Sib informazzjoni għal kull reġjun
Ġurisprudenza disponibbli fuq sit elettroniku
Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet / Titoli
Qrati Supremi |
Qrati oħrajn |
|
Ġurisprudenza ppreżentata bit-titoli |
|
Le |
Eżempju ta’ titolu/i
Tribunal Kostituzzjonali – Għotja tal-Komunità fl-attivitajiet ta’ skola tat-trabi mhux pubblika.
Spjegazzjoni |
|
Id-deċiżjoni tal-2008-12-18, numru K 19/07 |
Tip ta’ deċiżjoni (sentenza/deċiżjoni/...), data u numru ta’ riferenza tal-fajl tal-każ. |
Għotja tal-Komunità fl-attivitajiet ta’ skola tat-trabi mhux pubblika. |
Titolu |
Z.U. 2008 / 10A / 182 |
Pubblikat fil-kollezzjoni uffiċjali tal-ġurisdizzjoni tat-Tribunal Kostituzzjonali, maħruġa mill-Uffiċċju tat-Tribunal |
Dz. U. 2008.235.1618 ta’ 2008-12-30 |
Pubblikat fl-ġurnal uffiċjali |
Links għas-sentenza f’formati MS WORD u PDF |
Qorti Amministrattiva Suprema
2009-04-07 Is-sentenza hija irrevokabbli |
|
Data tal-irċevuta |
2007-09-10 |
Isem tal-qorti |
Qorti Amministrattiva Suprema (Naczelny Sąd Administracyjny) |
Ismijiet tal-imħallfin |
Janusz Zubrzycki Marek Kołaczek Tomasz Kolanowski |
Simbolu b’deskrizzjoni: |
6110 VAT |
Kliem prinċipali: |
Proċedura ta’ taxxa VAT |
Każijiet oħrajn relatati: |
I SA/Lu 454/05 - Wyrok WSA w Lublinie z 2007-05-09 |
Kontra: |
Direttur tal-Kamra Fiskali |
Kontenut |
Is-sentenza appellata ġiet imħassra, u l-każ ġie ttrasferit lill-qorti amministrattiva tad-distrett għall-eżaminazzjoni mill-ġdid |
Referenza għal-liġi: |
Dz.U. 2005 nr 8 poz 60 art. 70 par. 1, art. 108 par. 2 pkt 2 lit a, art. 116 par. 1, art. 118 par. 1, art. 127, art. 151, art. 152, art. 187, art. 188, art. 191 Dz.U. 2002 nr 153 poz 1270 art. 141 par. 4, art. 145 par. 1 pkt 1 lit. a, art. 151 Dz.U. 1934 nr 93 poz 836 art. 1, art. 2, art. 4, art. 20. |
Formati
- Tribunal Kostituzzjonali (Trybunał Konstytucyjny) – DOC, PDF
- Qorti Amministrattiva Suprema (Naczelny Sąd Administracyjny) – HTML
- Qorti Suprema (Sąd Najwyższy) – PDF
- Qorti Amministrattiva Suprema – HTML
Proċedimenti ulterjuri
Qrati Supremi |
Qrati oħrajn |
|
– Hemm informazzjoni disponibbli dwar l-appell? |
Iva, minn tribunal kostituzzjonali. Is-sentenzi kollha tal-qorti suprema huma riżultat ta’ appell. |
Dejta mhux disponibbli |
– Il-każ għadu pendenti? |
Iva, fit- tribunal kostituzzjonali. L-appell quddiem il-Qorti Suprema jsir skont il-kontenut tas-sentenza. |
Dejta mhux disponibbli |
– Ir-riżultat tal-appelli? |
Iva |
Dejta mhux disponibbli |
– Id-deċiżjoni hija irrevokabbli? |
Iva, fit- tribunal kostituzzjonali Iva, fejn il-każ tressaq quddiem il-Qorti Amministrattiva Suprema Issir deċiżjoni skont il-kontenut tas-sentenza. |
Dejta mhux disponibbli |
Kien hemm proċedimenti qabel quddiem qorti interna oħra: – Qorti kostituzzjonali? – Qorti esterna: – Qorti tal-Ġustizzja Ewropea? – Qorti tad-Drittijiet Umani? |
Le |
Dejta mhux disponibbli |
Hemm qrati amministrattivi provinċjali (l-ewwel istanza) kif ukoll il-Qorti Amministrattiva Suprema (tieni istanza) li għalihom is-sentenzi huma disponibbli fuq is-sit elettroniku. Hemm ukoll link bejn is-sentenzi rilevanti.
Regoli tal-pubblikazzjoni
Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza fil-Polonja. Japplikaw għal dawn:
- It-Tribunal Kostituzzjonali (Trybunał Konstytucyjny), li għalih tiġi ppubblikata l-ġurisprudenza sħiħa
- Il-Qorti Amministrattiva Suprema (Naczelny Sąd Administracyjny), li għaliha tiġi ppubblikata l-ġurisprudenza sħiħa
- Il-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy), li għaliha tiġi ppubblikata biss għażla mill-ġurisprudenza,
Ir-responsabbiltajiet tal-pubblikazzjoni tal-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy) huma stabbiliti fl-Artikolu 7 tal-Att dwar il-Qorti Suprema (23 ta’ Novembru 2002) ) (ustawa z dnia 23 listopada 2002 r. o Sądzie Najwyższym). Skont il-ktieb ta’ istruzzjonijiet tal-Qorti Suprema, il-korrispondent tal-istampa u l-assistenti tal-imħallef huma inkarigati mis-servizz tal-pubblikazzjoni.
Il-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza tat-Tribunal Kostituzzjonali (Trybunał Konstytucyjny) hija prevista fl-Artikolu 190 tal-Kostituzzjoni Pollakka.
Verżjoni sħiħa ta’ sentenza tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku malli l-imħallfin ikunu ffirmaw il-ġustifikazzjoni
L-Artikolu 42 tal-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Amministrattivi (Prawo o ustroju sądów administracyjnych) jimponi wkoll l-obbligu tal-pubblikazzjoni fuq il-President tal-Qorti Amministrattiva Suprema Prezes (Naczelnego Sądu Administracyjnego). Regoli aktar dettaljati huma speċifikati mill-Ordinanza tal-President tal-Qorti Amministrattiva Suprema, li jipprovdi għall-istabbiliment ta’ bażi tad-dejta ċentrali ta’ sentenzi u ta’ informazzjoni dwar każijiet tal-qorti amministrattiva, u dwar l-għoti ta’ aċċess għal dawn is-sentenzi fuq is-sit elettroniku.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.