Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja tistabbilixxi illi l-awtorità fil-Kroazja hija organizzata skont il-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat, sabiex l-awtorità leġiżlattiva tiġi eżerċitata mill-Parlament Kroat, l-awtorità eżekuttiva mill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja u l-awtorità ġudizzjarja mill-qrati tal-Kroazja. Bħala detenturi tal-awtorità ġudizzjarja, il-qrati jamministraw il-ġustizzja skont il-Kostituzzjoni, il-liġijiet u r-regoli u t-trattati internazzjonali li ffirmat u rratifikat il-Kroazja. L-imħallfin maħtura mill-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat għandhom is-setgħa ġudizzjarja. Fl-eżerċiżżju tad-dmirijiet ġudizzjarji tagħhom, l-imħallfin iridu jkunu indipendenti u awtonomi u jgawdu mill-immunità skont il-liġi. Il-kariga ġudizzjarja hija permanenti u mħallef ma jistax ikollu karigi oħra.
il-liġijiet ċivili, kriminali u tal-kummerċ u l-amministrazzjoni tal-ġustizzja amministrattiva, l-istruttura, il-funzjonament u t-taħriġ professjonali tal-imħallfin, il-prosekuturi u l-persunal tal-qrati, il-korpi tal-prosekuzzjoni pubblika li jmexxu l-proċedimenti dwar aġir ħażin u l-awtoritajiet li huma responsabbli għall-eżekuzzjoni ta' sanzjonijiet kriminali, dmirijiet amministrattivi u oħrajn marbuta mal-ħidma tan-nutara u l-prosekuturi, it-tariffi tal-qrati u tan-nutara, l-għajnuna legali internazzjonali u forom oħra ta' għajnuna legali, l-eżekuzzjoni ta' sanzjonijiet kriminali, il-maħfra u l-parole, il-kompjuterizzazzjoni, l-instituzzjonalizzazzjoni u l-koordinazzjoni tas-sistema ta' appoġġ għall-vittmi u x-xhieda fi ħdan il-ġudikatura, attivitajiet marbuta mal-għoti ta' informazzjoni u għajnuna lill-vittmi u x-xhieda, kwistjonijiet marbuta mal-ħlas ta' kumpens lil persuni li ġew arrestati mingħajr ġustifikazzjoni u kkundannati inġustament u d-dmirijiet amministrattivi marbuta mal-kumpens finanzjarju għall-vittmi tar-reati,
id-dritt ta' sjieda, kwistjonijiet ta' propjetà marbuta mal-esproprjazzjoni u restrizzjonijiet oħra fuq is-sjieda, kwistjonijiet ta' propjetà dwar il-kostruzzjoni, l-art għall-agrikoltura u l-foresterija, il-konsolidazzjoni tal-art, il-bejgħ u x-xiri ta' art u bini u dawk l-operazzjonijiet tal-agrikoltura li ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni ta' korpi tal-gvern oħra, il-propjetà ta' ċittadini barranin, il-kumpens għall-konfiska tal-propjetà fi żmien ir-reġim Komunist Yugoslav li ma jaqax taħt il-ġuriżdizzjoni ta' korpi tal-gvern oħra u s-suċċessjoni tal-propjetà, drittijiet u responsabbilitajiet tal-eks RFSJ,
L-Akkademja Ġudizzjarja hija istituzzjoni pubblika indipendenti li tipprovdi taħriġ professjonali inizjali ta' kwalità għall-apprendisti fil-korpi ġudizzjarji u għall-istudenti fl-Iskola tal-Istat għall-Uffiċjali Ġudizzjarji, u torganizza u tipprovdi b'mod kontinwu tagħlim tul il-ħajja tal-uffiċjali ġudizzjarji u konsulenti fil-korpi ġudizzjarji.
Struttura
L-Akkademja Ġudizzjarja hija attivament involuta fil-kooperazzjoni internazzjonali u tipparteċipa fi proġetti tal-Unjoni Ewropea kemm bħala benefiċjarju u kemm bħala parteċipant. Dawn il-proġetti għandhom l-għan li jsaħħu l-Akkademja u l-iżvilupp professjonali ta' dawn il-gruppi fil-mira.
L-Att dwar l-Akkademja Ġudizzjarja
L-Att dwar il-Qrati jirregola l-organizzazzjoni, il-kompetenza u l-ġuriżdizzjoni tal-qrati.
Fir-Repubblika tal-Kroazja, l-awtorità ġudizzjarja hija eżerċitata mill-qrati bħala korpi separati tal-awtorità tal-Istat. Huma jeżerċitaw l-awtorità tagħhom b'mod awtonomu u indipendenti fi ħdan l-ambitu u l-kompetenza prevista mil-liġi.
Il-qrati jħarsu l-ordni ġuridiku tal-Kroazja kif stabbilit mill-Kostituzzjoni, mil-liġijiet u t-trattati internazzjonali u jiżguraw l-applikazzjoni uniformi tal-liġi u l-ugwaljanza ta' kulħadd quddiem il-liġi.
Il-qrati jiddeċiedu dwar każijiet ta' drittijiet u obbligi fundamentali tal-bniedem, drittijiet u l-obbligi tar-Repubblika tal-Kroazja u tal-unitajiet awtonomi lokali u reġjonali tal-gvern, u d-drittijiet u l-obbligi ta' persuni ġuridiċi oħra, jagħtu sanzjonijiet u miżuri oħra kontra l-awturi ta' reati, aġir ħażin u offiżi speċifikati mil-liġi u regolamenti oħra, jistħarrġu l-legalità ta' atti ġenerali u individwali tal-awtoritajiet amministrattivi pubbliċi, jiddeċiedu dwar tilwim fuq ir-relazzjonijiet personali taċ-ċittadini, kawżi dwar ix-xogħol, il-kummerċ, il-propjetà u kawżi ċivili oħra, u jiddeċiedu dwar każijiet legali oħra kif previsti mil-liġi.
Il-qrati jamministraw il-ġustizzja skont il-Kostituzzjoni, il-liġijiet, it-trattati internazzjonali u sorsi legali validi oħra.
L-awtorità ġudizzjarja fir-Repubblika tal-Kroazja hija eżerċitata minn qrati ordinarji u speċjalizzati u mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja.
Il-qrati ordinarji huma l-qrati muniċipali u l-qrati tal-kontea.
Il-qrati speċjalizzati huma l-qrati kummerċjali, il-qrati amministrattivi, il-qrati li jittrattaw każijiet ta' aġir ħażin, il-Qorti Kummerċjali Superjuri tar-Repubblika tal-Kroazja, il-Qorti Amministrattiva Superjuri tar-Repubblika tal-Kroazja u l-Qorti Superjuri għall kawżi ta' Aġir Ħażin tar-Repubblika tal-Kroazja.
Il-qrati muniċipali u l-qrati li jittrattaw każijiet dwar aġir ħażin jiġu stabbiliti fit-territorju ta' wieħed jew aktar muniċipalitajiet, belt jew diversi bliet jew partijiet minn żona urbana, u l-qrati tal-kontea, tal-kummerċ u l-qrati amministrattivi jiġu stabbiliti għat-territorju ta' kontea waħda jew iżjed.
Il-Qorti Kummerċjali Superjuri tar-Repubblika tal-Kroazja, il-Qorti Amministrattiva Superjuri tar-Repubblika tal-Kroazja, il-Qorti Superjuri għall-Kawżi dwar Aġir Ħażim tar-Repubblika tal-Kroazja u l-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja huma stabbiliti għat-territorju tar-Repubblika tal-Kroazja.
Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja hija l-ogħla qorti fil-Kroazja.
Il-liġi tista' tistabbilixxi qrati ordinarji u speċjalizzati oħra b'ġuriżdizzjoni f'qasam partikolari tekniku jew legali.
Qrati tal-kontea (15) |
Qorti Kummerċjali Superjuri (1) |
Qorti Amministrativa Superjuri (1) |
Qorti Superjuri għal Kawżi dwar Aġir Ħażin (1) |
Qrati muniċipali (67) |
Qrati Kummerċjali (7) |
Qrati amministrattivi (4) |
Qrati għal kawżi dwar aġir ħażin (61) |
Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja għandha s-sede tagħha f'Zagreb.
Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja
Trg Nikole Šubića Zrinskog 3
10 000 Zagreb
tel: +385 1 486 22 22, +385 1 481 00 36
faks: +385 1 481 00 35
posta elettronika: vsrh@vsrh.hr
http://www.vsrh.hr/
L-Att dwar il-Qrati (Żoni u Sede)
Dawn l-atti huma fis-seħħ. L-Att il-ġdid dwar il-Qrati (Żoni u Sede) kien adottat u ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali (NN) 128/14 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Aprilhttps://narodne-novine.nn.hr/clanci/sluzbeni/2014_10_128_2430.html 2015 jew fl-1 ta' Lulju 2015, u b'hekk issostitwixxa l-atti preċedenti.L-Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata huwa uffiċċju speċjali tal-prosekutur pubbliku imwaqqaf għat-territorju kollu tar-Repubblika tal-Kroazja, li jwettaq id-dmirijiet ta' prosekuzzjoni pubblika f'każijiet li jinvolvu l-korruzzjoni u atti kriminali minn kriminalità organizzata.
L-Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata
Gajeva 30a
10 000 Zagreb
tel: +385 4591 874
faks: + 385 1 4591 878
posta elettronika tajnistvo@uskok.dorh.hr
L-Att dwar l-Uffiċċju għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kriminalità Organizzata
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.