Din it-taqsima tipprovdik b'ħarsa ġenerali tas-sistema tal-qorti fl-Estonja.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-Kostituzzjoni Estonjana teżiġi li l-ġustizzja tkun amministrata biss minn qrati li jkunu indipendenti fl-attivitaijiet tagħhom. Il-qrati jridu jamministraw il-ġustizzja skont il-Kostituzzjoni u liġijiet oħrajn. Skont il-Kostituzzjoni, is-sistema tal-qrati Estonjana għandha kompetenza esklużiva biex tamministra l-ġustizzja. Fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha, qorti hija separata kemm mill-isfera eżekuttiva kif ukoll minn dik leġiżlattiva.
Is-sistema tal-qrati tal-Estonja tikkonsisti fi tliet livelli: Il-qrati tal-kontej u amministrattivi huma qrati tal-prim’istanza. Hemm erba' qrati tal-kontej fl-Estonja: Il-Qorti tal-Kontea ta' Harju, il-Qorti tal-Kontea ta' Viru, il-Qort tal-Kontea ta' Tartu u l-Qorti tal-Kontea ta' Pärnu. Hemm żewġ qrati amministrattivi fl-Estonja: Il-Qorti amministrattiva ta' Tallinn u l-Qorti Amministrattiva ta' Tartu. Il-qrati tal-kontej u l-qrati amministrattivi huma maqsuma f'organi ġudizzjarji minuri.
Qrati distrettwali huma qrati tat-tieni istanza li jisimgħu appelli ppreżentati kontra sentenzi mogħtija mill-qrati tal-prim'istanza. Hemm żewġ qrati distrettwali: Il-qorti distrettwali ta' Tallinn u l-qorti distrettwali ta' Tartu.
Il-Qorti Suprema hi l-ogħla qorti u tisma’ appelli fil-kassazzjoni ppreżentati kontra sentenzi mill-qrati tat-tieni istanza. Fis-sistema tal-qrati Estonjana ma hemm l-ebda qorti kostituzzjonali separata. Id-doveri ta' qorti ta' rieżami kostituzzjonali huma mwettqa mill-Qorti Suprema.
Il-Qrati tal-prim'istanza u tat-tieni istanza huma amministrati mill-Ministeru tal-Ġustizzja flimkien mal-Kunsill għall-amministrazzjoni tal-Qrati. Il-Kunsill għall-Amministrazzjoni tal-Qrati huwa bord konsultattiv imwaqqaf sabiex imexxi s-sistema tal-qrati u x-xogħol tiegħu huwa dirett mill-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema. Il-qrati tal-prim’istanza u tat-tieni istanza huma ffinanzjati mill-baġit tal-Istat, permezz tal-baġit tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-Qorti Suprema hi indipendentement responsabbli għall-amministrazzjoni tagħha stess u għandha l-baġit tagħha stess.
Il-Kunsill għall-Amministrazzjoni tal-Qrati huwa magħmul minn:
Il-Ministru għall-Ġustizzja jista’ jlaqqa’ s-sessjonijiet, imma ma għandux drittijiet tal-vot.
Il-Kunsill jagħti approvazzjoni għal:
Il-Kunsill irid:
Is-sistema tal-qrati tal-Estonja tikkonsisti minn tliet livelli:
Bħala qrati ġenerali, il-qrati tal-kontej jisimgħu kawżi ċivili, kriminali u dwar reati minuri (misdemeanours). Bħala qrati tal-prim'istanza, il-qrati amministrattivi jisimgħu dawk il-każijiet amministrattivi li huma mqiegħda taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom bil-liġi. Il-qrati distrettwali huma qrati tat-tieni istanza li jwettqu skrutinju tas-sentenzi mogħtija mill-qrati tal-pajjiż u amministrattivi f'każ ta' appell. Il-Qorti Suprema hi l-ogħla qorti u tisma’ l-appelli fil-kassazzjoni ppreżentati kontra sentenzi tal-qrati distrettwali. Il-Qorti Suprema hija anki l-qorti tar-reviżjoni kostituzzjonali.
Tista’ ssib informazzjoni ġenerali dwar is-sistema ġuridika Estonjana fil-websajt tal-Ministeru għall-Ġustizzja.
Tista’ ssib ukoll ħarsa ġenerali tas-sistema tal-qrati fl-Estonja fil-websajt tal-qrati.
L-aċċess għall-informazzjoni dwar is-sistema ġuridika u tal-qrati Estonjana huwa mingħajr ħlas.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.