Sib informazzjoni għal kull reġjun
Każistika disponibbli onlajn
Il-każistika tar-Rumanija hija disponibbli fuq il-websajt tal-Qorti Suprema (il-Qorti Suprema ta-Kassazzjoni u l-Ġustizzja).
Preżentazzjoni ta’ sentenzi / Intestaturi
Fis-sit elettroniku tal-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja jiġu ppubblikati żewġ tipi ta’ deċiżjonijiet:
1. Sommarji tas-sentenzi, u l-intestaturi tagħhom. Il-mudell (template) fih l-informazzjoni li ġejja:
- kelmiet ewlenin;
- sommarju ta’ oqsma legali;
- indiċi alfabetiku;
- għal-leġislazzjoni applikata fis-sentenza (numru u s-sena tal-att, artikoli);
- transunt tas-sentenza (id-dejta personali ma tkunx disponibbli, l-ismijiet u d-dettalji personali tal-partijiet ma jintwerewx u l-ismijiet tal-imħallfin ma jkunux imsemmija).
2. Sentenzi anonimizzati mingħajr intestaturi (differenti minn sommarji tas-sentenzi). L-interfaċċja tat-tiftix tippermetti tiftixiet bl-użu ta' seba' kriterji differenti:
- kelmiet ewlenin individwali;
- espressjoni;
- sezzjoni;
- numru tas-sentenza;
- sena tas-sentenza;
- numru tal-kawża;
- sena tal-kawża;
Intestaturi fis-sezzjoni ċivili
Hawn taħt huwa eżempju ta’ intestatura mis-Sezzjoni Ċivili:
- L-irtirar ta’ drittijiet tat-trademarks. Il-kalkolu tal-perjodu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu tat-trademark. Oġġezzjoni rigward il-karattru prematur ta’ din l-azzjoni.
- Werrej skont iż-żona: Liġi Ċivili. Liġi dwar il-proprjetà intelletwali. Trademarks.
- Indiċi alfabetiku; L-irtirar ta’ drittijiet tat-trademarks.
- Il-limitu ta’ żmien għall-irtirar.
- Irtirar prematur.
- Att Nru 84/1998: Artikolu 45(1)(a).
Intestaturi fis-sezzjoni kriminali
Hawn taħt hija intestatura mis-Sezzjoni kriminali:
- Ġurisdizzjoni tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja. Ġurisdizzjoni bbażata fuq l-istatus tal-persuna. Ġurisdizzjoni f’każ ta’ bidla fi status tal-konvenut.
- Werrej skont iż-żona: Liġi kriminali proċedurali. Parti Ġenerali. Ġurisdizzjoni. Ġurisdizzjoni bbażata fuq il-każ in kwistjoni u l-istatus tal-persuna
- Indiċi alfabetiku; Liġi kriminali proċedurali.
- Ġurisdizzjoni tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja.
- Ġurisdizzjoni f’każ ta’ bidla fi status tal-konvenut.
- Kodiċi ta’ proċedura kriminali, l-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 40.
Intestaturi tal-Portal tal-Qorti
Hawn taħt hija intestatura mill-Portal tal-Qortitar-Rumanija:
- Titolu: Detenzjoni proviżorja. Terminazzjoni legali tad-detenzjoni proviżorja tal-konvenut.
- Tip ta' kawża: Sentenza
- Numru tal-kawża: 55
- Data tal-kawża: 1/7/2004
- Il-qasam relatat: Proċedura Kriminali u Ċivili (appelli, ġurisdizzjoni, eċċ.)
- Istituzzjoni (qorti speċifika): Alba Iulia Qorti tal-Appell — Sezzjoni kriminali
Formati
Id-dokumenti pprovduti mill-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja u tal-qrati l-oħra huma disponibbli f’format html.
Qrati kkonċernati
Il-qrati kkonċernati jinkludu l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja u qrati ordinarji.
Proċeduri sussegwenti
Qrati Supremi |
Qrati oħrajn |
|
Hemm informazzjoni disponibbli fir-rigward ta': appelli? |
- |
Iva |
każijiet pendenti? |
- |
Iva |
riżultati ta’ appelli? |
- |
Tirrikjedi indirettament tiftixa għall-kawża fejn jiġi speċifikat it-tip ta’ stadju tal-ġuri bħala ‘appell'. |
il-karattru irrevokabbli ta’ sentenza? |
Hemm informazzjoni disponibbli fir-rigward ta': il-karattru irrevokabbli tas-sentenzi tal-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja? |
Iva |
Proċeduri sussegwenti qabel: qrati nazzjonali oħra (Qorti Kostituzzjonali, eċċ.)? Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea? il-Qorti tad-Drittijet tal-Bniedem? |
- |
Iva |
Fil-każ tal-qrati ordinarji, heminf ormazzjoni disponibbli fuq il-Portal tal-Qorti, li jirreferi għall-kawżi (fajls): stadju proċedurali (sostantiv, appell, eċċ.), partijiet, smigħ, appelli mressqa u rikorsi ppubblikati (din hi funzjonalità ġdida). Kawża tista’ tiġi aċċessata bl-użu ta’ magna tat-tiftix ġenerali fuq il-Portal tal-Qorti (din hija funzjonalità ġdida). Is-sommarji tas-sentenzi ppubblikati jistgħu jinkludu informazzjoni dwar il-karattru irrevokabbli tas-sentenzi u sussegwentement proċedimenti quddiem qrati nazzjonali oħra (Qorti Kostituzzjonali).
Regoli tal-pubblikazzjoni
Il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja
Minħabba s-sinifikat u n-natura speċifika tal-kawżi u s-sentenzi korrispondenti, se tiġi ppubblikata biss għażla mill-każistika tal-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja.
Il-pubblikazzjonijiet tal-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja huma aġġornati fuq bażi ta’ kull xahar u huma disponibbli mill-2002 ’il quddiem.
Qrati Rumeni oħrajn
Fil-każ ta’ qrati Rumeni oħrajn, se tiġi ppubblikata biss għażla ta’ sentenzi, li tiddependi fuq is-sinifikat u n-natura unika tal-kawżi kkonċernati. L-għażla ssir f’kull qorti individwali.
Il-pubblikazzjonijiet tal-qrati Rumeni l-oħra jiġu aġġornati fuq bażi ta' kull xahar u huma disponibbli mill-2004 'il quddiem.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.