Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Sistemi ġudizzjarji nazzjonali

Slovenja

Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn is-sistema tal-qrati fis-Slovenja.

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovenja

Organizzazzjoni tal-ġustizzja - sistemi ġudizzjarji

Il-qrati kollha fir-Repubblika tas-Slovenja huma qrati regolari, u jaġixxu skont il-prinċipji tal-kostituzzjonalità, l-indipendenza u tal-Istat tad-dritt.

Tipi ta' qrati - deskrizzjoni fil-qosor

Is-sistema ta’ qrati unifikata tikkonsisti minn qrati ta’ kompetenza ġenerali u speċjalizzata.

  • Qrati b'ġuriżdizzjoni ġenerali jinkludu 44 qorti lokali, 11 distrettwali u 4 superjuri u l-Qorti Suprema.
  • Il-qrati speċjalizzati jinkludu 3 qrati tax-xogħol, qorti soċjali u tax-xogħol waħda u qorti superjuri soċjali u tax-xogħol (li jiddeċiedu dwar tilwimiet relatati max-xogħol u dwar l-assikurazzjoni soċjali), u l-qorti amministrattiva), li tipprovdi protezzjoni ġuridika f'affarijiet amministrattivi u għandha l-istatus ta' qorti superjuri.

Il-prosekuzzjoni tal-Istat tokkupa post partikolari fis-sistema ġudizzjarja, peress li din hija awtorità tal-Istat indipendenti, iżda tifforma parti wkoll mill-fergħa eżekuttiva tal-poter. Il-Prosekutur Ġenerali tal-Istat jinħatar mill-Assemblea Nazzjonali.

Il-Qorti Kostituzzjonali hija l-ogħla awtorità ġudizzjarja għall-protezzjoni tal-kostituzzjonalità, il-legalità, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet bażiċi. Din għandha l-poter li tannulla l-azzjonijiet tal-leġiżlatura, billi tannulla (twarrab) Att jew parti minn Att.

L-imħallfin kostituzzjonali jinħatru mill-Assemblea Nazzjonali, fuq proposta mill-President tar-Repubblika. Disa' mħallfin jiġu eletti għal perjodu ta' disa' snin, mingħajr ebda possibilità li jerġgħu jiġu eletti. L-ebda entità tal-Istat m’għandha l-awtorità li tindaħal fix-xogħol jew fid-deċiżjonijiet tal-imħallfin tal-qrati kostituzzjonali, speċjalizzati u dawk ġenerali.

Bażijiet tad-dejta legali

Għal aktar informazzjoni dwar il-Qrati fis-Slovenja żuril-websajt uffiċjali tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja.

Links relatati

Korpi ġudizzjarji

L-aħħar aġġornament: 02/11/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.