Formoli tal-Ordni ta' Ħlas Ewropea


Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 1896/2006.


Ir-Regolament tal-Kunsill 1896/2006 tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea jippermetti lill-kredituri jirkupraw it-talbiet mhux kontestati kummerċjali u ċivili tagħhom skont proċedura uniformi li taħdem fuq il-bażi ta’ formoli standard.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

L-ordni ta’ ħlas Ewropea tinħareġ mill-qrati bl-eċċezzjoni tal-Ungerija, fejn il-proċedura ta’ ordni għal ħlas taqa’ taħt il-kompetenza tan-nutara (nutara tal-liġi ċivili).

Il-proċedura ma teħtiġx preżenza quddiem il-qorti. Ir-rikorrent irid biss jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu, u wara l-proċedura timxi waħedha. Ma teħtiġx xi formalitajiet oħra jew xi intervent min-naħa tar-rikorrent.

Ir-Regolament jipprevedi seba’ formoli standard li ġew sostitwiti mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 936/2012 tal-4 ta’ Ottubru 2012.
Innota li mill-14 ta’ Lulju 2017 tidħol fis-seħħ formola modifikata tal-applikazzjoni (Formola A). Tista’ ssibha hawnhekk.
Il-bidliet importanti jikkonċernaw biss l-Appendiċi 2 u jirriflettu l-modifiki tal-Proċedura tal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea li daħħlu fis-seħħ fl-14 ta’ Lulju 2017.
F’każ li l-konvenut jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni kontra ordni ta’ ħlas il-modifika tippermetti lir-rikorrent jagħżel li jittrasferixxi l-każ għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar biex imexxi ulterjorment bit-talba tiegħu. It-talba trid tissodisfa l-kriterji tal-proċedura għal talbiet żgħar biex dan ikun possibbli.

Ħolqa relatata

Innota li din il-gwida ma tirreflettix l-emenda li daħlet fis-seħħ fl-14 ta’ Lulju 2017 u li żżid l-għażla ta’ kontinwazzjoni tal-proċedimenti fil-każ tal-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mar-regoli li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Għal aktar informazzjoni f’dan ir-rigward ikkonsulta t-test il-ġdid tal-Artikolu 17 tar-Regolament

Gwida ta' Prattika għall-app likazzjoni tar-Regolament dwar l-Ordni ta’ Ħlas Ewropea PDF (5806 Kb) mt

Għal aktar informazzjoni, mur fil-paġna tagħna tal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea

Tista’ timla dawn il-formoli onlajn billi tikklikkja fuq waħda minn dawn il-links hawn taħt.

  • Formola A - Applikazzjoni għal ordni ta' ħlas ewropea
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • Formola B - Rikjesta lill-attur biex jimla u/jew jikkoreġi applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • Formola C - Proposta għall-attur biex jimmodifika applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • Formola D - Deċiżjoni biex tiġi miċħuda l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • Formola E - Ordni ta' ħlas Ewropea
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • Formola F - Oppożizzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • Formola G - Dikjarazzjoni tal-infurzar
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament : 19/02/2019

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna