F’din is-sezzjoni ssibu deskrizzjoni qasira tal-organizzazzjoni tal-qrati u t-tribunali fil-Lussemburgu.
Is-sistema ġudizzjarja tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu hija maqsuma f'qasam ġudizzjarju u qasam amministrattiv. Ma' dan iż-żewġ oqsma tingħaqad il-Qorti Kostituzzjonali.
Il-Qrati u t-Tribunali huma mogħtija s-setgħa ġudizzjarja mill-Kostituzzjoni u japplikaw biss id-deċiżjonijiet u r-regolamenti ġenerali u lokali li huma konformi mal-liġijiet.
Fil-quċċata tal-ġerarkija tal-qrati tal-qasam ġudizzjarju hemm il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja li tinkludi Qorti tal-Kassazzjoni u Qorti tal-Appell, kif ukollProsekutur Ġenerali. Dawn kollha jinsabu l-Lussemburgu.
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa maqsum f'żewġ distretti ġudizzjarji u kull distrett għandu Tribunal tad-Distrett, wieħed ġewwa l-Lussemburgu u l-ieħor f'Diekirch.
Hemm tliet Kummissarji tal-Ġustizzja, wieħed ġewwa l-Lussemburgu, wieħed Esch-sur-Alzette (distrett ġudizzjarju tal-Lussemburgu) u l-ieħor f'Diekirch (distrett ġudizzjarju f'Diekirch).
Il-Kunsill superjuri huwa ffurmat minn president, żewġ assessuri maħtura minn fost l-imħallfin u żewġ delegati mill-Fond Nazzjonali tas-Saħħa (CNS).
Il-Kunsill tal-Arbitraġġ tas-sigurtà soċjali huwa ffurmat minn president u żewġ delegati tal-Fond Nazzjonali tas-Saħħa (CNS).
Il-Qorti amministrattiva hija ffurmata minn ħames imħallfin u għandha awla waħda ppreseduta minn tliet imħallfin.
It-Tribunal amministrattiv huwa ffurmat minn għaxar imħallfin u tliet awli ppreseduti minn tliet imħallfin.
Aktar tagħrif dwar il-Ministeru tal-Ġustizzja, il-professjonijiet ġuridiċi, il-leġiżlazzjoni, it-tribunali, il-ħabsijiet, is-servizzi għaċ-ċittadini, il-formoli u affarijiet ġodda huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja.
Iva l-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.