Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniż diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Sistemi ġudizzjarji nazzjonali

Ġermanja

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tas-sistema tal-qrati fil-Ġermanja.

Il-kontenut ipprovdut minn
Ġermanja

Organizzazzjoni tal-ġustizzja – sistemi ġudizzjarji

Minħabba l-ordni federali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, anki s-sistema tal-qrati hija strutturata b’mod federali. Il-ġurisdizzjoni tiġi eżerċitata mill-qrati federali u mill-qrati tas-16-il Stat federali (Länder). Il-Länder jerfgħu l-parti l-kbira tal-piż tax-xogħol involut fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.

Is-sistema tal-qrati Ġermaniża hija maqsuma f’ħames fergħat jew ġurisdizzjonijiet indipendenti u speċjalizzati:

  • Ġurisdizzjoni ordinarja
  • Ġurisdizzjoni tax-xogħol
  • Ġurisdizzjoni amministrattiva ġenerali
  • Ġurisdizzjoni fiskali
  • Ġurisdizzjoni soċjali.

Minbarra dawn il-ġurisdizzjonijiet speċjalizzati, hemm il-ġurisdizzjoni kostituzzjonali, li tikkonsisti fil-Qorti Federali Kostituzzjonali u fil-qrati kostituzzjonali tal-Länder.

Tista’ tara deskrizzjoni ġenerali tal-istruttura tal-qrati fis-sit elettroniku tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja Ġermaniż.

Amministrazzjoni tal-qrati

Ġeneralment, il-qrati tal-Länder jiġu amministrati mill-ministeri federali tal-ġustizzja. Fuq il-livell federali, il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja huwa responsabbli mill-Qorti Federali tal-Ġustizzja, mill-Qorti Federali Amministrattiva u mill-Qorti Federali tal-Finanzi. Il-Ministeru Federali tax-Xogħol u tal-Affarijiet Soċjali huwa responsabbli mill-Qorti Federali tax-Xogħol u mill-Qorti Federali Soċjali.

Il-ministeri responsabbli jamministraw anki r-riżorsi tal-baġit meħtieġa. L-unika eċċezzjoni hija l-Qorti Federali Kostituzzjonali, li ngħatat awtonomija organizzattiva bħala organu kostituzzjonali indipendenti. Hija tippreżenta l-baġit tal-qorti tagħha għall-approvazzjoni.

Tipi ta' qrati – deskrizzjoni fil-qosor

Fil-Ġermanja, l-istruttura tal-qrati hija maqsuma bejn qrati b’ġurisdizzjoni ordinarja u dawk b’ġurisdizzjoni speċjalizzata. Il-ġurisdizzjoni ordinarja tikkonsisti f’ġurisdizzjoni ċivili u f’ġurisdizzjoni kriminali. Il-qrati speċjalizzati huma l-qrati amministrattivi, il-qrati tal-finanzi, il-qrati tax-xogħol u l-qrati soċjali. Barra minn hekk, hemm il-ġurisdizzjoni kostituzzjonali, li tikkonsisti fil-Qorti Federali Kostituzzjonali u fil-qrati kostituzzjonali tal-Länder.

Ġerarkija tal-qrati

Ara l-ġerarkija tal-qrati (deskrizzjoni ġenerali) ipprovduta mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja.

Links relatati

Sit elettroniku tal-Ministeru Federali Ġermaniż tal-Ġustizzja

Qorti Federali tal-Ġustizzja

Qorti Federali Amministrattiva

Qorti Federali tal-Finanzi

Qorti Federali tax-Xogħol

Qorti Federali Soċjali

Qorti Federali Kostituzzjonali

Ministeru Federali tal-Ġustizzja

L-aħħar aġġornament: 14/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.