Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.
Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Sistemi ġudizzjarji nazzjonali

Skozja

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tas-sistema tal-qrati fl-Iskozja.

Il-kontenut ipprovdut minn
Skozja

Organizzazzjoni tal-ġustizzja – sistemi ġudizzjarji

Ir-Renju Unit għandu tliet ġuriżdizzjonijiet: L-Ingilterra u Wales, l-Iskozja u l-Irlanda ta' Fuq.

L-amministrazzjoni tal-qrati

Fl-Iskozja, is-Servizz tal-Qrati Skoċċiżi huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-qrati. Is-Servizz tal-Qrati Skoċċiżi (SCS) huwa entità inkorporata ppreseduta mil-Lord President, l-iktar imħallef anzjan fl-Iskozja.

Tipi u ġerarkija ta’ qrati – deskrizzjoni fil-qosor tal-qrati ewlenin

L-organizzazzjoni tal-qrati diversi fl-Iskozja hija kif ġej:

Il-proċedura fil-qrati kriminali hija mqassma f’"solenni" (il-kawżi l-aktar serji li jinvolvu smigħ b’ġuri) u "sommarji" (kawżi inqas serji mismugħa minn imħallef wieħed).

Il-High Court of Justiciary hija ppreseduta mil-Lord Justice General, li huwa wkoll il-Lord President. Din hija l-qorti kriminali suprema tal-pajjiż, li tittratta l-iktar kawżi serji, bħal omiċidji u stupri. Hija taġixxi wkoll bħala l-aħħar qorti tal-appell kriminali finali.

Il-parti l-kbira tal-kawżi kriminali, kemm solenni u kemm sommarji, ikunu ttrattati mill-Qorti tax-Sheriff u kawżi sommarji inqas serji jkunu ttrattati mill-Qorti tal-Kummissarju tal-Ġustizzja. Din tal-aħħar hija ppreseduta minn kummissarji tal-ġustizzja (li huma ġudikanti mhux professjonali li jippresedu flimkien ma' konsulent ikkwalifikat fil-liġi, jew maġistrati bi stipendju li jkunu kkwalifikati fil-liġi).

Il-qrati ċivili jisimgħu kawżi dwar firxa ta' materji u jsolvu t-tilwim; fosthom l-irkupri ta' djun, kawżi tal-familja u kawżi kummerċjali. Il-Court of Session hija l-qorti ċivili suprema fl-Iskozja. Hija għandha awla esterna, li tisma’ kawżi inizjalment qabel kull appell, u awla interna, li tisma’ l-iktar l-appelli. L-imħallef prinċipali huwa l-Lord President.

Jista’ jsir appell dwar punti tal-liġi lill-Qorti Suprema l-ġdida tar-Renju Unit.

Il-qrati tax-sheriff jistgħu jisimgħu kawżi simili għal dawk mibdija fil-Court of Session, iżda wkoll jipprovdu proċeduri semplifikati għal kawżi ta’ valur mhux aktar minn GBP 5 000, fejn l-assistenza minn rappreżentanti legali ma tkunx meħtieġa.

Aktar informazzjoni dettaljata dwar qrati fl-Iskozja tinsab fis-sit elettroniku tas-Servizz tal-Qrati Skoċċiżi.

Ħoloq relatati

Is-Servizz tal-Qrati Skoċċiżi, il-Gvern Skoċċiż

L-aħħar aġġornament: 18/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.