Sib informazzjoni għal kull reġjun
Organizzazzjoni tal-ġustizzja – sistemi ġudizzjarji
Ir-Renju Unit għandu tliet ġuriżdizzjonijiet: L-Ingilterra u Wales, l-Iskozja u l-Irlanda ta' Fuq.
L-amministrazzjoni tal-qrati
Fl-Iskozja, is-Servizz tal-Qrati Skoċċiżi huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-qrati. Is-Servizz tal-Qrati Skoċċiżi (SCS) huwa entità inkorporata ppreseduta mil-Lord President, l-iktar imħallef anzjan fl-Iskozja.
Tipi u ġerarkija ta’ qrati – deskrizzjoni fil-qosor tal-qrati ewlenin
L-organizzazzjoni tal-qrati diversi fl-Iskozja hija kif ġej:
Il-proċedura fil-qrati kriminali hija mqassma f’"solenni" (il-kawżi l-aktar serji li jinvolvu smigħ b’ġuri) u "sommarji" (kawżi inqas serji mismugħa minn imħallef wieħed).
Il-High Court of Justiciary hija ppreseduta mil-Lord Justice General, li huwa wkoll il-Lord President. Din hija l-qorti kriminali suprema tal-pajjiż, li tittratta l-iktar kawżi serji, bħal omiċidji u stupri. Hija taġixxi wkoll bħala l-aħħar qorti tal-appell kriminali finali.
Il-parti l-kbira tal-kawżi kriminali, kemm solenni u kemm sommarji, ikunu ttrattati mill-Qorti tax-Sheriff u kawżi sommarji inqas serji jkunu ttrattati mill-Qorti tal-Kummissarju tal-Ġustizzja. Din tal-aħħar hija ppreseduta minn kummissarji tal-ġustizzja (li huma ġudikanti mhux professjonali li jippresedu flimkien ma' konsulent ikkwalifikat fil-liġi, jew maġistrati bi stipendju li jkunu kkwalifikati fil-liġi).
Il-qrati ċivili jisimgħu kawżi dwar firxa ta' materji u jsolvu t-tilwim; fosthom l-irkupri ta' djun, kawżi tal-familja u kawżi kummerċjali. Il-Court of Session hija l-qorti ċivili suprema fl-Iskozja. Hija għandha awla esterna, li tisma’ kawżi inizjalment qabel kull appell, u awla interna, li tisma’ l-iktar l-appelli. L-imħallef prinċipali huwa l-Lord President.
Jista’ jsir appell dwar punti tal-liġi lill-Qorti Suprema l-ġdida tar-Renju Unit.
Il-qrati tax-sheriff jistgħu jisimgħu kawżi simili għal dawk mibdija fil-Court of Session, iżda wkoll jipprovdu proċeduri semplifikati għal kawżi ta’ valur mhux aktar minn GBP 5 000, fejn l-assistenza minn rappreżentanti legali ma tkunx meħtieġa.
Aktar informazzjoni dettaljata dwar qrati fl-Iskozja tinsab fis-sit elettroniku tas-Servizz tal-Qrati Skoċċiżi.
Ħoloq relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.