Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Każistika nazzjonali

Lussemburgu

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar il-ġurisprudenza tal-Lussemburgu.

Il-kontenut ipprovdut minn
Lussemburgu

Il-ġurisprudenza aċċessibbli elettronikament

Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet / Intestaturi

Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji onlajn huma mniżżlin skont id-data jew in-numru tagħhom.

Formati

Il-ġurisprudenza hija aċċessibbli jew f'format Word jew PDF.

Il-qrati kkonċernati

Is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja għandhu sezzjoni ddedikata għall-Qorti Kostituzzjonali li minnha tista' tiġi aċċessata wkoll lista' ta' sentenzi tal-Qorti.

Is-sit elettroniku tal-Qorti u t-Tribunal Amministrattivi tal-Lussemburgu għandu wkoll bażi tad-dejta bis-sentenzi u d-deċiżjonijiet ta' dawn iż-żewġ qrati.

Is-sit elettroniku tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tippermetti l-konsultazzjoni ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji (anonimi) mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali, il-Qorti tal-Kassazzjoni u l-qrati amministrattivi.

Proċeduri oħra

Tista' tinkiseb ukoll informazzjoni dwar:

  • il-proċeduri tal-appell;
  • l-istadju ta' fejn tkun waslet kawża (pereż. kawża għaddejja);
  • l-eżitu tal-proċeduri tal-appell;
  • l-irrevokabbiltà tad-deċiżjonijiet mogħtija;
  • proċeduri oħra quddiem il-Qorti kostituzzjonali kif ukoll il-Qorti u t-tribunali amministrattivi.

Il-ġurisprudenza tal-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja, tal-Qorti Kostituzzjonali kif ukoll tal-Qorti u t-tribunal Amministrattivi jiġu ppubblikati fuq il-portal tas-servizzi ġudizzjarji tal-Lussemburgu, fuq is-sit elettroniku tal-qrati fil-qasam amministrattiv.

Ir-regoli tal-pubblikazzjoni

Il-kawżi ta' natura kostituzzjonali jridu jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ("Mémorial").

Ħoloq relatati

Il-qrati fil-qasam amministrattiv

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

Il-Portal tas-servizzi ġudizzjarji tal-Lussemburgu

L-aħħar aġġornament: 10/06/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.