Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Bulgaru ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Sistemi ġudizzjarji nazzjonali

Bulgarija

Din it-taqsima tagħti informazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja Bulgara.

Il-kontenut ipprovdut minn
Bulgarija

Organizzazzjoni tal-ġustizzja — is-sistema ġudizzjarja

L-amministrazzjoni tal-ġustizzja fil-Bulgarija hija bbażata fuq tliet istanzi. Il-qrati huma korpi statali li jamministraw il-ġustizzja f’każijiet ċivili, kriminali u amministrattivi.

Il-qrati li ġejjin jeżistu fil-Bulgarija:

  • qrati distrettwali -113
  • qrati provinċjali - 28
  • qrati amministrattivi - 28
  • Qorti Kriminali Speċjalizzata - 1
  • qrati tal-appell - 5
  • Qorti Kriminali tal-Appell Speċjalizzata - 1
  • qrati militari - 5
  • Qorti tal-Appell Militari - 1
  • Il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni - 1
  • Il-Qorti Amministrattiva Suprema - 1

L-amministrazzjoni tal-qrati

L-organizzazzjoni u l-attivitajiet tal-qrati Bulgari huma regolati mill-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja, li jistabbilixxi l-istruttura u l-prinċipji operattivi tal-korpi ġudizzjarji u jirregola l-interazzjoni tagħhom ma’ xulxin u mal-korpi leġislattivi u eżekuttivi.

Taħt l-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja, ippubblikat fil-Gazzetta tal-Istat Nru 64/2007, il-Kunsill Suprem Ġudizzjarju huwa l-ogħla awtorità amministrattiva u hu responsabbli għall-ġestjoni tal-ġudikatura u li jassigura l-indipendenza tagħha. Dan jiddetermina l-kompożizzjoni u l-organizzazzjoni tal-ġudikatura u jmexxi l-affarijiet taghħa mingħajr ma jxekkel l-indipendenza tal-korpi kkonċernati.

Il-Kunsill Suprem Ġudizzjarju jiddetermina n-numru ta’ distretti ġudizzjarji u s-sedi tal-qrati tad-distrett, provinċjali, amministrattivi u tal-appell fuq proposta mill-Ministru tal-Ġustizzja u - fir-rigward tal-qrati militari - b’koordinazzjoni mal-Ministru tad-Difiża..

Il-ġurisdizzjonijiet territorjali tal-qrati tad-distrett, provinċjali, amministrattivi, militari u tal-appell mhux neċessarjament jaqblu mad-diviżjoni amministrattiva tal-pajjiż.

It-tipi ta’ qrati — deskrizzjoni fil-qosor

Il-qrati tad-distrett - Il-qrati distrettwali huma l-qrati ewlenin biex jeżaminaw il-kawżi fl-ewwel istanza. Id-deċiżjonijiet tagħhom huma soġġetti għal appell quddiem il-qorti provinċjali rilevanti.

Il-qrati provinċjali – Il-qrati provinċjali jaġixxu bħala qrati tal-ewwel u t-tieni istanza. Bħala qrati tal-ewwel istanza, huma jeżaminaw kategorija preċiża ta’ każijiet li jinvolvu somom sinifikanti jew interess soċjali sostanzjali. Meta jaġixxu bħal qrati tat-tieni (appell) istanza, jeżaminaw mill-ġdid id-deċiżjonijiet meħuda mill-qrati tad-distrett.

Il-qrati amministrattivi - Il-qrati amministrattivi għandhom ġurisdizzjoni fuq kull azzjoni għal: ħruġ, emenda, tħassir jew l-annullament ta' atti amministrattivi; dikjarazzjoni li ftehim huwa kopert mill-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva huwa null jew bla effett; rimedju kontra azzjonijiet u ommissjonijiet mhux ġustifikati mill-amministrazzjoni; il-protezzjoni kontra l-infurzar illegali koerċittiv; kumpens għal dannu li rriżulta minn atti illegali, azzjonijiet jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet u l-uffiċjali amministrattivi; kumpens għal dannu li jirriżulta minn infurzar koerċittiv; l-annullament, it-tħassir jew twarrib ta’ sentenzi mogħtija minn qrati amministrattivi; sejba li att amministrattiv kopert mill-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva mhuwiex awtentiku.

Kulħadd jista’ tiftaħ azzjoni legali għall-verifika tal-eżistenza jew in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ dritt amministrattiv jew relazzjoni legali, sakemm hu jew hi għandha interess u mhemm l-ebda rimedju disponibbli.

Il-każijiet jiġu eżaminati mill-Qorti Amministrattiva fil-ġurisdizzjoni ġeografika tagħhom tal-awtorità li tkun ħarġet l-att amministrattiv ikkontestat. Jekk dik is-sede tinsab barra mill-pajjiż, il-kawżi jiġu riferuti lill-Qorti Amministrattiva tal-Belt ta’ Sofia.

Atti amministrattivi li jimplimentaw il-politika nazzjonali barranija, tad-difiża jew tas-sigurtà tal-Bulgarija mhumiex suġġetti għal appell ġudizzjarju, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-liġi.

Qrati Speċjalizzati Oħrajn

Il-Qrati Militari jeżaminaw, bħala qrati tal-ewwel istanza, każijiet kriminali dwar l-offiżi allegatament kommessi fit-twettiq ta’ dmirijiethom jew b’konnessjoni magħhom, mill- ġenerali, uffiċjali, uffiċjali mhux ikkumissjonati u dawk komuni fl-armata Bulgara, il-persunal ċivili fil-Ministeru tad-Difiża u l-persunal f'ministeri u aġenziji oħra fi ħdan l-istrutturi li jwieġbu lill-Ministru tad-Difiża, l-Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali u s-Servizz Sigriet Nazzjonali. Għal dawn il-każijiet, il-qorti tat-tieni istanza hija l-Qorti Militari tal-Appell. Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati militari. Dawn il-qrati għandhom l-istess status ta' qorti provinċjali.

Hemm biss Qorti Militari tal-Appell waħda, li teżamina l-appelli u l-oġġezzjonijiet imressqa kontra deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati militari tal-pajjiż kollu.

Il-qrati tal-appell jisimgħu l-appelli u l-oġġezzjonijiet kontra deċiżjonijiet fil-prim'istanza tal-qrati provinċjali ġewwa l-ġurisdizzjoni territorjali tagħhom.

Il-Qorti Kriminali Speċjalizzata, li għandha s-sede tagħha f'Sofija, hija l-ekwivalenti ta' qorti provinċjali. Il-ġurisdizzjoni tagħha hija stabbiliti bil-liġi. Ir-reati kriminali li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Speċjalizzata - essenzjalment dawk li saru minn jew għal gruppi kriminali organizzati - huma elenkati b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 411а tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.

Qorti tal-Appell kriminali speċjalizzati jikkunsidra appelli u l-oġġezzjonijiet imressqa kontra deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Kriminali Speċjalizzata.

Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni hija l-istanza ġudizzjarja suprema fil-kawżi ċivili u kriminali. Il-kompetenza tagħha tkopri t-territorju kollu tar-Repubblika tal-Bulgarija. Hija teżerċita stħarriġ ġudizzjarju suprem fuq l-applikazzjoni xierqa u uniformi tal-liġijiet mill-qrati kollha. Il-Qorti għandha s-sede tagħha f’Sofija.

Il-Qorti Suprema Amministrattiva twettaq stħarriġ ġudizzjarju suprem fuq l-applikazzjoni xierqa u uniformi tal-liġijiet mill-qrati amministrattivi.

Il-Qorti Amministrattiva Suprema tisma' l-ilmenti u l-oġġezzjonijiet kontra atti mill-Kunsill tal-Ministri, il-Prim Ministru, id-Deputat Prim Ministru, ministri, kapijiet ta’ istituzzjonijiet oħra taħt il-kontroll dirett tal-Kunsill tal-Ministri, l-atti tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem, l-atti tal-Bank Nazzjonali Bulgaru, atti ta’ gvernaturi distrettwali u atti oħra stabbiliti fl-istatut; tiddeċiedi dwar l-isfidi kontra l-legalità ta’ strumenti statutorji ta’ leġiżlazzjoni sekondarja; bħala istanza tal-kassazzjoni, teżamina atti ġudizzjarji, tiddeċiedi każijiet amministrattivi u teżamina applikazzjonijiet għal deċiżjonijiet ġudizzjarji finali f’każijiet amministrattivi li għandhom jiġu mwarrba.

Il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija tal-Bulgarija

Il-Qorti tal-Arbitraġġ taqta' u tiddeċiedi t-tilwim ċivili u nuqqas ta’ qbil dwar il-lakuni f’kuntratti jew l-adattament tal-kuntratti għal ċirkostanzi ġodda, irrispettivament minn jekk wieħed jew iż-żewġ partijiet jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom jew domiċilju fir-Repubblika tal-Bulgarija.

Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Bulgarija

Il-Qorti Kostituzzjonali Bulgara taġixxi bħala garanti għal l-irriversibbiltà tal-proċessi demokratiċi fil-Bulgarija, liema realizzazzjoni hija l-għan prinċipali tal-Kostituzzjoni.. Din il-qorti mhix parti mis-sistema ġudizzjarja; hija korp indipendenti b'setgħat direttament mill-Kostituzzjoni u topera taħt liġi speċjali. Id-deċiżjonijiet tal-Qorti dwar, inter alia il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-interessi legali taċ-ċittadini, is-separazzjoni tal-poteri, l-invjolabbiltà tal-proprjetà privata, l-intrapriża ħielsa, l-indipendenza tal-midja, il-projbizzjoni ta’ ċensura u l-kostituzzjonalità tal-Konvenzjoni Qafas għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali rebħu akklamazzjoni pubblika u internazzjonali konsiderevoli.

Bażi tad-dejta ġuridika

Kull qorti fil-Bulgarija għandha sit elettroniku, li jipprovdi informazzjoni kemm dwar l-istruttura u l-attivitajiet tal-Qorti u fuq każijiet tal-passat u tal-preżent.

Is-sit elettroniku tal- Kunsill Ġudizzjarju Suprem jipprovdi lista dettaljata tal-qrati fil-Bulgarija, flimkien mal-indirizzi u s-siti elettroniċi tagħhom (disponibbli bil-Bulgaru biss).

Is-siti elettroniċi prinċipali tal-qorti huma:

Il-bażijiet tad-dejta tal-leġiżlazzjoni:

  1. Kummerċjali
  1. Mingħajr ħlas
  1. Ġurnal Uffiċjali Elettronikuic Official Journal (Elektronen Darzhaven Vestnik)

Siti elettroniċi utli oħra li jipprovdu informazzjoni ġuridika:

L-aħħar aġġornament: 25/08/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.