Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn is-sistema tal-qrati fl-Italja.
Is-sistema ġudizzjarja Taljana hija bbażata fuq il-liġi ċivili.
Il-funzjoni ta’ imħallef, kif ukoll dik ta’ prosekutur pubbliku, tiġi eżerċitata mill-membri tal-ġudikatura. Il-funzjoni amministrattiva titwettaq mill-Ministeru tal-Ġustizzja.
Il-funzjoni ġudizzjarja tista’ tinqasam fl-oqsma li ġejjin:
Il-ġurisdizzjoni f’materji amministrattivi tiġi eżerċitata mill-qrati amministrattivi reġjonali (Tribunali Amministrativi Regionali jew TAR) u mill-Kunsill tal-Istat (Consiglio di Stato).
Il-ġurisdizzjoni f’materji ta’ kontabbiltà tiġi eżerċitata mill-Qorti tal-Awdituri tal-Istat (Corte dei conti). L-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku ġenerali huwa bbażat fl-istess qorti.
Il-ġurisdizzjoni f’materji fiskali tiġi eżerċitata mill-Kummissjonijiet Fiskali Provinċjali u mill-Kummissjonijiet Fiskali Distrettwali.
Il-ġurisdizzjoni f’materji militari tiġi eżerċitata mill-qrati militari, mill-qorti militari tal-appelli, mill-qorti militari ta’ sorveljanza, mill-prosekuturi militari bbażati fil-qrati militari, mill-prosekuturi militari ġenerali bbażati fil-qorti tal-appell militari, u mill-prosekutur militari ġenerali bbażat fil-Qorti tal-Kassazzjoni.
Il-ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kriminali ordinarji tiġi eżerċitata mill-maġistrati li jappartejnu għall-ordni ġudizzjarju, li tinqasam fil-ġudikanti min-naħa waħda u mill-maġistrati tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku min-naħa l-oħra, li jaqdu r-rwoli ta’ imħallef u maġistrat istruttorju rispettivament.
Il-Kostituzzjoni, fost l-istrutturi tal-gvern, tagħmel lill-Ministeru tal-Ġustizzja responsabbli għall-amministrazzjoni tal-qorti minħabba l-funzjoni speċjali, ir-rwol u r-relazzjoni tiegħu mal-ġudikatura.
Wara eżami pubbliku diffiċli, il-maġistrati jiġu assenjati fil-qrati f’qasam ta’ kompetenza partikolari, skont l-għażla personali tagħhom. Dawn ma jistgħux jiġu assenjati, promossi, imneħħija, trasferiti jew ikkastigati mingħajr id-deċiżjoni tal-Consiglio Superiore della Magistratura jew iċ-CSM (il-kunsill superjuri tal-maġistrati) u b’garanziji speċjali ta’ protezzjoni.
Il-kwistjonijiet kollha relatati mal-maġistrati jridu jiġu evalwati miċ-CSM, li jipproteġi l-awtomomija tal-maġistrati u tal-istatus tagħhom.
Il-President tar-Repubblika tal-Italja huwa wkoll il-president taċ-CSM.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja jaqdi l-funzjonijiet amministrattivi u organizzattivi tiegħu fuq żewġ livelli:
Il-funzjoni amministrattiva hija responsabbli wkoll għall-impjegati li jiġu assenjati fis-servizzi ġudizzjarji.
Fl-ogħla livell tal-qrati (jew l-uffiċċji tal-prosekuzzjoni pubblika), hemm:
Il-qrati huma stabbiliti kif ġej:
L-Ewwel Istanza
It-Tieni Istanza
Biex jitressaq rikors kontra l-ewwel sentenza dwar raġunijiet fattwali u l-interpretazzjoni tal-liġi:
It-Tielet istanza
Biex jitressaq rikors għall-ksur tal-liġi fl-ogħla livell:
Fi ħdan it-tribunali ewlenin, hemm ukoll taqsimiet speċjali. Fuq il-Qrati tal-assiżi (corti d’assise) jpoġġu żewġ imħallfin professjonali u sitt ġurati. Il-ġurati jintgħażlu minn fost iċ-ċittadini sabiex iservu għal perjodi qosra, sabiex jikkooperaw u jirrappreżentaw id-diversi setturi tas-soċjetà. Dawn il-qrati jieħdu deċiżjonijiet dwar każi kriminali serji (omiċidju, attakki serji u oħrajn simili).
Il-maġistrati li jkollhom rwol ta’ prosekuturi pubbliċi fil-proċessi huma:
Fl-Italja, ir-rwol tal-prosekutur pubbliku jitwettaq minn maġistrati tal-esperjenza, li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom taħt is-superviżjoni tal-kap tal-burò tagħhom. Dan jopera bħal tip ta’ ġerarkija li tapplika biss għall-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi.
Ġurisdizzjoni ċivili |
Ġurisdizzjoni kriminali |
Ġurisdizzjoni tal-minorenni |
Ġurisdizzjoni penali |
|
I Grad |
Kummissarju tal-Ġustizzja |
Kummissarju tal-Ġustizzja |
Qorti tal-Minorenni |
L-Uffiċċju Penali/Tribunal Penali |
II Grad |
Tribunal |
Tribunal |
Taqsima Speċjalizzata tal-Qorti tal-Appell |
Tribunal Penali |
Qorti tal-Appell |
Qorti tal-Appell |
|||
Ksur tal-liġi |
Qorti Suprema (jew Qorti tal-Kassazzjoni) |
Qorti Suprema (jew Qorti tal-Kassazzjoni) |
Qorti Suprema (jew Qorti tal-Kassazzjoni) |
Qorti Suprema (jew Qorti tal-Kassazzjoni) |
Bażijiet tad-dejta legali
Is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja Taljan fih informazzjoni dwar il-ġudikatura, il-Ministeru tal-Ġustizzja, il-kompetenzi rispettivi dwar u d-dettalji tal-kuntatt għad-diversi uffiċċji.
Is-sit elettroniku tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistrati joffri dettalji dwar is-sistema ġudizzjarja tal-Italja bit-Taljan, bl-Ingliż u bil-Franċiż.
Iż-żewġ siti elettroniċi huma aċċessibbli mingħajr ħlas.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.