill-qorti għall-konċessjoni ta' rappreżentanza (probate fil-każ ta' testment u ittri tal-amministrazzjoni fil-każ ta' mewta intestata). Il-konċessjoni se tikkonferma l-awtorità tagħhom biex jamministraw il-patrimonju skont it-testment jew ir-regoli ab intestato skont il-każ. It-tilwim dwar l-intitolament għas-suċċessjoni jew il-konċessjoni jista' jinġab il-qorti. Il-proċedimenti fil-qorti huma rregolati mir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli dwar Probate Mhux Kontenzjuża jew ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli ta' Proċedura Ċivili.

6 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura biex issir suċċessjoni skont il-liġi nazzjonali, inkluż kif issir il-likwidazzjoni tal-patrimonju u kif jinqasmu l-assi (din tinkludi informazzjoni dwar jekk il-proċedura ta' suċċessjoni tinbeda minn qorti jew minn awtorità kompetenti oħra fuq inizjattiva tagħha stess)

L-eżekuturi huma responsabbli għall-identifikazzjoni u l-ġbir tal-assi tal-persuna deċeduta fil-patrimonju, għall-ħlas tad-dejn tal-persuna deċeduta u d-distribuzzjoni tal-bqija lill-benefiċjarji skont it-testment jew ir-regoli ab intestato.

7 Kif u meta wieħed isir werriet jew legatarju?

Mal-mewt tal-persuna deċeduta jew, fil-każ ta' benefiċjarji li jmutu waqt l-amministrazzjoni tal-patrimonju, mal-mewt tal-persuna intitolata preċedentement.

8 Il-werrieta huma responsabbli għad-djun tal-mejjet, u jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Le. Id-djun jitħallsu mill-patrimonju.

9 Liema huma d-dokumenti u/jew l-informazzjoni normalment meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Ir-rappreżentanti personali jittrasferixxu l-proprjetà immobbli lill-benefiċjarju intitolat matul l-amministrazzjoni tal-patrimonju. Il-benefiċjarju jippreżenta provi tal-konċessjoni tar-rappreżentanza u t-trasferiment lir-Reġistru tal-Artijiet skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Att tal-2011 dwar it-Titoli tal-Artijiet ta' Ġibiltà.

9.1 Il-ħatra ta' amministratur hija obbligatorja jew issir obbligatorja wara li ssir it-talba? Jekk hija obbligatorja jew obbligatorja fuq talba, x'inhuma l-passi li għandhom jittieħdu?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

9.2 Min huwa intitolat li jesegwixxi d-dispożizzjoni testamentarja mal-mewt tal-persuna u/jew li jamministra l-patrimonju?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

9.3 X'setgħat għandu amministratur?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

10 Liema dokumenti huma tipikament maħruġa skont il-liġi nazzjonali matul jew fl-aħħar tal-proċedimenti ta' suċċessjoni li jippruvaw l-istatus u d-drittijiet tal-benefiċjarji? Għandhom effetti evidenzjarji speċifiċi?

L-eżekuturi jamministraw il-patrimonju u jqassmu l-assi netti. Il-forma tat-trasferiment tal-assi tiddependi min-natura tal-assi. Xi oġġetti jistgħu jiġu kkonsenjati bil-pussess. Flejjes jistgħu jitħallsu b'ċekk. Ara l-mistoqsija 9 rigward artijiet.

L-aħħar aġġornament: 01/04/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.