Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Każistika nazzjonali

Portugall

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar il-ġurisprudenza Portugiża.

Il-kontenut ipprovdut minn
Portugall
Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Fil-Portugall id-dritt għall-informazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja huwa dritt fundamentali taċ-ċittadini li huwa stabbilit espressament fl-Artikolu 20(2) tal-Kostituzzjoni tal-Portugall u implimentat bil-Liġi Nru 34/2004 tad-29 ta' Lulju 2004, kif emendat mil-Liġi Nru 47/2007 tat-28 ta' Awwissu 2007 li jistabbilixxi r-regoli ta' aċċess għall-ġustizzja u għall-qrati.

Skont l-Artikolu 4 ta' din il-liġi, huwa d-dmir tal-gvern li jieħu passi biex jgħarraf lill-pubbliku dwar din il-liġi u s-sistema ġudizzjarja, bil-Ministeru tal-Ġustizzja responsabbli sabiex jagħti informazzjoni ġuridika, kemm permezz ta' pubblikazzjonijiet jew forom oħra ta' komunikazzjoni, sabiex jiġi żgurat eżerċizzju aħjar tad-drittijiet u l-kisba tal-obbligi stabbiliti fil-liġi.

Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji huwa prinċipju internazzjonali stabbilit kemm fl-Artikolu 10 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fl-Artikolu 6 tal-konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Dan il-prinċipju huwa stabbilit l-ewwel nett fl-Artikolu 206 tal-Kostituzzjoni (marbut ukoll ma' seduti tal-qorti) u fid-diversi liġijiet li jirregolaw ġuriżdizzjonijiet differenti, prinċipalment:

  • L-Artikoli 167 u 656 tal-Kodiċi ta' Proċedura Civili
  • L-Artikoli 86(1), 87 u 321(3) tal-Kodiċi ta' Proċedura Civili
  • L-Artikoli 3 u 115 tal-liġi dwar l-organizzazzjoni, il-ħidma u l-proċedura tal-Qorti Kostituzzjonali.
  • L-Artikolu 30 tal-Kodiċi tal-Proċedura tal-Qorti Amministrattiva

Il-Ministeru huwa responsabbli mill-ġestjoni ta' numru ta' bażijiet tad-dejta ta' dokumenti legali li jistgħu jinsabu fuq is-sit elettroniku http://www.dgsi.pt/. Huma ppubblikati wkoll fil-Gazzetta Uffiċjali u disponibbli fuq is-sit elettroniku https://dre.pt/:

  • Id-deċiżjonijiet u s-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali dwar l-inkostituzzjonalità jew l-illegalità ta' liġi jew l-inkostituzzjonalità ta' ommissjoni
  • Deċiżjonijiet tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Awdituri biex jarmonizzaw il-ġurisprudenza u d-deċiżjonijiet tal-Qorti Amministrattiva Suprema li bil-liġi huma ġeneralment vinkolanti.
  • Deċiżjonijiet ta' qrati oħra li ġeneralment huwa vinkolanti

Struttura tad-deċiżjonijiet/intestaturi

Is-sit elettroniku http://www.dgsi.pt/jagġti aċċess għal numru ta' bażijiet tad-dejta ta' dokumenti preċedenti u l-libreriji għar-referenza bibljografika tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Waqt tfittxija f'waħda minn dawn il-bażijiet tad-dejta inti tista tara l-aktar dokumenti riċenti li jkunu daħlu u l-għodda ta' navigazzjoni li tagħti aċċess għal diversi tipi ta' tfittxija permessa (tfittxija b'xejn skont it-terminu, il-qasam u d-deskrizzjoni).

Il-paġna tad-dħul jew tar-riżultati turi d-dokumenti skont l-intestatura, il-kontenut u l-informazzjoni li ġejja:

  • In-Numru tal-Kawża
  • Id-data tal-kawża
  • L-imħallef li ta l-opinjoni tal-qorti
  • Deskrizzjoni

Eżempji ta' intestatura

Deċiżjonijiet tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja

ID-DATA TAS-SEDUTA

IDENTIFIKAZZJONI TAL-KAWŻA

L-IMĦALLEF LI TA L-OPINJONI TAL-QORTI

DESKRIZZJONI

25.3.2009

08S2592

BRAVO SERRA

TMIEM TAL-KUNTRATT TAL-IMPJIEG

Formati

It-test sħiħ tas-sentenza huwa disponibbli (soġġett għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali) f'format html.

Qrati kkonċernati

Il-bażijiet tad-dejta disponibbli fuq http://www.dgsi.pt/ fihom il-ġurisprudenza tal-qrati/entitajiet li ġejjin:

  • Qorti Suprema tal-Ġustizzja
  • Qrati tal-Appell (Coimbra, Évora, Lisbona, Porto and Guimarães)
  • Qorti Kostituzzjonali
  • Qorti Amminstrattiva Suprema
  • Qrati Ċentrali Amministrattivi (Tramuntana u Nofsinhar)
  • Qrati tal-Kunflitti tal-Ġuriżdizzjoni
  • Opinjonijiet tal-Uffiċju tal-Prosekutur Pubbliku
  • Kummissarji tal-Ġustizzja

Proċedimenti oħra

Fil-Portugall, tista’ ssib informazzjoni għal numru ta’ proċedimenti, kif turi t-tabella t’hawn taħt.

Hija disponibbli informazzjoni dwar:

Qrati Supremi

Qrati oħrajn

Appelli?

Iva

Iva

Jekk il-kawża għadha pendenti?

Le

Le

L-eżitu tal-appelli?

Iva

Iva

L-irrevokabilità tad-deċiżjoni?

Le

Le

Kawżi oħra

  • quddiem qorti Portugiża oħra (Qorti Kostituzzjonali, eċċ)?
  • quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?
  • quddiem il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Regoli tal-pubblikazzjoni

Fuq il-livell nazzjonali, m’hemm l-ebda regola vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza. Madankollu, hemm regoli vinkolanti fil-Portugall dwar il-pubblikazzjoni mill-qrati.

Fil-Portugall tiġi ppubblikata biss għażla ta' ġurisprudenza. Il-kriterji applikati huma l-importanza u r-rilevanza.

Ħoloq utli

Bażijiet tad-dejta ta' dokumenti legali

L-aħħar aġġornament: 22/01/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna