

Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-iskeda informattiva ġiet ippreparata b'kooperazzjoni mal-Kunsill tan-Nutara tal-UE (CNUE)
It-trasferiment ta' proprjetà jsir mit-testatur jew testaturi. Ma hemm l-ebda rekwiżit għal parir legali jew għall-involviment ta' ġurista.
Ma hemm l-ebda rekwiżit biex it-testment jiġi rreġistrat.
It-testment jgħaddi l-patrimonju f'idejn l-eżekuturi (ir-rappreżentanti personali) tal-persuna deċeduta mal-mewt. Dan ma jittrasferix il-proprjetà.
Is-sehem mill-proprjetà li tkun miżmuma minn Koinkwilini tgħaddi awtomatikament lill-Koinkwilin(i) superstiti.
Jekk u sa fejn il-persuna deċeduta ma tħallix testment validu, il-patrimonju jitqassam skont ir-regoli ab intestato speċifikati fl-Att tal-1955 dwar l-Amministrazzjoni tal-Patrimonji (l-Irlanda ta' Fuq) (kif emendat).
Il-patrimonju jgħaddi f'idejn ir-rappreżentanti personali tal-persuna deċeduta. Dawn jistgħu jitolbu lill-qorti għall-konċessjoni ta' rappreżentanza (probate fil-każ ta' testment u ittri tal-amministrazzjoni fil-każ ta' mewta intestata). Il-konċessjoni se tikkonferma l-awtorità tagħhom biex jamministraw il-patrimonju skont it-testment jew ir-regoli ab intestato skont il-każ. It-tilwim dwar l-intitolament għas-suċċessjoni jew il-konċessjoni jista' jinġab il-qorti. Il-proċedimenti fil-qorti huma rregolati mir-Regoli tal-1981 tal-Qorti tal-Kontea (l-Irlanda ta' Fuq) u r-Regoli tal-1980 tal-Qorti ta' Ġudikatura (l-Irlanda ta' Fuq).
L-eżekuturi huma responsabbli għall-identifikazzjoni u l-ġbir tal-assi tal-persuna deċeduta fil-patrimonju, għall-ħlas tad-dejn tal-persuna deċeduta (inkluża t-taxxa fuq il-wirt) u d-distribuzzjoni tal-bqija lill-benefiċjarji skont it-testment jew ir-regoli ab intestato.
Mal-mewt tal-persuna deċeduta jew, fil-każ ta' benefiċjarji li jmutu waqt l-amministrazzjoni tal-patrimonju, mal-mewt tal-persuna intitolata preċedentement.
Le. Id-djun jitħallsu mill-patrimonju.
L-eżekuturi jittrasferixxu l-proprjetà immobbli lill-benefiċjarju intitolat matul l-amministrazzjoni tal-patrimonju. Il-benefiċjarju jista' jkollu jippreżenta provi tal-konċessjoni tar-rappreżentanza u t-trasferiment lir-Reġistru tal-Artijiet jew lir-Reġistru tal-Atti skont ir-Regoli tal-1994 tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet (l-Irlanda ta' Fuq) jew ir-Regoli tal-1997 dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Atti (l-Irlanda ta' Fuq).
Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.
Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.
Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.
L-eżekuturi jamministraw il-patrimonju u jqassmu l-assi netti. Il-forma tat-trasferiment tal-assi tiddependi min-natura tal-assi. Xi oġġetti jistgħu jiġu kkonsenjati bil-pussess. Flejjes jistgħu jitħallsu b'ċekk. Ara l-mistoqsija 9 rigward artijiet.
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.