Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn il-ġurisprudenza Taljana, kif ukoll b’deskrizzjoni tal-bażijiet tad-dejta tal-ġurisprudenza rilevanti u links għalihom.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Is-sistema ġudizzjarja Taljana tipprovdi informazzjoni dwar il-ġurisprudenza fuq diversi siti web.
Il-Corte di Cassazione (Qorti tal-Kassazzjoni), hija l-ogħla qorti fis-sistema ġudizzjarja Taljana. Is-sit tal-internet tagħha għandu ħafna kontenut. Hemm żewġ taqsimiet ewlenin:
l-ewwel waħda, iddedikata għal proċedimenti ċivili u penali pendenti, hija aċċessibbli għall-avukati identifikati u awtorizzati biex jipparteċipaw f'każijiet speċifiċi, f'konformità mal-leġiżlazzjoni Taljana dwar il-protezzjoni tad-data. L-aċċess isir permezz ta' ċertifikat diġitali validu anness ma' smart card.
It-tieni taqsima, iddedikata għas-sistema Italgiure DB, hija aċċessibbli permezz tal-istess portal u tikkontjeni miljuni ta' dokumenti (ġeneralment sentenzi) dwar proċessi ċivili u penali diġà konklużi. L-operaturi tas-sistema ġudizzjarja (imħallfin, prosekuturi pubbliċi, amministraturi tal-qorti) jistgħu jaċċedu b'xejn għal din id-data, filwaqt li l-avukati, l-universitajiet u interessati oħrajn iridu jkollhom abbonament ta' ħlas modest.
L-informazzjoni rreġistrata fir-reġistri tal-qrati, kif ukoll reġistri ta' ġurisprudenza u dokumenti diġitali fil-fajliet informatiċi dwar proċedimenti ċivili, tista' tinstab onlajn fil-qrati u l-qrati tal-appell kollha.
L-aċċess jingħata lill-avukati u esperti maħtura mill-qorti permezz ta' awtentikazzjoni b'saħħitha (smart card kompatibbli mal-Carta Nazionale dei Servizi) fuq il-Portale dei Servizi Telematici (portal tas-servizzi elettroniċi).
Bl-istess mod huwa possibbli li wieħed jikkonsulta onlajn l-informazzjoni rreġistrata fir-reġistri tal-qorti tal-Kummissarju għall-Ġustizzja (giudice di pace).
L-informazzjoni anonima dwar ir-reġistri tal-qorti tista' tiġi kkonsultata permezz tal-Portal imsemmi iktar 'il fuq mingħajr ma ssir awtentikazzjoni.
Il-proċedimenti pendenti dwar suġġetti awtorizzati huma kklassifikati abbażi tal-ismijiet tal-partijiet u n-numru tal-każ, kif elenkat fir-reġistru ġenerali tal-Qorti tal-Kassazzjoni jew il-qorti kkonċernata.
Jista' jsir tiftix tal-ġurisprudenza dwar il-proċedimenti konklużi bl-użu ta' tiftix ta' kliem, jew bit-tiftix ta' suġġett jew dettalji speċifiċi (id-data tar-rikors, l-isem ta' parti).
Id-dokumenti u l-informazzjoni dwar il-ġurisprudenza huma disponibbli fil-format PDF u html.
Qorti tal-Kassazzjoni
Għal informazzjoni kkonsulta s-sit web tal-Qorti tal-Kassazzjoni.
Qrati ordinarji
Il-lista aġġornata tal-ħoloq għall-qrati ordinarji tinstab fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja.
Qorti tal-Kassazzjoni |
Qrati oħra |
|
Informazzjoni disponibbli |
||
dwar jekk każ għadux pendenti |
Iva |
Iva |
dwar ir-riżultat tal-appelli |
Iva |
Le |
dwar l-irrevokabbiltà tad-deċiżjoni |
Iva |
Iva |
Meta qorti individwali jew qorti tal-appell għandha sit web, din spiss tipprovdi informazzjoni dwar kif tittieħed azzjoni legali, kif isir rikors jew isir appell minn deċiżjoni.
Kif spjegat iktar 'il fuq, l-access huwa limitat.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.