Il-qrati tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) japplikaw u jinterpretaw il-liġi tal-Istati Membri rilevanti kif ukoll id-dritt tal-UE. Għalhekk, huwa fl-interess taċ-ċittadini u tal-professjonisti legali li jkollhom aċċess mhux biss għall-ġurisprudenza tal-Istat Membru tagħhom, iżda anki għal dik tal-Istati Membri tal-UE l-oħra.
Il-parti l-kbira tal-Istati Membri għandhom bażi tad-dejta waħda jew iktar tad-deċiżjonijiet u tal-opinjonijiet tal-qrati tagħhom – rigward id-dritt tal-UE, il-liġi nazzjonali kif ukoll il-liġi reġjonali u/jew lokali. L-informazzjoni disponibbli fuq l-Internet xi drabi tista’ tkun ristretta għal ċerti qrati (pereżempju, il-qrati supremi) jew għal ċerti tipi ta’ deċiżjonijiet.
Tista’ tagħmel tiftix għall-ġurisprudenza tal-Istat Membru jew permezz ta’ bażi tad-dejta tal-Istat Membru billi tagħżel waħda mill-bnadar elenkati fuq il-lemin se ssib ruħek fil-paġna nazzjonali rilevanti; jew tista’ tuża waħda mill-bażijiet tad-dejta Ewropej (il-lista li ġejja tista’ ma tkunx kompluta):
Barra minn hekk, il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika (e-Justice) jipprovdi wkoll informazzjoni dwar id-diversi qrati tal-Istati Membri. Bosta minn dawn il-qrati għandhom sit elettroniku li jipprovdi bażi tad-dejta tal-ġurisprudenza tagħhom.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.