Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Sistemi ġudizzjarji nazzjonali

L-Ingilterra u Wales

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali u fil-qosor tal-qrati fl-Ingilterra u f’Wales.

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Ingilterra u Wales

Organizzazzjoni tal-ġustizzja – sistemi ġudizzjarji

Ir-Renju Unit għandu tliet ġuriżdizzjonijiet: l-Ingilterra u Wales, l-Iskozja u l-Irlanda ta’ Fuq. F’din il-paġna qed jiġu diskussi l-qrati fil-ġuriżdizzjoni tal-Ingilterra u ta’ Wales.

Amministrazzjoni tal-qrati

Ir-responsabbiltà għall-amministrazzjoni ta’ ħafna mill-qrati fl-Ingilterra u Wales hija tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha (HMCTS). L-HMCTS huwa aġenzija tal-Ministeru tal-Ġustizzja, id-dipartiment tal-gvern responsabbli mis-sistema tal-ġustizzja fl-Ingilterra u f’Wales.

Tipi u ġerarkija ta' qrati – deskrizzjoni fil-qosor

Il-kawżi kriminali fl-Ingilterra u f’Wales jinstemgħu fil-qrati tal-maġistrati, fil-Qorti tal-Kuruna, fil-qrati diviżjonali tal-Qorti Superjuri u fit-taqsima kriminali tal-Qorti tal-Appell.

Il-kawżi ċivili fl-Ingilterra u f’Wales jinstemgħu fil-qrati tal-kontej, fil-Qorti Superjuri u fit-taqsima ċivili tal-Qorti tal-Appell.

Il-Qorti Suprema l-ġdida tar-Renju Unit hija l-qorti finali tal-appell fir-Renju Unit kemm għall-kawżi kriminali kif ukoll għall-kawżi ċivili, għalkemm il-kawżi kriminali Skoċċiżi m’għandhomx id-dritt ta’ appell quddiem il-Qorti Suprema.

Tista’ ssib iktar informazzjoni dettaljata dwar il-qrati fl-Ingilterra u Wales fil-paġna li tiddeskrivi l-qrati ordinarji fl-Ingilterra u Wales u fis-sit elettroniku tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha. L-informazzjoni dwar uħud mit-tribunali u mill-qrati speċjalizzati fl-Ingilterra u Wales tista’ ssibha fil-paġna li tiddeskrivi l-qrati speċjalizzati fl-Ingilterra u Wales.

Ħoloq Relatati

HMCTS, Il-Ministeru tal-Ġustizzja, Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha

L-aħħar aġġornament: 12/12/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna