Sistemi ġudizzjarji nazzjonali

Danimarka

Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali dwar is-sistema tal-qrati fid-Danimarka.

Il-kontenut ipprovdut minn
Danimarka

Organizzazzjoni tal-ġustizzja – sistemi ġudizzjarji

Is-sistema tal-qrati Daniża hija magħmula minn:

  • Il-Qorti Suprema
  • Iż-żewġ qrati superjuri
  • Il-Qorti Marittima u Kummerċjali
  • Il-Qorti tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet
  • 24 qorti distrettwali
  • Il-qrati tal-Gżejjer Faroe u Greenland
  • Il-Bord tal-Permessi tal-Appelli
  • Il-Qorti Speċjali tal-Akkużi u r-Reviżjoni
  • Il-Kunsill Daniż dwar il-Ħatriet Ġudizzjarji u
  • L-Amminsitrazzjoni tal-Qorti Daniża.

Amministrazzjoni tal-qrati

Il-qrati huma amministrati mill-Amministrazzjoni tal-Qorti Daniża, li ġie stabbilit bħala istituzzjoni ġdida u indipendenti fl-1 ta’ Lulju 1999. Din l-entità tiżgura l-amministrazzjoni xierqa u adegwata tal-fondi, l-impjegati, il-bini u l-IT tal-qrati kif ukoll il-Bord tal-Permessi tal-Appelli.

L-Amministrazzjoni tal-Qorti Daniża titmexxa minn bord ta’ gvernaturi u direttur. L-Amministrazzjoni tal-Qorti Daniża taqa’ taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja, iżda l-Ministru m’għandu l-ebda setgħa biex jagħti struzzjonijiet u ma jistax jibdel id-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill-Amministrazzjoni tal-Qorti Daniża.

Il-bord tal-gvernaturi huwa l-kap eżekuttiv u ġeneralment ikun responsabbli għall-ħidmiet li twettaq l-Amministrazzjoni tal-Qorti Daniża. Id-direttur – li jinħatar u li jista’ jitneħħa mill-bord tal-gvernaturi – huwa responsabbli għall-ġestjoni ta’ kuljum. Id-direttur mhux bilfors ikun gradwat fil-liġi.

L-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Qorti Daniża jistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-bord tal-gvernaturi tal-Amministrazzjoni tal-Qorti Daniża. Il-bord tal-gvernaturi huwa magħmul minn 11-il membru, li tmienja minnhom ikunu rappreżentanti tal-qorti, wieħed ikun avukat, u tnejn l-oħra jkollhom esperjenza amministrattiva u soċjali partikolari.

Bażijiet tad-dejta legali

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-ħarsa ġenerali u d-deskrizzjoni fis-Sistema Ġudizzjarja Daniża li jiġu aġġornati regolarment.

Links relatati

Aġenzija dwar l-Affarijiet Ċivili  

L-aħħar aġġornament: 04/05/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.