The courts of the Member States of the European Union (EU) apply and interpret the law of the relevant Member States as well as EU law. Therefore, it is in the interest of citizens and legal practitioners to have access not only to case law of their own Member State, but also to that of other EU Member States.
Most Member States have one or more databases of the decisions and opinions of their courts - regarding EU law, national law and also regional and/or local law. The information available on the web may sometimes be restricted to certain courts (for instance, supreme courts) or to certain types of decisions.
You can search for Member State case law either via a Member State database by selecting one of the flags listed on the right hand side you will be redirected to the relevant national page; or you can use one of the European databases (the following list may not be exhaustive):
In addition, the European e-Justice Portal also provides information on the various Member State courts. Many of these courts have a website providing a database of their own case law.
This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.
F’din it-taqsima ssib ħarsa ġenerali lejn is-sorsi u l-kontenut tal-ġurisprudenza Belġjana, kif ukoll links għall-bażijiet tad-data rilevanti.
Il-bażi tad-data pubblika JUPORTAL tal-ġurisprudenza Belġjana ilha teżisti minn tmiem l-2017.
Il-ġurisprudenza fis-sistema JUPORTAL hija disponibbli bl-użu tal-magna tat-tiftix JUPORTAL, li ħadet post dik li qabel kienet il-magna tat-tiftix Jure-Juridat minn Novembru 2020.
Parti mill-bażi tad-data JUPORTAL tista’ tiġi kkonsultata wkoll permezz tal-magna tat-tiftix Ewropea ECLI, jiġifieri l-ġurisprudenza tal-qrati li ġejjin:
Il-Qorti Suprema | Qrati oħra | |
Hija prevista informazzjoni dwar: L-eżistenza ta’ kawża / appell? | Iva | Iva |
Il-fatt li l-kawża għadha pendenti? | Iva | Le |
L-eżitu ta’ kawża / appell? | Iva | Le |
In-natura irrevokabbli u finali ta’ deċiżjoni? | Le | Le |
Il-fatt li proċedimenti ulterjuri jistgħu jitressqu quddiem - qorti oħra (eż. il-Qorti Kostituzzjonali) - il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea? - il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem? | Iva Iva Iva/Le | Iva/Le Iva/Le Iva/Le |
F’livell nazzjonali? | Għal deċiżjonijiet ta’ xi qrati? | |
Jeżistu regoli mandatorji dwar il-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet tal-qrati? | Le | Le |
Jeżistu regoli ta’ kondotta mhux vinkolanti.
Il-Qorti Suprema | Qrati oħra | |
Huwa t-test sħiħ li jiġi ppubblikat jew partijiet magħżula? | Partijiet magħżula | Partijiet magħżula |
Jekk jiġu ppubblikati partijiet magħżula, x’inhuma l-kriterji? | Interess soċjetali u legali | Interess soċjetali u legali |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn il-ġurisprudenza Bulgara kif ukoll id-deskrizzjonijiet tal-bażijiet tad-data rilevanti tal-ġurisprudenza u l-links għalihom.
Il-ġustizzja hija amministrata mill-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, mill-Qorti Amministrattiva Suprema, mill-qrati tal-appell, mill-qrati reġjonali, mill-qrati militari u mill-qrati distrettwali. Il-kundanni u d-deċiżjonijiet jinħażnu fil-bażijiet tad-data tal-informazzjoni tal-qrati rilevanti, kemm fuq il-karta kif ukoll f’forma elettronika.
Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni hija l-ogħla Qorti ġudizzjarja f’kawżi kriminali, kummerċjali u ċivili. Skont l-Artikolu 124 tal-Kostituzzjoni tal-Bulgarija, il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni teżerċita sorveljanza ġudizzjarja suprema fuq l-applikazzjoni preċiża u uniformi tal-liġi mill-qrati kollha. Il-ġuriżdizzjoni tagħha tkopri l-Bulgarija kollha.
Il-Qorti Amministrattiva Suprema teżerċita sorveljanza ġudizzjarja suprema fuq l-applikazzjoni preċiża u uniformi tal-liġi mill-qrati amministrattivi.
Il-Qorti Amministrattiva Suprema għandha ġuriżdizzjoni fuq:
Il-Qorti Amministrattiva Suprema kellha sit web sa mill-bidu tal-2002. Is-sit inħoloq biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-persuni fiżiċi, tal-persuni ġuridiċi u tal-korpi amministrattivi li jirrikjedu aċċess faċli għall-informazzjoni dwar l-attività ġudizzjarja tal-Qorti.
Il-ġurisprudenza hija disponibbli fis-sit web tal-Qorti. L-aċċess għall-bażi tad-data huwa soġġett għal reġistrazzjoni standard miftuħa għal kulħadd (username u password).
Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni għandha sit web li jipprovdi aċċess dirett għall-bażi tad-data tal-informazzjoni tal-Qorti Suprema.
Ma hemm l-ebda titolu/intestatura fuq l-internet li jillinkjaw ma’ deċiżjonijiet jew attivitajiet oħra tal-Qorti Amministrattiva Suprema. L-atti jiġu ppubblikati flimkien man-numru tagħhom, id-data tal-ħruġ u n-numru tal-kawża li huma relatati miegħu, pereżempju:
Id-Deċiżjoni Nru 5908 tat-23.06.2005 fil-Kawża Nru 4242/2005
Id-deċiżjonijiet jinħarġu fuq karta u jiġu ppubblikati fil-Bullettin, fil-Ktieb Annwali u fis-sit web tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni tal-Bulgarija.
Tista’ tfittex skont: il-Qorti u l-ismijiet tal-partijiet fil-kawża; in-numru tal-kawża rreġistrat mal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni; in-numru tal-kawża fit-taqsima tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni.
It-test sħiħ tad-deċiżjonijiet maħruġa mill-1 ta’ Ottubru 2008 (bid-data personali mħassra) huwa disponibbli permezz ta’ link fil-qiegħ tal-paġna “riżultat tat-tfittxija”.
L-aħbarijiet u l-istqarrijiet għall-istampa mill-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni tal-Bulgarija jiġu ppubblikati regolarment fit-taqsima tal-istqarrijiet għall-istampa tas-sit web tal-Qorti Suprema. Id-deċiżjonijiet f’kawżi ta’ interess pubbliku kbir huma ppubblikati f’din it-taqsima kif ukoll fil-bażi tad-data tal-informazzjoni tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni.
Format
Il-ġurisprudenza hija disponibbli fis-sit web tal-Qorti Amministrattiva Suprema fil-format HTML.
Il-ġurisprudenza hija disponibbli fis-sit web tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni fil-format PDF.
Il-Qrati Supremi - il-Qorti Amministrattiva Suprema u l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni | Qrati oħra | |
Hemm informazzjoni disponibbli wkoll dwar:
| Iva | Iva |
| Iva | Iva |
| Iva | Iva |
| Iva | Iva |
qrati nazzjonali oħra (il-Qorti Kostituzzjonali, eċċ.) il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem? | Mhux applikabbli | Mhux applikabbli |
Fil-livell nazzjonali | Fil-livell tal-qorti | |
Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza? | Iva - l-Artikolu 64(1) tal-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja | Iva |
Il-Qrati Supremi | Qrati oħra | |
Qed tiġi ppubblikata l-ġurisprudenza sħiħa jew għażla minnha? | Il-Qorti Amministrattiva Suprema u l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni - ġurisprudenza sħiħa | Il-ġurisprudenza sħiħa / għażla biss minnha |
Liema kriterji jintużaw biex issir l-għażla? | Mhux applikabbli | Mhux applikabbli |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali tal-ġurisprudenza fir-Repubblika Ċeka kif ukoll deskrizzjoni ta’ u links għal bażijiet tad-dejta relevanti ta’ ġurisprudenza.
Il-każistika hija aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja https://www.justice.cz/, (referenza "Judikatura" (każistika)).
Kull waħda mill-qrati li ġejjin għandha bażi tad-dejta tal-każistika tagħha stess:
Taqsiriet tad-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-QAS huma ppubblikati, f’forma anonimizzata, fis-sit elettroniku tal-QAS. Uħud mid-deċiżjonijiet tal-QAS, kif ukoll xi wħud meħuda minn qrati amministrattivi inferjuri u magħżula mill-plenum tal-imħallfin kollha tal-QAS skont l-importanza tad-deċiżjonijiet, huma ttrattati f’aktar dettall.
Is-sentenzi huma disponibbli fis-siti elettroniċi tal-qrati supremi rilevanti.
Il-każistika hija disponibbli f’format html.
Il-qrati li ġejjin huma konċernati:
Qorti Suprema | Qrati oħra | |
Hija disponibbli informazzjoni dwar: l-appelli? | Le | Iva (https://www.justice.cz/, referenza InfoSoud) |
jekk każ għadux għaddej? | Le | Iva (InfoSoud) |
ir-riżultat tal-appelli? | Le | Iva (InfoSoud) |
l-irrevokabilità tad-deċiżjoni? | Le | Le |
dwar proċedimenti ulterjuri quddiem: qorti domestika oħra (eż. il-Qorti Kostituzzjonali)? il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea? il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem? | Le Le Le | Le Le Le |
fil-livell nazzjonali? | fil-livell ta' qorti? | |
Hemm regoli li jorbtu għall-pubblikazzjoni tal-każistika | Iva | Iva |
Qorti Suprema | Qrati oħra | |
Il-każistika kollha tiġi ppubblikata jew selezzjoni biss? | Anonimizzata bis-sħiħ | Anonimizzata bis-sħiħ |
Jekk issir selezzjoni, xi kriterji jiġu applikati? | Protezzjoni tad-dejta personali |
Il-Portal tal-amministrazzjoni pubblika
Iva, l-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.
Il-bażi tad-dejta fiha l-leġiżlazzjoni tar-Repubblika Ċeka biċ-Ċek.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Domsdatabasen [Bażi tad-data dwar is-Sentenzi] hija bażi tad-data li fiha deċiżjonijiet magħżula tal-qrati Daniżi.
Din qed tiġi popolata gradwalment, u tibda fl-2022. Il-bażi tad-data fiha deċiżjonijiet ċivili, flimkien ma’ għażla żgħira ta’ sentenzi f’każijiet kriminali ta’ interess pubbliku partikolari.
Il-bażi tad-data tista’ tintuża mingħajr ħlas.
Din tista’ tinstab fl-indirizz: https://domsdatabasen.dk/
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din il-paġna tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-ġurisprudenza fil-Ġermanja.
L-awtorità ġudizzjarja hija vestita fl-imħallfin; din tiġi eżerċitata mill-Qorti Kostituzzjonali Federali, mill-qrati federali u mill-qrati tas-16-il Reġjun (Länder) (ara l-Artikolu 92 tal-Liġi Bażika).
Mill-2010 ’il quddiem, il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Protezzjoni tal-Konsumatur ippubblika ċerti deċiżjonijiet mill-Qorti Kostituzzjonali Federali, mill-qrati supremi federali u mill-Qorti tal-Privattivi Federali fis-sit tal-ġurisprudenza online Rechtsprechung im Internet. Din l-informazzjoni hija mingħajr ħlas għal kull min ikun interessat.
Barra minn hekk, il-Qorti Kostituzzjonali Federali u l-qrati federali jippubblikaw id-deċiżjonijiet fis-siti web tagħhom stess. Din l-informazzjoni hija mingħajr ħlas għall-użu mhux kummerċjali. L-istqarrijiet għall-istampa jiġu ppubblikati fis-siti web ukoll, fejn jipprovdu informazzjoni dwar kawżi pendenti sinifikanti u dwar l-eżitu tagħhom.
Peress li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija stat federali, ir-Reġjuni jorganizzaw il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti tagħhom stess. Għal din il-fini huma stabbilew is-siti tagħhom stess, li l-ħoloq għalihom huma pprovduti fil-portal tal-ġustizzja federali u statali Justizportal des Bundes und der Länder.
Il-Qorti Kostituzzjonali Federali
Il-Qorti tal-Ġustizzja Federali
Il-Qorti Amministrattiva Federali
Il-Qorti Industrijali Federali
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn il-ġurisprudenza Estonjana u deskrizzjoni tal-bażijiet tad-data tal-ġurisprudenza rilevanti.
Il-ġurisprudenza tal-qrati tal-ewwel istanza u tat-tieni istanza ilha disponibbli fuq l-internet mill-2001. Il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema ilha disponibbli minn meta s-sistema tal-qorti ġiet organizzata mill-ġdid fl-1993 u hija ppubblikata fl-edizzjoni elettronika ta' Riigi Teataja (il-Gazzetta tal-Istat Estonjan) u fis-sit web tal-Qorti Suprema. Il-ġurisprudenza tal-qrati tal-prim'istanza u tat-tieni istanza hija disponibbli fl-edizzjoni elettronika ta' Riigi Teataja.
L-obbligu biex il-ġurisprudenza tkun disponibbli huwa stabbilit fl-Att dwar l-Informazzjoni Pubblika, b'regoli aktar speċifiċi mogħtija fid-diversi kodiċijiet ta' proċedura tal-qorti. Ġeneralment is-sentenzi finali kollha jkunu ppubblikati. L-eżenzjonijiet huma previsti fi proċedimenti tal-qorti ċivili jew amministrattivi, fejn il-qrati ma jiddivulgawx fis-sentenzi tagħhom, jew b'inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-individwu ikkonċernat, isem l-individwu (billi jibdluh bl-inizjali jew karattri oħrajn), in-numru ta' identifikazzjoni personali, id-data tat-twelid, in-numru ta’ reġistrazzjoni jew l-indirizz tiegħu. Il-qrati, fi proċedimenti tal-qorti ċivili jew amministrattiva, jistgħu jiddeċiedu wkoll, jew b'inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-individwu ikkonċernat, li jippubblikaw biss il-parti operattiva ta' sentenza li tinkludi data personali sensittiva jew li ma jippubblikawha xejn, jekk il-bdil tal-isem tal-individwu bl-inizjali jew karattri oħra jista' jippreġudika l-privatezza tiegħu jew tagħha. Il-qrati jistgħu jippubblikaw biss il-parti operattiva ta' sentenza jekk is-sentenza tinkludi informazzjoni suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra.
Is-sentenzi finalizzati fi proċedimenti kriminali jiġu ppubblikati kollha, iżda d-dettalji personali tal-imputat biss (isem u kodiċi ta' identifikazzjoni personali jew data tad-twelid) isiru pubbliċi. Bħala regola ġenerali, id-dettalji personali ta' imputati taħt l-età ma jiġux divulgati (l-isem u l-kodiċi ta' identifikazzjoni personali jew id-data tat-twelid ikunu sostitwiti b'inizjali jew karattri oħra). Fuq talba ta' individwu jew b'inizjattiva tagħhom stess, il-qrati jistgħu, fi proċedimenti kriminali, jippubblikaw biss l-introduzzjoni u l-parti operattiva jew il-parti finali ta' sentenza mogħtija, jekk is-sentenza tinkludi data personali sensittiva. L-istess japplika jekk is-sentenza tinkludi data personali suġġetta legalment għal restrizzjoni ta' aċċess oħra u tippermetti li l-individwu ikkonċernat jiġi identifikat, minkejja l-fatt li l-ismijiet u d-dettalji personali l-oħra jkunu tbiddlu b'inizjali jew karattri oħra.
Il-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza titqies parti mill-amministrazzjoni tal-ġustizzja u l-pubblikazzjoni ta' data speċifika tista' tiġi kkontestata. Il-qrati għandhom għalhekk jikkunsidraw kif għandhom jiġu ppubblikati s-sentenzi.
Il-Qorti Suprema | Qrati oħra | |
Il-ġurisprudenza hija ppreżentata bit-titoli? | Iva | Le |
Il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema tinsab fuq Riigi Teataja u fis-sit tal-Qorti Suprema skont is-sena, it-tip ta’ kawża, in-numru tal-kawża, id-data tas-sentenza, il-kompożizzjoni tal-qorti, it-tip ta’ proċediment, it-tip ta' reat, l-annotazzjoni u l-kontenut. Fuq is-sit tal-Qorti Suprema huwa possibbli li wieħed jagħmel tiftixa għall-ġurisprudenza permezz ta' kelma ewlenija.
Is-sentenzi tal-qrati tal-ewwel istanza u tat-tieni istanza jistgħu jiġu mfittxa bit-tip adatt ta' proċedura u, skont it-tip ta' proċedura, il-każijiet jistgħu wkoll jiġu mfittxa bl-użu ta' firxa ta' kriterji. F'kull tip ta' proċeduri, is-sentenzi jistgħu jiġu mfittxa skont in-numru tal-każ u tal-ECLI, l-awla tal-qorti, it-tip ta' proċedura, it-tip u d-data tas-sentenza, id-data tal-ftuħ tal-proċedimenti, annotazzjoni u l-kontenut. F'kawżi kriminali, is-sentenzi jistgħu wkoll jiġu mfittxa bin-numru tal-proċedimenti ta’ qabel il-proċess, il-kategorija tal-kawża u riżoluzzjoni, it-tip ta' proċedura, it-tip ta’ allegazzjoni u ta' sentenza jew, pereżempju, bir-raġunijiet għal-liberazzjoni. Is-sentenzi fil-kawżi ċivili u amministrattivi jistgħu wkoll jiġu mfittxa skont il-kategorija u t-tip tal-kawża, it-tip ta’ proċedura u r-riżoluzzjoni tal-kawża.
Rieżami kostituzzjonali tat-tieni sentenza tal-Artikolu 71(2) tal-Att dwar l-Avjazzjoni.
Il-Qorti Suprema | Qrati oħra | |||
Dokument | Metadata | Dokument | Metadata | |
Il-ġurisprudenza hija disponibbli fil-format XML? | Le | Le | Le | Le |
X'formati oħra jintużaw? | HTML | HTML | | HTML |
Il-Qorti Suprema | Qrati oħra | |
Hemm informazzjoni disponibbli dwar: appelli? | - | Le |
jekk każ għadux pendenti? | Iva | Le |
ir-riżultat tal-appell? | - | Iva |
dwar l-irrevokabbiltà tas-sentenza? | Iva | Iva |
dwar jekk kienx hemm proċedimenti ulterjuri quddiem: qorti nazzjonali oħra (eż. il-Qorti Kostituzzjonali) il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea? il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem? | Le Le Le Le | Le Le Le Le |
Fil-livell nazzjonali | Fil-livell tal-qorti | |
Jeżistu regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza? | Iva | - |
Ir-regoli dwar il-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza huma stabbiliti fil-kodiċi tal-proċedura rilevanti. Ir-regoli li jikkonċernaw il-proċedura kriminali huma differenti minn dawk li jikkonċernaw il-proċedura ċivili.
Il-Qorti Suprema | Qrati oħrajn | |
Qed tiġi ppubblikata l-ġurisprudenza kollha jew partijiet minnha biss? | Partijiet minnha biss. | Partijiet minnha biss. |
Liema kriterji qed jintużaw biex issir l-għażla? | L-għażla ssir abbażi ta' dan li ġej: 1) is-sentenza trid tkun daħlet fis-seħħ; 2) is-sentenza tista' tiġi ppubblikata jekk: a) (f'kawżi ċivili u amministrattivi) jekk ma tkun tinkludi l-ebda data personali sensittiva; is-sentenza tiġi ppubblikata b'ismijiet mibdula bl-inizjali jew karattri oħrajn u b'tali mod li ma tippreġudikax il-privatezza tal-individwu ikkonċernat; is-sentenza ma tkun tinkludi l-ebda informazzjoni suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra; b) (f'kawżi kriminali) ma tkun tinkludi l-ebda data personali sensittiva jew data personali suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra, jew jekk l-ismijiet u d-dettalji personali l-oħrajn jiġu mibdula fis-sentenza bl-inizjali jew b'karattri oħrajn, b'tali mod li l-individwu kkonċernat ma jkunx jista' jiġi identifikat; is-sentenza ma tkun tinkludi l-ebda informazzjoni suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra. | L-għażla hija magħmula abbażi ta' dan li ġej: 1) is-sentenza trid tkun daħlet fis-seħħ; 2) is-sentenza tista' tiġi ppubblikata jekk: a) (f'kawżi ċivili u amministrattivi) jekk ma tkun tinkludi l-ebda data personali sensittiva; is-sentenza tiġi ppubblikata b'ismijiet mibdula bl-inizjali jew karattri oħrajn u b'tali mod li ma tippreġudikax il-privatezza tal-individwu ikkonċernat; is-sentenza ma tinkludi l-ebda informazzjoni suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra; b) (f'kawżi kriminali) ma tkun tinkludi l-ebda data personali sensittiva jew data personali suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra, jew jekk l-ismijiet u d-dettalji personali l-oħrajn jiġu mibdula fis-sentenza bl-inizjali jew b'karattri oħrajn, b'tali mod li l-individwu kkonċernat ma jkunx jista' jiġi identifikat; is-sentenza ma tkun tinkludi l-ebda informazzjoni suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra. |
Il-ġurisprudenza ppubblikata tal-Qorti Suprema tinstab fis-sit tal-Qorti Suprema u f'Riigi Teataja.
Il-ġurisprudenza tal-qrati tal- ewwel istanza u tat-tieni istanza li daħlet fis-seħħ u ġiet ippubblikata tinstab billi tfittex il-ġurisprudenza f'Riigi Teataja.
It-talbiet mill-qrati Estonjani lill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea għal deċiżjoni preliminari jistgħu jiġu aċċessati mis-sit tal-Qorti Suprema. Hawnhekk għandek tara isem il-qorti li titlob deċiżjoni preliminari, id-data tal-preżentata u deskrizzjoni tal-kontenut tat-talba, u n-numri tal-kawża Estonjani u tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
Sommarji tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jinsabu f'Riigi Teataja.
Is-sit tal-Qrati jagħti statistiki dwar proċedimenti fil-qrati tal-ewwel istanza u tat-tieni istanza mill-1996 ’il quddiem. Statistiki tal-Qorti Suprema jinsabu fis-sit tal-Qorti Suprema. L-istatistika dwar ir-reviżjoni kostituzzjonali ilha disponibbli mill-1993, filwaqt li l-istatistika dwar każijiet amministrattivi, ċivili u kriminali u reati minuri ilha disponibbli mill-2002.
Is-sit tal-Qorti Suprema jagħti wkoll analiżi tal-ġurisprudenza tas-suġġetti magħżula mill-2006 ’il quddiem.
Le, l-aċċess għall-bażi tad-data huwa bla ħlas.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħtik ħarsa ġenerali tal-ġurisprudenza Irlandiża kif ukoll deskrizzjoni u l-links tal-bażijiet ta’ dejta tal-ġurisprudenza rilevanti.
Il-ġurisprudenza nbniet minn preċedenti jew deċiżjonijiet ta’ qabel mill-qrati. F’ċerti ċirkustanzi dawk id-deċiżjonijiet jistgħu jkunu vinkolanti fuq qorti oħra, jekk il-fatti tal-kawża jkunu simili. Normalment ikun il-każ li d-deċiżjonijiet tal-qrati inferjuri jkunu konsistenti mad-deċiżjonijiet tal-qrati superjuri. Il-ġurisprudenza hija bbażata fuq żewġ duttrini: d-duttrina ta’ stare decisis u d-duttrina ta’ res judicata. Id-duttrina ta’ stare decisis tfisser id-duttrina li l-preċedent hu vinkolanti. Id-duttrina ta’ res judictata tfisser li l-kwistjoni diġà ġiet ġudikata.
Ħafna mill-każistika tal-qrati Irlandiżi hija disponibbli għall-pubbliku.
Il-każistika hija disponibbli bla ħlas fuq il-websajt tas -Servizzi tal-Qrati Irlandiżi.
fir-rigward tal-Qorti Suprema, tal-Qorti tal-Appell Kriminali u tal-Qorti Superjuri (High Court)). Il-każistika tal-Qorti Suprema hija disponibbli wkoll fuq il-websajt tal-Qorti Suprema tal-Irlanda (http://www.supremecourt.ie)
Il-każistika tal-Qorti Suprema hija disponibbli sa mill-2001; u fir-rigward tal-Qorti tal-Appell Kriminali u tal-Qorti Superjuri (High Court) sa mill-2004.
Il-każistika tal-Qorti Suprema, tal-Qorti tal-Appell Kriminali u tal-Qorti Superjuri (High Court) hija disponibbli wkoll bla ħlas fil-bażi tad-dejta BAILII (Istitut Brittanniku u Irlandiż dwar l-Informazzjoni Legali) u fil-bażi tad-dejta IRLII (Inizjattiva Irlandiża għall-Informazzjoni Legali).
Il-ġabriet li ġejjin huma disponibbli mill-websajt BAILII:
M'hemmx regoli vinkolanti dwar il-publikazzjoni tal-każistika fuq il-livell nazzjonali jew ta' qrati. Is-sospensjonijiet kollha ta' sentenzi tal-Qrati Supremi jiġu ppubblikati. (Dawn huma każijiet fejn l-imħallef/ il-qorti taġġorna għal perjodu ta' żmien biex tikkunsidra u tikteb is-sentenza.)
Is-sentenzi kollha mogħtija ex tempore, meta l-qorti ma tkunx aġġornat qabel tagħti s-sentenza, jiġu ppubblikati biss jekk ikun fihom punt ta' dritt partikolari jew jekk jiġi ordnat mill-qorti li ttihom.
Il-kontenut li jitpoġġa onlajn
dwar id-deċiżjonijiet tal-qrati ma jkunx anonimu sakemm ma jkunx meħtieġ mil-liġi jew ordnat mill-qorti. Il-liġi titlob li ċerti każijiet ma jinstemgħux pubblikament, u xi dispożizzjonijiet legali jeħtieġu li l-isem tal-vittma ma jiġix żvelat. F'deċiżjonijiet bħal dawn l-ismijiet ikunu anonimi.
Ikunu anonimi wkoll id-deċiżjonijiet kollha li jingħataw in camera jew sentenza li jkun fiha dejta personal sensittiva dwar xi parti jew xi xhud.
Qabel il-pubblikazzjoni fuq il-websajt, tingħata kopja fiżika tas-sentenzi lil:
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-każistika magħmula disponibbli fuq sit web
Il-Kunsill tal-Istat (Symvoúlio tis Epikrateías) | Il-Qorti Suprema (Áreios Págos) (qorti ta’ kassazzjoni ċivili u kriminali) | Qrati oħrajn | |
Każistika ppreżentata bl-intestaturi | Iva (is-sommarji tas-sentenzi tal-Plenarja bit-titlu korrispondenti ġew ippostjati mill-2018) | Iva (is-sentenzi kriminali u ċivili kollha mill-2006) | Iva (is-sommarji tas-sentenzi tal-akbar qrati amministrattivi huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Kunsill tal-Istat) (huwa possibbli li tfittex każistika fuq is-sit web tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Piraeus ((Protodikeío) u l-Qorti tal-Appell (Efeteío)) |
Testmenti, Vetturi bil-Mutur, Impjieg, Kumpens, Appelli
Il-Kunsill tal-Istat u l-Qorti Suprema | Qrati oħrajn | |||||
Dokument | Metadata | Dokument | Metadata | |||
X’formati oħra jintużaw? | HTML, TXT | HTML, TXT | HTML (qrati amministrattivi) | Le (qrati oħra) | HTML (qrati amministrattivi) | Le (qrati oħra) |
Il-Kunsill tal-Istat | Qorti Suprema | Qrati amministrattivi | Qrati oħrajn | |
L-informazzjoni hija disponibbli għall-appelli? | Iva | Iva | Iva | Iva |
Dwar jekk każ għadux pendenti? | Iva | Iva | Iva | Iva |
Dwar l-eżitu tal-appelli? | Iva | Iva | Iva | Il-Qorti tal-Prim’Istanza u l-Qorti tal-Appell ta’ Piraeus |
Dwar l-irrevokabbiltà tad-deċiżjoni? | Iva | Iva | - Il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Ateni Iva, jekk mhix appellata | Le |
Dwar proċedimenti sussegwenti quddiem qorti nazzjonali oħra (Qorti Kostituzzjonali, eċċ.)? Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja? Il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem? | Iva Iva Iva | Le Le Le | Le Le Le | Le Le Le |
Fil-livell nazzjonali? | Fil-livell tal-qrati? | |
Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-każistika? | Iva {id-data personali – il-Liġi 4624/19 u r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data [ir-Regolament (UE) 2016/679]} | Iva {id-data personali – il-Liġi 4624/19 u r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data [ir-Regolament (UE) 2016/679]} |
Il-Kunsill tal-Istat u l-Qorti Suprema | Qrati oħrajn | |
Il-każistika kollha ppubblikata jew parti minnha? | - Il-Kunsill tal-Istat: Madwar 80 % tad-deċiżjonijiet kollha diġà ġew ippubblikati. Id-deċiżjonijiet kollha se jiġu ppubblikati gradwalment. - Il-Qorti Suprema tippubblika l-każistika sħiħa għal sentenzi kriminali u ċivili, ħlief sentenzi skont il-proċedura fl-Artikolu 565 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Kódikas Politikís Dikonomías). | - Qrati amministrattivi: Tiġi ppubblikata selezzjoni ta’ każistika tal-qrati. - Il-Qorti tal-Prim’Istanza u l-Qorti tal-Appell ta’ Piraeus: Tiġi ppubblikata selezzjoni ta’ każistika tal-qrati. |
Jekk issir selezzjoni, x’inhuma l-kriterji applikati? | - Il-Kunsill tal-Istat: Notifika tal-kawża | - Il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Ateni Notifika tal-kawża |
Il-Kunsill tal-Istat | Qorti Suprema | Qrati oħrajn | |
Id-deċiżjonijiet tal-qorti huma disponibbli b’mod anonimu fuq il-web (ismijiet imneħħija)? | Iva | Iva | Iva |
Jekk iva, liema deċiżjonijiet? | Il-Kunsill tal-Istat janonimizza s-sentenzi kollha ppubblikati fuq is-sit web tiegħu. | Iva - barra s-sentenzi skont il-proċedura fl-Artikolu 565 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. | |
Deċiżjonijiet mill- | 1990 | 2006 | 2017 |
- Il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Ateni
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Fi Spanja, il-ġurisprudenza mhijiex meqjusa bħala sors tal-liġi, fuq il-bażi li l-Artikolu 1(1) tal-Kodiċi Ċivili Spanjol (Código Civil) jistabbilixxi l-liġi, l-użu u l-prinċipji ġenerali tal-liġi bħala tali sorsi (l-Artikolu 1(1) tal-Kodiċi Ċivili Spanjol).
Madankollu, l-Artikolu 1(6) tal-Kodiċi Ċivili Spanjol jistabbilixxi li l-ġurisprudenza «għandha tikkomplementa l-ordinament ġuridiku bid-duttrina li tiġi stabbilita maż-żmien mill-Qorti Suprema (Tribunal Supremo) fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tagħha tal-liġi, tal-użu u tal-prinċipji ġenerali tal-liġi».
Barra minn hekk, id-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni pubblika huwa rikonoxxut b’mod speċifiku fl-Artikolu 105(b) tal-Kostituzzjoni Spanjola (Constitución Española).
L-Artikolu 560(1)(10) tal-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura (Ley Orgánica del Poder Judicial) jistabbilixxi s-segwenti bħala waħda mis-setgħat tal-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura (Consejo General del Poder Judicial): “il-pubblikazzjoni uffiċjali tas-sentenzi u ta’ deċiżjonijiet oħra maħruġa mill-Qorti Suprema u mill-korpi ġudizzjarji l-oħra.
Għal dan il-għan, il-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura għandu, soġġett għal rapport mill-awtoritajiet kompetenti, jistabbilixxi regoli dwar kif għandhom jitfasslu, jinġabru, jiġu pproċessati, mxerrda u ċċertifikati r-rekords elettroniċi tal-qorti, sabiex jiġi ggarantit l-aċċess għalihom, jiġu żgurati l-integrità u l-awtentiċità tagħhom, u jiġi żgurat li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali”.
Bl-istess mod, l-Artikolu 560(1)(16)(e) tal-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura jagħti lill-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura s-setgħa regolatorja li jippubblika u juża mill-ġdid deċiżjonijiet ġudizzjarji strettament fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura.
Sabiex jiggarantixxi konformità mal-liġi, fl-1997 il-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura ħoloq iċ-Ċentru għad-Dokumentazzjoni Ġudizzjarja (Centro de Documentación Judicial, CENDOJ), li għandu l-kwartieri tiegħu f’San Sebastian. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 619 tal-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura, dan il-korp tekniku fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura huwa responsabbli għall-għażla, il-ġestjoni, l-ipproċessar, it-tixrid u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni legali dwar il-leġiżlazzjoni, il-ġurisprudenza u d-duttrina.
Dan is-servizz pubbliku ġdid għall-aċċess għall-ġurisprudenza prodott fid-diversi korpi ġudizzjarji bl-aħjar kundizzjonijiet tekniċi, bi protezzjoni speċjali tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data awtomatizzata u l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi xierqa biex jiġu ffaċilitati l-aċċessibbiltà, l-interoperabbiltà, il-kwalità u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni ppubblikata, huwa organizzat abbażi tal-mandati legali li jinsabu fil-Liġi Organika 6/1985 tal-1 ta’ Lulju 1985 dwar il-Ġudikatura, il-Liġi 19/2013 tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar it-trasparenza, l-aċċess għall-informazzjoni pubblika u l-governanza tajba, ir-Regolament 1/1997 dwar iċ-Ċentru għad-Dokumentazzjoni Ġudizzjarja, u l-Liġi 18/2015 tad-9 ta’ Lulju 2015 li temenda l-Liġi 37/2007 tas-16 ta’ Novembru 2007, dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku, li tittrasponi d-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013.
Sabiex jikkonforma ma’ dan ta’ hawn fuq, iċ-Ċentru għad-Dokumentazzjoni Ġudizzjarja jimplimenta sistema għat-tixrid ta’ sentenzi u ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji oħra permezz tal-pubblikazzjoni uffiċjali tas-sentenzi u ta’ deċiżjonijiet oħra tal-Qorti Suprema u ta’ korpi ġudizzjarji oħra, a) disponibbli għall-pubbliku ġenerali permezz ta’ magna tat-tiftix online, aċċessibbli liberament u mingħajr ħlas, wara t-tneħħija tad-data personali; b) f’ambjent ristrett għall-Ġudikatura b’karatteristiċi addizzjonali (links għal ġurisprudenza u leġiżlazzjoni nazzjonali u barranija, kif ukoll is-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali( Tribunal Constitucional)) fi ħdan il-funzjonijiet inerenti għall-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura bħala l-korp ta’ tmexxija tal-imħallfin u tal-qrati Spanjoli; c) it-tixrid internazzjonali tad-deċiżjonijiet tal-qrati Spanjoli ppubblikati mis-CENDOJ permezz tas-sit web www.poderjudicial.es, għall-għarfien kondiviż tas-sistemi legali u l-ġurisprudenza tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill (2011/C 127/01) fuq «il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika» u permezz tan-Network Iberjan-Amerikan ta’ Informazzjoni u Dokumentazzjoni Ġudizzjarja (Red Iberoamericana de Información y Documentación Judicial, Iberius), u l-għoti ta’ informazzjoni lid-diversi utenti mill-ġdid, kif ukoll lil utenti oħra (li mhumiex utenti mill-ġdid) skont id-dispożizzjonijiet tal-istandards legali msemmija hawn fuq.
Il-bażi tad-data CENDOJ għandha tiġi ssupplimentata wkoll mill-bażi tad-data tal-Qorti Kostituzzjonali, li fiha informazzjoni dwar sentenzi mogħtija minn dik il-Qorti Għolja.
Hemm ukoll bażijiet ta’ data privati, b’aċċess mogħti bil-ħlas ta’ tariffa.
Fir-rigward tal-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, is-CENDOJ ħoloq pjattaforma teknoloġika strutturata fil-forma ta’ sistema ta’ navigazzjoni bbażata fuq tab.
Meta tikkonsulta din il-pjattaforma, tinfetaħ tab imsejħa “RESULTADOS” [riżultati] (li telenka r-riżultati miksuba) u oħra msejħa “BÚSQUEDA” [tiftixa] (li tippermettilek taċċessa l-formola fi kwalunkwe ħin).
Il-magna tat-tiftix tagħtik aċċess rapidu u sigur għad-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha maħruġa mill-Qorti Suprema. Tista’ tfittex deċiżjonijiet billi tuża oqsma tal-għażla, li jidentifikaw jew jikkategorizzaw dawk id-deċiżjonijiet, u/jew oqsma tat-test liberu.
Barra minn hekk, għandek ukoll l-għażla li tmur dritt għall-aktar 50 deċiżjoni riċenti għal kull ġuriżdizzjoni billi tikklikkja fuq il-buttuni murija fil-qiegħ tal-interfaċċa. Dan jippermettilek taċċessa l-aħħar sentenzi li jkunu ġew irċevuti u inkorporati fil-bażi tad-data li tifforma l-bażi tal-ġurisprudenza.
Is-sistema tinkludi wkoll tag cloud bl-aktar suġġetti popolari tat-tiftix; jekk tikklikkja fuq wieħed minn dawn, tagħtik is-sentenzi relatati ma’ dak is-suġġett.
Uħud mill-oqsma ta’ informazzjoni għad-deċiżjonijiet jistgħu jkunu limitati minn sett ta’ valuri possibbli. Pereżempju:
Minbarra l-oqsma tal-għażla, hemm ukoll oqsma oħra għat-tiftixa tad-deċiżjonijiet, li ma għandhomx settijiet ristretti ta’ valuri iżda jista’ jkun fihom xi sekwenza ta’ test, użati biex isiru tiftix bla ħlas.
Ladarba tkun saret tiftixa, ir-riżultati jiġu ppreżentati, b’mod awtomatiku, b’10 riżultati għal kull paġna.
Ir-riżultati huma murija kif ġej:
TERMINI RELATATI - is-sistema tipprovdi awtomatikament termini assoċjati mat-tiftixa mwettqa, iżda biss fl-ambjent ristrett.
TITOLU - in-numru tal-ġurisprudenza rkuprata tar-Repożitorju Uffiċjali Spanjol tal-Ġurisprudenza (Repositorio Oficial de Jurisprudencia, ROJ) u l-Identifikatur Ewropew tal-Ġurisprudenza (ECLI) huma murija hawn.
SOTTOTITOLI - is-segwenti oqsma ta’ informazzjoni huma murija hawn:
Fl-aħħar nett, jekk wieħed jikklikkja fuq it-titolu tar-riżultat mixtieq, tinfetaħ paġna ġdida li turi l-kontenut sħiħ tad-dokument li jkun ġie rkuprat. Dan id-dokument huwa aċċessibbli għall-pubbliku fil-format PDF.
Is-sentenzi normalment ikunu disponibbli fil-bażijiet tad-data fil-format PDF (għall-pubbliku), u fil-formati RTF u HTML (fl-ambjent ristrett għall-ġudikatura).
Il-Qorti Suprema: Il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema tiġi ppubblikata sħiħa, b’mod liberu u mingħajr ħlas, fuq l-internet, għall-informazzjoni tiegħek. It-testi sħaħ, bi kwalunkwe data personali mneħħija (anonimizzati) u b’magna tat-tiftix effiċjenti li tneħħi din id-data, speċjalment mit-test tad-deċiżjonijiet. Tista’ taċċessa din il-bażi tad-data permezz tal-funzjoni ta’ tiftix tas-CENDOJ tal-Qorti Suprema.
Minbarra d-deċiżjonijiet u l-ftehimiet tal-Qorti Suprema, il-bażi tad-data tas-CENDOJ tagħti wkoll lill-pubbliku aċċess mingħajr ħlas għas-sentenzi maħruġa mill-Qorti Għolja nazzjonali Spanjola (Audiencia Nacional), il-Qrati Għolja tal-Ġustizzja (Tribunales Superiores de Justicia) u l-Qrati Provinċjali (Audiencias Provinciales), kif ukoll għażla ta’ digrieti minn dawk il-qrati kolleġġjali u ta’ sentenzi u digrieti maħruġa mill-Qorti Militari Ċentrali (Tribunal Militar Central), il-Qrati Militari Reġjonali (Tribunales Militares Territoriales) u l-imħallfin uniċi.
L-informazzjoni miftuħa għall-pubbliku fiha t-test sħiħ tas-sentenzi mingħajr karatteristiċi addizzjonali, mingħajr preġudizzju għall-fatt li, f’ħafna kawżi, id-deċiżjoni nnifisha fiha informazzjoni dwar jekk hijiex finali (irrevokabbli) jew le. Barra minn hekk, dawk id-deċiżjonijiet jinkludu wkoll l-opinjonijiet kuntrarji maħruġa, jekk ikun hemm. Minkejja dan ta’ hawn fuq, il-bażi tad-data pprovduta fl-ambjent ristrett għall-Ġudikatura (Bażi tad-Dokumenti tas-CENDOJ) tinkludi links li jikkollegaw id-deċiżjoni li qed tiġi kkontestata ma’ dik maħruġa mill-Qorti Għolja (Tribunal Superior), sommarji, is-sens tas-sentenza, referenza għas-sentenzi ċċitati favur jew kontra; il-ġurisprudenza ċċitata, applikata jew interpretata; deskrizzjoni tas-sentenza: timplimenta kunċetti ġenerali, tikkonsolida sentenza jew ġurisprudenza innovattiva u klassifikazzjoni tad-deċiżjoni skont it-termini użati fit-teżawru legali tas-CENDOJ.
Dawn huma stabbiliti fl-Artikolu 560(1)(10) tal-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura, li jispeċifika li l-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura għandu jkun kompetenti fi kwistjonijiet tal-pubblikazzjoni uffiċjali tas-sentenzi u ta’ deċiżjonijiet oħra maħruġa mill-Qorti Suprema u minn korpi ġudizzjarji oħra.
Hemm ukoll regoli tal-pubblikazzjoni fir-Regolament li joħolqu ċ-Ċentru għad-Dokumentazzjoni Ġudizzjarja.
Is-sentenzi jiġu ppubblikati bis-sħiħ, mhux bħala siltiet, u s-sentenzi kollha maħruġa mill-qrati kolleġġjali u għażla ta’ dawk maħruġa minn imħallfin uniċi jiġu ppubblikati skont it-termini stabbiliti hawn fuq.
Magna tat-tiftix tal-ġurisprudenza taċ-Ċentru għall-Informazzjoni Ġudizzjarja:
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
F’din it‑taqsima inti għandek issib ħarsa ġenerali lejn sorsi ta’ każistika u x’jinkludu, kif ukoll links għad‑databases relevanti.
1. Portal globali uffiċjali: Legifrance
2. Siti elettroniċi għall‑Qrati:
3. Sit elettroniku għall‑Ministeru tal-Ġustizzja
B’mod ġenerali, id‑deċiżjonijiet jibdew b’lista ta’ kliem ewlieni jew b’"astratt" segwit minn sommarju (resumé) tal‑iktar punti importanti tal‑liġi u referenzi għall‑istatuti jew għal deċiżjonijiet preċedenti.
Għall‑Qorti tal‑Kassazzjoni, minbarra referenzi ta’ identifikazzjoni, id‑dokumenti jinkludu elementi ta’ analiżi. Is‑sommarju, abbozzat minn maġistrat tal‑qorti li ta d‑deċiżjoni, huwa resumé tal‑kwistjoni legali indirizzata. It‑titlu, maħluq mis‑sommarju tad‑deċiżjoni, huwa suċċessjoni ta’ kliem ewlieni ppreżentat f’ordni ta’ importanza. Il‑kliem ewlieni użat huwa meħud min‑nomenklatura tal‑Qorti tal‑Kassazzjoni, kif ipprovduta fit‑tabelli tal‑Bullettin tal‑Qorti ppubblikati annwalment, disponibbli taħt it‑titlu "Titrage". Huma jistgħu jiġu aċċessati billi tiklikkja titrage fil‑forma ta’ tfittxija avvanzata tal‑każistika ġudizzjali.
Per eżempju: Qorti tal‑Kassazzjoni, Sala Ċivili 2, Sessjoni Pubblika tal‑Ħamis 18 ta’ Diċembru 2008, Appell Nru. 07-20238, Appell mid‑deċiżjoni ta’: Qorti tal‑Appell ta’ Basse-Terre tat‑23 ta’ April 2007
Titli u resumés: PROĊEDURA ĊIVILI – Konklużjonijiet – Trattazzjonijiet finali – Qasam tal‑applikazzjoni
Il‑Qorti tal‑Appell kisret l-Artikolu 954, paragrafu 2, tal‑Kodiċi tal‑Proċedura Ċivili billi ddeċidiet li talbiet u raġunijiet mhux ripetuti fit‑trattazzjonijiet finali kienu abbandunati, billi ma kinux jiddeterminaw in‑natura tas‑suġġett tal‑proċeduri u ma kinux iqajmu punt ta’ liġi li kapaċi li jġib il‑proċeduri fi tmiem.
PROĊEDURA ĊIVILI – Konklużjonijiet – Konklużjonijiet tal‑Appell - Trattazzjonijiet Finali - Qbil mad‑dispożizzjonijiet tal-Artikolu 954, il-paragrafu 2, tal‑Kodiċi l‑ġdid tal‑Proċedura Ċivili – Nuqqas – Skop
PROĊEDURA ĊIVILI - Konklużjonijiet – Konklużjonijiet tal‑Appell – Trattazzjonijiet Finali – Tifsira ‑ Esklużjoni - Każ – Konklużjonijiet li jitolbu proċeduri ta’ inkjesta
DEĊIŻJONIIET U ĠUDIZZJI – Konklużjonijiet – Konklużjonijiet tal‑Appell – Trattazzjonijiet Finali – Qasam tal‑applikazzjoni
Preċedenti ta’ Każistika: Fuq il‑kunċett tat‑trattazzjonijiet finali fil‑kuntest tal-Artikolu 954, il-paragrafu 2, tal‑Kodiċi tal‑Proċedura Ċivili, ara Ċivili 2, 3 ta’ Mejju 2001, Nru. 99-16.293, Bull. 2001, II, Nru. 87 (miċħuda), u l‑opinjoni kkwotata; Ċivili 2, 20 ta’ Jannar 2005, Nru. 03-12.834, Bull. 2005, II, Nru. 20 (nulla), u d‑deċiżjonijiet ikkwotati
Liġi applikata: L-Artikolu 954, paragrafu 2, tal‑Kodiċi tal‑Proċedura Ċivili
Il‑Każistika hija disponibbli f’dawn il‑formati: (e.g. PDF, html u XML)? XML għal deċiżjonijiet tal‑qrati supremi, inkella html.
Qorti Suprema
Il‑Qorti tal‑Kassazzjoni, il‑Kunsill tal‑Istat u l‑Kunsill Kostituzzjonali
Qrati Ordinarji
Qrati tal‑Appell ġudizzjali u amministrattivi
Qrati speċjalizzati
Uffiċċju tal‑awditjar
Intraċċar tal-proċeduri li jkunu għaddejjin
Qorti Suprema | Qrati Oħrajn | |
Hemm informazzjoni dwar: L‑eżistenza tal‑appell? | Iva għall‑Kunsill Kostituzzjonali Qed jiġu implimentati għall‑Qorti tal‑Kassazzjoni Riservat għall‑partijiet għall‑Kunsill tal‑Istat | Le |
Il‑fatt li l‑każ għadu pendenti | Le | Le |
Ir‑riżultat tal‑appell | Iva | Le |
Jekk deċiżjoni hijiex irrevokabbli u definittiva | Iva | Iva |
Il‑fatt li l‑proċeduri jistgħu jiġu segwiti f’ Qorti oħra (Qorti Kostituzzjonali)? Il‑Qorti Ewropea għall‑Ġustizzja? Il‑Qorti Ewropea għad‑Drittijiet tal‑Bniedem? | Le Iva Iva | Iva Iva Iva |
Regoli tal‑Pubblikazzjoni
Fuq livell nazzjonali? | Għal deċiżjonijiet ta’ ċerti qrati? | |
Hemm xi regoli obbligatorji dwar il‑pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet tal‑qorti? | Iva | Le |
Qorti tal‑Kassazzjoni
Skont l-Artikolu R433-3 tal‑Kodiċi Franċiża tal‑Organizzazzjoni Ġudizzjali, is‑servizz tad‑dokumentazzjoni u analiżi għandu database li jinkludi, taħt l‑istess nomenklatura:
Għal dak l‑għan, deċiżjonijiet ġudizzjali ta’ interess partikolari jintbagħtu lis‑servizz, taħt il‑kundizzjonijiet fissi b’ordni tal‑Ministru Franċiż għall‑Ġustizzja, mill‑prim imħallfin tal‑qorti tal‑appell jew direttament mill‑imħallfin li jippresiedu jew l‑imħallfin li jippresiedu fuq il‑qrati tal‑ewwel livell.
Id‑database hija aċċessibbli għall‑pubbliku taħt il‑kundizzjonijiet applikabbli għas‑servizz pubbliku għall‑pubblikazzjoni legali fuq l‑internet.
Is‑servizz ta’ dokumentazzjoni u analiżi għandu database seperata li tinkludi d‑deċiżjonijiet kollha ppronunzjati mill‑qorti tal‑appell u d‑deċiżjonjiet ġudizzjali magħmula mill‑prim imħallfin ta’ dawn il‑qrati jew mid‑delegati tagħhom. Il‑kundizzjonijiet li taħthom dawn l‑ordnijiet u d‑deċiżjonijiet jintbagħtu lis‑servizz u jintużaw mis‑servizz huma ffissati minn ministru tal‑ordni tal‑ġustizzja.
Skont l-Artikolu R433-4, is‑servizz tad‑dokumentazzjoni u analiżi jipproduċi 2 bullettini darba fix‑xahar, wieħed għall‑awli ċivili, l‑ieħor għall‑awla kriminali, li jirreferu għad‑deċiżjonijiet u l‑opinjonijiet li għandhom ikunu ppubblikati b’deċiżjoni tal‑imħallef li jkun qed jippresiedi tal‑qorti li ppronunzjathom. Is‑servizz jipprovdi skedi.
Kunsill tal‑Istat
Skont Artikolu L10 tal‑Kodiċi tal-Ġustizzja Amministrattiva, il‑ġudizzji huma pubbliċi. Huma jinkludu l‑isem tal‑imħallfin li jippronunzjawhom.
Qorti suprema | Qrati oħrajn | |
Huwa ppubblikat test sħiħ jew parti magħżula minnu? | Test sħiħ tad‑deċiżjonijiet kollha fid‑databases on line. Għażla ta’ deċiżjonijiet sħiħa fuq il‑karta (Qorti tal‑Kassazzjoni u Kunsill tal‑Istat) u resumés għal għażla oħra ta’ deċiżjonijiet. | Pubblikazzjoni tal‑argumenti għal għażla ta’ deċiżjonijiet tal‑Qorti tal‑Appell |
Jekk tkun ippubblikata għażla, x’inhuma l‑kriterji? | Għażla tal‑Qorti | Għażla tal‑Qorti |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
"SuPra" fiha d-deċiżjonijiet kollha tal-Qorti Suprema sa mill-1 ta' Jannar 1990. Minbarra dawn id-deċiżjonijiet, fiha l-aktar deċiżjonijiet sinifikanti ta' qrati oħra fir-Repubblika tal-Kroazja.
Bażi tad-dejta aktar reċenti tal-ġurisprudenza, intitolata "SupraNova", fiha d-deċiżjonijiet tal-qrati muniċipali, tal-qrati tal-kontei, tal-qrati tal-kummerċ, tal-Qorti Superjuri tal-Kummerċ, tal-Qorti Superjuri tal-Kontravvenzjonijiet u tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja.
L-informazzjoni li ġejja hija aċċessibbli għal kull deċiżjoni: isem il-qorti li adottat id-deċiżjoni, isem id-dipartiment, it-tip ta' kawża, id-data tad-deċiżjoni u d-data tal-pubblikazzjoni, kif ukoll it-test kollu f'format doc, pdf u html. Id-deċiżjonijiet kollha li ġew adottati sa mill-1 ta' Jannar 2004 għandhom l-informazzjoni rilevanti indiċizzata, kif ukoll it-test kollu.
Għal deċiżjonijiet ta' importanza u ta' interess partikolari jiġu ppubblikati l-pożizzjonijiet legali.
It-test kollu li huwa ppubblikat għall-pubbliku inġenerali huwa differenti mit-test oriġinali sabiex tiġi protetta l-privatezza tal-partijiet fil-proċeduri. Biex dan iseħħ l-informazzjoni kollha dwar l-identità tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi titħassar skontir-Regoli sabiex tiġi żgurata l-anonimità fid-deċiżjonijiet tal-qorti u l-Istruzzjonijiet dwar kif tiġi żgurata l-anonimità tad-deċiżjonijiet tal-qorti tal-President tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja.
Ir-regoli adottati dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżojnijiet tal-qorti jistipulaw li:
It-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Repubblika tal-Kroazja attwalment għandu żewġ dipartimenti (id-Dipartiment tal-Pensjonijiet, tal-Invalidità u tas-Saħħa u d-Dipartiment tal-Liġi dwar il-Proprjetà) u l-Kunsill għall-Valutazzjoni tal-Legalità tal-Atti Ġenerali.
Is-Servizz għall-Monitoraġġ u l-Eżaminar tal-Ġurisprudenza ta' kull wieħed minn dawn id-dipartimenti jagħżel, flimkien mal-Kap tad-Dipartiment ikkonċernat, id-deċiżjonijiet rilevanti li jirriżultaw minn fost il-ħidma ta' dawn id-dipartimenti għal dak ix-xahar. Fl-aħħar tas-sena il-Kapijiet tad-Dipartiment u s-Servizz għall-Monitoraġġ u l-Eżaminar tal-Ġurisprudenza jiltaqgħu sabiex jagħżlu l-aktar deċiżjonijiet importanti li jkunu ġew adottati minn fost ħidmet il-Qorti, u jiġu ppreparati għall-bullettin li t-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Repubblika tal-Kroazja joħroġ ta' kull sena
Il-pożizzjonijiet legali tad-deċiżjonijiet fil-bullettin jiġu ppublikati wkoll fuq is-sit web tat-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Repubblika tal-Kroazja taħt l-intestatura rilevanti.
Id-deċiżjonijiet kollha tal-Kunsill għall-Valutazzjoni tal-Legalità tal-Atti Ġenerali jiġu ppubblikati fuq is-sit web tat-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Repubblika tal-Kroazja.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn il-ġurisprudenza Taljana, kif ukoll b’deskrizzjoni tal-bażijiet tad-dejta tal-ġurisprudenza rilevanti u links għalihom.
Is-sistema ġudizzjarja Taljana tipprovdi informazzjoni dwar il-ġurisprudenza fuq diversi siti web.
Il-Corte di Cassazione (Qorti tal-Kassazzjoni), hija l-ogħla qorti fis-sistema ġudizzjarja Taljana. Is-sit tal-internet tagħha għandu ħafna kontenut. Hemm żewġ taqsimiet ewlenin:
l-ewwel waħda, iddedikata għal proċedimenti ċivili u penali pendenti, hija aċċessibbli għall-avukati identifikati u awtorizzati biex jipparteċipaw f'każijiet speċifiċi, f'konformità mal-leġiżlazzjoni Taljana dwar il-protezzjoni tad-data. L-aċċess isir permezz ta' ċertifikat diġitali validu anness ma' smart card.
It-tieni taqsima, iddedikata għas-sistema Italgiure DB, hija aċċessibbli permezz tal-istess portal u tikkontjeni miljuni ta' dokumenti (ġeneralment sentenzi) dwar proċessi ċivili u penali diġà konklużi. L-operaturi tas-sistema ġudizzjarja (imħallfin, prosekuturi pubbliċi, amministraturi tal-qorti) jistgħu jaċċedu b'xejn għal din id-data, filwaqt li l-avukati, l-universitajiet u interessati oħrajn iridu jkollhom abbonament ta' ħlas modest.
L-informazzjoni rreġistrata fir-reġistri tal-qrati, kif ukoll reġistri ta' ġurisprudenza u dokumenti diġitali fil-fajliet informatiċi dwar proċedimenti ċivili, tista' tinstab onlajn fil-qrati u l-qrati tal-appell kollha.
L-aċċess jingħata lill-avukati u esperti maħtura mill-qorti permezz ta' awtentikazzjoni b'saħħitha (smart card kompatibbli mal-Carta Nazionale dei Servizi) fuq il-Portale dei Servizi Telematici (portal tas-servizzi elettroniċi).
Bl-istess mod huwa possibbli li wieħed jikkonsulta onlajn l-informazzjoni rreġistrata fir-reġistri tal-qorti tal-Kummissarju għall-Ġustizzja (giudice di pace).
L-informazzjoni anonima dwar ir-reġistri tal-qorti tista' tiġi kkonsultata permezz tal-Portal imsemmi iktar 'il fuq mingħajr ma ssir awtentikazzjoni.
Il-proċedimenti pendenti dwar suġġetti awtorizzati huma kklassifikati abbażi tal-ismijiet tal-partijiet u n-numru tal-każ, kif elenkat fir-reġistru ġenerali tal-Qorti tal-Kassazzjoni jew il-qorti kkonċernata.
Jista' jsir tiftix tal-ġurisprudenza dwar il-proċedimenti konklużi bl-użu ta' tiftix ta' kliem, jew bit-tiftix ta' suġġett jew dettalji speċifiċi (id-data tar-rikors, l-isem ta' parti).
Id-dokumenti u l-informazzjoni dwar il-ġurisprudenza huma disponibbli fil-format PDF u html.
Qorti tal-Kassazzjoni
Għal informazzjoni kkonsulta s-sit web tal-Qorti tal-Kassazzjoni.
Qrati ordinarji
Il-lista aġġornata tal-ħoloq għall-qrati ordinarji tinstab fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja.
Qorti tal-Kassazzjoni | Qrati oħra | |
Informazzjoni disponibbli | ||
dwar jekk każ għadux pendenti | Iva | Iva |
dwar ir-riżultat tal-appelli | Iva | Le |
dwar l-irrevokabbiltà tad-deċiżjoni | Iva | Iva |
Meta qorti individwali jew qorti tal-appell għandha sit web, din spiss tipprovdi informazzjoni dwar kif tittieħed azzjoni legali, kif isir rikors jew isir appell minn deċiżjoni.
Kif spjegat iktar 'il fuq, l-access huwa limitat.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
M’hemm l-ebda sit elettroniku uffiċjali fejn jiġu ppubblikati s-sentenzi. Selezzjoni ta’ sentenzi reċenti tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Qorti Suprema (Ανώτατο Δικαστήριο).
Numru ta’ siti elettroniċi privati jagħtu aċċess għall-ġurisprudenza jew bi ħlas jew mingħajr ħlas.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħtik ħarsa ġenerali lejn il-ġurisprudenza tal-Latvja.
Il-Qorti Suprema tal-Latvja (Latvijas Republikas Augstākā tiesa) ħolqot bażi tad-data tal-ġurisprudenza. Din tiġbor fiha deċiżjonijiet tal-qorti li huma rilevanti għall-konsistenza tal-ġurisprudenza, għar-riċerka dwarha u għall-iżvilupp tagħha.
Il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema tista’ tintgħażel skont l-istituzzjoni ġudizzjarja, it-tip ta’ kawża, is-settur, is-sottosettur, il-prinċipji legali, l-essenza tal-kawża (l-argumenti) u l-kliem ewlieni fit-test.
Il-bażi tad-data tal-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema hija aċċessibbli mill-portal tas-servizzi elettroniċi: tal-Qorti Suprema u mill-paġna ewlenija tal-Qorti Suprema.
Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet validi mogħtija fis-seduti bil-miftuħ jistgħu jiġu ppubblikati fuq il-portal dwar materji ta’ interess pubbliku (jiġifieri, deċiżjonijiet ippubblikati għal skopijiet edukattivi ċiviċi jew legali), bħalma jistgħu jiġu ppubblikati deċiżjonijiet oħra mogħtija f’seduta bil-miftuħ fid-diskrezzjoni tal-qorti kkonċernata.
Is-sentenzi fil-bażi tad-data tal-ġurisprudenza tal-Portal tal-Qrati Nazzjonali huma disponibbli fil-format HTML.
Is-sentenzi ppubblikati fuq il-Portal tal-Qrati Nazzjonali huma disponibbli f’format PDF.
Is-sentenzi tal-Qorti Suprema huma disponibbli fil-bażi tad-data tal-ġurisprudenza tas-sit web tal-Qorti Suprema u fuq is-sit web tal-Portal tal-Qrati Nazzjonali.
Is-sentenzi tal-qrati ordinarji huma disponibbli fuq is-sit web tal-Portal tal-Qrati Nazzjonali.
L-informazzjoni dwar il-proċedimenti ta’ segwitu hija disponibbli fuq il-Portal tal-Qrati Nazzjonali, bl-użu tal-opzjoni Progress tal-proċedimenti (Tiesvedības gaita) fit-taqsima tas-Servizzi elettroniċi jew permezz tat-taqsima disponibbli għall-utenti awtorizzati tal-portal Il-Kawżi tiegħi (Manas litas).
L-utenti mhux awtorizzati jistgħu jaċċessaw informazzjoni ġenerali dwar il-progress ta’ kawża fit-taqsima tal-Progress tal-proċedimenti billi jdaħħlu n-numru tal-kawża jew tat-taħrika.
Fit-taqsima Il-Kawżi tiegħi, l-utenti awtorizzati għandhom il-possibbiltà li jaraw id-data u l-materjal tal-kawża ta’ kawżi li fihom ikunu parti (inklużi d-deċiżjonijiet u l-fajls awdjo tal-proċedimenti fil-kawża).
L-awtorizzazzjoni għall-użu tal-Portal tal-Qrati Nazzjonali tingħata abbażi ta’:
Jekk il-kawża tinstema’ f’seduta bil-miftuħ, id-deċiżjoni tal-qorti (li tinkludi l-parti introduttorja, il-parti deskrittiva, il-motivazzjonijiet u l-parti operattiva) issir informazzjoni aċċessibbli b’mod ġenerali mid-data li fiha tingħata.
Jekk ma tingħata l-ebda deċiżjoni jew sentenza fil-qorti (jekk kawża titqies biss permezz ta’ proċedura bil-miktub, pereżempju), id-deċiżjoni titqies aċċessibbli b’mod ġenerali mid-data meta tasal.
Jekk kawża tinstema’ in camera, u jekk il-parti introduttorja u dik operattiva tad-deċiżjoni jew tas-sentenza tal-qorti jinqraw f’seduta bil-miftuħ, dawk il-partijiet tad-deċiżjoni jew tas-sentenza rispettiva tal-qorti jitqiesu bħala informazzjoni ġeneralment aċċessibbli u jistgħu jiġu ppubblikati.
L-aċċessibbiltà tad-deċiżjonijiet tal-qorti hija rregolata mil-Liġi dwar il-ġudikatura u r-Regolament tal-Kabinett Nru 123 tal-10 ta’ Frar 2009 dwar ir-Regoli tal-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni ġudizzjarja fuq sit web tal-internet u l-ipproċessar ta’ deċiżjonijiet tal-qorti qabel ma jinħarġu (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament tal-Kabinett Nru 123”).
Ir-Regolament tal-Kabinett Nru 123 jistabbilixxi li meta titħejja deċiżjoni għall-pubblikazzjoni, ċerta data, li tippermetti li jiġu identifikati persuni fiżiċi, għandha titħassar u tiġi ssostitwita b’indikatur xieraq:
Fit-tħejjija tad-deċiżjoni għall-pubblikazzjoni jew għall-ħruġ, id-dettalji tal-imħallfin, il-prosekuturi, l-avukati ċċertifikati, in-nutara ċċertifikati, l-amministraturi tal-insolvenza, l-imħallfin li jippresjedu u l-uffiċjali ġudizzjarji ċċertifikati ma jiġux imħassra jew redatti.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Wara li tkun saret it-tiftixa r-riżultati jiġu ppreżentati bil-mod li ġej:
Nru. | Qorti | Sena | Tip ta’ każ | Numru tal-każ | Imħallef | Data tad-deċiżjoni | Riżultat tas-smiegħ tal-każ | |
Ċivili, kriminali jew amministrattiv | Isem, kunjom u kodiċi | Link għall-fajl tad-deċiżjoni f’format DOC |
Il-ġurisprudenza hija disponibbli fil-format li ġej:
*.doc
Il-qrati li ġejjin huma rappreżentati fil-bażi tad-dejta:
Qrati superjuri | Qrati oħra | |
L-informazzjoni hija disponibbli:
| Le | Le |
| Le | Le |
| Le | Le |
| Le | Le |
qorti interna oħra (Qorti Kostituzzjonali…)? il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea? il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem? | Le | Le |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din il-paġna fiha informazzjoni dwar il-ġurisprudenza tal-qrati Lussemburgiżi.
Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji online huma mniżżlin skont id-data jew in-numru tagħhom.
Il-każistika hija aċċessibbli f’format PDF.
Is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja għandu sezzjoni ddedikata għall-Qorti Kostituzzjonali li minnha tista' tiġi aċċessata wkoll lista' ta' sentenzi tal-Qorti.
Is-sit elettroniku tal-Qorti u t-Tribunal Amministrattivi tal-Lussemburgu għandu wkoll bażi tad-data bis-sentenzi u d-deċiżjonijiet ta' dawn iż-żewġ qrati.
Is-sit elettroniku tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tippermetti l-konsultazzjoni ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji (anonimi) mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali, il-Qorti tal-Kassazzjoni u l-qrati amministrattivi.
Tista' tinkiseb ukoll informazzjoni dwar:
Il-ġurisprudenza tal-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja, tal-Qorti Kostituzzjonali kif ukoll tal-Qorti u t-tribunal Amministrattivi jiġu ppubblikati fuq il-portal tas-servizzi ġudizzjarji tal-Lussemburgu, fuq is-sit elettroniku tal-qrati fil-qasam amministrattiv.
Is-sentenzi mogħtija ta' natura kostituzzjonali jridu jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali («"Mémorial"»).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-ġurisprudenza Ungeriża, kif ukoll deskrizzjoni u links għall-bażijiet tad-dejta tal-ġurisprudenza rilevanti.
L-Att CLXI tal-2011 dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tal-qrati jistabbilixxi illi mill-1 ta' Jannar 2012 il-Kurja (il-Qorti Suprema tal-Ungerija), il-ħames qrati reġjonali tal-appell u l-qrati amministrattivi u industrijali (dawn tal-aħħar biss jekk deċiżjoni amministrattiva f'kawża amministrattiva ngħatat fil-prim'istanza, u d-deċiżjoni tal-qorti mhix soġġetta għal appell ordinarju) għandhom jippubblikaw id-deċiżjoni fuq il-mertu tal-kawża f'forma elettronika fil-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti tal-Ungerija (Bírósági Határozatok Gyűjtemény). Attwalment, il-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti tal-Ungerija hija aċċessibbli fuq is-sit elettroniku tar-reġistru tad-deċiżjonijiet anonimi ((Anonim Határozatok Tára - ħolqa: http://birosag.hu/ugyfelkapcsolati-portal/anonim-hatarozatok-tara). (Fl-imgħoddi, il-Qorti Suprema u l-ħames qrati tal-appell reġjonali, skont l-Att XC tal-2005 dwar il-libertà tal-informazzjoni elettronika, kellhom jippubblikaw id-deċiżjonijiet tagħhom kollha fuq il-mertu mill-1 ta' Lulju 2007).
Id-deċiżjonijiet mogħtija fil-proċedimenti li ġejjin huma l-eċċezzjoni, u għalhekk ma hemmx għalfejn jiġu ppubblikati fil-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti:
Barra minn hekk, il-Kurja trid tippubblika d-deċiżjonijiet dwar il-konformità ġudizzjarja (ħolqa: https://kuria-birosag.hu/hu/jogegysegi-hatarozatok), sentenzi dwar prinċipji legali (ħolqa: http://www.kuria-birosag.hu/hu/elvi-birosagi-hatarozatok) u deċiżjonijiet ġudizzjarji dwar prinċipji legali (http://www.kuria-birosag.hu/hu/elvi-birosagi-dontesek). Dawn huma disponibbli wkoll fuq is-sit elettroniku tar-reġistru tad-deċiżjonijiet anonimi (ħolqa: http://birosag.hu/ugyfelkapcsolati-portal/anonim-hatarozatok-tara).
Il-president tal-qorti li tat id-deċiżjoni għandu jippubblika d-deċiżjoni fil-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti fi żmien 30 jum mir-reġistrazzjoni bil-miktub tad-deċiżjoni.
Id-deskrizzjoni tad-deċiżjoni ppubblikata għandu jkollha l-isem tal-qorti u tas-suġġett ġuridiku, is-sena li fiha ngħatat, in-numru ta' referenza, kif ukoll id-dispożizzjonijiet li fuqhom il-qorti tat id-deċiżjoni tagħha.
Bħala regola ġenerali, id-dejta personali tal-partijiet trid tiġi mħassra mid-deċiżjonijiet ('deċiżjoni anonima'), u l-partijiet għandhom jiġu identifikati skont l-irwol tagħhom fil-proċeduri.
Ma hemmx intestaturi speċifiċi, għaliex il-magna tat-tiftix tagħti d-dejta kollha relevanti tar-riżultati. Fil-lista tar-riżultati, hemm numru ta' identifikazzjoni li jirreferi għad-dejta li huwa enfasizzat ukoll f'din il-lista (qorti, tip ta' proċedura).
(Ir-regoli dettaljati ta' kif għandhom jiġu indikati d-deċiżjonijiet ippubblikati fil-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti huma stabbiliti fid-Digriet Nru 29/2007 tal-31 ta' Mejju 2007 tal-Ministru tal-Ġustizzja u l-Infurzar tal-Liġi).
Il-ġurisprudenza hija disponibbli fil-format .rtf.
Il-Kurja u l-qrati reġjonali tal-appell iridu jippubblikaw id-deċiżjonijiet fuq il-mertu kollha. Għandhom jiġu ppubblikati wkoll id-deċiżjonijiet kollha tal-qrati inferjuri marbuta b'mod dirett ma' dawn id-deċiżjonijiet.
Il-qrati amministrattivi u industrijali jridu jippubblikaw id-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-mertu biss meta dawn jingħataw waqt proċeduri amministrattivi tal-prim'istanza, u d-deċiżjoni tal-qorti ma tkunx soġġetta għal appell ordinarju.
Barra minn hekk, il-presidenti tal-qrati jistgħu jiddeċiedu jekk jippubblikawx id-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-mertu.
Sit elettroniku ċentrali: Court.
Il-Kurja | Qrati oħra | |
Hija disponibbli informazzjoni dwar l-appelli? | Le | Le |
| Le | Le |
| Le | Le |
| Iva | Iva |
qorti Ungeriża oħra (il-Qorti Kostituzzjonali...)? quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea? quddiem il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem? | Le Le Le | Le Le Le |
fuq livell nazzjonali? | pubblikazzjonijiet mill-qorti? | |
Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza? | Iva | Iva |
Il-Kurja | Qrati oħra | |
Il-ġurisprudenza kollha tiġi ppubblikata jew għażla minnha? | Il-ġurisprudenza kollha | Għażla minnha |
Jekk issir għażla liema kriterji japplikaw? | Il-ħames qrati tal-appell jippubblikaw id-deċiżjonijiet kollha fuq il-mertu. Għandhom jiġu ppubblikati wkoll id-deċiżjonijiet kollha tal-qrati inferjuri marbuta b'mod dirett ma' dawn id-deċiżjonijiet. Barra minn hekk, il-presidenti tal-qrati jistgħu jiddeċiedu jekk jippubblikawx id-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-mertu. Mill-1 ta' Lulju 2007. |
Iva, l-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.
Mill-1 ta' Lulju 2007 id-deċiżjonijiet kollha fuq il-mertu tal-Kurja (qabel l-1 ta' Jannar 2012 magħrufa bħala l-Qorti Suprema) u tal-ħames qrati reġjonali tal-appell, u mill-1 ta' Jannar 2012, id-deċiżjonijiet fuq il-mertu tal-qrati amministrattivi u industrijali (fejn deċiżjoni amministrattiva fl-appell kienet ingħatat waqt proċeduri tal-prim'istanza, u d-deċiżjoni tal-qorti ma kinitx soġġetta għal appell ordinarju).
Id-deċiżjonijiet kollha tal-qrati inferjuri marbuta b'mod dirett ma' dawn id-deċiżjonijiet.
Deċiżjonijiet oħra mogħtija mill-president tal-qorti.
Id-dejta personali tal-partijiet trid tiġi mħassra mid-deċiżjonijiet, u l-partijiet għandhom jiġu identifikati skont l-irwol tagħhom fil-proċeduri. Madanakollu, l-informazzjoni li ġejja ma għandhiex titħassar:
Tiftixa fil-kollezzjoni tad-deċizjonijiet tal-qrati tal-Ungerija
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar il-ġurisprudenza Maltija.
Għalkemm il-kelmiet prinċipali ma ssibhomx bħala titolu fil-ġurisprudenza, hemm funzjoni fl-applikazzjoni tas-sentenzi nazzjonali – parti mis-sistema ta’ Ġestjoni tal-Kawżi Legali (LECAM - Legal Case Management) li tintuża fil-Qrati tal-Ġustizzja – fejn ċerti sentenzi li jiġu kkunsidrati interessanti jiġu indiċjati. Pereżempju, sett ta’ kelmiet prinċipali flimkien ma’ sommarju tas-sentenza jkollhom link għal mar-rekord.
Għad-deċiżjonijiet kollha tal-qrati jintuża mudell speċifiku wieħed, li jinkludi l-istemma araldika nazzjonali, il-qorti, l-isem tal-ġudikant, id-data tas-seduta, in-numru ta’ referenza tal-kawża, il-partijiet involuti fil-kawża (A vs B) segwiti mit-test effettiv tas-sentenza tal-qorti. It-tipa, il-header u l-footer huma inklużi wkoll fil-mudell.
Il-ġurisprudenza hija disponibbli f’format PDF.
Qrati Superjuri | Qrati oħrajn | |
Hija disponibbli informazzjoni dwar:
| Iva | Iva |
| Iva | Iva |
| Iva | Iva |
| Iva | Iva |
- qorti interna oħra (il-Qorti Kostituzzjonali…)? - il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja? - il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem? |
Le Le |
Le Le |
fuq il-livell nazzjonali? | fuq il-livell tal-qrati | |
Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza? | Iva | Iva |
Skont ir-regoli attwali, is-sentenza trid issir pubblika imma m’hemmx indikazzjoni b’liema mezz għandu jsir dan.
F’Malta tiġi ppubblikata l-ġurisprudenza sħiħa.
Fis-sentenzi tal-Qorti tal-Familja mhumiex inklużi ismijiet personali. Barra minn hekk, jekk l-imħallef jew il-maġistrat li jkun qed jippresedi xi qorti jordna li l-isem ta’ xi waħda mill-partijiet involuti jew akkużati ma jiġix ippubblikat, is-sentenza f’din il-kawża lanqas ma tinkludi ismijiet personali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Mid-9 ta’ Diċembru 1999, il-ġurisprudenza tal-qrati distrettwali (rechtbanken), tal-qrati tal-appelli (gerechtshoven), tal-Qorti Suprema tan-Netherlands (Hoge Raad der Nederlanden), tad-Diviżjoni tal-Ġuriżdizzjoni Amministrattiva tal-Kunsill tal-Istat (Afdeling Bestuursrechtspraak van de Raad van State), tat-Tribunal tal-Appelli Ċentrali (Centrale Raad van Beroep) u tat-Tribunal tal-Appelli tal-Kummerċ u l-Industrija (College van Beroep voor het bedrijfsleven) ġiet ippubblikata online. Tista’ tfittex is-sentenzi fil-bażi tad-data tal-ġurisprudenza fuq rechtspraak.nl permezz tat-test, in-numru tal-kawża, id-data tas-sentenza jew tal-pubblikazzjoni, l-awtorità ġudizzjarja, il-ġuriżdizzjoni jew is-sub-ġuriżdizzjoni, l-ECLI jew ir-referenza tal-pubblikazzjoni.
It-titolu jissejjaħ “indikazzjoni tal-kontenut”, u jista’ jkun fih nota ewlenija (sentenza waħda), sommarju qasir jew twil, xi kliem prinċipali, paragrafu li jiġbor fil-qosor il-liġi li dwarha tkun qed issir il-kawża, jew ċitazzjoni litterali tal-aktar dictum importanti tad-deċiżjoni.
Liġi applikabbli għall-kiri: rexissjoni ta’ kuntratt tal-kiri ta’ spazju għall-uffiċċji (Huurrecht; ontbinding van huurovereenkomst kantoorruimte (81 RO)).
Is-sentenzi jiġu ppubblikati fuq rechtspraak.nl fil-format HTML. L-informazzjoni hija disponibbli wkoll fil-format RDF għall-utenti (mill-ġdid) professjonali.
Is-sentenzi tal-qrati kollha jistgħu jinstabu fis-sit web permezz ta’ Fittex is-sentenzi. Dawn huma:
Qrati superjuri | Qrati oħra | |
Hemm informazzjoni disponibbli: – dwar appelli? | Iva | Iva |
– dwar jekk kawża għadhiex pendenti? | Le | Le |
– dwar ir-riżultat tal-appelli? | Iva | Iva |
– dwar l-irrevokabbiltà tad-deċiżjoni? | Le | Le |
– dwar proċedimenti ulterjuri quddiem: – qorti nazzjonali oħra (il-Qorti Kostituzzjonali,...)? – il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja? – il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem? | Iva Le Le | Iva Le Le |
Il-qrati żviluppaw żewġ settijiet ta’ linji gwida dwar il-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza. L-ewwel sett jittratta l-anonimizzazzjoni (it-tneħħija tad-dettalji personali), filwaqt li l-ieħor jittratta l-għażla.
Il-linji gwida dwar l-anonimizzazzjoni jirrikjedu li s-sentenzi ppubblikati jiġu anonimizzati. Dan ifisser li s-sentenzi ma għandhomx jinkludu informazzjoni dwar kwalunkwe persuna li mhijiex involuta professjonalment f’kawża.
Dan is-sett ta’ linji gwida huwa bbażat fuq ir-rakkomandazzjoni R (95) 11 “dwar l-għażla, l-ipproċessar, il-preżentazzjoni u l-arkivjar tad-deċiżjonijiet tal-qorti f’sistemi għall-irkupru ta’ informazzjoni legali” tal-Kunsill tal-Ewropa: l-ogħla ġuriżdizzjonijiet jippubblikaw il-kawżi kollha, sakemm ma jkunux ta’ interess legali jew soċjetali b’mod ċar, filwaqt li qrati oħra jippubblikaw biss dawk il-kawżi li huma ta’ interess legali jew soċjetali b’mod ċar. Il-linji gwida Netherlandiżi jidħlu f’aktar dettall fir-rigward ta’ dawn il-kunċetti.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-ġurisprudenza Awstrijaka u l-bażijiet tad-data legali rilevanti.
Is-sentenzi mogħtija mill-qrati Awstrijaċi jiġu ppubblikati fis-sistema ta’ informazzjoni legali tar-Repubblika tal-Awstrija u jinstabu fuq http://www.ris.bka.gv.at/. Is-sentenzi tal-qrati superjuri u tal-qrati amministrattivi jiġu ppubblikati sħaħ; dawk tal-qrati l-oħra jiġu ppubblikati biss f’xi każijiet individwali.
Is-sistema ta’ informazzjoni legali (Rechtsinformationssystem – RIS) hija bażi tad-data elettronika mħaddma mill-Kanċellerija Federali Awstrijaka. L-għan ewlieni tagħha huwa li tħabbar leġiżlazzjoni ppubblikata fil-gazzetta tal-liġi federali Awstrijaka (Bundesgesetzblatt) u li tipprovdi informazzjoni dwar il-liġi fir-Repubblika Federali tal-Awstrija.
Ir-RIS toffri aċċessibbiltà tajba għall-web (WAI-AA f’konformità ma’ WCAG 2.0).
Qrati Supremi | Qrati oħra | |
Ġurisprudenza ppreżentata b’intestatura | Iva | Parzjalment |
Numru tas-serje RS0127077
Numru ta’ referenza 11 Os 87/11w
Data tas-sentenza 25.8.2011
Test tal-intestatura
Intestatura hija ġeneralment magħmula mill-elementi li ġejjin: numru tad-diviżjoni: 11, referenza tat-tip ta’ proċedura: Os, numru kurrenti: 87, u s-sena: 11. Imbagħad tiżdied id-data tas-sentenza: 25.8.2011.
L-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI) jinstab taħt din l-intestatura. Dan huwa identifikatur uniku għas-sentenzi tal-Qorti fl-Istati Membri tal-UE.
Formati
Is-sentenzi huma disponibbli fil-formati li ġejjin: XML, RTF, PDF u HTML.
Qrati Supremi
Qrati u istituzzjonijiet oħrajn
Nota: Mhux ir-risposti kollha ta’ hawn isfel japplikaw għall-qrati u t-tribunali ta’ hawn fuq
Qrati Supremi | Qrati oħra | |
Teżisti informazzjoni dwar:
| Le | Le |
| Le | Le |
| Le | Iva, dment li d-deċiżjonijiet tal-qrati superjuri jiġu ppubblikati |
| Sentenzi irrevokabbli biss jiġu ppubblikati. | Sentenzi irrevokabbli biss jiġu ppubblikati. |
| Iva Iva Iva | Le Le Le |
Fuq livell nazzjonali? | Fuq livell tal-qrati? | |
Jeżistu regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tas-sentenzi? | Iva | Iva |
L-Artikoli 15 u 15a tal-Att dwar il-Qorti Suprema (l-Att OGH), l-Artikolu 48a tal-Att dwar l-Organizzazzjoni Ġudizzjarja (GOG), l-Artikolu 23 tal-Att dwar il-Qorti Federali tal-Finanzi (BFGG), l-Artikolu 20 l-Att dwar il-Qorti Amministrattiva Federali (BVwGG)
Qrati Supremi | Qrati oħra | |
Is-sentenzi kollha jiġu ppubblikati jew uħud minnhom biss? | Bi ftit eċċezzjonijiet | Għażla żgħira biss fil-qasam tal-qrati ordinarji; b’mod estensiv fil-każ tal-qrati amministrattivi |
Jekk issir għażla, liema kriterji jiġu applikati? | Is-sentenzi jiġu ppubblikati sħaħ flimkien ma’ sommarju. Sentenzi tal-Qorti Suprema li jiċħdu appell mingħajr motivazzjoni sostantiva ma jiġux ippubblikati. | Is-sentenzi jiġu ppubblikati sħaħ flimkien ma’ sommarju. Is-sentenzi ta’ qrati oħrajn jiġu ppubblikati jekk is-sinifikat tagħhom jmur lil hinn minn dak tal-kawża individwali. |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Qrati Supremi | Qrati oħrajn | |
Ġurisprudenza ppreżentata bit-titoli |
| Le |
Tribunal Kostituzzjonali – Għotja tal-Komunità fl-attivitajiet ta’ skola tat-trabi mhux pubblika.
Spjegazzjoni | |
Id-deċiżjoni tal-2008-12-18, numru K 19/07 | Tip ta’ deċiżjoni (sentenza/deċiżjoni/...), data u numru ta’ riferenza tal-fajl tal-każ. |
Għotja tal-Komunità fl-attivitajiet ta’ skola tat-trabi mhux pubblika. | Titolu |
Z.U. 2008 / 10A / 182 | Pubblikat fil-kollezzjoni uffiċjali tal-ġurisdizzjoni tat-Tribunal Kostituzzjonali, maħruġa mill-Uffiċċju tat-Tribunal |
Dz. U. 2008.235.1618 ta’ 2008-12-30 | Pubblikat fl-ġurnal uffiċjali |
Links għas-sentenza f’formati MS WORD u PDF |
Qorti Amministrattiva Suprema
2009-04-07 Is-sentenza hija irrevokabbli | |
Data tal-irċevuta | 2007-09-10 |
Isem tal-qorti | Qorti Amministrattiva Suprema (Naczelny Sąd Administracyjny) |
Ismijiet tal-imħallfin | Janusz Zubrzycki Marek Kołaczek Tomasz Kolanowski |
Simbolu b’deskrizzjoni: | 6110 VAT |
Kliem prinċipali: | Proċedura ta’ taxxa VAT |
Każijiet oħrajn relatati: | I SA/Lu 454/05 - Wyrok WSA w Lublinie z 2007-05-09 |
Kontra: | Direttur tal-Kamra Fiskali |
Kontenut | Is-sentenza appellata ġiet imħassra, u l-każ ġie ttrasferit lill-qorti amministrattiva tad-distrett għall-eżaminazzjoni mill-ġdid |
Referenza għal-liġi: | Dz.U. 2005 nr 8 poz 60 art. 70 par. 1, art. 108 par. 2 pkt 2 lit a, art. 116 par. 1, art. 118 par. 1, art. 127, art. 151, art. 152, art. 187, art. 188, art. 191 Dz.U. 2002 nr 153 poz 1270 art. 141 par. 4, art. 145 par. 1 pkt 1 lit. a, art. 151 Dz.U. 1934 nr 93 poz 836 art. 1, art. 2, art. 4, art. 20. |
Qrati Supremi | Qrati oħrajn | |
– Hemm informazzjoni disponibbli dwar l-appell? | Iva, minn tribunal kostituzzjonali. Is-sentenzi kollha tal-qorti suprema huma riżultat ta’ appell. | Dejta mhux disponibbli |
– Il-każ għadu pendenti? | Iva, fit- tribunal kostituzzjonali. L-appell quddiem il-Qorti Suprema jsir skont il-kontenut tas-sentenza. | Dejta mhux disponibbli |
– Ir-riżultat tal-appelli? | Iva | Dejta mhux disponibbli |
– Id-deċiżjoni hija irrevokabbli? | Iva, fit- tribunal kostituzzjonali Iva, fejn il-każ tressaq quddiem il-Qorti Amministrattiva Suprema Issir deċiżjoni skont il-kontenut tas-sentenza. | Dejta mhux disponibbli |
Kien hemm proċedimenti qabel quddiem qorti interna oħra: – Qorti kostituzzjonali? – Qorti esterna: – Qorti tal-Ġustizzja Ewropea? – Qorti tad-Drittijiet Umani? | Le | Dejta mhux disponibbli |
Hemm qrati amministrattivi provinċjali (l-ewwel istanza) kif ukoll il-Qorti Amministrattiva Suprema (tieni istanza) li għalihom is-sentenzi huma disponibbli fuq is-sit elettroniku. Hemm ukoll link bejn is-sentenzi rilevanti.
Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza fil-Polonja. Japplikaw għal dawn:
Ir-responsabbiltajiet tal-pubblikazzjoni tal-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy) huma stabbiliti fl-Artikolu 7 tal-Att dwar il-Qorti Suprema (23 ta’ Novembru 2002) ) (ustawa z dnia 23 listopada 2002 r. o Sądzie Najwyższym). Skont il-ktieb ta’ istruzzjonijiet tal-Qorti Suprema, il-korrispondent tal-istampa u l-assistenti tal-imħallef huma inkarigati mis-servizz tal-pubblikazzjoni.
Il-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza tat-Tribunal Kostituzzjonali (Trybunał Konstytucyjny) hija prevista fl-Artikolu 190 tal-Kostituzzjoni Pollakka.
Verżjoni sħiħa ta’ sentenza tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku malli l-imħallfin ikunu ffirmaw il-ġustifikazzjoni
L-Artikolu 42 tal-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Amministrattivi (Prawo o ustroju sądów administracyjnych) jimponi wkoll l-obbligu tal-pubblikazzjoni fuq il-President tal-Qorti Amministrattiva Suprema Prezes (Naczelnego Sądu Administracyjnego). Regoli aktar dettaljati huma speċifikati mill-Ordinanza tal-President tal-Qorti Amministrattiva Suprema, li jipprovdi għall-istabbiliment ta’ bażi tad-dejta ċentrali ta’ sentenzi u ta’ informazzjoni dwar każijiet tal-qorti amministrattiva, u dwar l-għoti ta’ aċċess għal dawn is-sentenzi fuq is-sit elettroniku.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Fil-Portugall, id-dritt għall-informazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja huwa dritt fundamentali taċ-ċittadini previst espressament fl-Artikolu 20(2) tal-Kostituzzjoni tal-Portugall u implimentat mil-Liġi Nru 34/2004 tad-29 ta’ Lulju 2004, fil-verżjoni attwali tagħha, li tistabbilixxi r-regoli għall-aċċess għall-ġustizzja u għall-qrati.
Skont l-Artikolu 4 ta’ din il-liġi, huwa d-dmir tal-gvern li jieħu passi biex jgħarraf bil-liġi u bis-sistema ġuridika, u l-Ministeru tal-Ġustizzja huwa responsabbli biex jipprovdi informazzjoni legali, permezz ta’ pubblikazzjonijiet jew kwalunkwe forma oħra ta’ komunikazzjoni, bil-ħsieb li jiżgura l-eżerċizzju aħjar tad-drittijiet u t-twettiq tal-obbligi stabbiliti fil-liġi.
Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji huwa prinċipju internazzjonali stabbilit kemm fl-Artikolu 10 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Dan il-prinċipju huwa stabbilit l-ewwel nett fl-Artikolu 206 tal-Kostituzzjoni (ukoll marbut ma’ seduti ta’ smigħ fil-qorti) u fid-diversi liġijiet li jirregolaw ġuriżdizzjonijiet differenti, prinċipalment:
Il-Ministeru tal-Ġustizzja jamministra għadd ta’ bażijiet tad-data ta’ dokumenti legali li jistgħu jinstabu fuq http://www.dgsi.pt/. Huma ppubblikati wkoll fil-Gazzetta Uffiċjali u huma disponibbli fuq https://dre.pt/:
Is-sit web http://www.dgsi.pt/ jipprovdi aċċess għal sett ta’ bażijiet tad-data ta’ preċedenti u għal-libreriji ta’ referenza biblijografiċi tal-Ministeru tal-Ġustizzja.
Meta żżur xi waħda minn dawn il-bażijiet tad-data tista’ tara l-aktar dokumenti riċenti mdaħħla u bar tan-navigazzjoni jipprovdi aċċess għad-diversi tipi ta’ tiftix permessi (tiftix b’xejn skont it-terminu, skont il-qasam u skont id-deskrittur).
Kemm il-viżwalizzazzjoni tad-dħul kif ukoll id-dehra tar-riżultati jipprovdu dokumenti skont l-intestaturi, bl-informazzjoni li ġejja:
Eżempju ta’ intestatura/i
Deċiżjonijiet tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja
SEDUTA TA’ SMIGĦ | KAŻ | RELATUR | DESKRITTUR |
25.3.2009 | 08S2592 | BRAVO SERRA | TERMINAZZJONI TAL-KUNTRATT TA’ IMPJIEG |
It-test sħiħ tas-sentenza huwa disponibbli (soġġett għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali) f’format html.
Il-bażijiet tad-data disponibbli fuq http://www.dgsi.pt/ fihom ġurisprudenza mill-qrati/entitajiet li ġejjin:
Fil-Portugall, tista’ ssib informazzjoni għal numru ta’ każijiet, kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt.
L-informazzjoni hija disponibbli fuq: | Il-Qrati Suprema | Qrati l-oħra |
Appelli? | Iva | Iva |
Jekk każ ikun pendenti? | Le | Le |
Ir-riżultat tal-appelli? | Iva | Iva |
L-irrevokabbiltà tad-deċiżjoni? | Le | Le |
Każijiet oħra | ||
- quddiem qorti Portugiża oħra (Qorti Kostituzzjonali....)? - quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea? - quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem? | Iva Iva Iva | Iva Iva Iva |
Fuq livell nazzjonali, ma hemmx regoli vinkolanti dwar il-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza. Madankollu, hemm regoli vinkolanti fil-Portugall dwar il-pubblikazzjoni mill-qrati.
Fil-Portugall, tiġi ppubblikata biss selezzjoni ta’ ġurisprudenza. Il-kriterji tas-selezzjoni applikati huma importanti u rilevanti.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-każistika tar-Rumanija hija disponibbli fuq il-websajt tal-Qorti Suprema (il-Qorti Suprema ta-Kassazzjoni u l-Ġustizzja).
Fis-sit elettroniku tal-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja jiġu ppubblikati żewġ tipi ta’ deċiżjonijiet:
1. Sommarji tas-sentenzi, u l-intestaturi tagħhom. Il-mudell (template) fih l-informazzjoni li ġejja:
2. Sentenzi anonimizzati mingħajr intestaturi (differenti minn sommarji tas-sentenzi). L-interfaċċja tat-tiftix tippermetti tiftixiet bl-użu ta' seba' kriterji differenti:
Hawn taħt huwa eżempju ta’ intestatura mis-Sezzjoni Ċivili:
Hawn taħt hija intestatura mis-Sezzjoni kriminali:
Hawn taħt hija intestatura mill-Portal tal-Qortitar-Rumanija:
Id-dokumenti pprovduti mill-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja u tal-qrati l-oħra huma disponibbli f’format html.
Il-qrati kkonċernati jinkludu l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja u qrati ordinarji.
Qrati Supremi | Qrati oħrajn | |
Hemm informazzjoni disponibbli fir-rigward ta': appelli? | - | Iva |
każijiet pendenti? | - | Iva |
riżultati ta’ appelli? | - | Tirrikjedi indirettament tiftixa għall-kawża fejn jiġi speċifikat it-tip ta’ stadju tal-ġuri bħala ‘appell'. |
il-karattru irrevokabbli ta’ sentenza? | Hemm informazzjoni disponibbli fir-rigward ta': il-karattru irrevokabbli tas-sentenzi tal-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja? | Iva |
Proċeduri sussegwenti qabel: qrati nazzjonali oħra (Qorti Kostituzzjonali, eċċ.)? Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea? il-Qorti tad-Drittijet tal-Bniedem? | - | Iva |
Fil-każ tal-qrati ordinarji, heminf ormazzjoni disponibbli fuq il-Portal tal-Qorti, li jirreferi għall-kawżi (fajls): stadju proċedurali (sostantiv, appell, eċċ.), partijiet, smigħ, appelli mressqa u rikorsi ppubblikati (din hi funzjonalità ġdida). Kawża tista’ tiġi aċċessata bl-użu ta’ magna tat-tiftix ġenerali fuq il-Portal tal-Qorti (din hija funzjonalità ġdida). Is-sommarji tas-sentenzi ppubblikati jistgħu jinkludu informazzjoni dwar il-karattru irrevokabbli tas-sentenzi u sussegwentement proċedimenti quddiem qrati nazzjonali oħra (Qorti Kostituzzjonali).
Minħabba s-sinifikat u n-natura speċifika tal-kawżi u s-sentenzi korrispondenti, se tiġi ppubblikata biss għażla mill-każistika tal-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja.
Il-pubblikazzjonijiet tal-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja huma aġġornati fuq bażi ta’ kull xahar u huma disponibbli mill-2002 ’il quddiem.
Fil-każ ta’ qrati Rumeni oħrajn, se tiġi ppubblikata biss għażla ta’ sentenzi, li tiddependi fuq is-sinifikat u n-natura unika tal-kawżi kkonċernati. L-għażla ssir f’kull qorti individwali.
Il-pubblikazzjonijiet tal-qrati Rumeni l-oħra jiġu aġġornati fuq bażi ta' kull xahar u huma disponibbli mill-2004 'il quddiem.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet / Punti ewlenin
It-test sħiħ tas-sentenzi magħżula tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja, tal-erba’ qrati superjuri kollha ta’ kompetenza ġenerali, il-Qorti Superjuri tax-Xogħol u Soċjali u l-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja huma disponibbli bla ħlas fuq il-websajt tal-ġudikatura Slovena. L-ismijiet tal-partijiet ma jintwerewx peress li s-sentenzi jiġu riveduti qabel ma jiġu ppubblikati. Barra t-test oriġinali u l-kliem ewlieni, ikun hemm ukoll informazzjoni dettaljata dwar il-bażi legali tad-deċiżjoni kif ukoll sommarju dwar is-sentenza. Il-kliem ewlieni jgħin lill-utent sabiex jidentifika l-kunċetti ġuridiċi applikabbli u l-qasam tal-liġi li għalih tkun relatata s-sentenza. Is-sommarju fih il-punti ewlenin tal-bażi għas-sentenza tal-Qorti f’madwar 10 sa 100 kelma.
Għażla tal-aktar deċiżjonijiet importanti tal-Qorti Suprema huma disponibbli wkoll bl-Ingliż fuq Deċiżjonijiet Ewlenin tal-Qorti Suprema.
Sentenzi relatati ma’ kumpens finanzjarju għal dannu mhux materjali (mhux pekunjarju), li jkun ingħata f’każ ċivili, huma disponibbli wkoll permezz ta’ magna ta' tiftix speċjali li tgħin lill-utent sabiex ifittex ġurisprudenza simili skont it-tip ta’ dannu u d-data.
Hemm verżjoni pilota ġdida tal-magna ta’ tiftix tal-ġurisprudenza aġġornata fuq https://www.sodnapraksa.si/.
Wara t-8 ta’ Frar 2013 din se tkun disponibbli fuq http://www.sodnapraksa.si/.
Id-deċiżjonijiet ippubblikati kollha tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja huma disponibbli fuq il-websajt tagħha. L-opinjonijiet ta’ maġġoranza kif ukoll dawk separati (li ma jaqblux u li jaqblu) jiġu ppreżentati b’mod sħiħ u bla ħlas, flimkien mal-kliem ewlieni, l-informazzjoni dettaljata dwar il-bażi legali tad-deċiżjoni, u sommarju. Deċiżjonijiet importanti magħżula jiġu tradotti bl-Ingliż. Id-deċiżjonijiet kollha ta’ maġġoranza importanti tal-Qorti Kostituzzjonali (apparti l-opinjonijiet separati) huma disponibbli wkoll bis-Sloven fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja.
(traduzzjoni mit-test Sloven)
Dokument Nru. VS1011121
Numru ta’ referenza: Deċiżjoni I Up 44/2009
Bord: Liġi amministrattiva
Data tas-sessjoni: 12 ta' Marzu 2009
Qasam: LIĠI DWAR IL-VIŻA, L-AŻIL U L-IMMIGRAZZJONI – (Att dwar il-Proċedura Amministrattiva Ġenerali – ZUP)
Kunċetti ġuridiċi: ażil – smigħ – protezzjoni internazzjonali – applikazzjoni ripetuta – persuna minorenni li qed tfittex ażil – kapaċità proċedurali ta’ minorenni
Bażi ġuridika: Att dwar il-Protezzjoni Internazzjonali (ZMZ): l-Artikoli 42, 42/2, 42/3, 56, 119; Att dwar il-Proċedura Amministrattiva Ġenerali (ZUP): l-Artikoli 46, 237, 237/1-3; Att dwar iż-Żwieġ u r-Relazzjonijiet tal-Familja (ZZZDR): l-Artikoli 107, 108; Att dwar il-Proċedura Ċivili (ZPP): l-Artikolu 409; Att dwar Każijiet Amministrattivi (ZUS-1): l-Artikoli 27, 27/3, 64, 64/1-3, 77.
Sommarju: Tifel jw tifla taħt l-età ta’ 15-il sena ma għandux/għandiex kapaċità ġuridika, għaldaqstant l-awtorità amministrattiva ma kisritx ir-regoli proċedurali meta din ċaħditlu/ċaħditilha l-opportunità li jagħmel dikjarazzjoni dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi li fornew il-bażi għad-deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva.
(disponibbli bl-Ingliż)
Nota: Il-verżjoni bl-Ingliż tad-dokument ippubblikat ġieli tħalli barra ċerta dejta li tingħata fil-verżjoni Slovena, iżda għallinqas dejjem jinżamm is-sommarju tas-sentenza.
Att legali: Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Sħubiji Ċivili bejn Koppji tal-Istess Sess (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru. 65/05) (ZRIPS), l-Artikolu 22.
Dispożizzjonijiet operattivi: L-Artikolu 22 tal-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Sħubiji Ċivili bejn Koppji tal-Istess Sess (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru. 65/05) mhuwiex kostituzzjonali. L-Assemblea Nazzjonali trid tirrimedja din l-inkonsistenza fi żmien sitt xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja.
Sakemm tiġi rimedjata d-dispożizzjoni mhux kostituzzjonali, l-istess regoli jibqgħu japplikaw għall-wirt bejn l-imsieħba fi sħubiji reġistrati bejn persuni tal-istess sess kif japplikaw għall-wirt bejn koppji miżżewġin skont l-Att dwar il-Wirt (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Soċjalista tas-Slovenja, Nri. 15/76 u 23/78 u l-Gazzetta Uffiċjali tar-Republika tas-Slovenja, Nru. 67/01).
Sommarju: Fir-rigward tad-dritt għall-wirt wara l-mewt tas-sieħeb, l-istat tal-imsieħba fi sħubiji reġistrati tal-istess sess (l-Artikolu 22 tal-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Sħubiji bejn Koppji tal-Istess Sess), huwa, fl-aspetti fattwali u legali essenzjali tiegħu, komparabbli mal-istat tal-miżżewġin. Id-differenzi fir-regolament tal-wirt bejn koppji miżżewġin u bejn imsieħba fi sħubiji reġistrati tal-istess sess mhumiex ibbażati fuq ċirkostanzi distinti, oġġettivi u mhux personali, iżda fuq orjentazzjoni sesswali. L-orjentazzjoni sesswali hija waħda miċ-ċirkostanzi personali stabbiliti fl-Artikolu 14(1) tal-Kostituzzjoni. Minħabba l-fatt li ma tista’ tinstab l-ebda raġuni ammissibbli kostituzzjonalment għal dan id-differenzjar, ir-regolament ikkontestat mhuwiex konsistenti mal-Artikolu 14(1) tal-Kostituzzjoni.
Deskritturi: 1.5.51.1.15.1 – Ġustizzja Kostituzzjonali – Deċiżjonijiet – Tipi ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali – Proċeduri ta’ reviżjoni teoretika – Issib li regolament mhuwiex konformi mal-Kostituzzjoni. 1.5.51.1.16 – Ġustizzja Kostituzzjonali – Deċiżjonijiet – Tipi ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali – Proċeduri ta’ reviżjoni teoretika – Talba lil-leġiżlatur sabiex jarmonizza regolament mal-Kostituzzjoni/liġi. 5.2.2.1 – Drittijiet Fundamentali – Ugwaljanza (14.2) – Kriterji ta’ distinzjoni (14.1) - Sess.
Bażi legali: Kostituzzjoni tar-Repubblika tas-Slovenja (URS): l-Artikoli 14.1, 14.2; Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (EKČP): l-Artikolu 14; Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali (ZustS): l-Artikoli 40.2, 48.
Il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema u l-qrati ġenerali l-oħra u dawk speċjalizzati hija disponibbli f’format HTML. Il-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tas-Sovenja hija dejjem disponibbli f’format HTML u ġieli wkoll f’format PDF.
L-informazzjoni disponibbli dwar sentenzi ma tinkludix jekk każ ikunx għadu pendenti, jekk deċiżjoni tkunx waħda irrevokabbli, u jekk hux se jkun hemm proċedimenti ulterjuri.
Il-websajt tal-Qorti Kostituzzjonali, min-naħa l-oħra, toffri informazzjoni bażika dwar kawżi pendenti, bħan-numri ta’ referenza u d-data ta’ applikazzjoni. Kull ġimgħa titpoġġa wkoll aġenda separata għal kull ġimgħa – li telenka l-każijiet li jkunu se jinstemgħu waqt is-sessjoni plenarja regolari ta’ nhar ta’ Ħamis.
Il-qrati jagħżlu l-ġurisdprudenza rilevanti li se tiġi ppubblikata. Il-kriterju ewlieni huwa l-livell ta’ importanza tal-każ għall-iżvilupp tal-ġurisprudenza tal-qrati inferjuri. Is-sentenzi u d-deċiżjonijiet li huma ta’ interess għall-midja ġenerali normalment jiġu ppubblikati flimkien ma’ komunikazzjoni għall-istampa.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Każistika tal-qrati ordinarji
Il-każistika tal-qrati kollha fis-sistema ġudizzjarja Slovakka hija disponibbli, bis-Slovakk, mill-bażi tad-dejta legali onlajn JASPI.
Każistika tal-Qorti Suprema
Il-każistika tal-Qorti Suprema hija disponibbli, bis-Slovakk, fuq il-websajt tal-Qorti Suprema.
Il-każistika tal-qrati ordinarji hija disponibbli fil-format html, filwaqt li l-każistika tal-Qorti Suprema hija disponibbli fil-format pdf.
Hemm informazzjoni disponibbli dwar:
Is-sentenzi tal-qrati fis-Slovakkja m'għandomx saħħa legali vinkolanti ġenerali. Mhumiex għajn tal-liġi. Madankollu, is-sentenzi tal-qrati jsegwu s-sentenzi tal-Qorti Suprema Slovakka, li huma għajn ta’ liġi de facto.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din il-paġna tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-ġurisprudenza tal-Finlandja.
Għall-Qrati Supremi u għall-parti l-kbira tal-qrati l-oħra, il-kelmiet prinċipali u t-titolu jintwerew flimkien mad-dati u man-numru ta’ reġistrazzjoni.
Il-Qorti Suprema Finlandiża
kelma prinċipali | Kuntratt ta’ impjieg – Trasferiment ta’ impriża – Liġi tal-UE – Impatt tal-intepretazzjoni tad-direttiva Numru ta’ reġistrazzjoni: S2006/340 Data tal-preżentata: 29.1.2009 Data tas-sentenza: 23.4.2009 Proċess: 835 |
sommarju fil-qosor | Il-kawża tikkonċerna d-dritt ta’ impjegat li rriżenja waqt it-trasferiment ta’ intrapriża sabiex jirċievi kumpens mingħand l-akkwirent tal-intrapriża, fuq il-bażi tas-Sezzjoni 6 tal-Kapitolu 7 tal-Att dwar il-Kuntratti tal-Impjieg, fejn jiġi kkunsidrat l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE. |
leġiżlazzjoni | Att 55/2001 dwar il-Kuntratti tal-Impjieg, Kapitolu 7, Sezzjoni 6 Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet [tal]-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet [tal]-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, Artikolu 4(2) |
It-tabella t’hawn fuq turi l-informazzjoni disponibbli dwar is-sentenzi tal-Qorti Suprema. Is-sezzjoni tal-kelmiet prinċipali tinkludi l-kelmiet prinċipali u d-data tas-sentenza; is-sommarju fil-qosor jiddeskrivi l-kontenut prinċipali tas-sentenza, u r-referenzi għal-leġiżlazzjoni jinkludu informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE rilevanti.
Il-ġurisprudenza fil-Finlandja hija disponibbli f’format HTML.
Hija disponibbli informazzjoni dwar proċedimenti ulterjuri fil-qrati li ġejjin:
Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza fuq il-livell nazzjonali u fuq il-livell tal-qrati.
Il-Qorti Suprema u qrati speċjali jippubblikaw ġurisprudenza sħiħa, filwaqt li fi qrati oħrajn, tiġi ppubblikata biss għażla mill-ġurisprudenza, jiddependi mill-importanza tal-kawża, mill-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida jew ta’ emendi għal-leġiżlazzjoni eżistenti, u mill-ħtieġa li jkun hemm armonizzazzjoni fl-implimentazzjoni.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din il-paġna tipprovdik b’deskrizzoni qasira tal-ġurisprudenza tal-Iżvezja, kif ukoll deskrizzjoni tal-bażijiet tad-dejta tal-ġurisprudenza rilevanti.
Qrati Supremi | Qrati oħrajn | |
Ġurisprudenza ppreżentata bit-titoli | Iva | Iva |
It-titoli huma fil-forma ta’ sentenza, jew ftit sentenzi, li tiddeskrivi / jiddeskrivu l-qofol tal-każ.
“Kwistjoni dwar ix-xerrejja ta’ radd ta’ proprjetà; żbalji fil-proprjetà f’terminu raġonevoli wara li jkunu nnutaw jew li kellhom jinnutaw l-iżball.”
Il-ġurisprudenza hija disponibbli f’format HTML.
Qrati Supremi | Qrati oħrajn | |
Hemm informazzjoni disponibbli Dwar l-appelli? | Le | Le |
Dwar jekk każ għadux pendenti? | Le | Le |
Dwar ir-riżultat tal-appelli? | Le | Le |
Dwar l-irrevokabbiltà tad-deċiżjoni? | Le | Le |
Dwar proċedimenti ulterjuri quddiem Qorti oħra interna (Qorti Kostituzzjonali…)? Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja? Il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem? | Le | Le |
Is-sistema fiha biss sentenzi li għandhom saħħa legali.
Fuq il-livell nazzjonali? | Fuq il-livell tal-qrati? | |
Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza? | Iva | Iva |
Hemm ordinanza governattiva li tirregola, fost affarijiet oħrajn, kif tippubblika dejta personali fuq il-bażi tad-dejta tal-ġurisprudenza.
Qrati Supremi | Qrati oħrajn | |
Tiġi ppubblikata l-ġurisprudenza kollha jew għażla biss? | Għażla biss | Għażla biss |
L-istess ordinanza tgħid ukoll li l-qorti stess tiddeċiedi liema deċiżjonijiet għandhom ikunu rikonoxxuti bħala ta’ gwida u jiġu ppubblikati fil-bażi tad-dejta.
Qrati Supremi | Qrati oħrajn | |
Id-deċiżjonijiet tal-qorti jkunu disponibbli fuq is-sit elettroniku anonimizzati? | Iva | Iva |
Jekk iva, Id-deċiżjonijiet kollha? | Iva | Iva |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni tal-ġurisprudenza tar-Renju Unit, u tiffoka fuq il-ġuriżdizzjoni tal-Ingilterra u Wales. Id-deskrizzjoni tikkonċentra fuq il-ġurisprudenza mill-bażijiet ta' dejta li jkunu disponibbli liberament għall-pubbliku.
Ħafna mill-ġurisprudenza tal-qrati tar-Renju Unit fil-ġuriżdizzjoni tal-Ingilterra u Wales hija aċċessibbli għall-pubbliku.
Il-kawżi kollha tal-Qorti Suprema u s-sentenzi sustantivi kollha tal-Qorti tal-Appell Ċivili jiġu rrappurtati. Is-sentenzi kollha tal-Qorti Amministrattiva, u wħud mis-sentenzi tal-Qorti Superjuri li jkunu ta' interess ġuridiku jew pubbliku partikolari, jiġu ppubblikati. Sentenzi tat-taqsima kriminali tal-Qorti tal-Appell jiġu ppubblikati jekk ikunu ta' interess ġuridiku jew pubbliku. Id-deċiżjonijiet minn kawżi tal-familja u xi kawżi kriminali jistgħu jkunu anonimizzati. Deċiżjonijiet tat-Tribunal tal-Ewwel Istanza u tat-Tribunal Superjuri jiġu ppubblikati meta jkunu ta' interess ġuridiku jew pubbliku.
Ladarba tinqata’ sentenza, hija normalment tiġi ppubblikata bejn 24 siegħa u ġimagħtejn wara. Jekk is-sentenza tingħata bil-miktub, normalment tiġi ppubblikata dakinhar stess.
Sentenzi tal-House of Lords: arkivju. Il-House of Lords kienet l-ogħla Qorti tal-Appell fir-Renju Unit sat-30 ta' Lulju 2009. Is-sentenzi kollha tal-Law Lords mill-14 ta' Novembru 1996 sat-30 ta' Lulju 2009 huma aċċessibbli mis-sit elettroniku tal-Parlament.
Arkivji Parlamentari. Aċċess għas-sentenzi tal-House of Lords qabel l-1996 jista' jsir permezz tal-Arkivji Parlamentari. L-Arkivji fihom kawżi ta' appell u reġistri oħrajn tal-House of Lords fil-kapaċità ġudizzjarja tagħha, li jmorru lura sal-1621
Is-sit elettroniku tal-Qorti Suprema. Mill-1 ta' Ottubru 2009, il-Qorti Suprema tar-Renju Unit assumiet il-ġuriżdizzjoni dwar il-punti ġuridiċi għall-kawżi ċivili kollha fir-Renju Unit u l-kawżi kriminali kollha fl-Ingilterra u Wales u fl-Irlanda ta' Fuq. Is-sentenzi kollha jinsabu fis-sit elettroniku tal-Qorti Suprema.
The Incoporated Council of Law Reporting (ICLR) hija għaqda karitattiva legali stabbilita fl-1865. Huma jippubblikaw ir-rapporti ġuridiċi tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji tal-Qrati Superjuri u tal-Appell fl-Ingilterra u Wales. Ħafna mill-prodotti tagħhom huma pprovduti biss b'abbonament imma jipproduċu wkoll WLR Daily li jipprovdi taqsiriet b'xejn tal-kawżi fi żmien 24 siegħa mis-sentenza u faċilità bla ħlas ta' Tfittxija tal-Kawżi.
BAILII Il-British and Irish Legal Information Institute (L-Istitut Brittaniku u Irlandiż tal-Informazzjoni Ġuridika - BAILII) jipprovdi aċċess onlajn b'xejn għal sett komprensiv ħafna ta' materjali ġuridiċi primarji Brittaniċi u Irlandiżi fosthom il-ġurisprudenza. Il-faċilità ta' tfittxija tippermetti lill-utenti jfittxu l-kawżi fi qrati speċifiċi jew madwar ġuriżdizzjonijiet multipli.
Permezz tal-Proġett Open Law, BAILII qed jidentifika wkoll kawżi prinċipali mill-imgħoddi u jagħmilhom aċċessibbli liberament u bla ħlas fuq l-internet bħala appoġġ għall-edukazzjoni ġuridika.
Reċentement BAILII kkollabora mal-ICLR u issa jipprovdi ħoloq għat-taqsiriet tas-sentenzi tal-ICLR (meta jkun hemm) bl-għażla li tixtri r-rapport awtorizzat tal-kawża mill-ICLR f'format PDF.
Il-ġabriet li ġejjin huma aċċessibbli mis-sit elettroniku ta' Bailii:
Ir-Rapporti Ingliżi (mill-1220 sal-1873) jinsabu f'CommonLII
BAILLII jinkludi wkoll dettalji tad-deċiżjonijiet ta’ diversi tribunali tar-Renju Unit:
BAILLII House of Lords Sit elettroniku tal-Qorti Suprema ICLR
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din il-paġna tipprovdik b’deskrizzjoni tal-ġurisprudenza tar-Renju Unit, b’attenzjoni partikolari fuq il-ġuriżdizzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq. Id-deskrizzjoni tikkonċentra fuq il-ġurisprudenza li hija disponibbli f’bażijiet tad-dejta li huma aċċessibbli għall-pubbliku.
Il-biċċa l-kbira tal-ġurisprudenza mill-qrati tal-Irlanda ta' Fuq li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tar-RU huma disponibbli għall-pubbliku.
Il-ġurisprudenza tiġi ppubblikata għal Qorti tal-Kuruna, il-High Court, il-Qorti tal-Appell u l-Qorti Suprema tar-Renju Unit.
Id-deċiżjonijiet ta' ċerti kawżi tal-familja u kriminali jistgħu jkunu anonimi.
Il-ġurisprudenza ilha tiġi ppublikata mill-1999 fl-Irlanda ta' Fuq. Kif tingħata sentenza, il-kawża tiġi ppubblikata normalment 24 siegħa jew ġimagħtejn wara.
Is- Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq ilu jippubblika s-sentenzi tal- Qorti tal-Kuruna, il-High Court u l-Qorti tal-Appell fuq is-sit elettroniku tiegħu mill-1999. L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.
Is-sentenzi li huma disponibbli mill-Kumitat tal-Appell tal- House of Lords huma dawk li ngħataw bejn l-14 ta' Novembru 1996 sat-30 ta' Lulju 2009. F'Ottubru tal-2009 il-Qorti Suprema ħadet post il-Kumitat tal-Appell tal-House of Lords u s-sentenzi tagħha huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tagħha. L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.
Għadd ta' repożitorji nazzjonali ġuridiċi u bażijiet tad-dejta ġuridiċi huma disponibbli.
Il-bażi tad-dejta "Bailii" (L-Istitut Brittaniku u Irlandiż tal-Informazzjoni Ġuridika) fiha deċiżjonijiet mill-Qorti tal-Kuruna, mill-High Court Chancery Division, High Court Family Decision, High Court Queen’s Bench, High Court Master’s Decisions, mill-Qorti tal-Appell minn Novembru 1998, mill- House of Lords mill-1838, u s-sentenzi tal-Qorti Suprema minn Ottubru 2009. L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.
Is- sit elettroniku Bailii fih ukoll dettalji tad-deċiżjonijiet minn diversi tribunali fir-Renju Unit:
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Din it-taqsima tipprovdik b’deskrizzjoni tal-ġurisprudenza tar-Renju Unit, b’attenzjoni partikolari fuq il-ġuriżdizzjoni tal-Iskozja. Id-deskrizzjoni tikkonċentra fuq il-ġurisprudenza li hija disponibbli f’bażijiet tad-dejta li huma aċċessibbli għall-pubbliku.
Il-parti l-kbira tal-ġurisprudenza mill-qrati tal-ġurisdizzjoni tal-Iskozja fir-Renju Unit hija disponibbi għall-pubbliku.
Il-ġurisprudenza hija pubblikata għall-Court of Session u l-Appellate Committee of the House of Lords, li fl-1 ta’ Ottubru 2009 se jiġi sostitwit mill-Qorti Suprema (Supreme Court) tar-Renju Unit. Jiġu ppubblikati wkoll sentenzi ta’ interess partikolari mill-Qrati tax-Sheriff.
Il-ġurisprudenza hija pubblikata għall-Qrati tax-Sheriff u l-High Court of Justiciary, li hija l-Qorti Kriminali Suprema għall-Iskozja.
Id-deċiżjonijiet dwar xi kawżi tal-familja u xi kawżi kriminali jistgħu jkun anonomi.
Il-ġurisprudenza ilha tiġi ppubblikata mill-1998. Ladarba tingħata sentenza, il-ġurisprudenza normalment tiġi ppubblikata bejn 24 siegħa u ġimagħtejn wara.
Is-Servizz tal-Qrati Skoċċiżi ppubblika s-sentenzi tal-Qrati tax-Sheriff, tal-Court of Session u tal-High Court of Justiciary fuq is-sit elettroniku tiegħu minn Settembru 1998. Hemm żewġ tiftixiet separati disponibbli, li jkopru l-Court of Session u l-High Court of Justiciary u l-Qrati tax-Sheriff. L-aċċess għal dawn is-sentenzi huwa mingħajr ħlas.
Is-sentenzi huma disponibbli mill-Appellate Committee of the House of Lords mill-14 ta’ Novembru 1996 sat-30 ta’ Lulju 2009. L-aċċess għal dawn is-sentenzi huwa mingħajr ħlas.
Hemm ukoll għadd ta’ repożitorji legali nazzjonali u bażijiet tad-dejta legali disponibbli.
Il-bażi tad-dejta ‘Bailii’ (British and Irish Legal Information Institute - Istitut tal-Informazzjoni Legali Britannika u Irlandiża) fiha deċiżjonijiet mill-Court of Session mill-1879, mill-High Court of Justiciary mill-1914, mill-Qorti tax-Sheriff mill-1998 u mill-House of Lords mill-1838. L-aċċess għal dawn is-sentenzi huwa mingħajr ħlas.
Is-sit elettroniku tal-Bailii fih ukoll dettalji ta’ deċiżjonijiet minn bosta tribunali tar-Renju Unit:
Bailii, House of Lords, Sit Elettroniku tal-Bailii, House of Lords, Servizz tal-Qrati Skoċċiżi, Court of Session u l-High Court of Justiciary, Qrati tax-Sheriff