Izvorna jezična inačica ove stranice mađarski nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Swipe to change

Sistemi ġudizzjarji nazzjonali

Mađarska

La presente sezione contiene informazioni generali sull’ordinamento giudiziario ungherese.

Sadržaj omogućio
Mađarska

Amministrazzjoni tal-qrati

Il-President tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ġustizzja

L-amministrazzjoni ċentrali tal-qrati hija mmaniġġjata mill-President tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ġustizzja (UNĠ), appoġġjat mill-Viċi President Ġenerali u Viċi Presidenti ulterjuri, kif ukoll mill-persunal tal-UNĠ. Il-ħidma amministrattiva tal-President tal-UNĠ hija ssorveljata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ġustizzja (KNĠ). Il-President tal-UNĠ huwa responsabbli għall-imġiba u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni ċentrali u għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu b’mod kompatibbli mal-prinċipju kostituzzjonali ta’ indipendenza ġudizzjarja, sakemm dan ikun provdut bil-liġi. Fl-eżerċizzju tas-setgħat amministrattivi tiegħu jew tagħha, il-President tal-UNĠ jagħti d-deċiżjonijiet, ir-regolamenti u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

Il-President tal-UNĠ jiġi elett b’żewġ terzi maġġoranza tal-membri tal-Parlament Ungeriż, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-President tar-Repubblika. Imħallef wieħed biss jista’ jiġi elett bħala President tal-UNĠ.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġustizzja

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġustizzja (KNĠ) huwa l-korp li jissorvelja l-amministrazzjoni ċentrali tal-qrati. Il-KNĠ għandu s-sede tiegħu f’Budapest u jikkonsisti fi 15-il membru. Il-President tal-Kúria (il-Qorti Suprema) huwa membru tal-KNĠ, filwaqt li l-14-il membru l-oħra jiġu eletti waqt laqgħa tad-delegati tal-imħallfin minn fost id-delegati b’votazzjoni permezz ta’ vot sigriet, b’maġġoranza sempliċi. Waqt l-ewwel laqgħa, id-delegati tal-imħallfin jeleġġu mħallef wieħed minn qorti tal-appell, ħamsa mill-qrati ġenerali, sebgħa mit-tribunali lokali u wieħed mill-qorti industrijali. (Il-qrati distrettwali, il-qrati amministrattivi u industrijali se jibdew joperaw mill-1 ta’ Jannar 2013.)

Organizzazzjoni tal-qrati

Fl-Ungerija, il-ġustizzja hija eżerċitata mit-tipi ta’ qrati li ġejjin:

  • il-Kúria (Il-Qorti Suprema tal-Ungerija);
  • il-qrati reġjonali tal-appell (‘ítélőtáblák’ bl-Ungeriż);
  • il-qrati ġenerali (“törvényszékek” bl-Ungeriż);
  • il-qrati distrettwali (“járásbíróságok” bl-Ungeriż) u
  • il-qrati amministrattivi u industrijali.

Il-qasam ta’ ġuriżdizzjoni tal-qrati ġeneralment jikkorrispondi għall-konfini amministrattivi, u l-isem tal-qorti jindika l-post fejn tinsab.

Imħallfin nonprofessjonali (nem hivatásos bíró) jistgħu jipparteċipaw fi proċedimenti ġudizzjarji bħala assessuri f’ċerti kawżi taħt kundizzjonijiet preskritti bil-liġi, iżda mħallfin professjonali biss jistgħu jaġixxu ta’ mħallfin uniċi (egyesbíró) jew ta’ presidenti tal-kunsill (tanácselnök).

Imħallfin professjonali jinħatru mill-President tar-Repubblika u jistgħu jitneħħew mill-kariga biss minħabba raġunijiet, u skont il-proċeduri, speċifikati mil-liġi. L-imħallfin huma indipendenti u huma suġġetti biss għal-liġi, u la jistgħu jkunu membri ta’ partiti politiċi u lanqas ikunu involuti f’attivitajiet politiċi.

Ġerarkija tal-qrati

Qrati distrettwali, u qrati amministrattivi u industrijali

Il-qrati distrettwali u l-qrati amministrattivi u industrijali jisimgħu kawżi fl-ewwel istanza. (Sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-kawżi jinstemgħu fl-ewwel istanza mill-qrati lokali u l-qrati industrijali).

Qorti amministrattiva u industrijali tisma’ kawżi li jikkonċernaw ir-reviżjoni ġudizzjarja tad-deċiżjonijiet amministrattivi jew marbuta mal-impjiegi u relazzjonijiet simili (u kawżi oħrajn li jiġu rrinvjati quddiemhom skont il-liġi.

It-taqsimiet jistgħu jiġu stabbiliti fi ħdan il-qrati distrettwali u l-qrati amministrattivi u industrijali għall-immaniġġjar ta’ tipi speċifiċi ta’ kawżi.

Qrati ġenerali

Il-qrati ġenerali jisimgħu kawżi fl-ewwel istanza fejn tipprovdi dan il-liġi, u jisimgħu anki l-appelli mressqa minn deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati lokali u l-qrati industrijali qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 jew mill-qrati distrettwali jew mill-qrati amministrattivi jew industrijali wara l-1 ta’ Jannar 2013.

Il-qrati ġenerali joperaw fil-forma ta’ bordijiet (tanács), taqsimiet u diviżjonijiet (kollégium) kriminali, ċivili, ekonomiċi, amministrattivi u industrijali. Diversi diviżjonijiet jistgħu jiffunzjonaw ukoll kollettivament.

Kawżi speċifiċi jinstemgħu minn tribunali militari (katonai tanács) fi qrati ġenerali magħżula u b’oqsma ta’ ġuriżdizzjoni definiti.

Qrati tal-Appell Reġjonali

Regional courts of appeal operate in Debrecen, Szeged, Budapest, Győr and Pécs. Dawn il-qrati jisimgħu l-appelli mressqa mid-deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati lokali u l-qrati ġenerali qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 jew mill-qrati distrettwali u ġenerali wara l-1 ta’ Jannar 2013 f’kawżi speċifikati mil-liġi, u jisimgħu kawżi oħrajn irrinvijati bil-liġi għall-ġuriżdizzjoni tagħhom. Sal-31 ta’ Diċembru 2012, l-appelli f’kawżi amministrattivi jinstemgħu mill-Qorti tal-Appell ta’ Budapest.

Il-qrati reġjonali tal-appell għandhom bordijiet u diviżjonijiet kriminali u ċivili. Sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-Qorti tal-Appell ta’ Budapest għandha wkoll diviżjoni amministrattiva.

Oqsma ta’ ġuriżdizzjoni

  • Qorti Reġjonali tal-Appell ta’ Szeged: il-kontea ta’ Csongrád, ta’ Bács-Kiskun u ta’ Békés;
  • Qorti Reġjonali tal-Appell ta’ Pécs: il-kontea ta’ Baranya, ta’ Somogy, ta’ Tolna u ta’ Zala;
  • Qorti Reġjonali tal-Appell ta’ Debrecen: il-kontea ta’ Hajdú-Bihar, ta’ Borsod-Abaúj-Zemplén, ta’ Jász-Nagykun-Szolnok u ta’ Szabolcs-Szatmár-Bereg;
  • Qorti Reġjonali tal-Appell ta’ Győr: il-kontea ta’ Győr-Moson-Sopron, ta’ Komárom-Esztergom, ta’ Vas u ta’ Zala;
  • Qorti Reġjonali tal-Appell ta’ Budapest: Budapest, il-kontea ta’ Fejér, il-kontea ta’ Heves, il-kontea ta’ Pest u l-kontea ta’ Nográd.

Il-Kúria (il-Qorti Suprema)

Il-Kúria hija l-korp ġudizzjarju suprem tal-Ungerija u għandha s-sede tagħha f’Budapest. Il-Kúria jew il-Qorti Suprema tiżgura li l-qrati japplikaw il-liġi b’mod uniformi u tadotta deċiżjonijiet li jarmonizzaw il-liġijiet għal dan il-għan u li jorbtu lill-qrati kollha.

Il-President tal-Qorti Suprema jiġi elett mill-Parlament Ungeriż, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-President tar-Repubblika. Imħallef wieħed biss jista’ jiġi elett bħala President tal-Qorti Suprema. Il-President tar-Repubblika jaħtar lill-Viċi Presidenti tal-Qorti Suprema fuq ir-rakkomandazzjoni tal-President tal-Qorti Suprema.

Il-Kúria (il-Qorti Suprema)

  • tisma’ l-appelli mressqa mid-deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati ġenerali u mill-qrati reġjonali tal-appell (f’każijiet speċifikati mil-liġi);
  • tisma’ azzjonijiet għal stħarriġ (felülvizsgálati kérelem);
  • tadotta deċiżjonijiet li jarmonizzaw il-liġijiet (jogegységi határozat) li jorbtu lill-qrati kollha tal-ġustizzja;
  • tanalizza l-ġurisprudenza stabbilita mis-sentenzi finali, u tawditja u tirrevedi l-prattika ta’ aġġudikazzjoni ġenerali tal-qrati;
  • tadotta d-deċiżjonijiet ġudizzjarji u s-sentenzi ta’ prinċipju legali;
  • tadotta deċiżjonijiet dwar l-inkompatibbiltà tad-digrieti tal-awtoritajiet lokali ma’ liġijiet oħrajn u dwar l-annullament ta’ tali digrieti;
  • tadotta deċiżjonijiet li jistabbilixxu li awtorità lokali tkun naqset milli tilħaq l-obbligu tagħha li tadottata leġiżlazzjoni, kif speċifikat bil-liġi, u
  • tisma’ kawżi oħrajn irrinvijati għall-ġuriżdizzjoni tagħha.

Il-Qorti Suprema tikkonsisti f’bordijiet ta’ aġġudikazzjoni u ta’ armonizzazzjoni (ítélkező és jogegységi tanács), f’bordijiet li jikkonċernaw l-amministrazzjoni muniċipali u d-deċiżjonijiet ta’ prinċipju legali, kif ukoll f’diviżjonijiet (kollégium) kriminali, ċivili u amministrattivi u industrijali u f’taqsimiet għal analiżi tal-ġurisprudenza.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.