Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Finlandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Sistemi ġudizzjarji nazzjonali

Finlandja

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali tas-sistema tal-qrati fil-Finlandja.

Il-kontenut ipprovdut minn
Finlandja

Il-ġudikatura - is-sistema tal-qrati

Inġenerali, is-sistema ġudizzjarja Finlandiża tikkonsisti minn:

  • qrati tal-ġustizzja indipendenti; qrati ġenerali, qrati amministrattivi u qrati speċjali
  • l-awtoritajiet ta' prosekuzzjoni
  • l-awtoritajiet ta’ infurzar (li jieħdu ħsieb l-infurzar tas-sentenzi)
  • is-servizz tal-ħabsijiet (li jimplimenta l-priġunerija)
  • għajnuna legali pubblika, avukati u rappreżentanti legali liċenzjati.

Il-ġudikatura tista' wkoll tirreferi biss għall-qrati.

L-Artikolu 98 tal-Kostituzzjoni Finlandiżajelenka d-diversi qrati tal-ġustizzja. Il-qrati ġenerali jikkonsistu fil-Qorti Suprema, il-qrati tal-appell u l-qrati distrettwali. Il-qrati amministrattivi ġenerali jikkonsistu fil-Qorti Amministrattiva Suprema u l-qrati amministrattivi lokali.

L-awtorità ġudizzjarja suprema fi kwistjonijiet ċivili u kriminali tiġi eżerċitata mill-Qorti Suprema u, fi kwistjonijiet amministrattivi, mill-Qorti Amministrattiva Suprema. Iż-żewġ qrati supremi jissorveljaw ukoll l-applikazzjoni tal-liġi taħt il-kompetenza tagħhom.  Fil-Finlandja, hemm anki qrati speċjali, li huma stabbiliti bi statuti separati.

Il-pożizzjoni indipendenti u awtonoma tal-imħallfin tiġi ssalvagwardjata minn dispożizzjoni tal-Kostituzzjoni, li tistabbilixxi li mħallef jista’ jitneħħa mill-kariga tiegħu biss b’deċiżjoni tal-qorti. L-imħallfin ma jistgħux jiġu ttrasferiti minn pożizzjoni għal oħra mingħajr il-kunsens tagħhom, sakemm it-trasferiment ma jkunx parti minn riorganizzazzjoni tas-sistema tal-qrati.

It-Taqsima 21 tal-Kostituzzjoni tistabbilixxi li kulħadd għandu d-dritt li l-kawża tiegħu jew tagħha tinstema’ mill-aktar fis possibbli u b’mod xieraq, f’qorti tal-ġustizzja legalment kompetenti jew minn xi awtorità oħra. Skont it-Taqsima 21(2) in-natura pubblika tal-proċedimenti u d-dritt għal smigħ u għal deċiżjoni motivata, u d-dritt ta’ appell kontra deċiżjoni huma ssalvagwardjati mil-liġi, bħalma huma garanziji oħrajn ta’ proċedimenti ġudizzjarji imparzjali u governanza tajba. It-Taqsima tistabbilixxi wkoll r-rekwiżiti tal-kwalità għall-proċedimenti ġudizzjarji.

Amministrazzjoni tal-qrati

Ħafna mid-dmirijiet u mir-responsabbiltajiet tal-amministrazzjoni ġudizzjarja u tal-iżvilupp tal-qrati jaqgħu primarjament taħt il-kompetenza tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Informazzjoni addizzjonali

Is-Sit elettroniku tal-Qrati Finlandiżi jinkludi informazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja tal-Finlandja. Dan huwa portal uniku li jipprovdi informazzjoni dwar il-qrati, il-prosekuturi, l-awtoritajiet ta' infurzar u l-għajnuna legali.

Is-sit jinkludi, pereżempju, l-aktar ġurisprudenza reċenti mill-qrati tal-appell u mill-qrati amministrattivi.

Il-bażi ta' dejta Finlex mingħajr ħlas tinkludi ġurisprudenza mill-qrati, l-Istatuti Elettroniċi tal-Finlanjda u traduzzjonijiet ta' atti u digrieti Finlandiżi.

L-aħħar aġġornament: 09/02/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.